29.12.2012 Views

Kunsill Lokali Mellie˙a - Mellieħa Local Council

Kunsill Lokali Mellie˙a - Mellieħa Local Council

Kunsill Lokali Mellie˙a - Mellieħa Local Council

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Ikompli minn paġna 1:

Ħidmet il-Kunsill trendi wkoll

għall-Komunità Kummerċjali

Kampanji ta’ reklamar li qed

jagħmel il-Kunsill, anke barra

minn xtutna, qegħdin ukoll jagħtu

l-frott mixtieq tant li l-Mellieħa qed

issir dejjem aktar viżibbli ma’ dak

it-turist li jagħżel lil Malta bħala

d-destinazzjoni tiegħu biex iqatta’

l-vaganzi tiegħu mhux biss fissajf,

iżda anke fix-xhur l-oħra

ta’ matul is-sena. Wieħed tajjeb

isemmi wkoll li żewġ konferenzi

kbar mill-Kummissjoni Ewropea

li ġew organizzati fil-Mellieħa

għenu mhux ftit biex il-komunità

kummerċjali Melleħija kompliet

miexja ’l quddiem. Wieħed irid

jirrikonoxxi l-kuraġġ tal-investituri

lokali u barranin li b’tant sagrifiċċji

ma ddejqux jinvestu fil-Mellieħa u

għax emmnu fil-potenzjal li toffri

din il-lokalità, illum qed jaqtgħu

l-frott tad-deċiżjonijiet li huma

ħadu.

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jibqa’

kommess u determinat li bilfatti

jagħti s-sehem tiegħu biex

flimkien inkomplu mmexxu l-lokal

tagħna ’l quddiem.

Appell mill-Kunsill

Lokali

Photo courtesy of Times of Malta

B’rabta mal-ħruq li seħħ fl-aħħar

jiem fil-Miżieb u fl-Aħrax, il-

Kunsill Lokali Mellieħa jappella

lill-pubbliku inġenerali sabiex

jirraporta lill-Aworitajiet konċernati

b’xi negliġenza jew atti oħra li

setgħu kienu l-kaġun ta’ dawn innirien.

Dan il-ħruq fisser qerda ta’

mijiet ta’ siġar.

4 Mill-Qieg˙a | Lulju 2011 | Óar©a Nru. 45

Fondi miksuba

F’dawn l-aħħar xhur il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kompla

jaħdem bla heda sabiex ikun jista’ jkompli jakkwista aktar

fondi u għajnuniet b’risq il-Komunità Melleħija. Dawn

l-għajnuniet kienu jikkonsistu primarjament fuq tlitt skemi

differenti. Kofinanzjament imniedi mill-Gvern Ċentrali

b’rabta mal-fondi Ewropej, fondi tal-Gvern u fondi diretti

mill-Unjoni Ewropea.

Il fuq minn €27,000 Fondi b'Rabta ma' Programmi ta'

l-Unjoni Ewropea

Il-Kunsill Lokali rnexxielu

jakkwista diversi fondi

kemm mill-fond ta’

finanzjament kif ukoll mill-

Unjoni Ewropea. Waqt Iljieli

Melleħin kienet organizzata

Citizen’s Meeting flimkien

mal-irħula ġemellati. Għal

din l-attività l-Kunsill Lokali

rnexxielu jġib is-somma

ta’ €10,629.45 mill-Unjoni

Ewropea filwaqt li rnexxielu

jikseb ukoll is-somma

ta’ €2,975 mill-fond ta’

finanzjament tal-Gvern

Ċentrali. Barra minn hekk il-

Kunsill ġab ukoll is-somma

taʼ €11,036.80 mill-Unjoni

Ewropea u €2,560 millfond

ta’ finanzjament għal

Youth Exchange Scheme

fejn numru ta’ żgħażagħ

Melleħin żaru l-Polonja

f’Marzu (ritratt). Din iż-żjara

ġiet reċiprokata bi żjara ta’

żgħażagħ Polakki ġewwa

l-Mellieħa.

€75,000 għal titjib fʼ Taʼ Pennellu

Fid-dawl tal-ftehim dwar ilfinanzjament,

li ġie ffirmat

mal-Awtorità tad-Djar fil-25 ta’

Marzu 2011, saret applikazzjoni

biex tingħata dehra aħjar flarja

bejn il-blokki fil-Qasam Ta’

Pennellu, kif ukoll sabiex titjieb

l-aċċessibilità u jinbidlu siġar talakaċja

u l-ewkaliptus ma’ oħrajn

indiġini. Il-Kunsill ibbenefika

minn finanzjament ta’ €75,000

għal dan il-proġett.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!