Kliem il-Ħajja Mejju 2020

jf.emailbox
  • No tags were found...

1

KLIEM IL-ĦAJJA

Pubblikazzjoni tal-Patrijiet

Kapuċċini Maltin

© KLIEM IL-ĦAJJA

Kunvent tal-Kapuċċini

Triq F.X. Fenech

Furjana FRN 1211

Malta

Tel: + 21225525

+ 21234949

email:

klhofmcap@outlook.com

WERREJ

Riflessjonijiet

għax-xhur ta’

Mejju-Awwissu 2020

minn

Fr Martin Micallef

Riflessjoni fuq

is-silta tal-Evanġelju

tal-quddiesa tal-jum

EDITUR:

Fr Martin Micallef OFMCap

DISTRIBUTUR ĠENERALI

Mr Joseph Criminale

Elocian Flats, 1

Sawmill Street

Msida MSD 1319

QARI TAL-PROVI

Mr Joe Debattista

ABBONAMENT

4 ewro fis-sena

It-test tal-Bibbja

mit-Traduzzjoni

tal-Għaqda Biblika Maltija

2008

b’radd il-ħajr

STAMPAT

Printit

Kliem il-Óajja

1


2

EDITORJAL

Kemm hija grazzja kbira li nistgħu naqraw,

nimmeditaw u nitolbu bil-Kelma ta’ Alla. Dan hu dak

li nagħmlu permezz ta’ Kliem il-Ħajja, fejn ta’ kuljum

nippreżentaw siltiet differenti mill-

Iskrittura sabiex permezz tagħhom

inkomplu niġu mdawlin fil-mixja

tagħna wara Ġesù. F’dawn l-erba’

xhur ser inkomplu nimmeditaw

u nitolbu bis-silta tal-qari tal-

Evanġelju li jiġi pproklamat filquddiesa

tal-jum. Huma ħafna

dawk li kitbulna u għedtulna li

tippreferu din is-sistema li tgħin

sabiex dak li jkun iħejji ruħu aħjar

għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa.

Sa fejn nistgħu, min-naħa tagħna, nippruvaw nieħdu

s-suġġerimenti tagħkom. Kemm barkiet nirċievu meta ta’

kuljum naqraw u nitolbu bil-Kelma ta’ Alla. Dan minħabba

li din il-Kelma għandha qawwa kbira għaliex hija l-istess

Kelma tiegħu li permezz tagħha tant persuni sabu d-dawl

fid-dlam ta’ ħajjithom.

Ejjew nippruvaw nabbonaw aktar persuni fi Kliem

il-Ħajja, speċjalment familji li għadhom jibdew il-ħajja

tagħhom tal-familja, ħalli huma wkoll jingħaqdu malfamilja

kbira ta’ Kliem il-Ħajja u ta’ kuljum inkunu qed

naqraw, nimmeditaw u nitolbu bl-istess silta mill-Iskrittura.

Fr Martin Micallef - Editur

2 Kliem il-Óajja


3

MARTIN MICALLEF

Crux Invicta

Il-Kurċifiss Mirakuluż u l-Kapuċċini f ’Għawdex

DAQS:

320x220mm

496 PAĠNA BIL-KULUR

QOXRA IEBSA

ISBN

978-99932-7-752-1

“Dan il-ktieb jinseġ tapizzerija rikka ta’ ħajja

Kapuċċina f’dawn il-gżejjer madwar il-leit motif

tal-istorja tal-Kurċifiss li hemm fil-knisja u

l-kunvent tal-Ordni f’Għawdex. Fuq l-isfond

ta’ kif żviluppa l-kult tal-Kurċifiss sa millewwel

sekli tal-era Kristjana, kemm

fid-dinja Kattolika kif ukoll

f’dawn il-gżejjer, l-awtur

ilaqqam il-ġrajja ta’ kif

dan il-Kurċifiss, li

nħadem fi Sqallija

fl-1683 minn artist

tajjeb u li s’issa

għadu mhux magħruf,

inġieb f’dawn il-gżejjer

mill-Kommendatur Miceli,

l-ewwel f’Malta u aktar tard,

bil-ħidma tal-ħabrieki Għawdxi de

Soldanis, għadda f’idejn il-Kapuċċini

li kienu għadhom kemm fetħu l-kunvent

tagħhom, tefgħa ta’ ġebla bogħod miċ-

Ċittadella, f’Forn il-Ġir. Dan ir-rakkont – iz-zokk

tas-siġra narrattiva – jinfirex fuq sitt kapitli li

minnhom, bħal fi friegħi tqal bil-frott li l-awtur

jgħammidhom Excursus, wara kull kapitlu

jislet għana ta’ dettalji dwar l-elf u mitt ħaġa ta’

interess li jkunu ssemmew fil-kapitlu rispettiv.

Kollox huwa mirfud, sal-inqas dettall, minn

dokumentazzjoni sħiħa kif tixhed il-bibljografija

voluminuża fi tmiem din l-opra.”

Prof. Stanley Fiorini

Mingħand il-librara ewlenin jew Midsea Books

Pubblikazzjoni Midsea Books, 68 Triq il-Karmelitani, Sta Venera SVR1724

tel: 21497046 | email: admin@midseabooks.com

Kliem il-Óajja

3


4

Il-Ġimgħa, 1 ta’ MEJJU 2020

Ikel tassew Ġw 6:52-59

Silta

Fuq hekk il-Lhud tlewmu bejniethom, u bdew

jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?”

Ġesù mela qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom,

jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin il-bniedem u ma

tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom.

Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta’

dejjem, u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum.

Għax ġismi huwa tassew ikel, u demmi hu tassew

xorb. Min jiekol ġismi u jixrob demmi jibqa’ fija u

jiena fih. Bħalma bagħatni l-Missier, li hu ħaj, u

jiena ngħix b’Missieri, hekk ukoll min jiekol lili, hu

wkoll jgħix bija. Dan huwa l-ħobż li niżel mis-sema;

mhuwiex bħal dak li kielu missirijietkom u mietu;

min jiekol dan il-ħobż jgħix għal dejjem.” Dan qalu

huwa u jgħallem fis-sinagoga, f’Kafarnahum.

F’dan il-kliem tiegħu, Ġesù jagħmel kundizzjoni assoluta,

jiġifieri xi ħaġa li ma nistgħux ngħaddu mingħajrha. Ilkundizzjoni

titlob minna li nieklu u nixorbu mill-Ġisem u

d-Demm tiegħu, xi ħaġa li tagħtina l-ħajja, jiġifieri l-grazzja

tiegħu. Dan il-kliem ta’ Ġesù hu referenza ċara għall-

Ewkaristija, ir-rigal li Ġesù ħallielna - ir-rigal tiegħu nnifsu

mogħti lilna meta miet għalina fuq is-Salib. Kemm għandna

bżonnu dan l-ikel, speċjalment f’waqtiet ta’ qtigħ il-qalb

u skuraġġament.

Talba

Nadurawk ja Ħobż tas-Sema, frott l-imħabba

l-iktar bnin.

4 Kliem il-Óajja


5

Is-Sibt, 2 ta’ MEJJU 2020

Iebes dan il-kliem! Ġw 6:60-69

Silta

Ħafna dixxipli tiegħu qalu: “Iebes dan il-kliem!

Min jiflaħ jisimgħu?” Ġesù qalilhom: “Dan ilkliem

qiegħed ifixkilkom? Mela xi tgħidu kieku

kellkom taraw lil Bin il-bniedem tiela’ fejn kien

qabel?” Għaliex Ġesù kien jaf sa mill-bidu min

kienu dawk li ma emmnux u min kien dak li kellu

jittradih. U ssokta jgħidilhom: “Kien għalhekk li

jiena għedtilkom li ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk

il-Missier ma jagħtihx li jiġi.” Minn dakinhar bosta

mid-dixxipli tiegħu telquh u ma baqgħux imorru

warajh. Imbagħad Ġesù qal lit-Tnax: “Tridux titilqu

intom ukoll?” Wieġbu Xmun Pietru: “Mulej, għand

min immorru? Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’

dejjem, u aħna emminna u għarafna li inti l-Qaddis

ta’ Alla.”

