08.05.2017 Views

Eleo u il-Pjaneta Babil

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Eleo

u l-

Pjaneta Babil

Malta UNESCO Youth Association

Eleo

u l-

Pjaneta Babil

Ibbażat fuq id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem

Drittijiet kollha miżmuma 2013, Malta UNESCO Youth Association

u l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal

Ippubblikat minn Progress Press

Triq l-Intornjatur, Qasam Industrijali,

Mrieħel, B’Kara. BKR3000 – Malta

L-ewwel edizzjoni bl-Ingliż: 2011

Kitba ta’ Sarah Suda, Christianne Caruana, Philip Caruana, Alexander Thenner

Tpinġija ta’ Nicole Diacono

L-ewwel edizzjoni bil-Malti: 2013

Inizjattiva u Finanzjament tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal

Traduzzjoni ta’ Trevor Zahra

Jekk tkun tixtieq tagħmel traduzzjoni ta’ dan il-ktieb f’lingwa oħra, aħna nkunu kuntenti li

nipprovduk bir-riżorsi u l-assistenza neċessarja.

Għal dan il-għan ikkuntatja lill-Malta UNESCO Youth Association fuq info@muya.info.

Dan il-ktieb huwa ddedikat lil uliedna, Aaliyah u Rosaleen

u lit-tfal kollha, bit-tama li jikbru f’dinja aktar paċifika.

Nota tal-awturi

Dan il-ktieb huwa bbażat fuq id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, li

ġiet introdotta mill-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fl-10 ta’ Diċembru

1948. Din id-Dikjarazzjoni ġiet adottata wara lid-dinja għaddiet mill-ħerba tat-Tieni

Gwerra Dinjija. Wara traġedja hekk kbira li damet sejra għal ħafna snin u li laqtet

miljuni ta’ nies madwar id-dinja kollha, il-mexxejja ta’ ħafna pajjiżi qablu li ħaġa

bħal din m’għandha terġa’ sseħħ qatt. Flimkien huma fasslu d-Dikjarazzjoni

Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, li hija r-regola fundamentali li tiggarantixxi

d-drittijiet bażiċi ta’ kull persuna. Huma lkoll iffirmaw din id-Dikjarazzjoni u

wiegħdu li, l-popli ta’ pajjiżhom jiġu mħarsa skont l-artikli ta’ din id-Dikjarazzjoni.

Għalkemm id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, ilha magħna għal

aktar minn sittin sena, jekk nagħtu daqqa t’għajn madwarna malajr nintebħu li

mhux dejjem qed tiġi osservatha, kemm mill-popli kif ukoll mill-pajjiżi.

F’dan il-ktieb għandna l-istorja ta’ Eleo, tifel ċkejken li jgħix fil-pjaneta ideali ta’ Babil,

fejn in-nies irnexxielhom jgħixu fil-paċi flimkien għal ħafna snin. Iżda

sfortunatament il-pjaneta għandna problemi oħra u flimkien ma’ Eleo u n-nannu

Baabi aħna nsiru nafu kif qed jgħixu fuq din il-pjaneta u x’qed jagħmlu l-Babiljani

biex jegħlbu l-isfidi li jiffaċċjaw.

Sarah, Christianne, Philip u Alex

Malta UNESCO Youth Association

Novembru 2011

Sebħet ġurnata xemxija fuq il-pjaneta Babil. Din kienet pjaneta

tonda, tonda li fuqha kienu jgħixu l-Babiljani, kif ukoll

il-Puntini u l-Qtajrini. Dawn kienu nies minn pjaneti oħra. Iżda

lkoll kienu jgħixu flimkien bħal aħwa.

Iċ-ċkejken Eleo daħal jiġri fid-dar ta’ nannuh. “Nannu Baabi,”

qallu kollu eċitat, “smajthom jgħidu li l-pjaneta sabiħa tagħna

se taħbat mal-pjaneta tal-Puntini u tinfaqa’ bil-ponot tagħhom.”

