Kliem il-Ħajja, Ġunju 2020

jf.emailbox
  • No tags were found...

Is-Sibt, 30 ta’ MEJJU 2020

Id-dixxiplu l-maħbub Ġw 21:20-25

Pietru dar, u ra lid-dixxiplu li kien iħobb Ġesù

miexi warajhom, dak id-dixxiplu li waqt l-ikla kien

imtedd fuq sider Ġesù. Pietru qal lil Ġesù: “U dan,

Mulej, x’se jsir minnu?” Ġesù qallu: “Inti x’inhi

affarik jekk jiena rridu jibqa’ sa ma niġi? Int imxi

warajja!” B’hekk ġriet ix-xniegħa fost l-aħwa li dak

id-dixxiplu ma kienx se jmut. Madankollu Ġesù ma

qalx li ma kienx se jmut, imma biss, ‘Jekk irridu

jibqa’ sa ma niġi, inti x’inhi affarik?’ Dan huwa

d-dixxiplu li qiegħed jagħti xhieda għal dan kollu

u li kiteb dawn il-ħwejjeġ, u aħna nafu li x-xhieda

tiegħu hi minnha. Iżda hemm ukoll bosta ħwejjeġ

oħra li għamel Ġesù. Li kieku wieħed kellu jikteb

kollox ħaġa b’ħaġa, naħseb li anqas id-dinja stess

ma kienet tesagħhom il-kotba li kienu jinkitbu.

Fl-Evanġelju skont San Ġwann jissemma personaġġ

pjuttost misterjuż, “id-dixxiplu li kien iħobb Ġesù,” li għalih

l-Evanġelista qatt ma jagħtina l-isem tiegħu, għalkemm

fit-Tradizzjoni Nisranija ġie identifikat bħala l-Appostlu

San Ġwann. L-Evanġelista jippreżentalna lil dan id-dixxiplu

bħala wieħed li kien ħafna qrib Ġesù biex permezz

tiegħu lilna wkoll jistedinna sabiex ngħixu ħajjitna qrib

il-Mulej tagħna. Forsi kien għalhekk ukoll li l-Evanġelista

ma jagħtiniex l-isem ta’ dan id-dixxiplu biex jgħinna

niddentifikaw lilna nfusna miegħu.

Talba

Kemm hu kbir il-ġid li Inti rfajt għal dawk kollha li

jħobbuk Mulej Ġesù.

Kliem il-Óajja 33

Silta

33


Il-Ħadd, 31 ta’ MEJJU 2020

Għid il-Ħamsin Ġw 20:19-23

Silta

Dakinhar fil-għaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa,

meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-

Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad

f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”

Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli

ferħu meta raw lill-Mulej. Imbagħad Ġesù tenna

jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! Kif il-Missier

bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom.” Kif qal hekk,

nefaħ fuqhom u qalilhom: “Ħudu l-Ispirtu s-Santu.

Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u

dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma.”

Illum il-Knisja tiċċelebra l-festa tal-Inżul tal-Ispirtu s-Santu

fuq l-appostli. L-Evanġelista San Ġwann jippreżentalna din

il-ġrajja bħala waħda li seħħet dakinhar stess tal-qawmien

ta’ Ġesù meta huwa deher lid-dixxipli u nefaħ fuqhom

l-Ispirtu. Dan il-ġest ifakkarna fl-ewwel paġni tal-Iskrittura

meta l-Mulej Alla nefaħ fuq it-tajn biex ta ħajja lill-ewwel

bniedem. Ifakkrna wkoll f’dak li jikteb il-profeta Eżekjel

meta ra wied mimli għadam niexef u l-Mulej nefaħ fuqhom

in-nifs tiegħu u dan l-għadam ħa l-ħajja. Illum il-Mulej

irid jonfoħ mill-ġdid fuqna, sabiex ikompli jagħtina l-ħajja

tiegħu, li hi l-istess grazzja tiegħu li twassalna sabiex ngħixu

tassew fit-triq tal-qdusija kif għallimna u ried hu minna.

Nitolbu lill-Ispirtu Qaddis għad-don tal-qdusija vera.

Talba

Spirtu s-Santu, inżel fuqna, u mlina bil-qawwa

tad-doni tiegħek. Ammen.

34 Kliem il-Óajja

34


It-Tnejn, 1 ta’ ĠUNJU 2020

Demm u Ilma Ġw 19:25-34

Silta

Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu,

oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’

Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u liddixxiplu

li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu:

“Mara, hawn hu ibnek.” Imbagħad qal lid-dixxiplu:

“Hawn hi ommok.” U minn dak il-ħin id-dixxiplu

ħadha għandu. Wara dan, Ġesù, billi issa kien jaf

li kollox kien mitmum, biex isseħħ l-Iskrittura qal:

“Għandi l-għatx!” Kien hemm bieqja mimlija bilħall;

huma xarrbu sponża bil-ħall, waħħluha ma’

qasba tal-issopu, u ressquhielu lejn ħalqu. Kif Ġesù

ħa l-ħall, qal: “Kollox hu mitmum!” Imbagħad

mejjel rasu u radd ruħu.

Illum fil-festa ta’ Marija Omm il-Knisja naqraw din issilta

mill-Evanġelju skont San Ġwann. Taħt is-salib ta’

Ġesù, dan l-Evanġelista jippreżentalna l-aktar persuni li

donnhom kienu qrib Ġesù, l-ewwel fil-lista Omm Ġesù li

kienet “wieqfa” taħt is-salib ta’ binha, jiġifieri determinata,

persuna li baqgħet temmen f’dak il-waqt li fih kienet qed

isseħħ il-profezija li kien għamlilha Xmun fit-Tempju meta

ħabbrilha li sejf għad jinfed il-qalb tagħha. Din ix-xbieha

ta’ Marija trid tgħin lilna wkoll biex nitgħallmu naffaċjaw

il-waqtiet tqal u diffiċli tal-ħajja tagħna b’fidi u b’tama

f’Alla li jista’ kollox.

Talba

Marija, Omm Alla, itlob għalina midinbin issa u

fis-siegħa tal-mewt tagħna. Ammen.

Kliem il-Óajja

35

35


It-Tlieta, 2 ta’ ĠUNJU 2020

Dak li hu ta’ Alla Mk 12:13-17

Imbagħad bagħtulu xi Fariżej u Erodjani biex

jonsbuh f’xi kelma. Ġew u qalulu: “Mgħallem,

aħna nafu li inti raġel tħobb is-sewwa u li ma

tħabbel rasek b’ħadd, għax int lejn wiċċ ħadd ma

tħares, imma t-triq ta’ Alla tgħallimha kif tassew

hi. Sewwa jew le li wieħed iħallas it-taxxa lil

Ċesari? Għandna jew ma għandniex inħallsuha?”

Imma hu ntebaħ bil-wiċċ b’ieħor tagħhom, u

qalilhom: “Għaliex tridu tinbxuni? Newluli dinar

ħa narah.” Newlulu dinar, u hu staqsiehom: “Ta’

min huma dan il-wiċċ u din il-kitba?” Qalulu:

“Ta’ Ċesari!” Qalilhom imbagħad Ġesù: “Agħtu

lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari, u lil Alla dak li hu ta’

Alla.” U stagħġbu ħafna bih.

Huma bosta l-kontroversji bejn Ġesù u l-għedewwa tiegħu

li nisbu rrakkuntati fil-paġni tal-Evanġelju. F’dawn ilkontroversji

l-għedewwa ta’ Ġesù kienu jippruvaw jonsbuh

biex forsi jirnexxilhom jaqbduh b’xi kelma. Imma proprju

f’dawn l-istess kontroversji naraw l-għerf kbir ta’ Ġesù

li għalkemm kien bniedem bħalna, kien ukoll Alla. Hekk

turina biċ-ċar din is-silta tal-lum. Ġesù jurina l-obbligi li

aħna għandna bħala ċittadini ta’ din l-art u bħala ċittadini

tas-sema: obbligi lejn l-Istat u lejn Alla fl-istess ħin. F’din

it-tweġiba tiegħu, għalhekk Ġesù jgħallimna kif għandna

nkunu fidili lejn dak li aħna mitlubin nagħmlu fil-ħajja.

