15.02.2019 Views

Il-Fuljett Amigos | Edizzjoni Speċjali

Jannar, Frar u Marzu 2019

Jannar, Frar u Marzu 2019

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

mill-

Ir-Rokna tal-Editorjal

D

an il-fatt li sa

nirrakkonta ġara

ġewwa Ishiara,

raħal fqir ħafna,

fejn hemmhekk il-Patrijiet

Agostinjani Afrikani

għandhom Parroċċa. Il-

Kappillan, Fr Geoffrey, talabna

biex nibnu xi kmamar għal

familji b’ħafna tfal u li jkunu

verament fil-bżonn. Niftakar

kien qalli li din id-darba sa

nieħdok għand familja li

toqgħod ’il bogħod ħafna mirraħal

madwar 20 minuta bil-

Jeep. Tridu timmaġinaw ftit li

biex wasalna għand din ilfamilja

kellna ngħaddu minn

toroq kollha ħamrija u blat,

qalb ħafna siġar kbar tax-xewk

u ftit siġar oħra li jservu ta’

ikel għall-mogħoż. Trid

toqgħod ukoll attent waqt issewqan

li ma tinqalibx. Kull

fejn tħares tara biss nixfa

kbira, ambjent vera ikrah.

Din il-familja kellha erba’

bniet u tliet subien. Iż-żgħir

kien tifel ta’ xi ħames snin.

Mingħand dawn it-tfajliet lejn

l-aħħar skoprejt li ġo hut

żgħira ħafna u kważi mkissra,

kien hemm tgħix in-nanna

tagħhom. Din l-anzjana, kif

qalu huma, kellha ’l fuq minn

mitt sena. Din in-nanna qatt

f’ħajjitha kollha ma rat

persuna bajda. Dawn meta

qalulha li hemm aħna l-bojod

u ma’ dawn iż-żgħażagħ hemm

saċerdot ukoll abjad, xtaqet li

mmur ħdejha biex nitlob

magħha u nagħtiha l-barka

saċerdotali. Meta dħalt ġewwa

fejn din in-nanna ħadt xokk

bil-miżerja li rajt quddiem

għajnejja. Kienet fuq sodda

taz-zkuk tas-siġar u speċi ta’

saqqu magħmul minn ftit tiben

u kutra. Tal-biki!!! Jiena

tbaxxejt kif stajt u bdejt nitlob

fuqha. Imma din qabel talbitni

biex tmissli wiċċi għax kienet

għamja. Xtaqet tħoss kif ikun

wiċċ ta’ persuna bajda.

Nistqarr dnubi magħkom,

għall-ewwel ma ħadtx gost

meta rajt dawk l-idejn

maħmuġa u bi dwiefer

mgħawġa, imma aċċettajt.

Wara li ħasset wiċċi sewwa u

kont lest mit-talb u l-barka

tiegħi, talbitni hi jekk jiena

nixtieqx issa l-barka tagħha.

Jiena aċċettajt mal-ewwel,

ersaqt lejha u baxxejt rasi biex

nirċievi l-barka tagħha. Imma

din għal darb’oħra riedet

tmissli wiċċi biex nirċievi l-

barka u mhux rasi. Jiena rsaqt

lejha u din bdiet tgħid xi talb

bil-lingwa tagħhom. Wara ftit

daret fuqi u b’kemm kellha

saħħa bdiet tobżoq fuq wiċċi.

B’wiċċi kollu bżieq dort lejn

in-neputijiet u staqsejthom

għalfejn għamlitli hekk. Dawn

weġbuni “Dik hija t-tradizzjoni

ta’ kif l-anzjani jagħtu l-barka

tagħhom fuq l-oħrajn. Innanna

bil-bżieq tagħha

(simbolu tal-ilma), f’kelma

waħda xtaqitlek ħajja twila u li

ħajtek tkun dejjem ta’ ġid

għall-oħrajn, bħall-ilma taxxita.”

Ir-Rokna tal-Editorjal

Għażiż Fr.

Fil-quddiesa ta’ Santa Rita

smajtek tgħid li xtaqt tiġbor

għall-missjoni fil-Kenja, u

allura qed nibgħatlek

donazzjoni u nixtieq li

tonfquha jekk jista’ jkun għal

dawk li m’għandhomx x’jieklu,

għax ma naċċettax li xi ħadd

jgħix bil-ġuħ.