In-nannu Baabi tbissimlu u talbu jpoġġi bil-qiegħda. “Iva Eleo,

hekk hu,” qallu. “Imma m’għandekx għax tħabbel rasek. Bi

ħsiebna nerġgħu nibagħtu lil xi Babiljan fl-ispazju biex isibilna

pjaneta ġdida fejn inkun nistgħu ngħixu fil-paċi lkoll flimkien...

l-istess kif qegħdin hawnhekk.”

“U għalhekk illum nixtieq ngħidlek xi żewġ sigrieti,”

komplielu nannuh. “L-aħħar darba li konna qed nibnu pjaneta

ġdida, kienu bagħtu lili fl-ispazju. Kont sibt pjaneta blu tassew

sabiħa u minnha ġibt ktieb li fih ir-regoli ta’ kif ngħixu ħajja

ferrieħa. Ejja Eleo, imxi mmorru passiġġata ħa ngħidlek

kollox.”

1

Wara xi ħames minuti mixi, Eleo u n-nannu għaddew minn

quddiem nursery. Mit-tieqa lemħu ners qed tieħu ħsieb ħafna

trabi. Fosthom kien hemm ħafna trabi Babiljani ta’ lewn

differenti. Magħhom kien hemm tarbija Qtajrina li kienet qed

tibki kemm tiflaħ. Eleo lemaħ ukoll Bablini ċkejknin qed

jilagħbu ma’ Puntini żgħar. Kienu qed jilagħbu fuq tapit kbir u

l-Puntini kienu qed joqogħdu attenti ħafna li ma jweġġgħux

lill-Bablini bil-ponot tagħhom.

“Ħares Eleo,” qallu n-nannu Baabi, “fil-pjaneta tagħna Babil,

jitwieldu kuljum ħafna Bablini. “Iva, nann,” wieġbu Eleo,

“imma għaliex aħna daqstant differenti?”

In-nannu ħa gost bil-mistoqsija ta’ Eleo u qallu: “Tassew... aħna

lkoll nitwieldu differenti minn xulxin, imma aħna lkoll l-istess

u dejjem lesti ngħinu lil xulxin bħala

familja waħda. Ħares sewwa

madwarek.”

2

In-nannu mexxa lil Eleo lejn il-pjazza fejn kien hemm wieqaf

l-arblu ta’ Mejju. Dan kienu għamluh apposta għall-festa

tal-pjaneta Babil. In-nannu Baabi u Eleo ħadu gost jaraw

lill-Bablini jiżfnu u jduru madwar l-arblu. Il-Bablini għandhom

ġilda ta’ kulur differenti u għalkemm ilkoll jissejħu Bablini

mhumiex kollha Babiljani. Ilkoll kellhom f’idejhom żigarella

kkulurita li kienu qed jimmaljawha mal-arblu waqt li jaqbżu u

jduru tond mdwaru. “Ħares lejn dawk il-Bablini,” qallu

n-nannu, “ilkoll differenti imma qed jilagħbu u jieħdu gost

flimkien. Għalhekk Babil hija pjaneta mill-isbaħ.”

“Mela għalhekk qatt ma kont tgħajjat miegħi meta noħroġ

nilgħab ma’ Bablini differenti minni,” wieġbu Eleo. U minnufih

Eleo fehem li meta tilgħab ma’ tfal differenti minnek, il-logħba

ssir isbaħ. U l-ħajja tinħass aktar interessanti.

3

Komplew jimxu u wara ftit Eleo u Baabi waslu fil-park il-kbir.

Hemmhekk lemħu grupp ta’ Bablini qed itajru ħafna tajr

ikkulurit. Ilkoll kienu qed jgħinu lil xulxin, avolja mhux ilkoll

kienu tfal Babiljani. Magħhom kien hemm jilagħbu tfal Puntini

u tfal Qtajrini. Ilkoll kienu qed jgħinu lil xulxin biex it-tajr

tagħhom jitla’ kollu jittajjar fl-istess għoli. Eleo beda jitbissem

bil-qalb meta ra dik id-dehra sabiħa. “Xi ġmiel, nann!” beda

jgħid Eleo. “Min jaf x’gost toqgħod ittajjar it-tajr!”