Minflok ma l-kliem ta’ Ġesù fuq l-Ewkaristija ressaq liddixxipli

aktar qrib tiegħu, dan l-istess kliem skandalizzahom

u wassal biex ħafna minnhom telquh. F’dan il-kuntest,

l-Evanġelista San Ġwann iħabbar it-tradiment ta’ Ġuda,

wieħed mit-Tnax. Donnu li l-Evanġelista jagħtina x’nifhmu

li t-tradiment ta’ Ġuda tnissel f’qalbu għaliex m’emminx ilkliem

ta’ Ġesù fuq l-Ewkaristija. Kemm hija paġna ta’ qsim

il-qalb din il-paġna tal-Evanġelju! Nitolbu l-Mulej jgħinna

nersqu lejn l-Ewkaristija b’fidi kbira fih.

Talba

Mulej Ġesù,

jiena għandi bżonnok!

Kliem il-Óajja

5


6

Il-Ħadd, 3 ta’ MEJJU 2020

Ir-4 Ħadd tal-Għid Ġw 10:1-10

Silta

“Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx filmaqjel

tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa

minn naħa oħra, dak hu ħalliel u brigant. Imma

min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj tan-nagħaġ. Min

ikun mal-bieb lilu jiftaħ, in-nagħaġ minn leħnu

jisimgħu, u hu jsejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda

waħda b’isimhom u joħroġhom barra. U meta

joħroġ in-nagħaġ tiegħu, huwa jmur quddiemhom

u n-nagħaġ jimxu warajh, għax jisimgħu leħnu.

Imma wara wieħed barrani ma jimxux, anzi

jaħarbu minnu, għax leħen barrani ma jafuhx.”

Kemm hi sabiħa t-tixbiha tar-Ragħaj it-Tajjeb li Ġesù

japplikaha għalih. Huwa jagħmel dan f’kuntrast malbrigant

u mal-ħalliel li l-għan tiegħu hu biss li jisraq,

joqtol u jeqred. Min-naħa l-oħra, ir-Ragħaj it-Tajjeb jaf

lin-nagħaġ tiegħu waħda waħda u jsejħilhom b’isimhom.

Kemm għandu jagħmlilna kuraġġ dan il-kliem ta’ Ġesù.

Huwa jafna waħda waħda u wieħed wieħed b’isimna.

Aħna għeżież wisq għalih tant illi għalina ta ħajtu. Imma

aħna min-naħa tagħna għandna għażla x’nagħmlu: aħna

nistgħu nagħżlu li nimxu wara dan ir-Ragħaj it-Tajjeb jew

inkella wara l-“barrani.” Kemm inkunu boloh jekk nagħżlu

lill-ragħaj “barrani” flok lil dan ir-Ragħaj it-Tajjeb! Ħa nkunu

aktar grati lejn dan ir-Ragħaj it-Tajjeb tagħna.

Talba

Ir-Ragħaj u s-Sid tiegħi,

kun Int Mulej.

6 Kliem il-Óajja


7

It-Tnejn, 4 ta’ MEJJU 2020

Ir-Ragħaj it-Tajjeb Ġw 10:11-18

Silta

Jiena r-ragħaj it-tajjeb. Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti

ħajtu għan-nagħaġ tiegħu. Il-mikri, li mhuwiex

ir-ragħaj, u li n-nagħaġ mhumiex tiegħu, jara

l-lupu ġej, u jħalli n-nagħaġ u jaħrab; u l-lupu

jaħtafhom u jxerridhom. Mikri hu, u ma jħabbilx

rasu min-nagħaġ. Jiena r-ragħaj it-tajjeb; jiena

nagħraf in-nagħaġ tiegħi, u n-nagħaġ tiegħi

jagħrfu lili, bħalma l-Missier jagħraf lili u jiena

nagħraf lill-Missier; u għan-nagħaġ tiegħi nagħti

ħajti. Għalhekk iħobbni l-Missier, għax jien nagħti

ħajti, biex nerġa’ neħodha. Ħadd ma jeħodhieli,

iżda jien nagħtiha minn rajja. Għandi setgħa li

nagħtiha, u għandi s-setgħa li nerġa’ neħodha.”

Fl-Evanġelju skont San Ġwann insibu seba’ sentenzi ta’

Ġesù li jibdew bil-kliem: “Jiena Hu ...” u jkompli bi kliem

li bih Ġesù jesprimi min hu u x’inhu dak li jrid joffrilna.

Fis-silta tal-lum insibu waħda minn dawn is-seba’ sentenzi:

“Jiena Hu r-Ragħaj it-Tajjeb.” Fit-Testment il-Qadim, il-

Mulej Alla diġà ippreżenta lilu nnifsu bħala ‘ragħaj.’ Ġesù

jżid l-aġġettiv “tajjeb,” jew “sabiħ,” għaliex il-kelma bil-

Grieg użata hawnhekk għandna dawn iż-żewġ tifsiriet.

Fl-espressjoni tar-Ragħaj it-Tajjeb, Ġesù qed jaċċertana

mill-imħabba kbira tiegħu lejna, kontra r-ragħaj mikri li

n-nagħaġ mhumiex tiegħu u li għalihom ma jħoss xejn!

Talba

Imqar jekk nimxi f’wied mudlam, ma nibżax għax

Inti miegħi, Mulej.

Kliem il-Óajja

7


8

It-Tlieta, 5 ta’ MEJJU 2020

In-nagħaġ tar-Ragħaj Ġw 10:22-30

Silta

Imbagħad f’Ġerusalemm ħabtet il-festa tal-

Konsagrazzjoni tat-Tempju. Il-Lhud daru miegħu

u qalulu: “Kemm se ddum taqlgħalna ruħna? Jekk

inti l-Messija għidilna ċar u tond.” Weġibhom

Ġesù: “Għedtilkom u intom ma temmnux.

L-għemejjel li nagħmel jien f’isem Missieri jixhdu

għalija. Iżda intom ma temmnux għax m’intomx

min-nagħaġ tiegħi. In-nagħaġ tiegħi jisimgħu

leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja.

U jiena nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem; u huma ma

jintilfu qatt, u minn idejja ma jaħtafhomli ħadd.

Missieri, li tahomli, hu akbar minn kulħadd, u

ħadd ma jista’ jaħtafhom minn id il-Missier. Jien

u l-Missier aħna ħaġa waħda.”

Kemm hu qawwi dan il-kliem ta’ Ġesù li permezz tiegħu

filwaqt li jibqa’ jagħmel użu mil-lingwaġġ tar-Ragħaj li hu

japplikah għalih innifsu, jibqa’ jwegħedna l-protezzjoni

sħiħa tiegħu. Dan il-kliem iżda Ġesù jgħidu bi tweġiba

għall-għedewwa tiegħu li minkejja l-ħafna mirakli ta’ Ġesù,

xorta waħda baqgħu m’emmnux f’Ġesù. Dawn il-persuni

fil-fatt nistgħu ngħidu li ma kinux jappartjenu lir-Ragħaj

it-Tajjeb u għalhekk ma setgħux jimxu warajh jew jisimgħu

leħnu, b’mod illi meta niġu għar-rakkont tal-passjoni, dawn

jagħżlu lill-brigant, lil Barabba u mhux lir-Ragħaj it-Tajjeb.

Talba

Il-ħatar tiegħek u l-għasluġ tiegħek, Mulej,

huma jwennsuni.