Talba

Għinni Mulej biex nagħti lilek dak li hu tiegħek, u

lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari.

36 Kliem il-Óajja

Silta

36


L-Erbgħa, 3 ta’ ĠUNJU 2020

Mart min tkun? Mk 12:18-27

Mela resqu lejh xi Sadduċej, li jgħidu li ma

hemmx qawmien mill-imwiet, u għamlulu din

il-mistoqsija: “Mgħallem, Mosè ħallielna miktub

li, jekk wieħed imutlu ħuh u dan iħalli warajh lil

martu bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla hu

biex inissel ulied għal ħuh. Mela jkun hemm seba’

aħwa, u l-kbir iżżewweġ u miet bla ma ħalla tfal.

It-tieni wieħed iżżewweġ l-armla, miet, u anqas

hu ma ħalla wlied; hekk ukoll it-tielet, u ħadd

minnhom is-sebgħa ma ħalla wlied. Fl-aħħar

mietet il-mara wkoll. Issa fil-qawmien tal-imwiet,

meta jqumu lkoll, mart min minnhom tkun? Għax

is-sebgħa jkunu żżewġuha.”

F’din il-mistoqsija-nasba li s-Sadduċċej għamlu lil Ġesù

huma kienu qed jippruvaw iwaqqgħuħ għaċ-ċajt minħabba

li huma ma kinux jemmnu fil-qawmien mill-imwiet u

allura fil-ħajja ta’ dejjem. Imma Ġesù jurihom kemm kienu

żbaljati meta jwieġeb li fil-ħajja ta’ dejjem la jiżżewġu u

lanqas iżewġu. Id-dehra ta’ Alla tkun biżżejjed biex timla

kull bżonn li aħna issa għadna nħossu fil-qalb tagħna

bħala bnedmin. Il-ħajja ta’ dejjem hija t-tama ta’ kull min

jemmen. Il-ħajja ma tintemmx hawn u kemm inkunu boloh

meta ninsew dan f’din il-ħajja! Meta jitkellem fuq il-ħajja

ta’ dejjem, Ġesù jwissina li għalkemm ilkoll aħna mistednin,

mhux kulħadd jidħol: jidħlu biss l-għaqlin u mhux il-boloh!

Talba

Fakkarni dejjem Mulej li xi darba għad irrid nidher

quddiem il-glorja sabiħa tiegħek.

Kliem il-Óajja 37

Silta

37


Il-Ħamis, 4 ta’ ĠUNJU 2020

L-akbar kmandament Mk 12:28-34

Silta

Wieħed mill-kittieba resaq fuqu u staqsieh:

“Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa

l-ewwel?” Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa

dan: Isma’ Iżrael; il-Mulej, Alla tagħna, Mulej

wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla

tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok

kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha. U t-tieni hu

dan: Ħobb lil għajrek bħalek innifsek. Ma hemmx

kmandament ieħor akbar minn dawn.” Qallu

l-kittieb: “Sewwa qiegħed tgħid, Mgħallem;

għandek raġun tgħid li wieħed hemm, u li ma

hemmx ieħor ħliefu. Iva, li tħobb lilu b’qalbek

kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek

kollha, u tħobb lil għajrek bħalek innifsek, huwa

aqwa minn kull sagrifiċċju tal-ħruq.”

Fost l-għorrief tal-Liġi fi żmien Ġesù kien hemm diskussjoni

fuq liema hu l-akbar kmandament. Dan minħabba li

minbarra l-għaxar Kmandamenti, il-Lhud kellhom mijiet ta’

preċetti u liġijiet oħra li kienu jirregolarizzawlhom il-ħajja

kollha tagħhom. Ġesù iżda jikkwota mit-Testment il-Qadim

biex jurina liema hu l-akbar kmandament li Hu jiġbru flimħabba

tagħna lejn Alla u lejn xulxin. Meta mbagħad Ġesù

jitkellem fuq l-imħabba tagħna lejn Alla, għal erba’ darbiet

juża l-kelma “kollha” - “b’qalbek kollha ...” biex jurina li

din trid tkun imħabba sħiħa u mhux sa fejn jaqblilna biss.

Talba

Agħtini l-grazzja Mulej, li ngħix kull waqt ta’ ħajti

magħqud miegħek.

38 Kliem il-Óajja

38


Il-Ġimgħa, 5 ta’ ĠUNJU 2020

Bin David Mk 12:35-37

Silta

Darba, hu u jgħallem fit-Tempju, Ġesù qabad u qal:

“Din kif inhi li l-kittieba jgħidu li l-Messija huwa

bin David! David stess, imnebbaħ mill-Ispirtu

s-Santu, qal,

‘Il-Mulej qal lil Sidi:

Oqgħod fuq il-lemin tiegħi,

sa ma nkun qegħedt l-għedewwa tiegħek

taħt riġlejk.’

Jekk David stess sejjaħlu Sidu, mela kif inhu ibnu?”

U dik il-kotra kbira ta’ nies qagħdet tisimgħu bilqalb

kollha.

Il-Messija mwiegħed kellu jiġi mil-linja tas-Sultan David.

Hekk naqraw fil-paġni tat-Testment il-Qadim. Il-Mulej

żamm kelmtu, u Ġesù jitwieled mil-linja ta’ David permezz

ta’ Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija li aċċetta lil din l-omm

imbierka b’martu bit-tarbija tagħha li tnisslet fiha bilqawwa

tal-Ispirtu s-Santu. Dan għaliex Ġużeppi kien mittribù

ta’ David. Il-wegħda tal-Messija, bin David, kienet

wegħda marbuta ma’ ħafna barkiet. Meta jiġi Bin David,

numru ta’ persuni li kienu qed jgħixu l-ħajja tagħhom fi

stat ta’ tbatija kellhom jiġu meħlusin. Dan iż-żmien issa

kien wasal tassew fil-persuna ta’ Ġesù, l-Iben ta’ Alla, u

Bin David. Ħa ngħajtulu aħna wkoll kuljum bit-talba sabiħa

ta’ Bartilmew l-agħma: “Ġesù, Bin David, ikollok ħniena

minni.”

Talba

Ġesù, Bin David, kemm hu mbierek l-isem tiegħek

li bih saru tant mirakli!

Kliem il-Óajja 39

39


Is-Sibt, 6 ta’ ĠUNJU 2020

L-armla fqira Mk 12:38-44

“Iftħu għajnejkom mill-kittieba, li jħobbu jduru

mat-toroq bi lbiesi twal, jixtiequ min isellmilhom

fil-pjazez, u fis-sinagogi joqogħdu fis-siġġijiet ta’

quddiem; iberbqu ġid ir-romol, u mbagħad għal

wiċċ in-nies idumu ħafna jitolbu. Dawn jieħdu

kundanna aktar iebsa.”Kien qiegħed biswit itteżor,

iħares u jara xi flus jitfgħu n-nies fit-teżor.

Bosta għonja bdew jitfgħu ħafna. Resqet waħda

armla fqira u tefgħet biċċtejn żgħar, jiġifieri xi tliet

ħabbiet. Hu sejjaħ id-dixxipli tiegħu u qalilhom:

“Tassew ngħidilkom, li din l-armla fqira tefgħet

iktar minn dawk kollha li tefgħu fit-teżor. Għax

dawk kollha tefgħu miż-żejjed tagħhom, imma hi,

fil-faqar tagħha, tefgħet kull ma kellha, dak kollu

li kellha biex tgħix.”

Wara li Ġesù jispjega liema hu l-akbar Kmandament,

huwa jkompli jfissrilna dan il-kliem tiegħu permezz ta’

dan l-episodju ta’ din l-armla fqira li ma żammet xejn

għaliha, imma dak li kellha offrietu lill-Mulej. L-Evanġelista

jenfasizza fid-deskrizzjoni li jagħtina fuq din il-mara, li din

l-armla kienet “fqira,” jiġifieri persuna li ħajjitha kienet

tistrieħ fuq il-ħniena ta’ persuni oħra. Fl-istess ħin, f’silta

oħra, Ġesù jfakkarna li l-fqar huma dejjem magħna. Min

jipprova jagħlaq għajnejh għall-fqar ma jistax jissejjaħ

dixxiplu ta’ Ġesù!