“Hekk hu Eleo,” qallu nannuh. “Imma żomm f’moħħok li aktar

nieħdu gost meta ngħinu lil xulxin. B’hekk it-tajr mhux biss

ikun jista’ jtir kollu fl-istess għoli,

imma jirnexxilu jitla’ ’l fuq

wisq aktar minn hekk.”

4

In-nannu Baabi ddeċieda li jaqsmu l-park u jimxu minn taħt

is-siġar. Eleo u n-nannu għaddew minn ħdejn grupp ta’

Babiljani qed jippreparaw għal barbikju.

Kull wieħed minnhom kien qed jagħmel xi ħaġa differenti.

Tnejn kienu qed isajru waqt li l-oħrajn kienu qed inaddfu u

jlestu l-mejda. “Mmm, x’riħa tfuħ!” qal Eleo. “Mank nistgħu

nieklu magħhom!” In-nannu Baabi wkoll ħassu jiftaħ l-aptit u

għalhekk qal lil Eleo li setgħu faċilment jingħaqdu magħhom,

basta jagħtu sehemhom huma wkoll. Jiġifieri minbarra li jieklu,

huma riedu jgħinuhom jippreparaw u jnaddfu kollox wara

l-ikel. Fil-pjaneta ta’ Babil kulħadd kien jeħtieġ jagħti sehmu.

Eleo qabel miegħu u n-nannu resaq lejn il-grupp.

“Kif intom, ħbieb?” qalilhom. “Nistgħu ningħaqdu

magħkom?” “Mela le,” wieġbu wieħed minnhom. “Ersqu ’l

hawn ħa tagħtuna daqqa t’id.”

5

Wara li spiċċaw mill-ikel, kulħadd beda jnaddaf il-platt tiegħu u

l-post fejn kien bil-qiegħda. Waqt li Bablinu ċkejken kien qed

inaddaf il-platt tiegħu, xi skart waqagħlu barra mil-landa.

Ommu xejn ma ħadet gost b’dan u sejħitlu ħdejha.

“Sabiħ, naf li dan kien daqxejn ta’ żball,” qaltlu ommu, “imma

darba oħra oqgħod aktar attent. Mur iġbru u ixħtu fil-landa.”

“Qed tara Eleo,” qallu nannuh, “tassew li dak it-tifel għamel

żball, imma anki meta niżbaljaw, qatt ma niġu kkastigati

bl-addoċċ.”

Wara li spiċċaw mit-tindif, in-nannu qal lil Eleo li kien

jaqblilhom ikomplu jimxu għax kien għad fadal ħafna x’jaraw!

6

In-nannu Baabi u Eleo mxew sa ma waslu fit-tarf tal-park u

sabu ruħhom f’salib it-toroq. Dak kien post traffikuż ħafna, tant

li kien hemm pulizija qed tiggwida l-karozzi, ir-roti u

lill-pubbliku.

“Nannu, dik il-pulizija x’inhi tagħmel?” staqsa Eleo. “Dik qed

tikkontrolla t-traffiku,” beda jispjegalu nannuh. “B’hekk

kulħadd ikollu moħħu mistrieħ.”

“U għalfejn għandha dak il-ktieb fil-but?”

“Dak huwa l-ktieb tar-regolamenti li jeħtieġ isegwi kull

Babiljan,” kompla n-nannu Baabi. “Dawn ir-regoli jgħinuna

ngħixu flimkien fil-paċi!”

7

Eleo u n-nannu Baabi qasmu t-triq bil-galbu u komplew jimxu

sa ma waslu fil-grawnd fejn kienet qed tintlagħab logħba

speċjali.

“Ara nannu... qed jilagħbu l-ballun-dadu,” beda jgħajjat Eleo.

