The Citizens' Agora Proposal on Climate Change - Forum

forum.agora.europarl.europa.eu

The Citizens' Agora Proposal on Climate Change - Forum

Dokument ta' Ħidma: Workshop "Governanza"

Il-Bidla fil-Klima AGORA

12-13 ta' Ġunju 2008

Wara li kkunsidra:

- Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-fatti xjentifiċi tal-bidla filklima:

sejbiet u rakkomandazzjonijiet għal teħid ta' deċiżjoni 2008/2001 (INI)

- L-azzjonijiet u l-istudji varji tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-suġġett tal-bidla fil-klima u

- L-opinjonijiet ta' l-ECOSOC u l-Kumitat tar-Reġjuni

Il-workshop dwar il-Governanza jirrikonoxxi li:

- Il-klima hija kkunsidrata bħala beni u responsabbilta komuni ta' kulħadd.

- Bħala membri ta' familja waħda ta' bnedmin, għandna naħdmu flimkien b'urġenza biex insibu

soluzzjonijiet komuni u forom xierqa ta' governanza fuq livelli lokali, reġjonali, nazzjonali,

Ewropej u internazzjonali sabiex niġġieldu l-bidla fil-klima.

- Il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima toffri opportunitajiet biex jissaħħaħ l-irwol taċ-ċittadini li

jinfluwenzaw lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi u ekonomiċi.

- Bħalissa m'hemmx korp legali internazzjonali għall-investigazzjoni ta' infrazzjonjiet ambjentali u

rari huwa infurzat il-kunċett ta' responsabbilta kriminali fir-rigward ta' dawn l-infrazzjonijiet.

- Il-ħtieġa għal ambjent b'saħħtu diġa hija mfissra fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali iżda trid tiġi

rinfurzata.

u b'mod urġenti jirrakkomanda li:







Il-ħarsien tal-klima għandu jiddaħħal fl-oqsma maġġuri kollha ta' governanza fl-Istati Membri

kollha ta' l-Unjoni Ewropea;

Għandhom jiġu formalizzati l-għajnuna u r-rinfurzar tal-kanali tal-komunikazzjoni miż-żewġ

naħat dwar dan is-suġġett bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet;

Il-Presidenza Franċiża, il-Presidenza Ċeka u l-Presidenzi futuri l-oħra kollha għandhom

jimpenjaw ruħhom biex jipprogressaw l-aġenda dwar il-ħarsien tal-klima billi jinkluduha filprijoritajiet

tagħhom, jelaboraw pjan ta' azzjoni u jallokaw ir-riżorsi adegwati, filwaqt li jużaw ilmezzi

disponibbli permezz tat-trattati rilevanti.

Il-Politika Pubblika u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fuq livelli Ewropej u Nazzjonali għandhom

imexxu l-ġlieda għall-ħarsien tal-klima billi jirrevedu l-politiki tagħhom u jallokaw ir-riżorsi.

Edukazzjoni effettiva dwar il-bdil fil-klima għandha testendi għall-forom kollha ta' tagħlim:

edukazzjoni formali u dik mhux formali, Tagħlim tul il-Ħajja u taħriġ vokazzjonali. L-għan huwa

li n-nies ikunu mħeġġa jsibu soluzzjonijiet ġodda biex jiġġieldu kontra din it-theddida.

L-impenn tas-soċjeta ċivili fil-provvediment ta' l-edukazzjoni dwar il-bdil fil-klima għandu

jkompli jiżviluppa u għandhom jiġu mxerrda sew l-aħjar prattiki;

DV\729942MT.doc


European Parliament - Brussels ong>Citizens'ong> ong>Agoraong> on climate change 12-13 June 2008



Il-gvernijiet ta' l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-ħtieġa għal ħidma bikrija għall-ħarsien

tal-klima fin-nurseries, fl-edukazzjoni primarja u sekondarja peress li t-tfal u ż-żgħażagħ

għandhom sehem vitali fl-iżvilupp ta' kuxjenza dwar il-bdil fil-klima.

Għandha tkun disponibbli għaċ-ċittadini informazzjoni b'xejn, preċiża, aġġornata u imparzjali

sabiex tgħinhom jagħmlu differenza permezz ta' azzjonijiet individwali; u għandu jiġi rikonoxxut

is-sehem essenzjali tal-midja fil-forniment ta' l-informazzjoni dwar il-bdil fil-klima.