Talba

Mulej, agħmilni bniedem ġeneruż quddiem

il-bżonnijiet ta’ persuni li tlaqqagħni magħhom.

40 Kliem il-Óajja

Silta

40


Il-Ħadd, 7 ta’ ĠUNJU 2020

It-Trinità Qaddisa Ġw 3:16-18

Silta

Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu

l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx,

iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx

lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja,

imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. Min

jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma

jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx

fl-isem tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla.

Illum il-Knisja kollha tiċċelebra fil-ferħ il-festa tat-Trinità

Qaddisa: tliet persuni f’Alla wieħed! Misteru kbir mhux

biex noqogħdu nirraġunaw miegħu daqskemm biex

permezz tiegħu nagħrfu kemm “Alla ħabb lid-dinja.” Hekk

turina s-silta tal-lum meħuda mid-djalogu bejn Ġesù u

Nikodemu li nsibu fil-kapitlu 3 tal-Evanġelju skont San

Ġwann. L-Imħabba kbira ta’ Alla dehret f’Ibnu Ġesù li

minkejja li kien Alla, għażel li jsir bniedem bħalna biex

permezz tiegħu, imbagħad, stajna nirċievu l-Ispirtu s-Santu

li akkumpanja lil Ġesù fil-ħajja kollha tiegħu fuq din l-art.

Dan hu li jiddistingwi t-twemmin tagħna: it-twemmin f’Alla

Trinità. Il-misteru jkompli jikber meta niftakru li Ġesù jitlob

lill-Missier biex jiġu jgħammru fina kif huma jgħammru

f’xulxin. Dak Alla li ħalaq kollox u li mingħajru ma sar xejn,

jagħżel li jiġi jgħammar fija! Kemm aħna denji għal dan? Din

hija mistoqsija li trid tgħinna naraw kif qed ngħixu ħajjitna.

Talba

Glorja lill-Missier, u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.

Ammen.

Kliem il-Óajja

41

41


It-Tnejn, 8 ta’ ĠUNJU 2020

Henjin Mt 5:1-12

Kif ra l-folol, Ġesù tala’ fuq il- muntanja, qagħad

bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. Fetaħ

fommu u qabad jgħallimhom u jgħid: “Henjin ilfoqra

fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-

Smewwiet. Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu

mfarrġa. Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma

jkollhom b’wirthom l-art.Henjin dawk li huma

bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja, għax huma jkunu

mxebbgħin. Henjin dawk li jħennu, għax huma

jsibu ħniena. Henjin dawk li huma safja f’qalbhom,

għax huma jaraw ‘l Alla. Henjin dawk li jġibu

l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla. Henjin dawk

li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax

tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.”

Permezz ta’ dan il-kliem, l-Evanġelista San Mattew jibda

d-Diskors tal-Muntanja, l-ewwel u l-itwal diskors fis-serje

ta’ ħames diskorsi ta’ Ġesù li nsibu f’dan l-Evanġelju.

Matul dan id-diskors twil, Ġesù jagħtina programm ta’ kif

nistgħu ngħixu l-ħajja tagħna bħala dixxipli veri tiegħu.

Fil-bidu tad-diskors insibu l-lista tal-Beatitudnijiet. Jissejħu

hekk minħabba l-ewwel kelma tagħhom: “henjin,” jew

“imberkin.” Ġesù juri li minkejja f’din il-ħajja bosta persuni

qed ibatu minħabba nuqqas ta’ ġustizzja, il-ħajja tagħhom

għad tinbidel fil-ħajja ta’ dejjem. Huwa kliem li jitfa’ tama

fil-ħajja ta’ dawk li jibqgħu jittamaw fil-Mulej.

Talba

Mulej nitolbok biex tgħoddni mal-Henjin li għalik

huma l-aktar persuni għeżież.

42 Kliem il-Óajja

Silta

42


It-Tlieta, 9 ta’ ĠUNJU 2020

Melħ u dawl Mt 5:13-16

Silta

“Intom il-melħ tal-art. Imma jekk il-melħ jaqta’,

biex jerġa’ jieħu t-togħma? Ma jibqa’ tajjeb għal

xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u jintrifes minnies.

Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda

fuq muntanja ma tistax tinħeba. Anqas ma

jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt il-siegħ, iżda

fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fiddar.

Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem

il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom

u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet.

Permezz tat-tixbihat tal-melħ u d-dawl, Ġesù jurina min

hu n-Nisrani. Il-melħ hu dak li jagħti t-togħma u allura li

jagħmel id-differenza. Hekk in-Nisrani, il-preżenza tagħna

fil-familji u fl-ambjenti fejn aħna ngħixu trid tagħmel

differenza biex aktar persuni jersqu lejn l-imħabba ta’ Ġesù.

Huwa għalhekk li Ġesù jkompli jsejjaħ lin-Nisrani bħala

belt fuq muntanja u bħala dawl li ma jistgħux jinħbew.

In-Nisrani ma jistax jinħeba imma l-għemil tiegħu jrid ikun

ta’ dawl fid-dlam li nsibu ruħna fih. Mhux biex inkunu

bħall-Fariżej li dak li kienu jagħmlu, kienu jagħmluh biex

in-nies tarahom u tfaħħarhom. Minflok l-għemil tagħna

jrid iwassal biex aktar persuni jagħtu glorja lil Alla. Din hija

sfida kbira u responsabbiltà kbira li l-Mulej Ġesù qed jitfa’

fuqna li emminna fih. Kuljum irrid neżamina lili nnifsi u

nistaqsi kemm u kif qed inkun melħ u dawl fejn qed ngħix?

Talba

Dawwal moħħi Mulej, bid-dawl tiegħek, bl-għerf

imqaddes ta’ kliemek sabiħ.

Kliem il-Óajja 43

43


L-Erbgħa, 10 ta’ ĠUNJU 2020

Salvana, Mulej Mt 8:23-27

Silta

Ġesù tala’ fuq dgħajsa, u d-dixxipli marru warajh.

U qamet taqliba kbira fuq il-baħar, hekk li l-mewġ

beda jgħatti d-dgħajsa; iżda hu kien rieqed. Iddixxipli

resqu fuqu, qajmuh u qalulu: “Salvana,

Mulej! Se nintilfu!” U qalilhom: “Dan il-biża’ kollu

għalfejn, ja nies ta’ fidi ċkejkna?” Imbagħad qam,

ordna lill-irjieħ u lill-baħar, u waqgħet kalma

kbira. Dawk stagħġbu, u bdew jgħidu: “Dan xi

bniedem hu, biex sa l-irjieħ u l-baħar jisimgħu

minnu?”

Kemm-il darba aħna wkoll sibna ruħna f’din is-sitwazzjoni,

meta jibda dieħel l-ilma fid-dgħajsa ta’ ħajjitna, meta

nsibu ruħna fil-periklu. Min-naħa l-oħra, kemm drabi

wkoll, Ġesù deher rieqed, qisu ma jimpurtahx minn dak

li nkunu għaddejjin minnu. Imma hu qiegħed magħna

kif juri lid-dixxipli meta jqum u jsikket il-maltempata u

jgħid lid-dixxipli: “Dan il-biża’ kollu għaliex, ja nies ta’ fidi

ċkejkna?” Mhux din forsi hija l-problema tagħna: il-fidi

ċkejkna tagħna? L-episodju għalhekk irid jgħinna nagħrfu

u nitgħallmu li Ġesù qiegħed dejjem hemm magħna. Din

hija l-wegħda tiegħu li ma jistax imur lura minnha: “Jiena

magħkom dejjem sal-aħħar taż-żmien.” Nibqgħu iżda

nitolbu l-qawwa tiegħu fil-mewġ tal-ħajja, għaliex Hu wkoll

għallimna: “Mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn!”