“Ħares ftit,” qallu Baabi. “Ir-referee jeħtieġ li jkun fair maż-żewġ

timijiet. “U allura x’għandu jagħmel ir-referee meta l-fans jibdew

jgħajtu?” staqsa Eleo.

“Ir-referee m’għandu qatt jinfluwenza ruħu mill-għajjat

tal-fans,” wieġbu n-nannu, “imma dejjem għandu japplika

l-istess regoli għal kulħadd.”

8

Eleo u n-nannu issa waslu quddiem il-Qorti. Dan kien bini kbir

kollu trasparenti sabiex kull min jgħaddi minn barra jkun jista’

jara x’qed isir ġewwa. “Nann, x’inhu għaddej hemm ġew bħal

issa?” “Xi Babiljani qed jitolbu li d-drittijiet tagħhom jiġu

mħarsa,” qallu n-nannu Baabi. “Hemm żewġ avukati, wieħed

biex jiddefendi naħa waħda u l-ieħor in-naħa l-oħra.”

“L-Imħallef jisma’ sewwa ż-żewġ naħat,” kompla n-nannu, “u

wara jiddeċiedi min ikun il-ħati u x’kastig għandu jingħata.

Dan jeħtieġ isir quddiem kulħadd. Sa ma jaslu għad-deċiżjoni,

dak li jkun issuspettat li wettaq xi ħaġa ħażina, jista’ jinżamm

f’post apposta fejn ma jkunx ħieles.”

“Allura anki lili jistgħu jressquni quddiem l-Imħallef?” staqsa

Eleo. “Jekk ma tiksirx ir-regolamenti ta’ Babli, la qatt titressaq

quddiem l-Imħallef u lanqas tkun ikkastigat. Jekk tgħix ħajja

tajba m’għandekx għalfejn tħabbel rasek.”

9

“Issa qed nifhem kollox,” tbissem Eleo waqt li reġa’ qabad id

nannuh u komplew triqithom. Wara ftit, jaraw omm ta’ Qtajrinu

ċkejken qed iċċanfar lil binha għax dehrilha li għamel xi ħaġa

ħażina.

“Le Ma, naċċertak li m’għamilt xejn ħażin,” beda jibki ċ-ċkejken.

Ommu kkalmat u bdiet tipprova tirraġuna ma’ binha.

“Qed tara Eleo,” beda jgħidlu n-nannu Baabi. “Kulħadd jitqies li

huwa innoċenti sakemm jinġiebu provi li juru li jkun tassew

għamel xi ħaġa ħażina.”

U Eleo fehem din ukoll.

10

F’din il-passiġġata tagħhom Eleo u n-nannu waslu fi triq

mimlija kollha djar sbieħ fuq kull naħa. Xi wħud kellhom

it-twieqi u l-bibien miftuħin. Oħrajn kellhom il-purtieri

mġerrija u avviż imwaħħal magħhom bil-kelma: “Tittawlux!”

“Ħares Eleo,” qallu n-nannu Baabi, “ħadd mhu qed jittawwal

minn bejn il-purtieri. Ilkoll jista’ jkollna l-post speċjali tagħna

fejn ħadd ma jkun jista‘ joqgħod jittawlilna. Din tissejjaħ

privatezza. F’Babil aħna nemmnu li kulħadd għandu jkollu

l-post privat tiegħu fejn ma jdejqu ħadd.” Eleo beda jitbissem.

“Allura kamarti nista’ nqisha bħala l-post privat tiegħi, hux

hekk?” “Hekk hu, Eleo!”

11

Fit-tarf tat-triq kien hemm familja li kienet qed tippakkja xi

affarijiet fil-karozza tagħha. Mal-karozza kellhom miktub li

kienu sejrin vaganza ħdejn il-baħar

In-nannu u Eleo waqfu jħarsu lejhom. “Dawk il-Puntini sejrin

iqattgħu l-vaganza tagħhom fil-Bajja Ramlija ta’ Babil,” qallu

n-nannu. “X’aktarx jgħaddu s-sajf kollu f’dak il-post. Aħna

wkoll daqt nagħmlu bħalhom.