8 Kliem il-Óajja


9

L-Erbgħa, 6 ta’ MEJJU 2020

Dawl li ġie fid-dinja Ġw 12:44-50

Silta

Ġesù għolla leħnu u qal: “Min jemmen fija jkun qiegħed

jemmen mhux fija imma f’min bagħatni; u min jara lili

jkun qiegħed jara lil min bagħatni. Jiena huwa d-dawl

li ġejt fid-dinja biex kull min jemmen fija ma jibqax

fid-dlam. Min jisma’ kliemi u ma jħarsux, jiena ma

nagħmilx ħaqq minnu, għax jien ma ġejtx biex nagħmel

ħaqq mid-dinja, iżda biex insalva d-dinja. Min imaqdar

lili u ma jilqax kliemi, hemm min jagħmel ħaqq minnu:

il-kelma li jiena għedt; tkun hi li tagħmel ħaqq minnu flaħħar

jum. Għax jien ma għedt xejn minn moħħi, imma

kien dak li bagħatni, jiġifieri l-Missier, li ordnali xi ngħid

u nitkellem. U jiena naf li l-ordni tiegħu hija l-ħajja ta’

dejjem. Dak li ngħid jien, ngħidu kif qalli l-Missier.”

L-Evanġelista San Ġwann kiteb l-Evanġelju tiegħu biex

jgħinna “nemmnu” li Ġesù hu tassew il-Messija, l-Iben

ta’ Alla (ara Ġw 20:30-31). Matul l-Evanġelju kollu iżda

huwa jurina li numru ta’ karattri li jissemmew jibqgħu ma

jemmnux li Ġesù hu l-Mibgħut tal-Missier. Huwa għalhekk

li f’din is-silta, Ġesù filwaqt li jagħmel użu minn lingwaġġ

simboliku, jgħid li min jemmen fih ma jibqax fid-dlam,

b’konsegwenza li min ma jemminx jibqa’ fi stat ta’ dlam.

Din hija l-għażla kontinwa li aħna għandna quddiemna:

l-għażla bejn id-dawl u d-dlam, bejn li nibqgħu nwebbsu

qalbna kontra tiegħu jew li nqiegħdu l-fiduċja tagħna fih.

Nitolbuh illum jgħinna nibqgħu ngħixu qrib tiegħu.

Talba

La ddaħħalnix fit-tirġrib, Mulej, iżda eħlisni minn

kull deni, Ammen.

Kliem il-Óajja

9


10

Il-Ħamis, 7 ta’ MEJJU 2020

Dak li tani bis-sieq Ġw 13:16-20

Silta

Tassew tassew ngħidilkom, l-ilsir m’huwiex aqwa

minn sidu, anqas il-messaġġier ma hu aqwa minn

min jibagħtu. Jekk dawn il-ħwejjeġ tafuhom,

henjin intom jekk tagħmluhom. Jien m’iniex ngħid

għalikom ilkoll, għax jien naf x’nies għażilt, imma

għandha sseħħ l-Iskrittura li tgħid, ‘Min kiel il-ħobż

miegħi, tani bis-sieq.’ Dan qiegħed ngħidu minn

issa, qabel ma jiġri, biex, meta jiġri, temmnu li

jiena hu. Tassew tassew ngħidilkom, min jilqa’

lil min nibgħat jien, ikun jilqa’ lili, u min jilqa’ lili,

ikun jilqa’ lil dak li bagħatni.”

Din is-silta tambjenta ruħha waqt l-aħħar ċena ta’ Ġesù

mad-dixxipli tiegħu, eżattament wara li Ġesù kien għadu

kemm ħasel ir-riġlejn tad-dixxipli. Huwa proprju f’dan ilwaqt

fejn huwa jitkellem fuq it-tradiment ta’ Ġuda wieħed

mill-istess dixxipli tiegħu li għalih Ġesù jgħid li “kien tah

bis-sieq” jiġifieri li stmah ħażin ħafna. It-tradiment ta’

Ġuda ma kinitx ġrajja li seħħet darba biss. It-tradiment

ta’ Ġuda jitkompla f’kull dnub tal-ħajja personali tagħna,

għaliex kull dnub huwa azzjoni li jwassal sabiex aħna ma

nibqgħux magħqudin mal-Mulej tagħna Ġesù. Is-silta

għalhekk twassal biex tgħinna naraw aħna kif qed ngħixu

ta’ kuljum ir-relazzjoni tagħna mal-persuna ta’ Ġesù jekk

hux bħala dixxipli vera jew inkella bħal Ġuda.

Talba

Nirringrazzjak Mulej li tajtni l-grazzja li nkun

Nisrani, dixxiplu tiegħek.

10 Kliem il-Óajja


11

Il-Ġimgħa, 8 ta’ MEJJU 2020

Tħallux qalbkom titħawwad Ġw 14:1-6

“Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla,

u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm

ħafna postijiet; li ma kienx hekk, kont ngħidilkom.

Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu. U meta mmur u

nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi

biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll. U t-triq

għall-post fejn sejjer tafuha.” Tumas qallu: “Mulej,

aħna ma nafux fejn inti sejjer. Kif nistgħu nafu

t-triq?” Wieġbu Ġesù: “Jiena hu t-Triq, il-Verità u

l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux

permezz tiegħi.

Din is-silta tambjenta ruħha waqt l-aħħar ċena. Ġesù kien

jaf li kien wasal il-waqt biex jinfired minn mad-dixxipli li

huwa ħabb. Huwa kien jaf ukoll li dan kien ser ikun waqt

li ser ifixkel lil dawn id-dixxipli meta jarawh fallut, mejjet

mas-salib. Huwa għalhekk li f’dan il-kliem tiegħu huwa

jagħmlilhom il-qalb u jgħidilhom li kien sejjer għand il-

Missier biex iħejjilhom post u biex fejn ikun hemm hu,

hemm ikunu huma wkoll. Din hija t-tama ta’ kull min

jemmen f’Ġesù, li aħna wkoll inkunu fejn hemm hu. Dan

hu l-post tan-Nisrani u dan hu l-mod kif irridu nippruvaw

ngħixu ħajjitna, qrib tiegħu. Fuq kollox f’din is-silta Ġesù

qed jagħmlilna ħafna kuraġġ bil-kliem: “Tħallux qalbkom

titħawwad, emmnu fija.” Kemm għandna bżonn nibqgħu

niftakru dan il-kliem speċjalment f’waqtiet tqal ta’ ħajjitna.

Talba

Fil-waqtiet diffiċli ta’ ħajti, fakkarni Mulej li Inti

dejjem miegħi.

Kliem il-Óajja 11

Silta


12

Is-Sibt, 9 ta’ MEJJU 2020

Jiena fil-Missier Ġw 14:7-14

“Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil

Missieri. Minn issa ‘l quddiem tagħrfuh, anzi diġà

rajtuh.” Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u

jkun biżżejjed għalina.” Ġesù wieġeb: “Ili daqshekk

magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? Min

ra lili ra lill-Missier. Kif tgħidli, ‘Urina l-Missier’?

Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija?

Il-kliem li ngħidilkom jien, ma ngħidux minn

moħħi iżda l-Missier li jgħammar fija qiegħed

jagħmel l-opri tiegħu. Emmnuni! Jiena fil-Missier

u l-Missier huwa fija. Jekk mhux għal ħaġ’oħra,

emmnuni minħabba dawn l-opri stess. Jekk titolbu

xi ħaġa f’ismi jiena nagħmilha, biex il-Missier ikun

igglorifikat permezz ta’ Ibnu. Iva, jekk titolbuni xi

ħaġa f’ismi, jiena nagħmilha.

Is-silta turina kif l-appostli baqgħu sal-aħħar ma għarfux

min hu Ġesù. Hawnhekk ninsabu waqt l-aħħar ċena u Ġesù

jitkellem fuq ir-relazzjoni tiegħu mal-Missier li bagħtu.

Huwa juri kif hu ħaġa waħda mal-Missier. Il-mirakli li kien

għamel kienu jagħtu xhieda għal dan. Minkejja dan, Filippu

jagħmel lil Ġesù talba ħerqana biex jurih lill-Missier, lil Alla,

talba li Mosè kien għamilha qablu, meta talab lill-Mulej

jurih wiċċu. Din hija t-talba li nsibu wkoll fis-Salmi: “Jien

wiċċek infittex Mulej, la taħbix wiċċek minni.” Ġesù iżda

jurina li min ra lilu ra lill-Missier.

Talba

Mulej, għinni biex kuljum nagħraf il-preżenza

tiegħek fil-ħajja tiegħi.

