27.05.2020 Views

Kliem il-Ħajja, Ġunju 2020

  • No tags were found...

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

L-Erbgħa, 10 ta’ ĠUNJU 2020

Salvana, Mulej Mt 8:23-27

Silta

Ġesù tala’ fuq dgħajsa, u d-dixxipli marru warajh.

U qamet taqliba kbira fuq il-baħar, hekk li l-mewġ

beda jgħatti d-dgħajsa; iżda hu kien rieqed. Iddixxipli

resqu fuqu, qajmuh u qalulu: “Salvana,

Mulej! Se nintilfu!” U qalilhom: “Dan il-biża’ kollu

għalfejn, ja nies ta’ fidi ċkejkna?” Imbagħad qam,

ordna lill-irjieħ u lill-baħar, u waqgħet kalma

kbira. Dawk stagħġbu, u bdew jgħidu: “Dan xi

bniedem hu, biex sa l-irjieħ u l-baħar jisimgħu

minnu?”

Kemm-il darba aħna wkoll sibna ruħna f’din is-sitwazzjoni,

meta jibda dieħel l-ilma fid-dgħajsa ta’ ħajjitna, meta

nsibu ruħna fil-periklu. Min-naħa l-oħra, kemm drabi

wkoll, Ġesù deher rieqed, qisu ma jimpurtahx minn dak

li nkunu għaddejjin minnu. Imma hu qiegħed magħna

kif juri lid-dixxipli meta jqum u jsikket il-maltempata u

jgħid lid-dixxipli: “Dan il-biża’ kollu għaliex, ja nies ta’ fidi

ċkejkna?” Mhux din forsi hija l-problema tagħna: il-fidi

ċkejkna tagħna? L-episodju għalhekk irid jgħinna nagħrfu

u nitgħallmu li Ġesù qiegħed dejjem hemm magħna. Din

hija l-wegħda tiegħu li ma jistax imur lura minnha: “Jiena

magħkom dejjem sal-aħħar taż-żmien.” Nibqgħu iżda

nitolbu l-qawwa tiegħu fil-mewġ tal-ħajja, għaliex Hu wkoll

għallimna: “Mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn!”

Talba

Mulej, fil-mewġ imqalleb tal-ħajja, kun Inti dak

li tfarraġni.

44 Kliem il-Óajja

44

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!