Inselli għalik,

G. C.

Proset tax-xogħol sabiħ li

qegħdin tagħmlu. Aħna

naqraw b’interess kbir irrivista

Amigos. Il-Mulej

ikompli jbierek ix-xogħol sabiħ

li qegħdin tagħmlu.

Kalendarju t’Attivitajiet

Grazzi tal-Kalendarju.

D. & T. S.

PS: Nirrakkomandaw il-familja

tagħna fit-talb tagħkom.

Għażiż Fr Mario,

Nispera li tinsab tajjeb. Qed

nibgħatlek dan iċ-ċekk. Nixtieq

li b’din id-donazzjoni, jinxtara

ikel għan-nies foqra filmissjoni.

Il-Mulej ibierek lilek

u lil kull min jaħdem għall-ġid

tan-nies fil-bżonn.

Inselli ħafna għalik u nitolbok

tiftakar fija u fil-familja tiegħi

fit-talb tiegħek.

Nitolbok ħafna tberikna.

Grazzi. Dejjem tiegħek,

F. V.

Napprezzaw il-preżenza ta’

kull wieħed u waħda

minnkom għal dawn l-

attivitajiet. Għall-aħħar

dettalji dejjem iċċekkja l-

paġna tal-Facebook:

Messaġġ mill-Edituri:

EDIZZJONI SPEĊJALI

M

atul is-sena l-

oħra bdiet ilħidma

sabiex

nagħtu dehra

ġdida lil dan il-fuljett. Wara

tibdil fid-disinn u fil-logo, din

is-sena qed naħdmu biex

nipprovdu lilkom il-qarrejja

iktar materjal fil-fuljetti.

Iż-żieda tal-materjal ser issir

permezz ta’ erba’ paġni

ġodda. Dawn il-paġni ġodda

jġibu magħhom mhux biss

iktar xogħol sabiex niġbru u

niktbu iktar materjal, iżda

jġibu wkoll iktar spejjeż x’

jitħallsu mid-donazzjonijiet

ġenerużi ta’ ħafna

benefatturi kif ukoll mill-

Provinċja Agostinjana.

Għalhekk din l-edizzjoni

qegħda toħroġ bi prova, biex

naraw kif ħa tiġi milqugħa.

Napprezzaw immens ilkummenti

u l-ittri tagħkom,

fejn tgħidulna x’taħsbu. Tant

hu hekk li ddedikajna wkoll

sezzjoni ġdida, biex

nippubblikaw l-ittri tagħkom

il-qarrejja. Grazzi tassapport

kontinwu f’dawn l-

aħħar 25 sena.

miktub minn

L-esperjenza fil-Możambik

Q

att kont f’sitwazzjoni

li tagħmel kemm

tagħmel, taħdem

kemm taħdem qisu

dejjem għal xejn? Bħal donnu

xejn qatt ma jinbidel u

minkejja l-isforzi tiegħek,

kollox jibqa’ jitkaxkar malistess

kurrenti ta’ dejjem.

Tibda taqta’ qalbek u saħħtek

iċċedi. Is-sitwazzjoni li spiċċajt

fiha hija bil-bosta ikbar

minnek u l-għeruq talaffarijiet

li inti mdawwar

bihom huma fil-fond wisq

sabiex tqaċċathom. Tidħol għal

esperjenza ġdida b’tir,

b’eċitament u

b’determinazzjoni li tagħmel

differenza u ftit jiem wara l-

bidu tħossok qed tifga fit-toqol

tagħha u tipprova kemm

tipprova qatt ma tista’ tqum

fuq saqajk. Qatt kont

f’sitwazzjoni li tagħmel kemm

tagħmel qisu dejjem għal xejn?

Tkun għall-aħħar ħa

tiddispra u tħalli l-kumplessità

tas-sitwazzjoni tirbaħlek meta

xaqq ta’ dawl, bħal donnu

mibgħut mis-sema, ifiġġ

quddiem għajnejk. Bħal

fjamma żgħira, li fl-abbiss li

tkun sibt ruħek fih, tiddi

b’saħħa qalila daqs l-ikbar

ħuġġieġa, u tkeċċi d-dlamijiet

li ħakmuk. Din hi l-esperjenza

tal-missjoni. Meta ssib ruħek

f’faqar li l-ebda ġid ma jista’

jtaffi, għax huwa ikbar milli

sempliċiment in-nuqqas ta’

flus. Tasal f’art imbiegħda,

bħal donnha minsija wkoll

minn Alla, il-kreatur tagħha, u

s-sitwazzjoni taħsad u

tiżborlok kull ħeġġa u

eċitament li ġejt biha. X’inhu l-

iskop li tibni għarix jew tnejn,

meta hemm eluf oħra li ma

lħaqthomx? Il-għaliex infaqt ilmijiet

minn butek, meta anka

waqt li għadek hemm ħajjet

dil-komunità sejra dejjem

għall-agħar? U tħossok qed

tifga fit-toqol tas-sitwazzjoni.