Talba

Mulej, fil-mewġ imqalleb tal-ħajja, kun Inti dak

li tfarraġni.

44 Kliem il-Óajja

44


Il-Ħamis, 11 ta’ ĠUNJU 2020

B’xejn agħtu Mt 10:7-13

Silta

“Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-

Smewwiet waslet. Fejqu l-morda, qajmu l-mejtin,

fejqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten. B’xejn ħadtu,

b’xejn agħtu. Tfittxux li jkollkom flus fuqkom,

la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram; u la

ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qrieq u lanqas

ħatar, għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu. Fil-bejt jew

raħal fejn tidħlu, araw ikunx hemm min jixraqlu

tmorru għandu, u ibqgħu f’daru sa ma titilqu minn

hemm. Meta tidħlu f’dar, sellmu lin-nies tagħha,

u jekk tkun dar li jixirqilha, ħa jiġi fuqha s-sliem

tagħkom. Imma jekk tkun dar li ma jixirqilhiex, ħa

jerġa’ lura għandkom is-sliem tagħkom.”

Dawn huma l-ordnijiet li Ġesù ta lid-dixxipli li bagħathom

sabiex ikomplu l-missjoni tiegħu. Ġesù juri li din ma kellhiex

tkun missjoni faċli, anzi din kienet ser tkun missjoni ta’ ħrief

qalb l-ilpup! Imma Ġesù juri wkoll lid-dixxipli li f’dak kollu li

talab minnhom huma kellhom jitgħallmu biss fuq il-qawwa

ta’ Alla. Kien għalhekk li Ġesù jordna lid-dixxipli biex ma

jieħdu xejn magħhom. Din il-missjoni ma kinitx tiddependi

fuq dak li kellhom jew fuq il-kapaċitajiet tagħhom imma

biss fuq il-qawwa ta’ Alla. Ejjew aħna wkoll nitgħallmu kif

fil-ħajja tagħna ta’ kuljum nistrieħu wkoll fuq il-qawwa ta’

Alla, billi nibqgħu nuru fiduċja sħiħa fih.

Talba

Mulej Ġesù,

jiena nafda fik.

Kliem il-Óajja

45

45


Il-Ġimgħa, 12 ta’ ĠUNJU 2020

Aqlagħha barra Mt 5:27-32

Silta

“Smajtu xi ntqal, ‘La tagħmilx adulterju.’ Imma

jiena ngħidilkom li kull min iħares lejn mara

biex jixtieqha jkun ġa għamel adulterju magħha

f’qalbu. Jekk għajnek il-leminija hi għalik okkażjoni

ta’ dnub, aqlagħha barra u armiha ‘l bogħod

minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek

biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu

jinxteħet fl-infern. U jekk idek il-leminija hi għalik

okkażjoni ta’ dnub, aqtagħha barra u armiha ‘l

bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk

tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek

kollu jmur fl-infern. Intqal ukoll, ‘Min jibgħat lil

martu jkollu jagħtiha l-kitba tad-divorzju.’ Imma

jiena ngħidilkom li kull min jibgħat lil martu barra

l-każ ta’ żwieġ ħażin, iwaqqagħha fl-adulterju.

Kemm hu qawwi dan il-kliem ta’ Ġesù li fih qed ikellimna

ċar ħafna. Ġesù qed jistedinna sabiex nidentifikaw b’ismu

d-dnub u nqaċċtu minn miegħu. Irid ikollna l-kuraġġ biex

nagħmlu dan. Imma min tassew jixtieq jgħix ħajja Nisranija

tajba m’għandux triq oħra x’jagħżel. Huwa għalhekk ukoll

li f’silta oħra Ġesù jistedinna sabiex nidħlu mill-bieb iddejjaq

u biex nagħżlu t-triq id-dejqa u mhux dik wiesgħa.

It-triq il-wiesgħa tidher l-aktar triq faċli imma mhijiex ittriq

li twassal għall-verità li hi Ġesù stess. Nitolbu l-Mulej

jagħtina l-qawwa tiegħu biex nagħmlu dan.

Talba

Mulej Ġesù,

għinni fin-nuqqas ta’ ħila tiegħi.

46 Kliem il-Óajja

46


Is-Sibt, 13 ta’ ĠUNJU 2020

Smajtu x’intqal Mt 5:33-37

Silta

“Smajtu wkoll x’intqal lin-nies ta’ dari, ‘Tonqosx

mill-wegħda li ħlift imma rodd lill-Mulej ilwegħdiet

li ħliftlu.’ Imma jiena ngħidilkom biex

ma taħilfu xejn, u la bis-sema, għax hu t-tron

ta’ Alla, u la bl-art, għax fuqha jserraħ riġlejh,

u lanqas b’Ġerusalemm, għaliex hija l-Belt tas-

Sultan il-kbir. U lanqas b’rasek ma għandek taħlef,

għaliex inti anqas biss xagħra waħda ma għandek

ħila tagħmilha bajda jew sewda. Mela ħa jkun

id-diskors tagħkom, ‘Iva, iva’, ‘Le, le’; kull ma hu

iżjed minn hekk ikun ġej mill-Ħażin.”

Din is-silta li tagħmel parti mid-Diskors ta’ Ġesù fuq il-

Muntanja tkompli tgħallimna kif għandna ngħixu l-ħajja

tagħna bħala Insara. Din id-darba Ġesù jitkellem fuq ilkliem

tagħna li għandu jkun dejjem fuq in-naħa tal-verità.

Xi drabi fil-ħajja nispiċċaw inqabblu fejn jaqblilna u b’hekk

inkunu qed nitilfu l-prinċipji tal-verità u tal-integrità

tagħna. Imma n-Nisrani jrid juri min hu tassew dejjem u

kullimkien. Inkunu ma’ min inkunu, u nkunu fejn inkunu,

aħna rridu nkunu Dawl għal xulxin, inkluż bil-mod kif

nitkellmu.San Ġakbu fl-ittra tiegħu jxebbah l-ilsien ma’

tmun ta’ vapur, li minkejja li t-tmun hu makkinarju żgħir

imma kapaċi jikkontrolla vapur kbir. Ħalli ngħassu mela

fuq il-mod kif nitkellmu.

Talba

Ħa jkun kliemi, Mulej, kliem li bih tingħata glorja

lilek, Sultan ta’ ħajjitna.

Kliem il-Óajja

47

47


Il-Ħadd, 14 ta’ ĠUNJU 2020

Il-Ġisem u d-Demm Imqaddes Ġw 6:51-58

Silta

“Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi

ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem.

U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja

tad-dinja.” Fuq hekk il-Lhud tlewmu bejniethom,

u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex

nikluh?” Ġesù mela qalilhom: “Tassew tassew

ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin ilbniedem

u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx

il-ħajja fikom. Min jiekol ġismi u jixrob demmi

għandu l-ħajja ta’ dejjem, u jiena nqajmu millimwiet

fl-aħħar jum. Għax ġismi huwa tassew ikel,

u demmi hu tassew xorb. Min jiekol ġismi u jixrob

demmi jibqa’ fija u jiena fih.”

Illum fil-Knisja kollha qed niċċelebraw il-festa tant għażiża

tal-Ewkaristija, tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej tagħna.

L-Ewkaristija hija ikel tassew kif jgħallimna Ġesù stess f’din

is-silta li ssegwi l-miraklu tat-tkattir tal-ħobż. F’dan il-kliem

tiegħu Ġesù jfakkarna li ma nistgħux ngħaddu mingħajr

ma nieklu u nixorbu mill-Ġisem u d-Demm tiegħu. Din hija

grazzja jew aħjar ħajja fina li emminna fih. Mhux biss, imma

l-Ewkaristija, ikompli jgħallimna Ġesù, hi mezz li permezz

tagħha nibqgħu magħqudin miegħu. Ħalli ngħixu ħajja

mela, li tagħmilna denji li nersqu lejn dan is-Sagrament

Imqaddes. Hija grazzja kbira li nkunu nistgħu nirċievu

l-Ewkaristija.

