14.12.2012 Views

Aqra din l-informazzjoni u aħdem l-eżerċizzji ta

Aqra din l-informazzjoni u aħdem l-eżerċizzji ta

Aqra din l-informazzjoni u aħdem l-eżerċizzji ta

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Il-Benchmark ta’ Tmiem l-Edukazzjoni Primarja

2012

Il-Malti: Il-Qari

Il-Marki: 30 marka

Il-Ħin: 50 minuta

Il-Malti – Il-Qari Il-Benchmark ta’ Tmiem l-Edukazzjoni Primarja – 2012 Paġna 1 minn 8

L-Ewwel Taqsima (10 marki)

Aqra dan ir-riklam u aħdem l-eżerċizzji ta’ wara.

Klinika Annimali Kuntenti

Fejn issib dak li trid għall-pet tiegħek

Il-klinika toffri dawn is-servizzi:

� Kura u ħarsien tal-annimali domestiċi tiegħek, bħal meta jkollok bżonn titlaq

mid-dar għal raġunijiet ta’ safar, saħħa, xogħol jew mistrieħ.

� Veterinarji bl-aqwa kwalifiki bi snin twal ta’ esperjenza li jagħtu servizz mediku

u jagħmlu operazzjonijiet jekk ikun meħtieġ.

� Pariri minn esperti dwar kif tieħu ħsieb aħjar l-annimali tiegħek.

� Korsijiet ta’ kif tħarreġ il-klieb u l-qtates tiegħek biex jadattaw ruħhom

għall-ambjent tad-dar.

� Qtugħ tad-dwiefer taż-żwiemel, tal-klieb u tal-qtates.

� Bejgħ ta’ prodotti tal-ikel tajbin għall-annimali tiegħek.

� Servizz ta’ emerġenza, inkluż trasport b’ambulanza tal-annimali, matul il-ġurnata

kollha, sebat ijiem fil-ġimgħa.

� Bejgħ ta’ kotba ġodda u użati li l-qligħ minnhom imur għall-aġenzija edukattiva

“Ħobb l-Annimali” li tgħallem lill-pubbliku kif irabbi l-annimali.

Il-klinika tinsab 22, Triq il-Bhejjem, Ħal Pinen u tkun miftuħa kuljum, inklużi

s-Sibtijiet u l-Ħdud, mis-sebgħa ta’ filgħodu sal-għaxra ta’ billejl. Jekk tkun teħtieġ

xi servizz tista’ ċċempel il-Klinika Annimali Kuntenti fuq 21234587. Tista’ tidħol

fis-sit tal-klinika u ssib l-informazzjoni meħtieġa f’dan l-indirizz elettroniku:

www.klinikannimalikuntenti.mt . Tista’ timla l-formola ta’ sħubija biex tibda tirċievi

l-aħħar informazzjoni u offerti mingħandna.

Paġna 2 minn 8 Il-Benchmark ta’ Tmiem l-Edukazzjoni Primarja – 2012 Il-Malti – Il-Qari

A. Imla l-vojt f’din it-tabella billi tieħu l-informazzjoni mitluba mir-riklam.

L-ewwel waħda hija eżempju. (3 marki)

L-Isem tal-Klinika: Klinika Annimali Kuntenti

L-Isem tat-Triq: _________________________

Ir-Raħal: _________________________

Il-Jiem tal-Ftuħ: mit-Tnejn sal-_____________

B. Imla l-vojt billi ssib il-kelma t-tajba mir-riklam. (3 marki)

L-ewwel waħda hija eżempju.

Fost is-servizzi li toffri l-Klinika Annimali Kuntenti hemm dak ta’ emerġenza. Dan

is-servizz huwa offrut sebat ijiem fil-______________ u wieħed jista’ juża wkoll

trasport apposta b’_______________ tal-annimali, jekk ikun jeħtieġ. Fil-klinika

jistgħu jsiru ________________ minn veterinarji kwalifikati.

Ċ. Aqta’ linja taħt it-tweġiba t-tajba. (4 marki)

L-ewwel waħda hija eżempju.

1. Il-Klinika Annimali Kuntenti għandha (pulizija, veterinarji, volontiera) li jagħtu

s-servizz tagħhom b’mod professjonali.

2. Wieħed jista’ jieħu (l-papru, l-fenek, l-kelb) tiegħu fil-Klinika Annimali Kuntenti

biex jaqtgħulu d-dwiefer.

3. Min irid jista’ jmur il-Klinika Annimali Kuntenti biex jieħu (sehem fil-wirja ta’

Sant’Anton, pariri minn esperti tal-annimali, kors ta’ veterinarju).

4. Il-Klinika Annimali Kuntenti toffri korsijiet fuq (il-kura tal-annimali, kif tgħallem

l-annimali jidraw l-ambjent tad-dar, l-għażla tal-aħjar prodotti tal-ikel

għall-annimali).