12 Kliem il-Óajja

Silta


13

Il-Ħadd, 10 ta’ MEJJU 2020

Il-5 Ħadd tal-Għid Ġw 14:1-12

Silta

“Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla,

u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm

ħafna postijiet; li ma kienx hekk, kont ngħidilkom.

Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu. U meta mmur u

nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi

biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll. U t-triq

għall-post fejn sejjer tafuha.” Tumas qallu: “Mulej,

aħna ma nafux fejn inti sejjer. Kif nistgħu nafu

t-triq?” Wieġbu Ġesù: “Jiena hu t-Triq, il-Verità u

l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux

permezz tiegħi. Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu

wkoll lil Missieri. Minn issa ‘l quddiem tagħrfuh,

anzi diġà rajtuh.”

Tħallux qalbkom titħawwad. Emmnu f’Alla u emmnu fija

wkoll. Dan hu wieħed mill-pariri li ħallielna Ġesù. F’waqtiet

ta’ diffikultà li mhux dejjem ikunu faċli, Ġesù qed ifakkarna

li hu jkun magħna u qrib tagħna. Huwa qed jistedinna biex

nitgħallmu nafdawh aktar u nersqu aktar lejh, speċjalment

f’dawn il-waqtiet. Din hija tassew kelma ta’ kuraġġ li lkoll

kemm aħna għandna bżonnha, għax ilkoll ngħaddu millmaltemp

tal-ħajja, waqtiet li fihom nitfixklu u nitħawdu.

Imma dawn il-waqtiet ikunu wkoll waqtiet ta’ prova li jikxfu

verament x’hemm fil-qalb tagħna u kemm tassew aħna

persuni li nemmnu f’Ġesù, l-Għimmanu-El, Alla magħna.

Talba

Meta fit-triq, dawl ma nara mkien, dawl ta’ ħajti

kun Int Mulej.

Kliem il-Óajja

13


14

It-Tnejn, 11 ta’ MEJJU 2020

Niġu u ngħammru għandu Ġw 14:21-26

Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom,

dak hu li jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll

il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili

nnifsi.” Ġuda - l-ieħor, mhux l-Iskarjota - qal lil

Ġesù: “Mulej, din kif inhi li inti se turi ruħek lilna

u mhux lid-dinja?” Ġesù wieġbu: “Jekk xi ħadd

iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna

niġu u ngħammru għandu. Min ma jħobbnix

ma jħarisx kliemi. U l-kelma li qegħdin tisimgħu

mhijiex tiegħi, imma tal-Missier li bagħatni.

“Għedtilkom dan meta għadni magħkom. Imma

d-Difensur, l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier jibgħat

f’ismi, jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu

li għedtilkom.

Dan il-kliem ta’ Ġesù meħud mill-aħħar ċena tiegħu

mad-dixxipli jippreżentalna numru ta’ wegħdiet li Ġesù

jagħmel lil dawk li jixtiequ jkunu dixxipli veri tiegħu. Huwa

jwegħedna li jiġi jgħammar fina flimkien mal-Missier tassema.

Kemm hi sabiħa din il-wegħda tiegħu: li tkun taf

li Alla li ħalaq is-sema u l-art jiġi jgħammar fik! Kif tista’

tħallina kif aħna wegħda bħal din? Huwa jwegħedna wkoll

li kemm-il darba aħna ngħixu l-kelma tiegħu, il-Missier

iħobbna. Qatt m’għandna niddubitaw minn din il-wegħda

ta’ Ġesù lejna, speċjalment meta nsibuha diffiċli biex

inħossu l-preżenza tiegħu fostna.

Talba

Ma jistħoqqlix Mulejja li tiġi tgħammar fija, għid

kelma waħda u ruħi tkun imfejqa.

14 Kliem il-Óajja

Silta


15

It-Tlieta, 12 ta’ MEJJU 2020

Nagħtikom is-sliem Ġw 14:27-31

Silta

Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem

tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja.

Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża’.

Smajtu x’għedtilkom: Jiena sejjer u nerġa’ niġi

għandkom. Kieku kontu tħobbuni, kontu tifirħu li

sejjer għand il-Missier, għax il-Missier hu akbar

minni. U għedtilkom dan minn issa qabel ma jseħħ,

biex meta jseħħ temmnu. M’iniex se nkellimkom

iżjed fit-tul, għax il-Prinċep tad-dinja ġej. Kontra

tiegħi xejn ma jista’ jagħmel; iżda ħalli d-dinja

tagħraf li jiena nħobb lill-Missier u li nagħmel kif

ordnali l-Missier. Qumu! Ejjew nitilqu minn hawn!

Waqt l-aħħar ċena mal-appostli, Ġesù juri lid-dixxipli li

kien ġej fuqhom waqt mhux faċli li fih kienu ser jitħawdu.

Huwa mhux biss jagħmlilhom kuraġġ imma jkellimhom

ċar li din kienet ser tkun is-siegħa “tal-Prinċep ta’ din iddinja,”

jew aħjar tax-xitan. Ix-xitan kien ser juri l-qawwa

tiegħu. Imma Ġesù juri wkoll li kontra tiegħu x-xitan ma

seta’ jagħmel xejn. Huwa għalhekk li Ġesù ġie fid-dinja

biex juri li hu aktar b’saħħtu mix-xitan. Dan huwa kliem li

għandu jimlina bit-tama u bil-ferħ, għaliex il-ħajja tagħna

hija ġlieda kontinwa kontra l-qawwa tal-ħażin. F’din ilġlieda

jew nirbħu jew nitilfu. Nistgħu nirbħu biss kemm-il

darba nibqgħu magħqudin mal-Mulej tagħna.

Talba

Mulej fakkarni li Inti d-Difensur tiegħi fil-ġlieda

kontinwa kontra l-qawwa tal-ħażin.

Kliem il-Óajja

15


16

L-Erbgħa, 13 ta’ MEJJU 2020

Jiena d-dielja vera Ġw 15:1-8

Silta

“Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa

fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li

tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel

frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li

għedtilkom. Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom. Kif

il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha

jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk

ma tibqgħux fija. Jiena d-dielja, intom il-friegħi.

Min jibqa’ fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna

frott; għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn.

Jekk wieħed ma jibqax fija, jintrema barra bħal

fergħa, u jinxef; imbagħad, friegħi bħal dawn

jiġbruhom u jixħtuhom fin-nar u jinħarqu. Jekk

tibqgħu fija u kliemi jibqa’ fikom, itolbu kull ma

tridu, u jingħatalkom. Din hi l-glorja ta’ Missieri, li

intom tagħmlu ħafna frott u tkunu dixxipli tiegħi.

Permezz tat-tixbiha tad-dielja, Ġesù qed jistedinna sabiex

ngħixu ħajjitna magħqudin miegħu bħal friegħi mwaħħla

maz-zokk. Jekk le, il-konsegwenza hija ċara: ninqatgħu

u ninxfu b’mod li ħajjitna ma tkunx tista’ tagħmel frott.

Din hija għażla ċara li Ġesù jqiegħed quddiemna fil-mixja

tagħna warajh u ta’ kif irridu ngħixu ħajjitna. Ġesù jurina

wkoll li l-glorja tal-Missier hija li aħna nagħmlu ħafna frott,

referenza għall-għemejjel tal-ħajja tagħna.

Talba

Fakkarni dejjem Mulej, li mingħajrek ma nista’

nagħmel xejn.

16 Kliem il-Óajja


17

Il-Ħamis, 14 ta’ MEJJU 2020

Intom ħbiebi Ġw 15:9-17

Silta

Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu

fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti

tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti. Ħadd ma

għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti

ħajtu għal ħbiebu. Intom ħbiebi, jekk tagħmlu

dak li jiena nikkmandakom. Ma nsejħilkomx

aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x’jagħmel

sidu; sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kull ma smajt

mingħand Missieri jiena għarrafthulkom. Mhux

intom għażiltu lili, imma jien għażilt lilkom, u

ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott u l-frott

tagħkom jibqa’, ħalli kull ma titolbu lill-Missier

f’ismi, huwa jagħtihulkom. Dan hu li qiegħed

nikkmandakom: li tħobbu lil xulxin.

