10.04.2013 Views

Festa Tas-Salvatur 11 - Socjeta Sant Andrija Lija

Festa Tas-Salvatur 11 - Socjeta Sant Andrija Lija

Festa Tas-Salvatur 11 - Socjeta Sant Andrija Lija

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Soċjetà Sant’Andrija - Villa Lija A.D. 1880

minnhom u konna obbligati nġorruha kull fejn immorru. Fil-ġnien kien hemm

ħaddiem jirranġa l-ponot ta’ numru kbir ta’ bqaqen. Kellu n-nar jaqbad biex

isaħħan inkwina u martell biex isammar. Tgħid kienu jħejju għal meta jibdew

iħaffru x-xelters? Kienu jafu li kien hemm gwerra fi l-ġejjieni qrib?

Niftakar qed nimxi matul ix-xatt f’Buġibba. Rajt ħaddiema jħaffru toqob

fi l-blat bil-għajnuna ta’ magna kbira tagħmel ħafna ħoss. Kull toqba kienu

mbagħad jimlewha bil-karti tal-ixkejjer tas-siment. Ma kontx naf għaliex.

Niftakar li madwar sena wara kont miexi ma’ missieri max-xatt ta’ Buġibba

u rajna ħaddiema jneħħu l-karti tas-siment mit-toqob li kienu ħaffru u fi hom

iwaħħlu bis-siment biċċiet weqfi n tal-ħadid (angle-iron). Bejn kull ħadida

kienu mbagħad jifi rxu rombli kbar ta’ fi ldiferru mxewwek (barbed wire).

Missieri qalli: “Ibni, qed tarahom dawn? Issa żgur riesqa lejna l-gwerra!”

Niftakar kienu ħallew xi post minn fejn konna nistgħu ngħaddu biex ninżlu

ngħumu.

Niftakar meta l-Italja daħlet fi l-gwera kontra l-Ingilterra. Kelli tlettax-il

sena. Kont bilqiegħda fuq il-għatba tal-bieb għal xi d-disgħa ta’ fi lgħaxija

nhar il-għaxra ta’ Ottubru 1939, meta Ċensu, ħu Dun Salv Agius, li kienu

joqogħdu fejn illum tgħammar il-familja Hili, kien tiela’ bħas-soltu mill-

Każin San Andrija. Waqaf ħdejja u qalli: “Mussolini għadu kemm iddikjara

gwerra kontrina. Smajt l-aħbar fuq ir-Rediffusion.” Malli smajtu dħalt niġri

ġewwa biex ngħid lil tal-familja. Semgħuni fi s-skiet. Ma konniex għadna

nafu x’kien hemm lest għalina!

Niftakar li l-għada fi lgħodu, għal xi s-sebgħa neqsin kwart smajt lil ommi

(Alla jagħtiha l-ġenna)ssejjaħli: “Qum għax qiegħda ddoqq!” Jien ħsibt

li kienet qed iddoqq il-Quddiesa tas-Sebgħa, Imma kienet is-sirena! Kien

l-ewwel attakk mill-ajru u l-ewwel togħma tal-gwerra.

Niftakar fl -ewwel jum tal-gwerra lil missieri ġej mid-dwana fejn kien

jaħdem għall-ħabta tal-għaxra ta’ fi lgħodu wara li kien spiċċa mix-xogħol

fi s-sebgħa. Qal li kien ma’ sħabu fuq ix-xatt tal-port iħarsu ’l fuq jaraw

l-ajruplani jtiru fi l-għoli u jisimgħu il-ħsejjes tal-kanuni u tal-bombi jisplodu.

Xi ħadd qalilhom: “Xi prova ta’ attakk mill-ajru din! Kemm jafu jagħmluhom

il-provi! Missieri wieġbu: “Din m’hi prova xejn! Dan attakk mill-għadu!” U

daħlu jiġru ġewwa!

Niftakar li fi l-bidu qalulna li waqt xi attakk l-aħjar nistkennu taħt it-taraġ

jew taħt xi mejda bis-saqajn sodi. Kienu jaħsbu, jew forsi kienu jgħidu hekk

biex jikkalmawna, li d-djar tagħna kienu jifi lħu tajjeb għall-bombi millajru.

Niftakar kont Buġibba fi s-sajf meta l-attakki mill-ajru kienu battew xi

ftit, u quddiemna kien joqgħod raġel sinjur negozjant li kien joqgħod Strada

www.santandrijalija.com 85

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!