Talba

Jien nadurak bil-qima, Alla li tinsab moħbi hawn

quddiemi, taħt dawn ix-xbihat.

48 Kliem il-Óajja

48


It-Tnejn, 15 ta’ ĠUNJU 2020

Imma jiena ngħidilkom Mt 5:38-42

Silta

“Smajtu x’intqal, ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna.’

Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma

tiqfulux; anzi jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta

fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll; u lil

min ikun irid itellgħek il-qorti u jeħodlok il-libsa,

ħallilu wkoll il-mantar. U jekk xi ħadd iġiegħlek

timxi miegħu mil wieħed, mur miegħu tnejn. Agħti

lil min jitolbok u ddawwarx spallejk lil min ikun

irid jissellef mingħandek.

Fi żmien Ġesù, is-soċjetà li fiha għex, jekk xi ħadd jagħmillek

xi ħaġa, inti stajt tagħmel hekk ukoll lil min ikun għamillek

din il-ħsara. Mhux iżjed iżda! Huwa għalhekk li Ġesù

jikkwota proverbju ta’ żmienu: “Għajn b’għajn, u sinna

b’sinna.” Imma Ġesù jmur lil hemm minn dan it-tagħlim

u jgħallimna li min tassew irid jagħżel li jimxi warajh irid

iħaddem il-liġi tal-imħabba u l-mogħdrija qabel kollox.

Trid tagħmel xi ħaġa aktar, għaliex inkella ma jkunx hemm

differenza bejn bniedem pagan u bniedem li jemmen.

Mhuwiex faċli dan il-kliem u dan nafuh ilkoll mill-istess

ġrajjiet li ngħaddu minnhom fil-ħajja tagħna. Għalhekk

għandna bżonn l-ispirtu ta’ Ġesù fina, spirtu li jitnissel fina

permezz tal-ħajja tat-talb tagħna. Jekk ma nitolbux, fina

jitnissel spirtu ieħor, li żgur mhuwiex spirtu li jgħinna biex

ngħixu dak li qed jitlob minna Ġesù f’din is-silta!

Talba

Kattar fija Mulej il-qawwa tiegħek, sabiex inkun

nista’ ngħix skont dak li trid minni.

Kliem il-Óajja

49

49


It-Tlieta, 16 ta’ ĠUNJU 2020

Ħobbu ... Itolbu Mt 5:43-48

Silta

“Smajtu x’intqal, ‘Ħobb lil għajrek, u obgħod lillgħadu

tiegħek.’ Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu

lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li

jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom

li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu

sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ixxita

sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex.

Għax jekk intom tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas

jistħoqqilkom? Mhux il-pubblikani wkoll jagħmluh

dan? U jekk issellmu lil ħutkom biss, xi tkunu

tagħmlu żejjed? Mhux il-pagani wkoll jagħmluh

dan? Kunu mela perfetti, bħalma hu perfett

Missierkom li hu fis-smewwiet.”

Hawn min iqis din il-paġna tal-Evanġelju bħala l-aktar

paġna diffiċli fil-ħajja tan-Nisrani. Kif nista’ nħobb lill-għadu

tiegħi? Kif nista’ nħobb lil min għamilli d-deni? Nista’ nasal

biex nagħmel dan meta niftakar kemm-il darba l-Mulej

lili ħafirli kull darba li rsaqt lejh biex nitolbu ħniena għal

dnubieti. Imma l-maħfra hija proċess. Xi drabi l-qalb tant

tkun feruta li nsibuha tant diffiċli biex ngħixu din il-kelma

li qed jitlob minna Ġesù llum fis-silta. Fit-talb tagħna ejjew

nippreżentaw quddiem il-Mulej lil dawk il-persuni kollha li

forsi għax riedu jew għax ma ridux spiċċaw jagħmlulna xi

ħsara. Nitolbu l-Mulej bit-talba tiegħu meta kien qed imut.

Talba

“Aħfrilhom Mulej,

għaliex ma jafux x’inhuma jagħmlu.”

50 Kliem il-Óajja

50


L-Erbgħa, 17 ta’ ĠUNJU 2020

Il-ħlas ġa ħaduh Mt 6:1-6

Silta

“Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx

għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax

inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom

li hu fis-smewwiet. Mela meta tagħmel karità,

tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu

dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat,

biex in-nies tfaħħarhom. Tassew, ngħidilkom, li

l-ħlas tagħhom ġa ħaduh. Iżda int, meta tagħmel

karità, idek ix-xellugija m’għandhiex tkun taf x’inhi

tagħmel il-leminija, biex hekk il-karità tiegħek

issir fil-moħbi, u Missierek, li jara dak li hu moħbi,

iroddlok hu.”

Din is-silta meħuda mid-Diskors ta’ Ġesù fuq il-Muntanja

toħloq kuntrast bejn il-Fariżej u d-dixxipli ta’ Ġesù. Ġesù

juri li għalkemm il-Fariżej ukoll kienu jagħmlu karità,

imma dan l-għemil tagħhom kienu jagħmluh għal wiċċ

in-nies b’mod illi l-ħlas tagħhom diġà ħaduh. Id-dixxiplu

iżda, meta jagħmel karità m’għandux bżonn idoqq trombi

imma jagħmel dan b’mod li jkun jaf biss il-Missier tas-

Sema. Il-karità hija xi ħaġa essenzjali fil-ħajja Nisranija.

Ma nistgħux nippretendu li nissejħu Insara u mbagħad

nagħlaq għajnejja għal tant bżonnijiet ta’ persuni li niltaqa’

magħhom. L-Iskrittura tgħid li l-karità tgħatti ħafna

dnubiet. Nitolbu l-Mulej jgħinna ngħixu din il-Kelma tiegħu.

Talba

Għinni Mulej, biex inkun ġeneruż ma’ dawk

il-persuni li għandhom bżonn l-għajnuna tiegħi.

Kliem il-Óajja

51

51


Il-Ħamis, 18 ta’ ĠUNJU 2020

Itolbu hekk Mt 6:7-15

Silta

Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani;

dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar

jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf

x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom. Mela itolbu

hekk: ‘Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes

ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema,

hekkda fl-art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum.

Aħfrilna dnubietna, bħalma naħfru lil min hu ħati

għalina. U la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna

mid-deni.’ Għax jekk intom taħfru lill-bnedmin

il-ħtijiet tagħhom, Missierkom li hu fis-smewwiet

jaħfer lilkom ukoll. Imma jekk intom ma taħfrux

lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, anqas Missierkom

ma jaħfer lilkom il-ħtijiet tagħkom.

Kemm hi sabiħa t-talba li għallimna Ġesù stess. Din hija

tassew it-talba tan-Nisrani li rridu ntennuha kuljum.

Ġesù jgħallimna kif fit-talb tagħna l-ewwel u qabel kollox

għandna nfaħħru lil Alla. Wara, imbagħad, nitolbuh ilħtiġiet

tagħna li huma ħafna. Ma nħallu l-ebda jum jgħaddi

minn fuqna mingħajr ma nitolbu. It-talb għandu l-qawwa

li jbexxaq il-bibien li huma msakkrin b’katnazzi kbar. Ittalb

jittrasmetti fina l-Ispirtu ta’ Ġesù Kristu, li hu Spirtu

ta’ tjieba, ta’ modrija u ta’ maħra. It-talb jiddefendina

quddiem il-qawwa tal-Ħażin. Kif nistgħu mela ma nitolbux

kuljum u mhux biss meta jinqala’ l-għawġ fil-ħajja?

Talba

Missierna li Inti fis-Smewwiet,

jitqaddes Ismek, tiġi Saltnatek. Ammen.

52 Kliem il-Óajja

52


Il-Ġimgħa, 19 ta’ ĠUNJU 2020

Toqol ħafif Mt 11:25-30

Silta

F’dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek,

Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn

il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u

d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax

lilek hekk għoġbok. Kollox kien mogħti lili minn

Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux

il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk

mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu.

Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u

mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom ilmadmad

tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’

qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal

ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol

tiegħi ħafif.”