5. Tista’ tissieħeb bħala membru fil-Klinika Annimali Kuntenti u tibda tirċievi

(kotba użati b’xejn, stediniet għall-wirjiet tal-annimali, informazzjoni u offerti).

Il-Malti – Il-Qari Il-Benchmark ta’ Tmiem l-Edukazzjoni Primarja – 2012 Paġna 3 minn 8

It-Tieni Taqsima (20 marka)

Aqra din l-informazzjoni u aħdem l-eżerċizzji ta’ wara.

L-Ewwel Parti

L-GĦASEL MALTI

L-għasel huwa prodott tal-ikel li ssibu f’ħafna pajjiżi madwar id-dinja. Il-Gżejjer Maltin

huma magħrufin għall-kwalità bnina tal-għasel li n-naħal tagħna jipproduċi. Ħafna studjużi

jaħsbu li l-kelma ‘Melita’, l-isem li bih kienet magħrufa gżiritna fi żmien ir-Rumani, ġejja

mill-kelma Griega ‘meli’ li tfisser għasel. Illum għad għandna ismijiet ta’ postijiet f’Malta u

f’Għawdex marbutin man-naħal u mal-għasel. Hekk insibu Wied il-Għasel fil-Mosta, Għar

Naħal fl-inħawi ta’ Ħal Qormi, l-Imġiebaħ f’Selmun, u Tax-Xemgħat fin-naħa Ta’ Sannat,

f’Għawdex. (par. 1)

L-għasel jinġabar minn kaxxi maħduma apposta biex fihom il-ferħ tan-naħal jibni x-xehda

tiegħu. Fl-antik kienu jintużaw ġarar tal-fuħħar imsejħin qliel jew qolol. Dawn kienu

jinżammu ġo kmamar mibnijin apposta magħrufin bħala mġiebaħ. Il-faċċata tal-kaxxi

dejjem tħares lejn in-Nofsinhar biex id-dawl tax-xemx tielgħa jilħaq kmieni lin-naħal u

jħajru joħroġ jaħdem. In-naħal huwa insett bieżel ħafna u jagħmel ħafna xogħol iebes biex

jipproduċi l-għasel. (par. 2)

In-naħal idur fuq il-fjuri biex jieħu minnhom żewġ sustanzi importanti. Dawn huma t-trab

fin magħruf bħala trab dakkari (pollen) u l-meraq ifuħ li terħi l-pjanta biex tiġbdu lejha. Dan

il-meraq huwa magħruf bħala nektar. Mill-fjura n-naħla tibda tiġbed u taħżen f’żaqqha

l-meraq permezz ta’ lsienha li għandu l-għamla ta’ tubu twil u rqiq. Waqt li ssoff il-meraq,

hija tibda tgeddes ma’ saqajha ta’ wara t-trab dakkari li jkun hemm fuq il-fjura. In-naħla

tgħaqqdu u tiffurmah f’boċċa. Mat-trab hija żżid ftit meraq biex dan jagħqad u jeħel

sewwa. (par. 3)

Meta tara li mtliet, in-naħla tirritorna lejn ix-xehda u tqiegħed kollox hemm. Ta’ min jgħid

li n-naħla tagħmel mili sħaħ kuljum tivvjaġġa minn u lejn ix-xehda b’tagħbija ta’ meraq u

trab dakkari daqs kemm tiżen hi! Dan il-ġiri tan-naħal minn pjanta għal oħra huwa meħtieġ

għall-biedja għax bih issir id-dakra tal-frott. Id-dakra tfisser meta s-siġra tibdel il-fjuri fi

frott. (par. 4)

Paġna 4 minn 8 Il-Benchmark ta’ Tmiem l-Edukazzjoni Primarja – 2012 Il-Malti – Il-Qari

A. Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel sinjal ( �) fil-kaxxa.

1. Malta kellha l-isem ta’ ‘Melita’ fi żmien

l-Għarab.

l-Ingliżi.

ir-Rumani.

2. Fl-antik, in-naħal kien jibni x-xehda tiegħu

fil-qliel tal-fuħħar.

fil-kaxxi tal-injam.

fil-kaxxi tal-kartun.

3. Il-ġiri tan-naħal minn fuq pjanta għal oħra huwa meħtieġ

biex in-naħal jieħu l-weraq u jibni x-xehda tiegħu.

biex is-siġar jagħmlu l-frott mill-fjuri.

biex in-naħal ikollhom x’jagħmlu għax huma biżlin.

4. Ikteb għal min jew għal xiex qed jirreferu.

(Marka għal kull waħda = 8 marki)

Eżempju: l-isem li bih kienet magħrufa gżiritna... (par.1): l-h tirreferi għall-isem.

a) biex jieħu minnhom (par.3): hom tirreferi għall-____________

b) In-naħla tgħaqqdu (par.3): u tirreferi għat- _______________

5. Mill-ewwel paragrafu, sib eżempju ta’ kelma fil-Plural Sħiħ.

6. Mill-ewwel paragrafu, sib kelma li hi l-maqlub tal-kelma maħlulin.

7. Agħti kelma oħra flok il-kelma “għamla” li tinsab fit-tielet paragrafu.

Il-Malti – Il-Qari Il-Benchmark ta’ Tmiem l-Edukazzjoni Primarja – 2012 Paġna 5 minn 8

Kompli aqra l-informazzjoni u aħdem l-eżerċizzji ta’ wara.