F’din l-art tagħna, aħna lkoll nitħallew nivvjaġġaw bil-libertà

kollha u mmorru fejn nixtiequ.”

12

Eleo u n-nannu Baabi ġibdu lejn iċ-ċentru tal-Belt. F’daqqa

waħda ltaqgħu ma’ żewġ Qtajrini li kienu ħbieb tan-nannu.

Waqfu jifirħu b’xulxin u tgħidx kemm ħadu gost jitkellmu.

“Dawk il-Qtajrini huma Chrissy u Alex,” qal in-nannu lil Eleo

meta ħbiebu komplew triqithom. “Mindu ġew jgħixu f’Babil

jinsabu kuntenti ħafna għax fil-pjaneta tagħhom Sħabella ma

kinux qed jiġu ttrattati sewwa.” Eleo ħa gost ukoll li Chrissy u

Alex issa kienu qed jgħixu ħajja ferħana.

13

Malli waslu preċiżament fiċ-ċentru tal-Belt, Eleo u n-nannu

ftakru li dakinhar kien hemm il-festival il-kbir ta’ Babil.

Il-pjazza u t-triqat kienu maħnuqin bin-nies. Il-Babiljani,

il-Puntini u Qtajrini kienu qed jagħmlu parata kbira, ilkoll

ikantaw flimkien u jxejru ħafna bnadar f’idejhom.

“Xi ġmiel nann!” waqaf jiskanta Eleo. “Kemm jidhru sbieħ

dawk il-bnadar kull kulur!”

“Iva Eleo,” qallu n-nannu Baabi, “f’Babil anki l-Puntini u

l-Qtajrini jistgħu jsiru ċittadini tal-pjaneta sabiħa tagħna.”

14

Wara ftit, jilmħu karozza tat-tieġ bl-għarajjes ferħanin. Eleo

waqaf ixejrilhom u jċapċap. “Ara nann, dik it-tfajla Babiljana

għadha kemm iżżewġet ġuvni Puntin. Kemm jidhru kuntenti!”

In-nannu Baabi beda jxejrilhom ukoll. “Iva Eleo, f’Babil

kulħadd jista’ jiżżewweġ lil min irid; anki jekk ikun xi ħadd

minn pjaneta oħra.”

“Allura jien ukoll inkun nista’ niżżewweġ?” staqsa Eleo.

“Dażgur,” infexx jidħak in-nannu. “Imma għal issa għadek

żgħir wisq. Trid tistenna sa ma jkun il-waqt!”

15

Min-naħa l-oħra tat-triq jilmħu Bablinu ġej lejhom fuq ir-rota.

“Ħares nann,” beda jgħajjat Eleo, “dak il-Bablinu għandu rota

preċiżament bħal tiegħi. Ħsibtu ħadhieli!”

“Għalkemm ir-rota tiegħu hija bħal tiegħek,” qallu nannuh, “ma

jfissirx li hija tiegħek tassew!”

In-nannu Baabi kompla jgħidlu li f’Babil kulħadd għandu

affarijiet differenti. Iżda biex jakkwistawhom, in-nies ikollhom

jew jixtruhom jew xi ħadd jagħtihomlhom bħala rigal.

“Mid-dehra, dak il-Bablinu jħobb ir-rota daqsi,” qal Eleo.

16

Eleo beda jegħja xi ftit, imma tant kien qed jieħu gost b’dak

kollu li kienu qed jaraw li ma tax kas tal-għejja. Ġo pjazza

ċkejkna lemħu predikatur qed ikellem folla nies minn fuq

daqsxejn ta’ palk.

“Nannu dawk x’qegħdin jagħmlu?” staqsa Eleo.

“Dak il-predikatur qed jaqsam it-twemmin tiegħu mal-oħrajn,”

wieġbu n-nannu. “B’dan kollu, n-nies li qed jisimgħuh huma

ħielsa biex jemmnu dak li jħossuh jgħodd għalihom.”