F’dan il-kliem tiegħu waqt l-aħħar ċena, Ġesù jagħżel

li jsejjaħ lid-dixxipli l-ħbieb tiegħu, jew aħjar persuni li

magħhom għażel li jaqsam il-ħajja tiegħu, li ħabbhom u li

għalihom kien lest li jagħti ħajtu, kif fil-fatt għamel. Dan

il-kliem iżda Ġesù ma qalux biss lit-Tnax li għexu miegħu.

Dan hu kliem li Ġesù qed jgħidu wkoll lil dawk kollha li

tassew jgħixu bħala dixxipli tiegħu, bħala ħbiebu, għalina!

Il-ħbiberija vera iżda trid tkun mibnija fuq żewġ naħat.

Mhux biżżejjed li xi ħadd joffrilek li jkun ħabib tiegħu jekk

inti tirrifjuta! Hekk ukoll fil-ħbiberija tagħna ma’ Ġesù!

Talba

Kemm hu kbir, Mulej, il-ġid li inti tagħmel magħna

bla ma jistħoqqilna!

Kliem il-Óajja

17


18

Il-Ġimgħa, 15 ta’ MEJJU 2020

Il-frott tagħkom jibqa’ Ġw 15:12-17

Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif

ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar

minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu. Intom

ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom.

Ma nsejħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej

ma jafx x’jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb,

għaliex kull ma smajt mingħand Missieri jiena

għarrafthulkom. Mhux intom għażiltu lili, imma

jien għażilt lilkom, u ħtartkom biex tmorru

tagħmlu l-frott u l-frott tagħkom jibqa’, ħalli kull

ma titolbu lill-Missier f’ismi, huwa jagħtihulkom.

Dan hu li qiegħed nikkmandakom: li tħobbu lil

xulxin.

Matul l-aħħar ċena tiegħu mad-dixxipli, l-Evanġelista San

Ġwann jippreżentalna diskors twil ta’ Ġesù li matulu huwa

jagħmel numru ta’ wegħdiet u kundizzjonijiet lid-dixxipli

li huwa tant ħabb. Is-silta tal-lum tagħmel parti minn din

it-taqsima ta’ dan l-Evanġelju għażiż. Hawnhekk Ġesù qed

ifakkarna li kien hu li għażilna u li s-sejħa tagħna bħala

dixxipli tiegħu titlob li aħna nagħmlu l-frott, jiġifieri li

ngħixu ħajja li tixraq lis-sejħa tagħna bħala dixxipli tiegħu.

L-eżempju tagħna jrid ikun ta’ għajnuna għal persuni oħra.

Dan jitfa’ fuqna responsabbiltà kbira, għax is-salvazzjoni ta’

persuni oħra hija marbuta wkoll mal-mod kif aħna ngħixu

x-xhieda tagħna għal dak li Ġesù talab minna.

Talba

Mulej Ġesù,

agħmilni ħabib tal-Evanġelju u tiegħek.

18 Kliem il-Óajja

Silta


19

Is-Sibt, 16 ta’ MEJJU 2020

Id-dinja Ġw 15:18-21

Silta

“Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni

qabel ma bagħdet lilkom. Kieku intom kontu taddinja,

id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak

li hu tagħha; iżda billi m’intomx tad-dinja, għax

jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom.

Ftakru fil-kelma li għedtilkom: il-qaddej mhuwiex

akbar minn sidu. Jekk ippersegwitaw lili, għad

jippersegwitaw lilkom ukoll; jekk ħarsu l-kelma

tiegħi, għad iħarsu tagħkom ukoll. Imma dan kollu

għad jagħmluhulkom minħabba f’ismi, għax huma

ma jafux lil dak li bagħatni.”

Qabel il-passjoni u l-mewt tiegħu, Ġesù jitkellem fuq

“id-dinja,” kelma li f’dan il-kuntest tfisser il-qawwiet li

ngħaqdu flimkien kontra Ġesù. Ġesù jgħid lid-dixxipli li jekk

huwa ġie ppersegwitat, l-istess ħaġa kellhom jistennew li

jiġri minnhom id-dixxipli tiegħu. Il-persekuzzjoni kontra

Ġesù kellha ddur kontra tagħhom ukoll. Din is-sentenza

tfakkarna fl-istorja kollha tal-Knisja, fejn dejjem kienet

ippersegwitata sal-ġurnata tal-lum fejn tant Insara ħutna

jiġu maqtulin minħabba t-twemmin tagħhom f’Ġesù. Imma

l-persekuzzjoni tista’ tieħu wkoll forma oħra kontra dawk

li jistqarru l-valuri tagħhom f’dak li jgħallimna l-Evanġelju.

Dawn jistgħu jkunu l-istess qraba u ġirien tagħna li

jwaqqgħuna għaċ-ċajt minħabba l-konvinzjonijiet tagħna.

Talba

Iddefinina Int Mulej

quddiem il-qawwa tal-ħażin.

Kliem il-Óajja

19


20

Il-Ħadd, 17 ta’ MEJJU 2020

Is-6 Ħadd tal-Għid Ġw 14:15-21

Silta

“Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi. U

jiena nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur

ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem, l-Ispirtu

tal-verità, li d-dinja ma tistax tirċevih, għax hija

la tarah u lanqas tagħrfu. Iżda intom tagħrfuh,

għaliex jgħammar magħkom, u huwa fikom.

Ma nħallikomx iltiema. Nerġa’ niġi għandkom.

Ftit ieħor, u d-dinja ma taranix aktar. Iżda intom

għad tarawni, għax jiena ngħix, u intom ukoll

għad tgħixu. F’dak il-jum intom tagħrfu li jiena

f’Missieri, u intom fija u jiena fikom. Min iżomm

il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li

jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier,

u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi.”

F’din is-silta Ġesù jagħmlilna l-kundizzjoni li biex nuru

li nħobbuh irridu nħarsu l-Kmandamenti tiegħu. Ilkmandamenti

tiegħu jinġabru fl-imħabba lejn Alla u lejn

xulxin. Kien għalhekk li ftit qabel ma tenna dan il-kliem,

Ġesù l-ewwel ħasel ir-riġlejn tad-dixxipli, ġest li permezz

tiegħu ried ikompli jesprimi l-imħabba kbira li huwa kellu

lejn dawn id-dixxipli. Huwa ma waqafx hemm, imma

stieden lilna sabiex nagħmlu hekk aħna wkoll lil xulxin.

Din hija sfida kbira li Ġesù jqegħdilna quddiemna fil-mixja

tagħna warajh. Kemm drabi sibnieha diffiċli li nħobbu lilu

u lil xulxin?

Talba

Qalb ħanina li tagħder li taħfer, kif ħabbejtna

nixtiequ nħobbuk.

20 Kliem il-Óajja


21

It-Tnejn, 18 ta’ MEJJU 2020

Id-Difensur Ġw 15:26-16:4

Silta

“Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand

il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier,

huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax

intom kontu miegħi sa mill-bidu. Dawn il-ħwejjeġ

għedthomlkom biex ma titfixklux. Ikeċċukom

‘il barra mis-sinagogi, mhux biss, imma tasal

is-siegħa meta min joqtolkom jaħseb li jkun

qiegħed jagħti qima lil Alla. Dan jagħmluh għax

la għarfu lill-Missier u lanqas lili. Imma dan

kollu għedthulkom biex, meta tasal is-siegħa li

jagħmlulkom dan, tiftakru li jiena għedthulkom.”