It-Tieni Parti

Fis-suq wieħed jiltaqa’ ma’ tipi u kuluri differenti ta’ għasel.

Issib għasel dehbi maħlul, u għasel skur magħqud. Il-kulur

jiddependi mill-fjuri li minnhom in-naħla tkun ġabret

l-għasel tagħha. Hemm għasel magħmul minn fjura waħda jew minn fjuri differenti li

jiftħu fl-istess staġun. Aktar ma l-fjura tkun żgħira fil-qies, aktar l-għasel ikun skur u

magħqud. L-għasel insemmuh jew skont il-fjura li minnha jkun sar, jew skont il-post

li fih jitrabba n-naħal, jew skont l-istaġun li fih jinġabar. Hekk insibu l-għasel

tas-sagħtar, tal-ħarrub, tas-silla u tal-larinġ. (par. 5)

L-għasel jista’ jintuża bħala mediċina, fi prodotti tas-sbuħija u fit-tisjir. L-għasel

tal-larinġ fih ammont kbir ta’ vitamina Ċ u għalhekk tajjeb biex jilqa’ jew ifejjaq

l-irjiħat. L-għasel magħmul mill-ħarrub jintuża biex itaffi s-sogħla. Kuċċarina jew

tnejn minn dan l-għasel maħlula fi ftit misħun ma’ biċċa lumija magħsura hija riċetta

popolari għas-sogħla. Xi tobba jissuġġerixxu li min iħossu għajjien jista’ jieħu

kuċċarina għasel filgħaxija u jakkwista l-enerġija malajr. Ħafna jużawh biex irattab

il-ġilda xotta. Dan il-prodott jidħol ukoll fit-tisjir Malti, speċjalment f’riċetti tal-ħelu

tradizzjonali tal-Milied, bħall-qagħaq tal-għasel u l-pudina tal-ħobż. (par. 6)

Minn dan kollu napprezzaw kemm in-natura ħasbet fil-bniedem. B’kuċċarina għasel

kuljum tista’ tilqa’ kontra ħafna mard għax tieħu l-vitamini meħtieġa għall-ġisem.

Niftakru li bis-saħħa ta’ xogħol in-naħla, fil-kampanja Maltija nistgħu ngawdu pjanti

u xtieli selvaġġi li jikbru bis-saħħa tad-dakra li jagħmel in-naħal. B’hekk, Malta

għandna pjanti u siġar bħas-sagħtar, is-silla u l-ħarrub li, barra li jsebbħu l-kampanja,

jagħtuna l-għasel bnin li l-Griegi tal-qedem kienu jqisu bħala l-ikel tal-allat! (par. 7)

Paġna 6 minn 8 Il-Benchmark ta’ Tmiem l-Edukazzjoni Primarja – 2012 Il-Malti – Il-Qari

B. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet fi kliemek u fil-qosor:

1. Minn xiex jiddependi l-kulur tal-għasel? (par. 5)

(Marka għal kull waħda = 8 marki)

2. Minbarra fil-mediċina u fit-tisjir, fiex jista’ jintuża l-għasel? (par. 6)

3. Għaliex hu tajjeb li tieħu kuċċarina għasel kuljum? (par. 7)

4. Spjega kif il-kampanja Maltija tgawdi bis-saħħa tax-xogħol tan-naħal. (par. 7)

5. Aqta’ linja taħt l-aġġettiv f’din is-sentenza:

Fis-suq wieħed jiltaqa’ ma’ tipi u kuluri differenti ta’ għasel. (par. 5)

6. Agħti l-għerq tal-verb f’din is-sentenza:

… għalhekk tajjeb biex jilqa’ l-irjiħat. (par. 6) ________________

7. Oħroġ nom mill-verb “ġabret”. (par. 5) ________________

8. Aqta’ linja taħt il-partiċella t-tajba f’din is-sentenza:

In-naħal huwa meħtieġ (għall- , għal- , għal) kampanja Maltija.

Il-Malti – Il-Qari Il-Benchmark ta’ Tmiem l-Edukazzjoni Primarja – 2012 Paġna 7 minn 8

Ċ. Aħdem dawn il-mistoqsijiet fuq L-Għasel Malti. (4 marki)

1. Ikteb żewġ punti li tgħallimt fuq l-għasel.

a) _______________________________________________________________

b) _______________________________________________________________

2. Għaliex taħseb li l-Griegi kienu jqisu l-għasel bħala l-ikel tal-allat?

Taqbel magħhom?

TMIEM IL-KARTA

Paġna 8 minn 8 Il-Benchmark ta’ Tmiem l-Edukazzjoni Primarja – 2012 Il-Malti – Il-Qari

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!