Il-midja għandha tagħti prominenza lir-rappurtar ta' inizjattivi ċiviċi ta' suċċess fil-qasam tal-ħarsien

tal-klima bħala mudelli ta' l-aħjar prattika; Għandha tingħata prijorita lill-komunikazzjoni dwar il-bdil

fil-klima fil-politika ta' komunikazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea.











Għandu jiġi rikonoxxut l-impatt tad-diffikultajiet minħabba l-klima li jaffaċċjaw ċerti gruppi talpopolazzjoni,

li jwasslu għal migrazzjoni sfurzata u refuġjati ambjentali, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu

evitati tensjonijiet u kunflitti bejn gruppi etniċi u reliġjużi u radikalizzazzjoni politika u kunflitti

interkulturali possibbli. Għandhom jiġu identifikati mezzi ġodda biex jingħelbu d-diviżjonijiet

kulturali u reliġjużi;

Għandhom jiġu żviluppati tendenzi ġodda ta' konsum u produzzjoni sabiex is-soċjeta tittrasforma

minn waħda ta' konsum kbir għall-waħda impenjata lejn is-sostenibbilta, inklużi mudelli kulturali

ġodda għal suċċess u rikonoxximent soċjali li jħaddnu l-prinċipji ta' sostenibbilta. Din ittrasformazzjoni

għandha tiġi appoġġjata minn politiki dwar tikkettar; ġestjoni ta' l-iskart; użu

responsabbli tat-trasport kif ukoll inċentivi tas-suq, u dawk finanzjarji u fiskali li jistimulaw

kemm lill-konsumaturi kif ukoll lill-produtturi.

Ir-responsabbilta u r-Responsabbiltà Soċjali ta' l-Impriżi dwar kwistjonijiet ambjentali

għandhom jiġu infurzati f'kull impriża Ewropea.

L-enerġija rinnovabbli u l-ħarsien ta' l-ambjent għandhom ikunu aspetti prominenti fl-Għajnuna

Ewropea għall-Iżvilupp;

Organizzazzjonijiet tas-soċjeta ċivili għandhom jiġu rikonoxxuti u megħjuna mill-UE fl-isforzi

tagħhom biex isostnu viżjoni u valuri fit-tul marbutin ma stili ta' ħajja sostenibbli;

Għandu jiġi infurzat is-sehem tas-soċjeta ċivili biex tilħaq lill-gruppi kollha tas-soċjeta, dawk

esklużi, dawk li jgħixu fil-faqar, u gruppi etniċi ta' minoranza;

L-istituzzjonijiet għandhom iqisu n-numru li dejjem qed jikber ta' anzjani fl-Ewropa u l-ħtieġa li

ssir possibbli l-implikazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ f'teħid ta' azzjoni individwali u kollettiva;

Governanza tajba għall-ħarsien tal-klima għandha tippromwovi solidarjeta bejn il-ġenerazzjonijiet

fil-ġlieda kontra l-effetti tal-bdil fil-klima billi jkun hemm riferiment għall-għaqal, il-kreattivita, u

r-riżorsi umani taċ-ċittadini, is-soċjeta ċivili, in-negozji, il-komunita xjentifika, il-gvernijiet u l-

parteċipanti internazzjonali waqt il-proċessi ta' tħejjija, it-teħid ta' deċiżjoni u l-implimentazzjoni

ta' strateġiji effettivi għall-ħarsien tal-klima.

It-twaqqif ta' l-ong>Agoraong> Permanenti, flimkien ma' strumenti eżistenti fil-qafas ta' l-istituzzjonijiet

Ewropej, bħala mezz ta' konsultazzjoni taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea, inkluża l-introduzzjoni

ta' premju ong>Agoraong> għall-eċċellenza f'medda ta' oqsma ta' interess għaċ-ċittadini Ewropej u l-

estensjoni ta' forum permanenti fuq il-web.

It-twaqqif ta' korp regolatorju fuq livell Ewropew u Internazzjonali għall-arbitrar ta' disputi

ambjentali trans-nazzjonali maġġuri u għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet fil-każ ta' theddidiet

maġġuri.

DV\729942MT.doc 2/2

More magazines by this user
Similar magazines