Waqt l-aħħar ċena tiegħu mad-dixxipli, Ġesù jħabbar

li kien ġej żmien iebes għad-dixxipli. Huwa jħabbar ilpersekuzzjoni

li dawn id-dixxipli kienu ser jgħaddu minnha

minħabba l-istqarrija tagħhom fih bħala l-Mulej. Fl-istess

ħin, iżda Ġesù jwiegħed lid-dixxipli li kien ser jibagħtilhom

id-Difensur, l-Ispirtu s-Santu, li l-ħidma tiegħu fihom kienet

li jiddefendihom u jgħinhom f’dawn il-waqtiet. Din hija

l-qawwa li Ġesù wiegħed li jagħtina kif fil-fatt għamel wara

li huwa rritorna għand il-Missier li bagħtu. L-Ispirtu s-Santu

donnu li hu l-Alla mhux magħruf li ftit minna jitolbuh u

jfaħħruh. Donnu li aktar komdi nitkellmu fuq Alla l-Missier

u fuq l-Iben, imma ftit fuq l-Ispirtu s-Santu, li hu l-Ispirtu

tal-Verità, id-Difensur tagħna li mingħajru ma nistgħux

insejħu l-isem ta Ġesù.

Talba

Spirtu s-Santu li Inti Alla, ejja bid-dawl tiegħek u

dawwal lil moħħna u lil qalbna.

Kliem il-Óajja 21


22

It-Tlieta, 19 ta’ MEJJU 2020

Żball dwar id-dnub Ġw 16:5-11

Issa sejjer għand dak li bagħatni, u ħadd minnkom

ma jistaqsini, ‘Fejn sejjer?’ Imma għax għedtilkom

dan, qalbkom imtliet bin-niket. Madankollu,

ngħidilkom is-sewwa, jaqblilkom li jiena mmur;

għaliex, jekk ma mmurx, id-Difensur ma jiġix

għandkom; imma jekk immur, nibgħathulkom.

U meta huwa jiġi, juri lid-dinja li għandha żball

dwar id-dnub, il-ġustizzja u l-ġudizzju; id-dnub, filli

huma ma jemmnux fija; il-ġustizzja, filli jien sejjer

għand il-Missier, u intom m’intomx se tarawni

iżjed; il-ġudizzju, filli l-Prinċep ta’ din id-dinja huwa

ġa kkundannat.

Din is-silta sabiħa tambjenta ruħha waqt l-aħħar ċena ta’

Ġesù mad-dixxipli. Ġesù kien jaf x’kien ġej għalih. Kien jaf

li l-għedewwa tiegħu kienu ser jaħsbu li ser jagħmlu rebħa

fuqu meta kienu ser jaslu biex isallbuh mas-Salib. Imma

meta għamlu dan, bla ma kienu jafu kienu qed itemmu

l-pjan tas-salvazzjoni li Alla ħejja permezz ta’ Ibnu. Ġesù

ħallas il-prezz tad-dejn tad-dnub tagħna biex b’hekk rebaħ

lix-xitan, “il-Prinċep ta’ din id-dinja” kif isejjaħlu Ġesù

hawnhekk. Kemm personaġġi jissemmew fl-Evanġelju u li

jiġu murija lilna bħala persuni li baqgħu m’emmnux f’Ġesù

bħala l-Mibgħut tal-Missier. Forsi mhux hekk nagħmlu aħna

wkoll kull darba li nagħżlu li ngħixu skont dak li jgħidilna

moħħna minflok skont dak li għallimna hu?

Talba

Mulej, la tħarisx lejn ħtijietna, iżda ħares lejn il-fidi

tal-Knisja tiegħek.

22 Kliem il-Óajja

Silta


23

L-Erbgħa, 20 ta’ MEJJU 2020

L-Ispirtu tal-Verità Ġw 16:12-15

“Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma

għalissa ma tifilħux għalihom. Meta jiġi hu,

l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha;

għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid

dak li jisma’, u jħabbrilkom il-ġejjieni. Hu jagħtini

glorja, għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru

lilkom. Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi.

Għalhekk għedt li jieħu minn dak li hu tiegħi u

jħabbru lilkom.”

Din is-silta tagħmel parti minn diskors twil li Ġesù jtenni liddixxipli

tiegħu waqt l-aħħar ċena. Huwa kien jaf li d-dixxipli

kien ser ikollhom għajnuna. Għalhekk huwa jwegħedhom

li meta jitlaq hu - referenza għall-mewt tiegħu - huwa kien

ser jibagħtilhom l-Ispirtu tiegħu. Dan hu r-rigal kbir li Ġesù

ħallielna, ir-rigal tal-Ispirtu tiegħu, li hu l-Ispirtu tas-Sewwa

u l-Ispirtu tal-Qawwa. Dan hu l-istess Spirtu li niżel fuq

Ġesù fil-magħmudija li “baqa’” fuqu. Il-ħajja kollha ta’

Ġesù, mela kienet akkumpanjata mill-qawwa tal-Ispirtu.

Hekk issa Ġesù ried li l-ħajja tad-dixxipli tiegħu wkoll tkun

akkumpanjata minn din l-istess qawwa. Dan hu l-Ispirtu

li aħna rċevejna bil-magħmudija tagħna. Fil-ħajja tagħna

kuljum għandna nitolbu l-qawwa ta’ dan l-Ispirtu Qaddis,

sabiex idawwal lil moħħna u jgħinna fid-deċiżjonijiet

tagħna, u sabiex idawwal lil qalbna biex inħobbu aktar

lill-Mulej tagħna.

Talba

Spirtu s-Santu li Int Alla, ejja lill-qalb dawlilna,

ħalli nitgħallmu kif għandna ngħixu aħjar ħajjitna.

Kliem il-Óajja 23

Silta


24

Il-Ħamis, 21 ta’ MEJJU 2020

Ftit ieħor Ġw 16:16-20

Silta

“Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit

ieħor u terġgħu tarawni.” Għalhekk xi wħud middixxipli

tiegħu bdew jgħidu bejniethom: “X’ifisser

dan li qiegħed jgħid, ‘Ftit ieħor u ma tarawnix

aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni,’ u

li ‘Jiena sejjer għand il-Missier’?” Għalhekk qalu:

“X’inhu dan il-’ftit ieħor’ li hu qiegħed jgħid? Ma

nafux xi jrid jgħid!” Ġesù għaraf li xtaqu jistaqsuh.

Għalhekk qalilhom: “Qegħdin tistaqsu lil xulxin

fuq dak li għedt, ‘Ftit ieħor u ma tarawnix aktar;

imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni’? Tassew

tassew ngħidilkom, intom għad tibku u tingħu,

iżda d-dinja għad tifraħ; għad iġġarrbu n-niket,

imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena.”

Is-silta tal-lum teħodna lura għall-aħħar ċena ta’ Ġesù

mad-dixxipli. Ġesù kien jaf li ser imur. Għalhekk jgħid: “Ftit

ieħor u ma tarawnix aktar.” Imma Ġesù kien jaf ukoll li hu

kien ser jirxoxta. Minħabba f’hekk ukoll li jkompli jgħid:

“Imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni.” Dan il-kliem iżda

d-dixxipli ma setgħux jifhmuh! Ġesù jkompli jispjega liddixxipli

li min kien ser joqtlu kien ser jifraħ għax ikun ħaseb

li rebaħ. Imma Ġesù juri kif ir-rebħa vera kienet ser tkun

tiegħu meta bil-qawmien mill-imwiet kien ser ikompli juri

min kien tassew.

Talba

Inħabbru l-mewt tiegħek, Mulej; inxandru bil-ferħ

il-qawmien tiegħek. Nistennewk tiġi fil-glorja.

24 Kliem il-Óajja


25

Il-Ġimgħa, 22 ta’ MEJJU 2020

Niket u hena Ġw 16:20-23

Silta

“Tassew tassew ngħidilkom, intom għad tibku u

tingħu, iżda d-dinja għad tifraħ; għad iġġarrbu

n-niket, imma n-niket tagħkom għad jitbiddel

f’hena. Il-mara, meta tkun se tiled tħossha

mdejqa, għax tkun waslet is-siegħa tagħha; iżda

meta tkun twieldet it-tarbija, ma tiftakarx iżjed

fl-uġigħ, bil-ferħ li twieled bniedem fid-dinja. Hekk

intom, issa tħossukom imdejqa; imma għad nerġa’

narakom u qalbkom tifraħ, u l-ferħ tagħkom ħadd

ma jeħodhulkom. F’dak il-jum xejn ma tistaqsuni.

