23.06.2017 Views

29

• No tags were found...

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Iż-żgħażagħ fil-każin…

Għaddiet sena oħra u wasal ix-xhar ta’ Lulju. L-isbaħ xhar għalina l-

Gżirjani, aktar u aktar għalina d-delettanti tal-festa. Ix-xhar iddeddikat

lill-Padruna tagħna, Ommna l-Madonna tal-Karmelu.

Permezz ta’ dawn il-kelmtejn nixtieq nagħti rendikont ta’ x’sar issena

l-oħra waqt is-sorpiriża tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Bħalma

kulħadd ra fil-festa li għaddiet żanżanna tip ta’ bandalora ġdida li

tinfetaħ f’żewġ partijiet. Fil-parti ta’ quddiem jiġifieri fuq il-faċċata

tagħha wieħed seta’ jara l-arma tas-Soċjetà meħjuta u sfumata fuq iddrapp,

filwaqt li fil-parti ta’ ġewwa kien hemm impittra xbieha tal-

Padruna tagħna, il-Madonna tal-Karmelu.

Bħalma jsir ta’ kull sena iż-żgħażagħ għal festa 2017 ippreparaw

żewġ sorpriżi oħra: waħda għall-marċ tal-Ġimgħa u oħra għall-ħarqa

tan-nar ta’ lejliet il-festa jiġifieri tas-Sibt filgħaxija. Għall-marċ tal-

Ġimgħa wara diskussjonijiet mal-Kumitat Ċentrali ħassejna li għandha

ssir sorpriża li minbarra li tkun xi ħaġa ġdida, għandha tkun ukoll

investiment għas-Soċjetà tagħna, u b’hekk tiħi utilizzata mhux biss fil-

Ġimgħa tal-festa imma anki matul is-sena. Id-disinn ta’ din is-sorpriża

din is-sena ġie fdat f’dejn is-Sur Silvio Pace. Il-ħjata f’idejn is-Sur

Bernard Attard u l-pittura u l-isfumar f’idejn is-Sur Kurt Friggieri. Minn

hawn nixtiequ nistiednukom biex tinagħqdu magħna il-Ġimgħa

filgħaxija biex flimkien ingawdu ix-xogħol li hemm lest għalikom.

Bħalma kulħadd jaf, is-Soċjetà tagħna għanda f’idejha

r-responsabbiltà tan-nar kollu li jsir matul il-festa. Matul is-sena isiru

attivitajiet fil-każin u ġbir mingħandkom ir-residenti biex ikun jistgħu

jiġu koperti parti mill-ispejjeż tan-nar kollu li jinħaraq matul il-ġimgha

tal-festa. Għall-festa ta’ din is-sena ħadna ħsieb li jkollna ħarqa nar tajba

u tkun imżewqa bi ftit minn kollox bħal per eżempju blalen tas-sitt

pulzieri, murtalletti tal-ħames pulzieri u ħafna aktar. Għal din is-sena

xi ħaġa speċjali li se jkollna għall-ħarqa prinċipali tas-Sibt filgħaxija hi

show tan-nar li fl-irħula ta’ Malta huma popolari ferm imma se tkun qed

issir għall-ewwel darba mis-Soċjetà tagħna. Ha jiġi imtella’ show tannar

sinkronizzat mal-mużika bl-isem ta’ Firestorm of Music. Din ilħarqa

nar li se tkun maħruqa minn fuq il-baħar biswit il-pont ta’

Manoel Island se tkun kollha xogħol il-kamra tan-nar 12 th May ta’ Ħaż-

Żebbuġ. Ix-xogħol ta’ mużika nħadem mill-ħabib tagħna Matthew

Calleja u l-kumplament tax-xogħol sar miż-żgħażagħ tal-każin flimkien

mal-membri tal-kumitat u helpers. Nistidnukom biex tattendu għal dan

ix-show għax żgur mhux ta’ min jitilfu.

Fl-aħħarnett nixtieq nirringrazzja lil sħabi tal-Kummissjoni, Clive

Ciantar, Andrew Micallef u Roxanne Bugeja tax-xogħol u s-sagrifiċċju

li għamlu matul is-sena sabiex stajna nagħmlu dak kollu li kellna

ppjanat. Nixtieq nirringrazzja wkoll lil Matthew Debono u lil Matthew

Calleja li bħal dejjem ħdimna id f’id u kienu ta’ għajnuna biex wasalna

fejn xtaqna. Barra minn hekk nixtieq nirringrazzja lil sħabi tal-Kumitat

Ċentrali talli dejjem sibnihom hemm biex jappoġġjawna f’dak kollu li

għamilna.

Joshua Chircop

Chairperson Kummissjoni Żgħażagħ

Minn qalbi nixtieqilkom ilkoll il-Festa t-tajba!

Viva tal-Karmnu

29

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!