15.11.2014 Views

Untitled - Malta Housing Authority

Untitled - Malta Housing Authority

Untitled - Malta Housing Authority

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

jippermettilhom li jsibu xogħol adegwat. Din l-inizjattiva ser tgħinhom biex isiru indipendenti u jgħelbu d-

diffikultajiet li jistgħu jiltaqgħu magħhom kuljum.

3.2 Persuni bla Dar

Il-kundizzjoni fejn persuni ma jkollhomx dar fejn joqogħdu mhuwiex fenomenu wieqaf imma proċess li

jaffettwa ħafna familji fi żmienijiet differenti. Din il-kundizzjoni hija assoċjata ma’ nuqqas ta’

akkomodazzjoni adegwata li tkun bdiet minħabba problemi oħrajn. Dawn l-individwi jgħaddu minn numru

ta’ diffikultajiet soċjali u psikoloġiċi u li jridu jiġu solvuti qabel ma tigi provduta proprjeta’.

Dawn l-individwi, għandhom jitgħallmu kif jieħdu ħsieb u jżommu l-proprjeta’. Akkomodazzjoni permanenti

għandha titqies aktar importanti mill-akkomodazzjoni temporanja. Din tal-aħħar għandha tkun għal perijodu

definit avolja l-akkomodazzjoni permanenti għandha tkun disponibbli biex dan jista’ jseħħ. Is-sapport għandu

jiġi provdut biex jassisti lil dawn in-nies fit-transizzjoni sabiex ikunu jistgħu iżommu l-akkomodazzjoni fi stat

ta’ għajxien diċenti u mingħajr ir-riskju li jerġgħu jispiċċaw bla dar.

3.3 Is-Saħħa Mentali

L-Awtorita’ tad-Djar tipprovdi akkomodazzjoni lill-persuni li jbatu minn mard kroniku ta’ natura psikoloġika

li ma jkollhomx għalfejn joqogħdu fi sptar. Fl-appartamenti li jiġu provduti, r-residenti jkollhom kamra tassodda

u kċina għall-użu tagħhom biss. Dawn il-persuni dejjem ser jiġu involuti u assistiti fl-immaniġjar talproprjeta’

fejn ikunu qed jgħixu u jiġu integrati wkoll fil-komunita’.

Din l-iskema hija miftuħa għal persuni li jsofru minn mard li hu marbut mas-saħħa mentali; li jkunu għaddew

jew ikunu għadhom għaddejjin minn programm ta’ riabilitazzjoni; li jkunu bla dar jew f’sitwazzjoni fejn jekk

jerġgħu jmorru jgħixu fejn kienu joqogħdu qabel ikun ta’ detriment għas-saħħa mentali tagħhom; u li kemm

jekk m’għandhomx problemi finanzjarji u kif ukoll jekk għandhom bżonn ta’ assistenza finanzjarja.

3.4 Il-vittmi tal-Vjolenza Domestika

5

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!