Kemm hi sabiħa din l-istedina li Ġesù qed jagħmlilna llum

f’din is-silta: stedina biex immorru għandu meta nħossuna

mtaqqlin u mħabbtin. Dawn ikunu l-aktar waqtiet diffiċli

fil-ħajja tagħna li fihom ħafna drabi nħossuna weħidna

u abbandunati. Imma l-Mulej qiegħed dejjem hemm.

Hu jibqa’ s-soluzzjoni ta’ ħafna mill-problemi tagħna.

Huwa għalhekk qed jistedinna biex immorru għandu u hu

jserraħna. Ma ninsewh qatt dan il-kliem filwaqt li nitolbu

biex ma niddubitaw qatt mill-imħabba kbira tiegħu lejna,

Hu li ta ħajtu għalina.

Talba

Grazzi Mulej li għarraftna li t-toqol tiegħek ħelu,

u l-madmad tiegħek ħafif.

Kliem il-Óajja

53

53


Is-Sibt, 20 ta’ ĠUNJU 2020

Bid-dehen tiegħu Lq 2:46-51

Silta

Wara tlitt ijiem sabuh fit-tempju, bilqiegħda

f’nofs l-għalliema, jismagħhom u jistaqsihom; u

kull min semgħu baqa’ mistagħġeb bid-dehen u

t-tweġibiet tiegħu. Kif rawh, instamtu, u ommu

qaltlu: “Ibni, dan għaliex għamiltilna hekk? Ara,

missierek u jiena konna qegħdin infittxuk b’qalbna

maqsuma!” U hu qalilhom: “U għaliex kontu

qegħdin tfittxuni? Ma tafux li jiena għandi nkun

f’dak li hu ta’ Missieri?” Iżda kliemu ma fehmuhx.

Imbagħad niżel magħhom u raġa’ mar Nazaret;

u kien jobdihom. U ommu kienet tgħożż f’qalbha

dawn il-ħwejjeġ kollha.

Illum fil-festa tal-Qalb Immakulata ta’ Marija, nirriflettu fuq

din is-silta li fiha naqraw kif Marija flimkien ma’ żewġha

Ġużeppi kienu tilfu lit-tfajjel Ġesù u kif fittxewh b’qalbhom

maqsuma sakemm sabuh fit-Tempju qalb l-għorrief. Marija

kienet dik li baqgħet takkumpanja lil Ġesù matul il-ħajja

kollha tiegħu sas-salib. Il-qalb tagħha ġiet feruta kemm-il

darba b’dak li kienu għamlu lil Binha Ġesù li minn kull fejn

għadda m’għamilx ħlief ġid. Niftakru llum f’tant ommijiet

li qed ibatu minħabba ċirkustanzi fil-familji. Kemm tbatija!

Nitgħallmu nħarsu f’waqtiet bħal dawn lejn din l-Omm

Imbierka, Marija Omm Ġesù, u nitolbu biex bħalha nibqgħu

sħaħ fil-fidi tagħna mqar f’waqtiet tqal bħal dawn.

Talba

Sliem għalik Sultana, Omm tal-ħniena, ħajja

ħlewwa u tama tagħna. Sliem għalik.

54 Kliem il-Óajja

54


Il-Ħadd, 21 ta’ ĠUNJU 2020

It-12-il Ħadd tas-Sena Mt 10:26-33

Xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf. Dak li

jien ngħidilkom fid-dlam għiduh fid-dawl, u dak

li ngħidilkom f’widnejkom xandruh minn fuq ilbjut.

U tibżgħux minn dawk li joqtlu l-ġisem bla

ma jistgħu joqtlu r-ruħ; imma aktar ibżgħu minn

dak li jista’ jeqred kemm ir-ruħ u kemm il-ġisem

fl-infern. Żewġ għasafar tal-bejt mhux b’ħabba

jinbiegħu? U b’danakollu anqas wieħed minnhom

ma jaqa’ fl-art mingħajr ir-rieda ta’ missierkom.

Intom imbagħad sa x-xagħar ta’ raskom kollu hu

magħdud. Mela xejn la tibżgħu; intom aqwa minn

ħafna għasafar tal-bejt. Kull min jistqarr quddiem

il-bnedmin li hu miegħi, jien ukoll nistqarr li jiena

miegħu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.

Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien ukoll

niċħad lilu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.

Is-silta toffrilna numru ta’ punti mit-tagħlim ta’ Ġesù,

fosthom il-protezzjoni li hu lest li jagħtina, aħna li niswew

ħafna f’għajnejh, tant illi hu għażel li jsir wieħed minna u

miet għalina. Is-silta tkellimna wkoll fuq l-istqarrija jew

aħjar fuq ix-xhieda li aħna bħala Nsara, aħna msejħin

sabiex nagħtu bil-mod kif nitkellmu u wisq aktar bil-mod

kif ngħixu l-valuri tagħna bħala Nsara. Fuq kollox is-silta

tfakkarna biex nibżgħu minn dawk li kapaċi joqtlu lir-ruħ,

jiġifieri d-dnub tagħna u dak kollu li jwassalna għal dan.

Talba

Ħarisni Mulej,

għax fik jien nistkenn.

Kliem il-Óajja 55

Silta

55


It-Tnejn, 22 ta’ ĠUNJU 2020

Tibna u travu Mt 7:1-5

Silta

“Tiġġudikawx, biex ma tkunux iġġudikati; għax blistess

ġudizzju li tagħmlu intom, tkunu ġġudikati;

u bl-istess kejl li tkejlu intom, jitkejjel lilkom. Xi

trid tħares lejn it-tibna li hemm f’għajn ħuk? Għax

ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? Jew

kif tmur tgħid lil ħuk, ‘Ħa nneħħilek it-tibna minn

għajnek,’ meta inti stess f’għajnek għandek travu?

Ja wiċċ b’ieħor, neħħi l-ewwel it-travu li għandek

f’għajnek int, ħalli mbagħad tara sewwa tneħħi

t-tibna minn għajn ħuk!

Din is-silta meħuda mid-Diskors ta’ Ġesù fuq il-Muntanja

tkellimna fuq il-ġudizzji li aħna kapaċi ngħaddu kontra

xulxin. Il-ġudizzju huwa ħsieb li jinbet f’qalbi u f’moħħi

minħabba xi ħaġa li nkun smajt jew rajt. Imma Ġesù

jwissina li qabel ma ngħaddu ġudizzju fuq xulxin, l-ewwel

naraw u ngħarblu l-għemil tagħna li hu bħal travu ħdejn

tibna ta’ ħaddieħor! Huwa qawwi dan il-kuntrast li jġib

Ġesù biex jurina kemm hu serju dan id-dnub li faċilment

jinbet f’qalbna, filwaqt li jfakkarna wkoll li bl-istess kejl li

nkejlu aħna, jitkejjel lilna wkoll! Nitolbu l-Mulej jgħinna

biex fir-relazzjonijiet tagħna ma’ xulxin, inkunu kapaċi

nirrispettaw lil xulxin. Meta aħna ngħaddu ġudizzju fuq

xulxin inkunu qed insiru bħal imħallef għal xulxin. Dan

mhuwiex ix-xogħol tagħna!

Talba

Aħfrilna dnubietna, bħalma aħna naħfru lil min

hu ħati għalina.

56 Kliem il-Óajja

56


It-Tlieta, 23 ta’ ĠUNJU 2020

Bieb wiesa’ Mt 7:6.12-14

Silta

Tagħtux lill-klieb dak li hu qaddis, u tixħtux ilġawhar

tagħkom quddiem il-ħnieżer li ma jmorrux

jgħaffġuhom b’saqajhom u mbagħad iduru

għalikom u jqattgħukom bi snienhom. Mela dak

kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh

ukoll intom lilhom; għax din hi l-Liġi u l-Profeti.

Għaddu mill-bieb id-dejjaq. Għax wiesa’ l-bieb u

spazjuża t-triq li tieħu għat-telfien, u ħafna huma

li jgħaddu minnha. Imma kemm huwa dejjaq ilbieb

u dejqa t-triq li tieħu għall-ħajja, u ftit huma

li jsibuha!