U tgħolli ħarstek u tintebaħ li

sibt ruħek f’abbiss. Iżda propju

meta tkun ħa tmiss il-qiegħ,

hemmhekk ifiġġ id-dawl.

Dan ix-xaqq ta’ dawl, din

il-fjamma tnemnem ma huma

ħadd ħlief dak it-tfajjel l-

iskola, jew dik il-mara taħt ftit

tiben qadim, li wara ġurnata

xogħol fix-xemx sabiex

ittejbilhom kemmxejn issitwazzjoni

tqila tagħhom,

jersqu fuqek u b’sinċerità

kbira jgħidulek “Grazzi”. Tara

t-tfal tal-iskola jitbissmu għax

qed taqralhom storja, waqt li

xi wħud minnkom qed

tiżbgħulhom il-klassijiet. Tara

raġel xwejjaħ li minkejja li qatt

mhu ħa jara d-dar li bnejtulu,

għax għajnejh ma għadhomx li

kienu, jemmen li minn issa ‘l

quddiem ħa jgħix aħjar u

jgħożż il-fatt li l-bojod ċekknu

lilhom infushom tant li waslu

li jaqdu lilu, raġel iswed.

Tisma’ tfajjel jgħajjat ismek

għal darba... tnejn... tlieta! U

avolja qed tagħmilha ċara li

tinsab ikkonċentrat fuq

xogħlok, li qed tpinġilhom

żewġ karattri mal-ħajt u ma

tixtiqux itellfek, titlaq il-pinzell

minn idek, iddur tħares lejh, u

f’idu tilmaħ mhux fjamma,

imma l-ħuġġieġa nar,

mibgħuta bħal donnu missema

biex taqilgħek middlamijiet

li kont fihom.

Inewwillek biċċa karta, blistess

disinn li ħlaqt int stess u

li għal dan l-aħħar jumejn tant

ħdimt biex pinġejtilhom ma’

ħajt. Jitbissem. U titbissem int

ukoll, għax tara l-ferħ tiegħu, u

tinduna kemm xogħlok qed jiġi

apprezzat. U kull darba li

tiftakar fiha, għajnejk iduru fid

-dmugħ u l’Alla tgħidlu grazzi,

għax dak it-tifel imliek

sodisfazzjon u żewwaqlek l-

esperjenza b’ilwien liema

bħalhom.

Faċli tħossok bla użu.

Meta jkollok ix-xorti tirritorna

f’villaġġ li ħdimt fih is-sena ta’

qabel, fl-istess parroċċa li tant

ferħet bik, ikollok l-isfortuna li

ssib kollox l-istess. Hemm

jibdew id-dubji, u tibda tiġi

ppersegwitat mill-mistoqsija,

“Imma ix-xogħol tas-sena l-

oħra kien kollu ta’ xejn?” U

hemm taqbad in-niżla li

twasslek f’punt ikrah fejn

tibda tħares lejn kemm xogħol

mhux ħa tlaħħaq tagħmel u

kemm modi ma tistax tbiddel.

U dan l-abbiss ma għandux

qiegħ, imma tibqa’ togħdos

fid-dlamijiet sakemm

tiddeċiedi li ħa tibda tfittex iddawl.

Il-preżenza ta’ bniedem

abjad f’artijiet bħal Możambik

kienet tfisser ħaġa waħda -

oppressjoni. L-abjad ħa

jgħakksek, ħa jħaddmek u ħa

jabbuża mill-poter tiegħu

sabiex jistagħna minn fuq

dahrek. U avolja llum il-

Możambik hu stat

indipendenti u qed jieqfu lil

din l-oppressjoni, il-mentalità

għadha li l-abjad aħjar

minnhom. Jakkomodawh

kemm jistgħu u m’hemmx ċans

li ħa jħalluh ibati għax dak

abjad. Bil-preżenza tagħna, l-

Amigos, fil-faqar tal-villaġġ ta’

Mapinhane, mhux biss ngħinu

ftit familji kull sena f’affarijiet

materjali, bħal saqaf fuq

rashom jew ftit ikel, imma

nippruvaw ukoll inkissru din l-

idolatrija u nkunu xhieda talugwaljanza

tal-bniedem,

minkejja l-kulur tal-ġilda.