17

Eleo u n-nannu Baabi ħallew lill-predikatur mal-folla tiegħu u

kisru lejn il-lemin. Hekk kif daħlu fi triq ġdida, jilmħu grupp ta’

sewwieqa tal-muturi resqin lejhom. Dawn kienu l-membri

tal-Klabb Babiljan tal-Muturi.

“Xi ġmiel ta’ muturi!” stagħġeb Eleo. “Nixtieq nidħol f’dan

il-klabb meta nikber.”

“Dażgur Eleo,” qallu n-nannu. “Inti liberu li tidħol f’liema

klabb jew grupp tixtieq.”

18

Waqt li kienu mixjin Eleo waqaf iħares lejn tliet powsters li ra

mal-ħajt. “L-Oranġjo Bnin, Il-Vjola Super, L-Isfar

bħall-Banana”, beda jaqra Eleo. “Dawn xi jkunu, nannu?”

staqsa t-tifel. “F’Babil dalwaqt se jkollna l-Elezzjoni Ġenerali,”

beda jispjegalu n-nannu Baabi, “U dawk tal-powsters jixtiequ

jkun rappreżentanti tal-poplu fil-parlament. Xogħolhom ikun li

jaraw x’għandhom jagħmlu biex il-ħajja tagħna tkun dejjem

aħjar.”

“Forsi xi darba jien ukoll għad inkun fil-parlament,” tbissem

Eleo. “Mela le,” wieġeb nannuh. “Kulħadd jista’ jipprova.”

19

Meta Eleo u n-nannu Baabi waslu fit-tarf tat-triq, sabu ruħhom

quddiem shopping mall kbir. Kien hemm ħafna Babiljani, Puntini

u Qtajrini qed jixtru, jilgħabu, jistennew biex jidħlu t-teatru jew

jieħdu kikkra kafè. Xi Babiljani kienu wkoll qed jaħdmu.

“Ħares Eleo,” qabeż jgħidlu n-nannu, “kulħadd jidher kuntent

għax kull min jgħix f’Babil jiġi nkoraġġit biex jilħaq fejn jixtieq.

Kulħadd qed jiddeverti... min permezz tal-logħob u min

permezz tat-teatru. Id-divertiment ukoll jgħinna nkunu dak li

aħna.”

20

Eleo u nannuh imxew tul ix-shopping mall kollu u ħarġu

mill-bieb ta’ wara. Hekk kif ħarġu minn hemm ġew sabu

ruħhom fis-suq. Kien hemm ħafna posti u bejjiegħa differenti.

Kien hemm Lucy il-mastrudaxxa li kienet qed taħdem

is-siġġijiet biex tbigħhom. Kien hemm ukoll Markus li jbigħ

il-makeup waqt li l-bejjiegħa l-oħra kienu lkoll medhijin fuq

xogħolhom.

“F’Babil kulħadd jista’ jagħżel liema xogħol irid,” qal n-nannu

Baabi. “B’hekk kulħadd ikollu biżżejjed flus biex jieħu ħsieb

il-familja tiegħu.”

21

Wara li daru dawra sewwa mas-suq, Eleo u n-nannu rħewlha

lejn il-Luna Park. Hemmhekk kien hemm ħafna familji qed

jiddevertu. Eleo waqaf iħares lejn il-karusell. “Ara Eleo,” qallu

n-nannu, “f’Babil ilkoll għandna ħin liberu biżżejjed biex

nagħmlu dak li jkollna aptit u b’hekk niddevertu u nistrieħu.

Bejn il-ġranet tax-xogħol ikollna wkoll il-ġranet liberi.

Il-mistrieħ huwa importanti ħafna.”

“Fil-ħin liberu tagħna nistgħu mmorru sal-Bajja biex noqogħdu

ngħumu u nilagħbu?" staqsa Eleo. “Dażgur li mmorru!”