F’din is-silta meħuda mid-Diskors ta’ Ġesù fuq il-Muntanja

li fiha l-Imgħallem tagħna jagħtina bosta pariri ta’ kif

għandna ngħixu l-ħajja tagħna, qed iwissina biex nagħmlu

għażla oħra: l-għażla li ngħaddu mit-triq u mill-bieb

id-dejjaq u mhux mit-triq jew il-bieb il-wiesa’. It-triq ilwiesgħa

tirrappreżenta t-triq li tqarraq bina, triq li tidher

sabiħa imma fil-fatt ma twassal għal imkien. F’kuntrast,

it-triq id-dejqa, li hija t-triq diffiċli, hija t-triq tal-verità li

twassalna għandu. Jiddependi minna issa fejn nixtiequ

naslu: jekk hux għandu jew inkella x’imkien ieħor. Irridu

ħafna kuraġġ u determinazzjoni biex nibqgħu fit-triq iddejqa.

Huwa għalhekk li għandna bżonn nitolbu aktar u

nkunu qrib is-sagramenti, żewġ għajnuniet kbar fil-mixja

spiritwali tagħna.

Talba

Mulej fid-dgħufijiet tiegħi, għinni biex nibqa’

nagħżel lilek fuq kollox.

Kliem il-Óajja 57

57


L-Erbgħa, 24 ta’ ĠUNJU 2020

It-twelid tal-Battista Lq 1:57-66

Silta

Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha

tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera

ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha.

Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu

ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija

għal missieru, imma qabżet ommu u qalet: “Le,

iżda Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm

ħadd li jismu hekk fost qrabatek!” Imbagħad bdew

jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu

talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu

huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb. Dak

il-ħin stess Żakkarija nfetaħlu fommu, ilsienu nħall,

u beda jitkellem u jfaħħar lil Alla.

Illum il-Knisja tiċċelebra t-twelid ta’ Ġwanni l-Battista.

It-twelid tiegħu kien ifisser li s-salvazzjoni mwiegħda issa

kienet fil-qrib. Dan għaliex il-missjoni ta’ dan Ġwanni

kienet dik li jħejji l-qlub għall-miġja tal-Messija, is-Salvatur.

It-twelid ta’ Ġwanni hu marbut ma’ tant ġrajjiet oħra,

fosthom ta’ missieru Żakkarija li ddubita l-kliem tal-anġlu

meta dan ħabbarlu li fi xjuħiti kien ser ikollu iben. Huwa

marbut ukoll ma’ Eliżabetta omm Ġwanni, li tfaħħar

lil Marija meta din marret iżżurha fid-dar tagħha. Hija

marbuta wkoll mal-Kantiku ta’ Żakkarija li meta nfetaħlu

fommu faħħar lil Alla “għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu.”

Talba

Imbierek il-Mulej Alla ta’ Iżrael, għaliex ġie jżur u

jifdi l-poplu tiegħu.

58 Kliem il-Óajja

58


Il-Ħamis, 25 ta’ ĠUNJU 2020

Ramel u blat Mt 7:21-27

F’dak il-jum ikun hemm ħafna li jgħiduli, ‘Mulej,

Mulej, mhux f’ismek ħabbarna aħna, u m’hux

f’ismek keċċejna x-xjaten u f’ismek għamilna

ħafna mirakli?’ Imbagħad jien ngħidilhom, ‘Lilkom

qatt ma kont nafkom! Warrbu minn quddiemi,

intom li tagħmlu l-ħażen!’Għalhekk, kull min

jisma’ dan kliemi u jagħmel li qiegħed ngħid jien,

isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq ilblat.

Niżlet ix-xita, ġew il-widien, qamu l-irwiefen

u ħabtu fuq dik id-dar, iżda ma ġġarrfitx għax

kellha s-sisien tagħha fuq il-blat. Imma kull min

jisma’ dan kliemi u ma jagħmilx li qiegħed ngħid

jien, isir jixbah lil bniedem iblah li bena daru

fuq ir-ramel. Niżlet ix-xita, ġew il-widien, qamu

l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, u ġġarrfet; u kbira

kienet il-qerda tagħha!”

Huwa b’dan il-kliem li jagħlaq id-Diskors ta’ Ġesù fuq il-

Muntanja. Ġesù joħloq kuntrast bejn il-bniedem iblah li

jisma’ kliemu imma jieqaf hemm b’mod illi mal-ewwel kriżi,

il-ħajja tiegħu mxebbha ma’ dar mibnija fuq ir-ramel, issir

ħerba. Mhux hekk iżda min jisma’ u jwettaq il-Kelma ta’

Alla li jkun qisu qed jibni fuq il-blat, b’mod illi jibqa’ sod

imqar fl-aktar waqtiet tqal. Il-Kelma ta’ Alla hija tassew

dawl fil-mixja tagħna wara Ġesù. Nitolbu l-Mulej il-qawwa

biex inkunu nistgħu ngħixu skont dak li talab minna Hu.

Talba

Mulej Ġesù, kemm għandi bżonn il-qawwa tiegħek

biex ngħix dak li trid minni Int.

Kliem il-Óajja 59

Silta

59


Il-Ġimgħa, 26 ta’ ĠUNJU 2020

Irrid Mt 8:1-4

Silta

Kif niżel minn fuq il-muntanja, folol kbar marru

warajh. U resaq fuqu wieħed lebbruż, inxteħet

quddiemu u qallu, “Mulej, jekk trid, tista’

tfejjaqni.” Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu:

“Irrid; kun imfejjaq.” U minnufih ġismu ndaf milllebbra.

U qallu Ġesù: “Qis li ma tgħid lil ħadd; iżda

mur uri ruħek lill-qassis u agħmel l-offerta li ordna

Mosè, biex hekk tagħti xhieda li inti fiqt.”

Kif seta’ dan il-lebbruż ma jgħid xejn lil ħadd wara li Ġesù

fejqu minn din il-marda daqshekk kiefra? Din forsi hija

l-mistoqsija li tiġi f’moħħna meta naqraw dan ir-rakkont

ta’ fejqan. L-Evanġelista iżda jrid jurina li b’din l-ordni ta’

Ġesù, l-Imgħallem tagħna ried jurina li hu ma riedx li jkun

magħruf bħala l-Messija permezz tal-mirakli. Dan għaliex

din il-ħaġa setgħet twassal biex in-nies jagħrfu lil Ġesù

bħala Messija ta’ glorja. Ġesù, minflok ried jurina min hu

tassew permezz tas-Salib. Is-Salib kellu jkun il-mezz li bih

nagħrfu lil Ġesù bħala Messsija tat-Tbatija. Huwa f’dan ilkuntest

li rridu nippruvaw nifhmu għaliex wara ħafna millmirakli

tiegħu, Ġesù kien iwissi lin-nies biex ma jitkellmu

ma’ ħadd fuq dak li jkun għamel magħhom. Fl-istess ħin kif

tista’ żżomm għalik xi ħaġa daqshekk kbira li wasslet biex

uriet mhux biss il-qawwa ta’ Ġesù, imma wkoll it-tama li

huwa ta lil tant persuni fil-ħajja tat-tbatija tagħhom!

Talba

Ibqa’ żurna Mulej, bil-qawwa tal-id setgħana

tiegħek li tfejjaqna u tfarraġna.

60 Kliem il-Óajja

60


Is-Sibt, 27 ta’ ĠUNJU 2020

Ma jistħoqqlix Mt 8:5-13

Resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa u

jgħidlu: “Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut,

mifluġ u batut wisq.” Qallu Ġesù: “Niġi jien infejqu.”