Tassew tassew ngħidilkom, kull ma titolbu lil

Missieri f’ismi jagħtihulkom.

F’dan il-kliem ta’ Ġesù li hu jtenni lid-dixxipli matul l-aħħar

ċena tiegħu, huwa juri kif il-ġrajja tal-mewt tiegħu fuq issalib

li issa kienet tassew fil-qrib kienet ser tkun xi ħaġa li

tnikkithom tassew. Imma Ġesù juri wkoll kif dan in-niket

tagħhom għad jinbidel f’hena meta huma jindunaw li hu

qam mill-mewt u allura li hu ħaj! Din hi t-tama ta’ kull min

jemmen f’Ġesù għaliex kif jgħallimna San Pawl, kieku Kristu

ma qamx, aħna l-Insara konna nkunu l-aktar nies boloh.

Imma aħna għandna x-xhieda tal-appostli u ta’ dawk kollha

li raw lil Kristu Rxoxt. Din hi l-fidi tagħna, li Kristu għadu

ħaj u magħna, speċjalment fl-Ewkaristija, is-sagrament

tal-preżenza ħajja tiegħu.

Talba

Jiena nadurak, Mulej,

veru Alla u veru bniedem.

Kliem il-Óajja

25


26

Is-Sibt, 23 ta’ MEJJU 2020

Itolbu u taqilgħu Ġw 16:23-28

“F’dak il-jum xejn ma tistaqsuni. Tassew tassew

ngħidilkom, kull ma titolbu lil Missieri f’ismi

jagħtihulkom. Sa issa ma tlabtu xejn f’ismi.

Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ.

Dan għedthulkom bit-tixbihat. Għad tasal siegħa

meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat, imma

bil-miftuħ inħabbrilkom dwar il-Missier. Dakinhar

intom titolbu f’ismi, u ma ngħidilkomx li jien

nitlob lill-Missier għalikom, għax il-Missier stess

iħobbkom, billi intom ħabbejtu lili u emmintu

li jiena ġejt mingħand Alla. Ħriġt mingħand il-

Missier u ġejt fid-dinja. Se nerġa’ nħalli d-dinja u

mmur għand il-Missier.”

Permezz ta’ din is-silta meħuda mid-diskors twil ta’ Ġesù

waqt l-aħħar ċena, qed tasal għandna stedina minn fomm

Ġesù: l-istedina sabiex nitolbu u naqilgħu. Il-fatt li nitolbu

nkunu qed nagħrfu kemm tassew ħajjitna tistrieħ fuq ilqawwa

ta’ Alla għalina. Xi drabi iżda donnu li nitolbu u ma

naqilgħux dak li nitolbu għalih, u din il-ħaġa tweġġagħna

u tfixkilna. Għaliex Ġesù qalilna biex nitolbu u naqilgħu

mela? Jista’ jkun li ma nkunux qed nitolbu bil-fidi. Jista’

jkun ukoll li dak li qed naqilgħu hu dak li tassew għandna

bżonn. Il-Mulej żgur li jaf x’neħtieġu u mhux ser jidħaq bina

f’dak li huwa jagħtina. Din trid tkun il-konvinzjoni tagħna

fit-talb tagħna.

Talba

Jitqaddes ismek, tiġi Saltnatek, ikun dak li trid Int

Mulej, kif fis-sema hekk ukoll fl-art.

26 Kliem il-Óajja

Silta


27

Il-Ħadd, 24 ta’ MEJJU 2020

Is-7 Ħadd tal-Għid Ġw 17:1-11

“Missier, waslet is-siegħa; agħti glorja lil Ibnek

biex l-Iben jagħti glorja lilek, bħalma int tajtu

s-setgħa fuq kull bniedem biex jagħti l-ħajja ta’

dejjem lil dawk kollha li inti fdajtlu. Din hi l-ħajja

ta’ dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil

Ġesù Kristu, li inti bgħatt. Jien igglorifikajt lilek

fuq l-art billi temmejt ix-xogħol li tajtni nagħmel.

U issa, Missier, igglorifika lili għandek, bil-glorja

li kelli miegħek qabel ma kienet id-dinja.Kienu

tiegħek, u inti tajthom lili, u huma ħarsu kelmtek.

Issa jafu li dak kollu li tajtni ġej minnek; għaliex

il-kliem li int tajt lili jiena tajtu lilhom, u huma

laqgħuh u għarfu tabilħaqq li jiena ħriġt minnek, u

emmnu li inti bgħattni. Jiena għalihom nitlob; ma

nitlobx għad-dinja, imma għal dawk li inti tajtni,

għaliex huma tiegħek.

Il-Knisja għadha fil-ferħ tal-Għid kif turina din is-silta

meħuda mid-Diskors twil ta’ Ġesù waqt l-aħħar ċena.

Ġesù jistqarr quddiem id-dixxipli li hu kien temm ix-xogħol

li l-Missier tas-Sema kien tah biex iwettaq fuq din l-art.

Għalhekk Ġesù jitlob lill-Missier biex jigglorifikah. Dan

kellu jsir permezz tal-mewt tiegħu fuq is-salib li kien il-mod

kif Ġesù kellu jirritorna għand il-Missier fil-glorja li kellu

sa minn dejjem. Għalhekk għall-Evanġelista San Ġwann

is-salib hu l-waqt tal-glorifikazzjoni ta’ Ġesù.

Talba

Glorja lilek Mulej Ġesù għas-setgħa kbira li tak

Alla l-Missier.

Kliem il-Óajja 27

Silta


28

It-Tnejn, 25 ta’ MEJJU 2020

Agħmlu l-qalb Ġw 16:29-33

Silta

Id-dixxipli tiegħu qalulu: “Ara, issa qiegħed

titkellem bil-miftuħ, u ebda tixbiha ma inti tgħid.

Issa nafu li int taf kollox, u ma għandekx bżonn li

wieħed jistaqsik. Għalhekk aħna nemmnu li inti

ħriġt mingħand Alla.” Weġibhom Ġesù: “Temmnu

issa? Ara, għad tiġi siegħa, u ġa waslet, meta

tixterdu kull wieħed lejn daru, u lili tħalluni waħdi.

Iżda waħdi m’iniex, għax il-Missier huwa miegħi.

Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom ħalli bija jkollkom

is-sliem. Fid-dinja tbatu jkollkom. Iżda agħmlu

l-qalb: jiena rbaħt id-dinja!”

Waqt dan l-aħħar diskors tiegħu lid-dixxipli waqt l-aħħar

ċena, Ġesù jħabbar kif huma kienu ser jitfixklu, jaħarbu

u lilu jħalluh waħdu. Hekk fil-fatt ġara waqt l-arrest ta’

Ġesù meta d-dixxipli kollha ħarbu u ħallew lil Ġesù waħdu

mas-suldati li arrestawh u wassluh għall-proċess quddiem

Pilatu. Ġesù jkompli jħabbar lid-dixxipli li huma kellhom

ibatu minħabba l-missjoni tagħhom f’isem Ġesù. Minkejja

dan huwa jagħmlilhom il-kuraġġ: “Iżda agħmlu l-qalb:

jiena rbaħt id-dinja.” Dan hu kliem sabiħ li għandu jimlilna

qalbna bit-tama u l-kuraġġ speċjalment f’waqtiet fejn

inħossu t-tagħbija tal-ħajja bħal donnha li qed tgħaffiġna

taħtha. F’waqtiet bħal dawn, ejjew nibqgħu niftakru f’Ġesù

is-Salvatur tagħna u nitolbu l-għajnuna tiegħu.

Talba

Salvatur tad-Dinja,

ħenn għalina u ismagħna.

28 Kliem il-Óajja


29

It-Tlieta, 26 ta’ MEJJU 2020

Ħarishom f’ismek Ġw 17:1-11

Silta

“Missier, waslet is-siegħa; agħti glorja lil Ibnek

biex l-Iben jagħti glorja lilek. Din hi l-ħajja ta’

dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù

Kristu, li inti bgħatt. Jien igglorifikajt lilek fuq l-art

billi temmejt ix-xogħol li tajtni nagħmel. Jiena

għarraft ismek lill-bnedmin li inti tajtni mid-dinja.