22

Eleo u n-nannu Baabi għaddew minn fuq il-pont li kien jaqsam

ix-xmara. Minn hemm fuq setgħu jaraw ħafna djar max-xatt

tax-xmara. “Nann, naħseb li minn hawnhekk nistgħu naraw

il-Belt kollha,” qabeż jgħid Eleo. “Hekk hu,” wieġbu n-nannu,

“Għandna djar differenti għax aħna lkoll differenti. Imma ma

jimpurtax, għax lkoll ninsabu siguri u kuntenti. Kull meta

jkollna bżonn l-għajnuna, insibuha malajr.”

“Tiftakarhom dawk il-Bablini li rajna fin-nursery u fil-Luna

Park?” kompla jgħidlu nannuh. “Dawk jingħataw attenzjoni

speċjali għax f’idejhom jinsab il-futur ta’ Babil.”

23

Max-xatt tax-xmara kien hemm ukoll l-iskola. Waqt li kienu

għaddejjin minn ħdejha, Eleo u n-nannu lemħu ħafna Bablini

bil-basktijiet f’idejhom, jiġru lejn il-bieb ewlieni.

In-nannu beda jfiehem lil Eleo li kulħadd għandu d-dritt li

jitgħallem. B’hekk niżviluppaw it-talenti tagħna u nitgħallmu

kif għandna ngħixu mal-oħrajn.

“Għalhekk aħna nieħdu gost nitgħallmu,” żied in-nannu.

“Iġri nibda mmur l-iskola jien ukoll,” qabeż jgħid Eleo.

24

Baqgħu mixjin ma’ xatt ix-xmara sa ma waslu fi pjazza kbira

fejn kuljum kienu jinġabru ħafna artisti tat-triq. Eleo u n-nannu

tgħidx kemm ħadu gost josservaw il-pitturi, il-mużiċisti, il-buffi

u l-kantanti... ilkoll jesponu t-talenti tagħhom. “Kemm għandna

artisti bravi!” qal Eleo. “Nista’ nitlobhom ipinġuni?”

“Il-poplu ta’ Babil għandu ħafna u ħafna talenti,” qallu

n-nannu. L-artisti tagħna jorganizzaw diversi wirjiet, kunċerti u

drammi. B’hekk ħajjitna tkun isbaħ u aktar interessanti. U dawn

l-artisti jistħoqqilhom jitħallsu ta’ xogħolhom. Poġġi bilqiegħda

hawnhekk Eleo, ħalli ngħid lil dak l-artist ipinġik.”

25

Issa n-nannu Baabi beda jegħja ġmielu u għalhekk iddeċidew li

jitilgħu fuq tal-linja. Waqt li kienu tilgħin, lemħu ġuvnott

Babiljan qed jgħin lil wieħed xwejjaħ jitla’ fuq il-karozza.

Eleo ħa gost meta ra dan, u qal lil nannuh, “Veru ġentili dak

il-ġuvni!”

“Iva,” wieġbu n-nannu Baabi, “ilkoll għandna nieħdu ħsieb

xulxin. Jekk nirrispettaw lil xulxin u nosservaw ir-regolamenti,

il-ħajja tkun wisq aktar faċli.”

26

Hekk kif waslu qrib id-dar tagħhom u niżlu mill-karozza, Eleo

jilmaħ vettura spazjali wieqfa fil-ġnien tan-nannu.

“Fil-pjaneta tagħna għandna regolamenti tassew tajba,” qal

Eleo. “Nittama li nsibu pjaneta oħra li fiha nkunu nistgħu

ngħixu flimkien fil-paċi bħalma qegħdin issa.”

“Tinkwetax ibni,” wieġbu n-nannu. “Ibqa’ ċert li hemm ħafna

pjaneti oħra lesti jilqgħuna. Il-vettura spazjal lesta biex titlaq.

Ejja, Eleo, ħa ngħinek tlesti kull m’għandek bżonn għall-vjaġġ.

Hawn għandek dak il-ktieb li semmejtlek. Żgur li se tiġi

bżonnu.”

