14.12.2012 Views

Malti smigh,h-y 2012,yr 5,ghalliema

Malti smigh,h-y 2012,yr 5,ghalliema

Malti smigh,h-y 2012,yr 5,ghalliema

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

IL-ĦAMES

SENA

KULLEĠĠ SAN ĠORĠ PRECA

SKEJJEL PRIMARJI

EŻAMIJIET TA’ NOFS IS-SENA 2012

IL-MALTI: IL-FEHIM MIS-SMIGĦ

IL-KARTA TAL-GĦALLIEMA

Gwida għat-Tmexxija tal-Eżami għall-Istudenti

Ir-Riżorsi:

1. It-test li jinqara.

2. Il-karta tal-mistoqsijiet.

3. Riga u lapes.

Il-Malti:Il-Fehim mis-Smigħ, Kulleġġ San Ġorġ Preca, 2012, l-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena, il-5 Sena, Paġna 1 minn 5

ĦIN:

30 MINUTA

Jitqassmu l-karti bil-mistoqsijiet u t-tfal jintalbu jiktbu isimhom, kunjomhom u l-

isem tal-klassi.

L-għalliema jgħidu lill-istudenti li:

1 Se jinqralhom t-test tal-istorja. 4 minuti

2 Se jinqrawlhom il-mistoqsijiet mogħtija għal darba biss. 4 minuti

3 Se jinqralhom t-test tal-istorja għat-tieni darba. 4 minuti

4 Iwieġbu l-mistoqsijiet. 7 minuti

5 Se jinqralhom t-test tal-istorja għat-tielet darba waqt li

jistgħu iwieġbu l-mistoqsijiet.

6 Jistgħu jiċċekkjaw it-tweġibiet kollha u jkunu ċerti li mmarkaw

waħda biss.

4 minuti

7 minuti

Marka Totali

20

Mhux ta’ b’xejn li Martina m’għalqitx għajn m’għajn billejl, u mal-

ħamsa ta’ filgħodu kienet fil-kċina! Ommha kienet wegħditha li kienu

sejrin ġurnata Għawdex biex iżuru l-qraba tagħhom. In-nanniet ta’

Martina kienu Għawdxin, u missier Martina ltaqa’ m’ommha meta kien

Għawdex għall-festa tal-Imnarja. Lanqas felħet tixrob tazza ħalib bl-

eċitament li kellha. Kif kienu lesti, telqu mill-ewwel lejn iċ-Ċirkewwa.

Il-vjaġġ bil-vapur ma ratux twil għax qagħdet tosserva l-gżira ta’

Kemmuna filwaqt li tara lil Għawdex joqrob. Kemm ferħet Martina

meta l-vapur wasal fil-port tal-Imġarr u rat lin-nannu Pietru

jistennieha.

Malajr waslu n-Nadur u sabu lin-nanna Ġuża tlestilhom il-kafè. In-

nanna kienet koka mill-aqwa u r-riħa t’ikel ifuħ kienet tilqgħek mill-

ewwel. Iżda Martina, kienet togħġobha wisq id-dar tan-nanna. Kif

tiftaħ il-bieb ta’ barra kont tara bitħa u ġnien kbir. L-għaxqa tagħha

kienet tkun meta kienet tmur man-nannu u joqgħod juriha l-frott fis-

siġar u l-fjuri li tant kien jieħu ħsieb. Fil-bitħa kien hemm ukoll bir u

guva bl-għasafar. Barra minn hekk in-nannu Pietru kien irabbi n-naħal,

u qatt ma kien jonqos li jagħtihom xi vażett għasel biex iniżżluh Malta

magħhom.

Il-ġurnata man-nanniet kienet tgħaddi bħal żiffa riħ, u Martina kien

jaqbżilha d-dmugħ minn għajnejha meta kienet tara l-gżira Għawdxija

titbiegħed. Però fil-fond ta’ qalbha kienet taf li żjara oħra f’din il-

ġzira ma kinitx wisq ‘il bogħod.

Il-Malti:Il-Fehim mis-Smigħ, Kulleġġ San Ġorġ Preca, 2012, l-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena, il-5 Sena, Paġna 2 minn 5

TAĦRIĠ A

Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel sinjal (x) fil-kaxxa ttajba.

L-ewwel waħda hija eżempju.

1. Martina kienet sejra a) l-Għadira.

2. In-nannu ta’ Martina

kien jismu

3. In-nanniet ta’ Martina

kienu joqogħdu

b) Għawdex. X

ċ) Kemmuna.

a) Pietru.

b) Toni.

ċ) Pawlu.

a) l-Imġarr.

b) n-Nadur.

ċ) r-Rabat.

4. Meta waslu d-dar tan- a) ssajjar.

nanna, in-nanna kienet b) tnaddaf.

qiegħda ċ) tlesti l-kafè.

5. In-nannu kien jagħtihom

6. Fil-bitħa kien hemm

7. Martina m’għalqitx

għajn m’għajn ifisser li

8. Tgħaddi bħal żiffa riħ

ifisser li

a) vażett għasel.

b) bukkett fjuri.

ċ) kejk tajjeb.

a) siġra tat-tuffieħ.

b) qattus.

ċ) guva bl-għasafar.

a) kienet għajjiena ħafna.

b) ma setgħetx torqod.

ċ) ma setgħetx tagħlaq għajnejha.

a) tgħaddi malajr.

b) qam ir-riħ .

ċ) tgħaddi bil-mod ħafna.

Il-Malti:Il-Fehim mis-Smigħ, Kulleġġ San Ġorġ Preca, 2012, l-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena, il-5 Sena, Paġna 3 minn 5

TAĦRIĠ B

Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel sinjal (x) fil-kaxxa t-

tajba. L-ewwel waħda hija eżempju.

1. Mal-ħamsa ta’ filgħodu Martina

kienet fil-kċina.

2. Martina u l-ġenituri tagħha waslu ċ-

Ċirkewwa fis-sebgħa ta’ filgħodu.

3. In-nanna u n-nannu kienu qed

jistennewhom l-Imġarr.

4. Fid-dar tan-nanna kien ikun hemm

riħa t’ikel ifuħ.

5. Fil-bitħa tan-nannu kien hemm bir.

6. In-nannu kien jieħu lil Martina

tgħum ir-Ramla l-Ħamra.

7. In-nannu kien irabbi l-fniek.

8. Martina kienet tieħu ħafna gost

Għawdex.

VERU FALZ

Il-Malti:Il-Fehim mis-Smigħ, Kulleġġ San Ġorġ Preca, 2012, l-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena, il-5 Sena, Paġna 4 minn 5

X

MA

SSEMMIETX

TAĦRIĠ Ċ

Imla l-vojt f’dawn is-sentenzi b’kelma jew bi frażi. L-ewwel

waħda hija eżempju.

1. In-nanniet ta’ Martina kienu Għawdxin.

2. Omm Martina ltaqgħet ma’ missier Martina fil-_____________

tal-Imnarja.

3. Waqt il-vjaġġ fuq il-_________________ Martina ħadet ħafna

gost tara lill-gżira Għawdxija tersaq viċin tagħhom.

4. In-nannu Pietru kien qed jistenniehom fil-_________________

tal-Imġarr.

5. In-nanna kienet _______________ mill-aqwa.

6. In-nanniet kellhom bitħa u _________________ sabiħ.

7. Il-ġurnata man-nanniet kienet tgħaddi bħal __________ riħ.

TMIEM IL-KARTA

Il-Malti:Il-Fehim mis-Smigħ, Kulleġġ San Ġorġ Preca, 2012, l-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena, il-5 Sena, Paġna 5 minn 5

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!