09.03.2013 Views

I. X'TGHIDILNA L-BIBBJA

I. X'TGHIDILNA L-BIBBJA

I. X'TGHIDILNA L-BIBBJA

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

L-ghada, huma u nezlin minn fuq il-muntanja, marru jilqghuh hafna

nies. U wiehed ragel mill-folla rafa’ lehnu u qallu: ‘Mghallem, nitolbok,

hares harsa lejn ibni, ghax lilu biss ghandi. Ara, l-ispirtu jaqbdu u minnufih

jibda jghajjat, ikaghwgu ma’ l-art kollu raghwa, u jhallih imfarrak wara

tbatija kbira biex johrog minnu. Tlabt lid-dixxipli tieghek biex ikeccuh

minnu, izda ma setghux.’ Wiegeb Gesù u qal: ‘Ja nies bla fidi u hziena,

kemm se ndum maghkom u nissaportikom? Gibli lil Ibnek hawn.’ Huwa u

riesaq, ix-xitan beda jsabbtu u jkaghwgu ma’ l-art. Imma Gesù hedded

hafna lill-ispirtu mnigges, fejjaq lit-tifel, u raga’ tah lil missieru. U kulhadd

tnixxef bil-ghageb quddiem dan il-kobor li ma bhalu ta’ Alla

Interessanti ninnutaw il-fidi tar-ragel li hareg b’wiccu minn quddiem

u beda jistieden it-talb ta’ Gesù fuq ibnu li kien imxajtan, anke jekk il-fejqan

tad-dixxipli tieghu ma kien halla l-ebda effett. Dan nistghu nghiduh ghaliex

l-awtur sagru jiddeskrivi tajjeb is-sintomi tal-marda tat-tifel. U dan ghamlu

biex l-ewwel nett ihejji lilna l-qarrejja biex nifhmu u nagharfu s-setgha ta’

Gesù permezz tal-fejqan u fl-istess hin juri li s-setgha tad-dixxipli kienet

tiddependi minn Gesù, filwaqt li l-qawwa tal-fejqan kienet tiddependi wkoll

mill-fidi taghhom.

Ma ninsewx li Gesù kien ga tahom is-setgha fuq ix-xjaten kollha.

Anke f’din l-istorja x-xitan immanifesta ruhu fit-tifel billi kien isabbtu ma’ lart;

quddiem l-awtorità assoluta ta’ Gesù x-xitan kellu jobdi u jmur minn

fejn gie. Imbaghad Gesù ma qabadx u telaq izda rega’ radd it-tifel lil

missieru. Tajjeb li ninnutaw ukoll li qabel dan il-fejqan Gesù kien ghadu kif

nizel mill-muntanja. Forsi hawn San Luqa jghaqqad it-Trasfigurazzjoni ta’

Gesù fuq il-muntanja mal-hidma tieghu fuq l-art. Gesù, mill-esperjenza talglorja

tas-sema, jinzel ghall-missjoni ta’ salvazzjoni fost il-bnedmin fuq lart.

F’din l-istorja jolqtuni is-sentimenti ta’ Gesù, mhux biss lejn il-missier

u lejn l-iben, izda b’mod partikulari lejn ir-relazzjoni li kien hemm

bejniethom. Nistghu nghidu li l-fejqan mhux biss heles lit-tifel, izda wkoll

qanqal relazzjoni gdida bejn ir-ragel u ibnu permezz ta’ l-imhabba li ssalva

ta’ Kristu Gesù nnifsu u sforz ix-xewqa herqana u d-disponibilità li kellu lmissier.

Mulej, nitolbuk tikisser il-hidma tax-xitan fil-hajja taghna, u thallix la

hwejjeg zghar u lanqas kbar jimblukkaw ir-relazzjoni taghna mieghek.

Aghtina l-grazzja li bhal dan ir-ragel inkunu mimlija bil-fidi u nilqghu ilhidma

kollha tieghek fil-hajja taghna.

(C) L-azzjoni ta’ Satana

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!