27

United Nations International Nursery School:

Dawn it-tfal qed jiċċelebraw il-Jum tad-Drittijiet tal-Bniedem.

It-tfal tal-United Nations International Nursery School qed iħarsu lejn powster

tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, li fl-10 ta’ Diċembru 1950

kienet għalqet sentejn.

Ritratt: UN

Dan il-ktieb sar bil-kollaborazzjoni ta’ ħafna mħuħ kreattivi. L-idea twieldet waqt kors ta’

taħriġ iffinanzjat mill-Youth in Acton Programme tal-Kummissjoni Ewropea, msejjaħ Rightly

Yours and Rightly Mine. Dan huwa kors ta’ taħriġ fuq id-drittijiet u d-dmirijiet tal-bniedem

f’Ewropa multi-kulturali, li kien organizzat mill-Malta UNESCO Youth Association u sar

f’Malta f’Ġunju 2008. Għalih attendew diversi parteċipanti mill-Italja, Spanja, Malta,

l-Estonja, ir-Rumanija, il-Bulgarija, is-Slovenja, l-Iżvezja, il-Greċja u l-Olanda.

Il-parteċipanti kienu:

Joanna Bonnici & Caroline Grech – Malta

Olga Rodionova & Rostislav Tshikalski – Estonia

Fabio Cerrito & Giorgio Sinapi – Italy

Marina Albuquerque Maranhao & Fabio Santos – Spain

Popi Nalpantiodou & Athanasios Tzoganis – Greece

Marieke Van Der Linden & Ayla Van Kessel – Netherlands

Ivanina Stoyanova - Bulgaria

Jasmina Mohorko & Sebastijan Starc – Slovenia

Soren Berglund & Mats Grambon – Sweden

Dimitrie Anatoli Postovei – Romania

Minn dan il-kors ħarġet l-idea ta’ ktieb għat-tfal u l-Malta UNESCO Youth Association bdiet

taħdem fuqu minnufih.

Kollaboraturi:

Alexander Thenner

Annette Vella

Audrey Spiteri

Birgit Oidram

Chantal Sciberras

Christianne Caruana

CJ Saliba

Daniel Mifsud

Desiree D’Amato

Dorianne Formosa

Elysia Camilleri

Joanna Bonnici

Julian Portelli

Krista Bonnici

Marie Louise Vella

Philip Caruana

Sarah Cassar

Sarah Suda

Estonian UNESCO Youth Association, Estonia: Julia Barsukova, Olga Rodionova, Deniss

Jershov; Youth Centre of Dravinja Valley, Slovenia: Aleš Kurnik, Jasmina Mohorko, Anja

Žibert; Initsiativa Regional Youth Council, Bulgaria: Rosen Dimov.

Konsulenti: Dr Gorg Mallia - Universita’ ta’ Malta, Sur Chris Grupetta - Merlin Library,

Sur Anson D. Aquilina, Sinj. Krista Bonnici

Dan il-ktieb kien parzjalment iffinanzjat mill-European Youth Foundation fi

ħdan il-Kunsill tal-Ewropa fil-kategorija B li tissapportja materjal stampat u

awdjo-viżiv.

Ħajr speċjali lil Athanasios “Sakis” Krezios (Kids in Action) li kienu għajn ta’ ispirazzjoni u li

tawna informazzjoni mill-aktar utli dwar l-użu ta’ dan il-fond.

Skopri aktar fuq dan il-proġett

Fuq il-pjaneta Babil in-nies qed jgħixu ferħanin,

fil-paċi u f’armonija sħiħa ma’ xulxin. Eleo jmur

għand nannuh bit-tama li jikseb ċerti tweġibiet, iżda

ma jdumx ma jintebaħ li huwa ntgħażel għal missjoni

speċjali. Imma qabel ma jitlaq, nannuh jeħtieġ li

jagħtih tagħrif prezzjuż li se jservih tal-akbar

għajnuna matul il-vjaġġ.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!