Kienu tiegħek, u inti tajthom lili. Jiena għalihom

nitlob; ma nitlobx għad-dinja, imma għal dawk

li inti tajtni, għaliex huma tiegħek, u dak kollu li

hu tiegħi huwa tiegħek, u dak li hu tiegħek huwa

tiegħi, u jien igglorifikat permezz tagħhom. U jien

ma għadnix aktar fid-dinja, iżda huma għadhom

fid-dinja, u jiena ġej għandek. Missier qaddis,

ħarishom f’ismek dawk li inti tajtni.”

Kemm hu sabiħ niftakru li Ġesù talab għalina lill-Missier.

Hekk turina din is-silta li tagħmel parti mit-talba twila ta’

Ġesù li huwa tenna waqt l-aħħar ċena mal-appostli. Ġesù

talab għal dawk li l-Missier ta lil Ġesù, għalina li emminna

f’ismu. Huwa jitlob lill-Missier biex iħarishom f’ismu.

F’kelma oħra, Ġesù talab lill-Missier biex jipproteġina.

Din it-talba ta’ Ġesù tgħallimna kif għandna nitolbu u kif

fit-talb tagħna aħna wkoll għandna nitolbu għal xulxin,

speċjalment għal dawk il-persuni li nkunu nafu li għaddejjin

minn żmien ta’ diffikultà.

Talba

Missier Qaddis, ħarisna f’ismek, biex b’ħajjitna

nibqgħu nagħtu glorja lilek.

Kliem il-Óajja

29


30

L-Erbgħa, 27 ta’ MEJJU 2020

Id-dinja bagħdithom Ġw 17:12-19

Silta

“Kemm domt magħhom, jiena ħaristhom fl-isem

tiegħek, l-isem li tajtni. U jiena ħadt ħsiebhom, u

ħadd minnhom ma ntilef ħlief bin it-telfien, biex

isseħħ l-Iskrittura. Imma issa jiena ġej għandek,

u qiegħed ngħid dan, kif għadni fid-dinja, biex

huma jkollhom fihom il-ferħ sħiħ tiegħi. Jiena

tajthom il-kelma tiegħek, u d-dinja bagħdithom,

għaliex huma mhumiex tad-dinja, kif jiena m’iniex

tad-dinja. Ma nitolbokx li twarrabhom mid-dinja,

imma li tħarishom mill-Ħażin. Huma mhumiex taddinja

bħalma jiena m’iniex tad-dinja. Qaddishom

permezz tal-verità; il-kelma tiegħek hi l-verità. Kif

inti bgħatt lili fid-dinja, hekk jiena bgħatt lilhom

fid-dinja. U jien minħabba fihom nagħti ħajti, biex

huma wkoll ikunu mqaddsin permezz tal-verità.”

Ġesù jkompli bit-talba twila tiegħu waqt l-aħħar ċena

billi jkompli jitlob lill-Missier għad-dixxipli. Huwa jitlob

biex filwaqt li d-dixxipli jibqgħu fid-dinja ma jkunux taddinja,

anzi biex il-Missier tas-Sema jħarishom mill-Ħażin.

Ġesù kien jaf tajjeb b’liema mod vjolenti d-dixxipli kienu

ser jiġu attakkatti u għalhekk kien jaf tajjeb ukoll li huma

għandhom bżonn qawwa kbira li tiġi minn Alla biex jibqgħu

sodi. Din hija l-isfida li kull min jemmen f’Ġesù għad għandu

sal-ġurnata tal-lum. Nitolbu l-Mulej ikompli jipproteġi lilna

wkoll mill-qawwa tal-Ħażin.

Talba

Ħarisni Mulej,

għax fik jien nistkenn.

30 Kliem il-Óajja


31

Il-Ħamis, 28 ta’ MEJJU 2020

Fejn inkun jien Ġw 17:20-26

Silta

“M’iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal

dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma

tagħhom. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu

huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja

temmen li inti bgħattni. Il-glorja li int tajt lili jiena

tajtha lilhom, biex ikunu ħaġa waħda bħalma

aħna ħaġa waħda: jiena fihom u inti fija, biex

isiru ħaġa waħda għalkollox, ħalli d-dinja tagħraf

li inti bgħattni u li ħabbejt lilhom kif ħabbejt lili.

Missier, irrid li dawk li tajtni jkunu huma wkoll

miegħi fejn inkun jien, biex jaraw il-glorja tiegħi,

il-glorja li tajtni int. Missier ġust, tassew li d-dinja

ma għarfitekx, imma jien għaraftek, u dawn

għarfu li inti bgħattni. U jiena għarrafthom ismek

u għad ngħarrafhulhom iżjed, biex l-imħabba li

biha ħabbejtni tkun fihom u jiena fihom.”

Kemm hi sabiħa din it-talba ta’ Ġesù li fiha jitlob għal dawk

kollha li kellhom jemmnu f’ismu. Meta niftakru li Ġesù talab

għalina f’din it-talba, qalbna għandha timtela b’kuraġġ kbir,

għax din it-talba turina li aħna m’aħniex minsijin minn

Ġesù. Huwa jitlob lill-Missier biex aħna nkunu ħaġa waħda

miegħu, kif hu ħaġa waħda mal-Missier. Li ngħixu f’Ġesù

hija l-isbaħ rigal li aħna nistgħu nirċievu fil-ħajja tagħna.

Hija din l-intimità tagħna miegħu li timla lil qalbna biex

ngħixu dejjem fil-paċi, ikunu x’ikunu ċ-ċirkustanzi.

Talba

Ġesù, Bin David,

Ikollok ħniena minni.

Kliem il-Óajja

31


32

Il-Ġimgħa, 29 ta’ MEJJU 2020

Tħobbni? Ġw 21:15-19

Silta

Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru:

“Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn

dawn?” “Iva, Mulej,” wieġbu, “int taf li nħobbok.”

Qallu: “Irgħa l-ħrief tiegħi.” Staqsieh għat-tieni

darba: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?” “Iva,

Mulej,” wieġbu, “int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa

n-nagħaġ tiegħi.” Għat-tielet darba staqsieh:

“Xmun bin Ġwanni, tħobbni?” Pietru ħass

għafsa ta’ qalb għax staqsieh għat-tielet darba,

‘Tħobbni?’ u qallu: “Mulej, int taf kollox, inti taf

li nħobbok.” Qallu Ġesù: “Irgħa n-nagħaġ tiegħi.

Imbagħad Ġesù ssokta jgħidlu: “Ejja warajja.”

Wara li Pietru kien ċaħad lil Ġesù għal tliet darbiet, Kristu

Rxoxt jidher lil Pietru u għal tliet darbiet jistaqsih jekk kienx

iħobbu. Pietru b’sinċerità kbira jistqarr ma’ Ġesù li kien

iħobbu minkejja d-dgħufija kbira tiegħu li dehret ċara fiċċaħdiet

tiegħu. Ġesù min-naħa tiegħu jilqa’ t-tweġibiet ta’

Pietru, tant illi l-aħħar kelma tiegħu lil Pietru tidwi l-ewwel

kelma li qallu: “Imxi warajja.” Ġesù kien qed jerġa’ jistieden

lil Pietru sabiex iġedded l-impenn tiegħu bħala dixxiplu u

jimxi warajh. Il-mistoqsijiet li Ġesù għamel lil Pietru, illum

qed jagħmilhom lilna mill-ġdid. Bħal Pietru, ilkoll żgur

nistgħu nħossu għafsa ta’ qalb, għaliex xi darba jew oħra,

b’xi mod jew ieħor, aħna wkoll inqasna lill-Mulej tagħna.

3

Talba

Jekk tal-ħtijiet Int tagħti kas,

Mulej min jista’ jżomm sħiħ?

32 Kliem il-Óajja

More magazines by this user
Similar magazines