Inpoġġu mal-komunità filquddies

ta’ nhar ta’ Ħadd,

nagħmlu xogħol bħalma

jagħmlu huma, u nirkbu fuq

wara tat-trakk, bħalma jirkbu

huma. Dawn il-ftit azzjonijiet,

ta’ kuljum, iħallu effett ikbar

milli qatt stajt nimmaġina.

Bħal ċagħqa f’naqr’ilma, ittmewwiġ

tagħha dejjem jikber

u jilħaq iktar nies, ukoll jekk

aħna ma nkunux għadna

hemm biex naraw l-effett

tagħha.

miktub mill-

Ġabra ta’ Ritratti u Tifkiriet

“Il-Faqar tal-Identità”

X’inhu l-faqar għalik? Xi ħaġa li

ħasditni meta kont ġewwa l-

Możambik hija propju l-faqar

fuq l-identità tal-persuna.

Waqt li konna nibnu l-

‘palhotas’ stajt ninnota ħafna

tfal li meta tistaqsihom

x’jisimhom u kemm għandhom

żmien jibqgħu ċċassati lejk,

bħal donnu lanqas biss jafu

x’ġurnata hi, aħseb u ara meta

twieldu. Sfortunatament din

hija r-realtà li jgħixu fiha dawn

in-nies. Wieħed jista’

jargumenta li l-isem u l-età ma

jiddeterminawx il-persuna.

Jista’ jkun veru; iżda dawn

huma żewġ affarijiet essenzjali

li jagħmlu parti mill-identità

tal-individwu. Hija ħasra kbira

li dawn it-tfal ħadd ma jaf

bihom u meta tara b’għajnejk

dan in-nuqqas bilfors

iġiegħlek tistaqsi “Nista’

nimmagina lili nnifsi persuna

bla identità - bla ma ħadd jaf

min jien?” Roslianne Spiteri

“Is-Sabiħ tal-Għotja”

L-esperjenza tiegħi fil-

Możambik nista’ ngħid li

kienet waħda sabiħa ħafna,

għaliex ħassejt sens kbir ta’

sodisfazzjon waqt il-ħidmiet li

wettaqna, ħafna ikbar minn

meta wieħed jgħaddi minn xi

eżami jew ilesti xi proġett. Issabiħ

tal-għotja deher ukoll

min-naħa tagħhom. Waqt ilquddiesa

tal-Ħadd, osservajna

li barra l-ġabra tal-flus, waqt

il-mument tal-offertorju jkun

hemm purċissjoni ta’ nies li

joffru offerti ta’ ħaxix, frott,

zokkor, tiben, eċċ... biex

jitqassmu lil min hu iktar filbżonn.

Huwa minnu l-fatt li

meta tagħti tirċievi, għax nista’

ngħid li rċevejna ħafna ferħ u

paċi minn dawn ħutna. Ixxewqa

li ngħin ma tiqafx hawn.

Nixtieq li nkompli naħdem

għall-proxxmu tiegħi anke fissoċjecà

fejn ngħix u nħeġġek

biex int ukoll tagħmel

esperjenza missjunarja.

Andrea Naudi

miktub minn

Il-Ħajja fil-Możambik

F

il-kunvent massorijiet

Agostinjani li

hemm ġewwa

Mapinhane, fejn

konna qed noqogħdu aħna,

joqogħdu wkoll xi tfajliet ta’

bejn is-sbatax u t-tnejn u

għoxrin sena biex jiddixxernu

iridux jidħlu fil-ħajja reliġjuża.

Huma għadhom jattendu l-

iskola u għalhekk iridu jlaħħqu

mal-istudju tagħhom u flistess

ħin mal-ħajja talkomunità

li tirrikjedi anke

ħafna responsabbiltajiet.

Dawn it-tfajliet jiġu minn

postijiet differenti minn

madwar il-Możambik, uħud

minn Mapinhane stess imma

oħrajn minn postijiet ’il

bogħod ħafna. Il-familji

tagħhom huma pjuttost simili

tal-familji l-oħra fil-Możambik,

sempliċi u fqar u b’nuqqas ta’

edukazzjoni. Allura l-

formazzjoni li jirċievu

mingħand is-sorijiet ma

tgħinhomx biss għall-ħajja

spiritwali tagħhom, imma

anke tagħtihom tama għallfutur,

timmaturahom u

tgħinhom jiżviluppaw

mentalità miftuħa b’valuri

tajbin. Tipprovdilhom ukoll

edukazzjoni xierqa li

tgħinhom jikbru fil-ħiliet

tagħhom u eventwalment

ikunu ppreparati għall-ħajja

adulta tagħhom.