“Sinjur,” qallu ċ-ċenturjun, “Ma jistħoqqlix li tidħol

taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u

l-qaddej tiegħi jfiq. Għax jien ukoll bniedem taħt

is-setgħa ta’ ħaddieħor, u jien stess għandi suldati

taħti; lil wieħed ngħidlu, ‘Mur’, u jmur; lil ieħor

ngħidlu, ‘Ejja’, u jiġi.” Ġesù baqa’ mistagħġeb meta

sama’ dan, u qal: “F’ħadd minn Iżrael ma sibt fidi

bħal din. Għad jiġu ħafna mil-Lvant u mill-Punent

u joqogħdu fuq il-mejda ma’ Abraham fis-Saltna

tas-Smewwiet, waqt li dawk li twieldu fis-Saltna

jitkeċċew ‘il barra fid-dlam!” Imbagħad Ġesù

qal liċ-ċenturjun: “Mur, ħa jsirlek kif emmint!” U

l-qaddej fieq dak il-ħin stess.

Kemm huma sbieħ dawk l-episodji mill-Evanġelju li fihom

nisimgħu lil Ġesù jfaħħar il-fidi tal-persunaġġi involuti. Din

hija waħda minn dawn is-siltiet li fiha Ġesù jfaħħar il-fidi

ta’ raġel pagan, jiġifieri ta’ xi ħadd li ma kienx Lhudi. Dan

ir-raġel jistqarr ma’ Ġesù li hu ma kienx jistħoqqlu li Ġesù

jmur għandu anke jekk kien talbu sabiex ifejjaqlu lill-qaddej

tiegħu. Din hija t-talba li nirrepetu f’kull quddiesa qabel

it-Tqarbin. Min minna jistħoqqlu li Ġesù jiġi jgħammar fih?

Imma dan hu l-mod kif Ġesù għażel biex jgħix fina.

Talba

Ma jistħoqqlix Mulej li tgħammar fija.

Għid kelma waħda biss, u fejjaq lil qalbi.

Kliem il-Óajja 61

Silta

61


Il-Ħadd, 28 ta’ ĠUNJU 2020

It-13-il Ħadd tas-Sena Mt 10:37-42

Silta

“Min iħobb lil missieru jew lil ommu iżjed minni

ma jistħoqqlux li jkun miegħi; min iħobb lil ibnu

jew lil bintu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun

tiegħi. U min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma

jistħoqqlux li jkun miegħi. Min isib lil ħajtu, jitlifha;

u min jitlef lil ħajtu minħabba fija jsibha. Min jilqa’

lilkom jilqa’ lili, u min jilqa’ lili jkun jilqa’ lil dak li

bagħatni. Min jilqa’ profeta għax hu profeta, ħlas

ta’ profeta jieħu; u min jilqa’ bniedem ġust għax

hu ġust, ħlas ta’ wieħed ġust jieħu. U kull min

jagħti mqar tazza ilma frisk lil xi ħadd minn dawn

l-iżgħar għax hu dixxiplu, tassew ngħidilkom li ma

jitlifx il-ħlas tiegħu.”

Dan il-kliem ta’ Ġesù jkellimna fuq il-mixja tagħna warajh,

jew fuq id-Dixxipulat. Ma nistgħux inkunu dixxipli tiegħu/

Insara jekk aħna m’aħniex lesti li ta’ kuljum nerfgħu s-salib

tagħna. Hekk jgħallimna Ġesù f’din is-silta. Is-salib hu

xi ħaġa li jbeżżagħna u nippruvaw nevitawh, imma fissewwa

dan hu l-mod li bih aħna nsalvaw, meta nitgħallmu

naċċettawh u niggranfaw miegħu, kif għamlu dawk li kienu

fuq il-ġifen ma’ Pawlu meta l-ġifen tkisser u għamu sal-art

billi ggranfaw mal-biċċiet tal-injam li tkisser mill-ġifen! Dan

hu s-salib li aħna nitilgħu nbusu fil-jum tal-Ġimgħa l-Kbira,

biex nagħrfu li kien bis-Salib ta’ Kristu li aħna ġejna salvati.

Talba

Nadurawk o Ġesù u nberkuk, għaliex bis-salib

tiegħek Inti fdejt id-dinja.

62 Kliem il-Óajja

62


It-Tnejn, 29 ta’ ĠUNJU 2020

San Pietru u San Pawl Mt 16:13-19

Silta

Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min

jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?” U huma

weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn,

Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti.”

Imma intom min tgħidu li jien?” staqsiehom. U

qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla

l-ħaj.” U Ġesù wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun bin

Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam

uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet. U

jiena ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena

nibni l-Knisja tiegħi, u s-setgħat tal-infern ma

jegħlbuhiex. Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna

tas-Smewwiet, u kull ma torbot fuq l-art ikun

marbut fis-smewwiet, u kull ma tħoll fuq l-art ikun

maħlul fis-smewwiet.”

Illum niċċelebraw bil-ferħ il-festa tal-Appostli San Pietru

u San Pawl, żewġ pilastri li għenu biex tinbena l-Knisja

tal-Bidu wara li Ġesù tela’ s-sema. Minn dak li naqraw

fuqhom fl-Atti tal-Appostli naraw il-kuraġġ kbir li wrew

biex xandru lil Kristu Rxoxt u taw xhieda saħansitra billi

mietu martri għalih. Minkejja dan, fil-ħajja ta’ dawn iż-żewġ

appostli tispikka wkoll id-dgħufija tagħhom: Pietru li wasal

biex ċaħad lil Ġesù, filwaqt li Pawlu li kien jippersegwita

lill-istess dixxipli ta’ Ġesù qabel ma rċieva s-sejħa. Imma

lilhom għażel Ġesù! Infaħħruh fil-qaddisin tiegħu.

Talba

Mulej agħtina ħafna mħabba lejn il-Knisja tiegħek,

kif ħabbewha l-Apposlti Pietru u Pawlu.

Kliem il-Óajja 63

63


It-Tlieta, 30 ta’ ĠUNJU 2020

Fidi ċkejkna Mt 8:23-27

Ġesù tala’ fuq dgħajsa, u d-dixxipli marru warajh.

U qamet taqliba kbira fuq il-baħar, hekk li l-mewġ

beda jgħatti d-dgħajsa; iżda hu kien rieqed. Iddixxipli

resqu fuqu, qajmuh u qalulu: “Salvana,

Mulej! Se nintilfu!” U qalilhom: “Dan il-biża’ kollu

għalfejn, ja nies ta’ fidi ċkejkna?” Imbagħad qam,

ordna lill-irjieħ u lill-baħar, u waqgħet kalma

kbira. Dawk stagħġbu, u bdew jgħidu: “Dan xi

bniedem hu, biex sa l-irjieħ u l-baħar jisimgħu

minnu?”

Din is-silta toffrilna waħda mit-talbiet qosra li nsibu filpaġni

tal-Evanġelju. “Salvana, Mulej!” Din hija talba li aħna

wkoll tajjeb li nitgħallmu nirrepetuha spiss speċjalment

f’waqtiet li bħall-appostli nindunaw li jkun dieħel l-ilma fiddgħajsa

ta’ ħajjitna, jiġifieri f’waqtiet li nħossu li nkunu filperiklu.

Din it-talba iżda rridu nagħmluha bil-fidi, f’kuntrast

mad-dixxipli li f’din is-silta Ġesù jċanfarhom għan-nuqqas

ta’ fidi tagħhom. Dawn id-dixxipli li dejjem kienu ma’ Ġesù

donnhom li ma kinux kapaċi jagħrfu l-qawwa ta’ Ġesù,

tant illi Ġesù nnifsu spiss iċanfarhom fuq hekk. Din il-ħaġa

għandha tagħmlilna ħafna kuraġġ, għaliex aħna wkoll spiss

jiġrilna bħad-dixxipli u nonqsu mill-fidi tagħna f’Ġesù. Forsi

l-aktar li jiġrilna hekk hu meta naħsbu li Ġesù huwa rieqed

bħalma jidher f’din is-silta. Imma Hu dejjem hemm. Jaf bina

u jaf x’qed itaqqal il-ħajja tagħna.

Talba

Salvana Mulej, meta l-mewġ tal-ħajja jaħkem

id-dgħajsa ta’ ħajjitna.

64 Kliem il-Óajja

Silta

2

64

More magazines by this user
Similar magazines