03.02.2020 Views

PURĊISSJONI-TAL-ĠIMGĦA-l-KBIRA-TFAL-2020

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

PURĊISSJONIJIET TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA TAT-TFAL

PARROĊĊA SAN ĠORĠ ĦAL QORMI 2020

1. Il-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira tal-Parroċċa San Ġorġ Ħal Qormi huwa l-organizzatur uniku u

ewlieni ta’ din l-attività.

2. L-ilbies u l-aċċessorji kollha huma propjetà tal-istess kumitat, għalhekk ħadd ma jista’ jibdel

xejn minnhom.

3. It-tfal li jipparteċipaw għandhom jimxu waħedhom matul il-purċissjoni mingħajr l-assistenza

tal-ġenituri jew xi adult ieħor. Il-ġenituri / kustodji huma mitlubin li jimxu qrib it-tfal mal-ġenb

tat-triq.

4. Irid jingħata il-kunsens tal-ġenituri jew kustodja tat-tfal biex dawn jkunu jistgħu jipparteċipaw.

Għandha timtela l-formola provduta li tawtorizza lit-tfal biex jieħdu sehem f’din l-attività.

5. Jistgħu jieħdu sehem: Tfal Subien li twieldu bejn l-2006 u l-2014 u tfal bniet li twieldu bejn l-

2008 u l-2014. Tfal bniet li twieldu fl-2007 jistgħu japplikaw biss biex jerfgħu.

6. It-tqassim tal-ilbiesi jsir permezz ta’ polza u l-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira jiddeċiedi liema libsa

hija l-aktar adatta għall-istatura tat-tifel jew tifla.

7. Il-libsa li titla’ bil-polza ma hijiex trasferibbli u ħadd ma jista’ jpartat ilbiesi. F’każ ta’ problemi

dejjem għandu jiġi avviċinat il-kumitat organizzattiv.

8. L-ilbiesi jingħataw mal-polza u wara l-purċissjoni jitħallew il-knisja mal-persuni responsabbli.

9. F’ każ ta’ telf jew ħsara fl-ilbies jew aċċesorji, il-persuna li tiffirma l-fomola li tawtorizza lit-tifel

/ tifla biex jipparteċipa, tinżamm responsabbli u tintalab tħallas l-ispejjeż tal-ħsara.

10. Il-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira jagħżel hu stess it-tfal subien jew bniet li jerfgħu l-vari.

11. F każ li fil- jum tal-purċissjoni t-temp ma jkunx jippermetti, il-kumitat organizzzattiv jista’

jagħżel jum ieħor matul il-Ġimgħa Mqaddsa biex issir din l-attività.

12. Kull parteċipant huwa mitlub li jagħti donazzjoni ta’ €5. Din tinġabar dakinhar tal-polza.

DATA TAL-POLOZ: 13 ta’ Marzu 2020 – 5pm - Għal dawk li jixtiequ jerfgħu xi vara

14 ta’ Marzu 2020 - fit-8.30am, Subien u Bniet li jixtiequ libsa

POST TAL-POLZA: Knisja Kolleġġjata Il-ħwejjeġ jitqassmu dakinhar tal-polza.

DATA TAL-PURĊISSJONI: Is-Sibt 04 ta’ April 2020 Ħin: 5.30pm Post: Kolleġġjata San Ġorġ

Ħal Qormi

Importanti li t-tfal dakinhar tal-purċissjoni ikunu l-knisja fl-4.00pm. Min ikollu bżonn l-irtokk

(dejjem ikun avżat qabel) għandu jkun fil-knisja fit-3.30pm.

*Din il-formola trid tinġieb lura fl-Uffiċċju Parrokkjali nhar is-Sibt 29 ta’ Frar mill-5pm

– 7pm jew il-Ħadd 1 ta’ Marzu mit-8.30am sal-11am


PURĊISSJONI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA TAT-TFAL

PARROĊĊA SAN ĠORĠ ĦAL QORMI 2020

Dettalji tat-tifel/tifla

Isem u kunjom it-tifel/tifla: ____________________________________________________

Numru tal-Karta tal-Identità tat-tifel/tifla: ________________________________________

Data tat-twelid tat-tifel/tifla:___________________________________________________________

Indirzz fejn jgħix tifel/tifla _______________________________________________________________

Dettalji tal-ġenituri/kustodji

Isem u kunjom tal-missier/kustodju: ____________________________________________

Numru tal-Identità tal-missier/kustodju: ____________________ Mowbajl: _________________________

Isem u kunjom tal-omm/kustodju: _____________________________________________

Numru tal-Identità tal-omm/kustodju: ______________________ Mowbajl: ________________________

• Naf li din l-informazzjoni qed tinġabar għan-nom tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi, u li ser

tintuża għal skopijiet marbuta mas-sehem tat-tifel/tifla fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tattfal

2020.

• Naf li din l-informazzjoni ser tinżamm sakemm tiġi ritornata lura l-libsa tal-Ġimgħa l-Kbira fissagristija.

• Nagħtu permess biex din l-informazzjoni tintuża biex tikkomunikaw magħna permezz ta’

messaġġi (sms jew simili)/ imejl/jew bil-kitba

• Nagħtu permess lill-Knisja biex jieħdu ritratti u/jew filmat tat-tifel/tifla tagħna waqt attivitajiet

organizzati minnha. Dawn jittieħdu bħala referenza interna għall-Knisja u jistgħu jintużaw

ukoll fuq siti elettroniċi, social networks bħal facebook page jew pubblikazzjonijiet oħra tal-

Knisja.

• Naf li din l informazzjoni qed tinżamm u tkun ipproċessata kif imfisser fil-General Terms and

Conditions for Personal Data Protection in Parishes u skont il-liġijiet ekkleżjali u statali oħra

applikabbli. Għal iktar informazzjoni fuq iż żmien ta’ ritenzjoni, il metodu ta’ pproċessar u d-

drittijiet tiegħi, bħad dritt li nirtira l kunsens mogħti f’din il-formola, nista’ naċċessa il- General

Terms and Conditions for Personal Data Protection in Parishes minn fuq is sit tal istess

Arċidjoċesi (www.knisja.mt). Biex ikolli aktar informazzjoni jew biex neżerċita dawn id drittijiet

nista nkellem lill Arċipriet. Niddikjara li nagħtajt l-opportunità li naqra General Terms and

Conditions for Personal Data Protection in Parishes qabel ma ffirmajt.

__________________________ _____________________________ _________________________

Firma Omm/Kustodju Firma Missier/Kustodju Data

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!