Xi ħaġa li kont nammira ħafna

f’dawn it-tfajliet u li anke

kienet iġġegħelni naħseb hija

kif ta’ età daqshekk żgħira

m’għandhomx l-istudju biss

fuqiex jiffukaw, kif

normalment ikollna aħna ż-

żgħażagħ ta' dik l-età. Huma

jridu jgħinu fix-xogħol tad-dar,

tisjir, tindif u anke flappostolat

li jkollhom issorijiet

- fejn jagħtu servizz lin

-nies fil-bżonn. Irresponsabbiltajiet

jaqsmuhom

bejniethom, fis-sens li kull

waħda jkollha xi xogħol

x’tagħmel, imma kuljum jew

kull ġimgħa, jinbidel.

Kull filgħodu wħud

minnhom jikinsu u jaħslu l-

kuruturi, il-kmamar tagħhom

u l-kmamar komuni bħal tal-

ikel u tar-rikreazzjoni. Oħrajn

jgħinu fit-tisjir u l-ħasil talplatti.

Uħud jippreparaw ilmejda

għall-ikel u wara

jiżbarazzaw. Meta jkollhom

quddiesa matul il-ġimgħa,

huma jridu jagħżlu l-kant

għall-quddiesa u janimawha

bil-kant u d-daqq. Ikollhom

anke roster ta’ min se jaqra l-

qari u s-salm. Apparti minn

dan, filgħodu kmieni jkollhom

it-talb mas-sorijiet, flimkien

bħala komunità. Il-ħwejjeġ u x-

xugamani tagħhom iridu

jaħsluhom huma stess.

Dan kollu jsir fil-ħinijiet

fejn ma jkunux l-iskola. L-

iskola t’hemmhekk imexxuha

s-sorijiet Agostinjani stess.

Peress li jattendu ħafna u

ħafna tfal, ikun hemm żewġ

shifts - wieħed mis-7am sa

12pm u l-ieħor min 12pm sal-

5pm. Allura jkun hemm min

imissu filgħodu u min

waranofsinhar. Għalhekk, irresponsabbiltajiet

tad-dar

jinqasmu wkoll skont il-ħin

tal-iskola tagħhom.

Bla dubju, dan kollu

jgħinhom biex ikunu

dixxiplinati u responsabbli.

Però, għalkemm dan jidher

ħafna għal dawn it-tfajliet

żgħar, huma xorta jidhru

kuntenti u jagħmlu kollox

minn qalbhom. Konna

narawhom il-ħin kollu

għaddejjin b’ħeġġa u enerġija

pożittiva, jiċċajtaw flimkien u

fl-istess ħin jagħmlu kollox

b’serjetà. L-atmosfera u l-

ispirtu ta’ bejniethom huwa

wieħed ferrieħi u ta’ fraternità,

huma qishom propja aħwa ta’

xulxin. U kull meta kienet tkun

xi festa, jew anke xi għeluq

żmien xi ħadd minnhom,

tarahom kollha jippreparaw

b’entużjażmu sħiħ, biex

filgħaxija jiċċelebraw festa

sabiħa flimkien. Ta’ min

nitgħallmu minnhom u

nitħeġġu biex kulma nagħmlu,

anke l-iċken affarijiet,

nagħmluhom mill-qalb,

f’għaqda mal-oħrajn, għall-ġid

tal-komunità.

miktub minn

u

Riflessjonijiet wara 25 sena mill-esperjenza missjunarja tagħna

F

l-1993, il-Patrijiet xhur ta' tħejjija, laqgħat, u

Agostinjani f'Malta taħrig fil-lingwa Portugiża,

ħadu deċiżjoni li konna lesti biex nibdew l-

jagħtu esperjenza esperjenza missjunarja. Ilgrupp

ta’ tnax-il lajk flimkien

missjunarja lil grupp żgħir ta’

lajċi. Aħna konna midħla tal- ma’ Patri Mario u Patri

Patrijiet Agostinjani billi Adeodat tlaqna minn Malta

konna nagħmlu parti minn lejn il-Belt ta’ São Paulo filkomunità

Nisranija żagħżugħa Brażil.

mmexxija minn Patri Mario

il-quddies tal-Ħadd.

Il-Provinċjal ta' dak iżżmien,

Patri Adeodato

Schembri, inkariga lil Patri

Mario sabiex jorganizza din l-

esperjenza u jmexxi l-grupp ta'

missjunarji lajċi. Dak iż-żmien,

aħna konna għadna kemm

iżżewwiġna s-sena ta’ qabel u

ħadna d-deċiżjoni li nagħmlu

din l-esperjenza bħala koppja;

konna ilna mixtiqin li nagħmlu

esperjenza simili u fl-aħħar

din setgħet isseħħ. Wara disa’

Minkejja t-tħejjijiet kollha,

xejn ma ppreparana għalleffett

li ħalliet fuqna din l-

esperjenza, speċjalment ilmod

kif inħarsu lejn il-fqir u l-

emarġinat. Fetħitilna

għajnejna għall-inġustizzji

soċjali u tatna d-

determinazzjoni li nkunu

disponibbli għaż-żgħir, li ma

niddiskriminawx u naċċettaw

lil kulħadd. Fuq kollox,

ikkonvinċietna li nippruvaw

ngħaddu dawn il-valuri lit-tfal

li seta’ jkollna. Għoxrin sena

wara ngħatajna l-grazzja li ż-

żewġt uliedna: Jillian u Kieran,

it-tnejn kellhom esperjenzi ta'

volontarjat, kemm f’Malta kif

ukoll barra minn Malta.

Illum, ħamsa u għoxrin

sena wara l-esperjenza tagħna

fil-Brażil, għadna ngħożżu l-

esperjenza fit-totalità tagħha u

għandna gratitudni kbira lejn

il-Patrijiet Agostinjani għal din

l-opportunità li konna

ingħatajna u li sawret ’il

ħajjitna tul dawn is-snin.

Appell lill-voluntiera talpassat:

AĠĠORNAMENT

TAD-DETTALJI

Qed naġġornaw in-numri tattelefon

u l-indirizzi

elettroniċi tal-voluntiera

f’dawn l-aħħar 25 sena. Jekk

inti wieħed/ waħda

minnhom, ikkuntatjana fuq:

missions.amigos@gmail.com

Fejn jintefqu d-donazzjonijiet tagħkom

Bid-donazzjonijiet tagħkom, ser inkomplu nibnu kmamar u

għerejjex fejn jgħixu nies fil-bżonn, bħal dan ir-raġel nieqes

mid-dawl, li jirringrazzja lil Amigos, u lill-benefatturi kollha ta’

dan l-għarix li bnejnielu. Din is-sena, bil-għajnuna tagħkom, ser

inkunu qed inkomplu nipprovdu saqaf għal iktar nies fil-

Możambik u fil-Kenja.

Bid-donazzjonijiet tagħkom ukoll, qassamna ħwejjeġ għal tfal

ta’ familji foqra, bħal din it-tifla u ħuha ż-żgħir, li l-ġenituri

tagħhom, tfajla u ġuvni ta’ 18-il sena, qed jagħmlu li jistgħu

biex jaqilgħu lira, ħalli jmantnu lil uliedhom. Bħal Brian Nyaga,

li grazzi għar-rispons ġeneruż għat-talba fil-fuljetti preċedenti,

illum għandu ħwejjeġ li jsaħħnu. Kull fejn immorru, dejjem

inqassmu ħafna ħwejjeg, grazzi għalikom il-benefatturi.

Bid-donazzjonijiet li nirċievu, nixtru u nqassmu ħafna ikel, bħal

dan il-platt sempliċi u umli, li qassamna lill-ommijiet li

jivvjaġġaw sigħat twal sabiex jirċievu ftit dqiq u ħalib għattrabi

tagħhom, u qabel jerġgħu jivvjaġġaw lura, trejqu bi ftit

ikel u meraq tal-frott. Dan il-proġett ser ikun qed ikompli matul

din is-sena, grazzi għalikom.

1. Il-Madagaskar hija hekk, għax imdawra bil-baħar.

2. L-ewwel nazzjon li ħadem fih l-Amigos.

3. Materjal li minnu jinbena il-ħajt ta’ palhota fil-

Możambik.

4. Għotja biex tgħin lil ħaddieħor.

5. Biċċa ħobż ċkejkna li nqassmu lill-familji foqra.

6. Materjal li minnu jinbena s-saqaf ta’ palhota fil-

Możambik.

It-tweġibiet għal dawn il-logħob jistgħu jinsabu fl-edizzjoni li jmiss.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!