28.01.2015 Views

Power from the Sun_mt - MIEMA

Power from the Sun_mt - MIEMA

Power from the Sun_mt - MIEMA

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Għaliex għandna nużaw l-enerġija b’mod għaqli

Il-pożizzjoni ġeografika tagħha fiċ-ċentru tal-Mediterran tfisser li

fost l-istati membri tal-UE Malta għandha l-aktar

xemx. Għaldaqstant, l-enerġija mix-xemx hija l-aktar tip ta’

enerġija sostenibbli utli għall-gżejjer tagħna, peress li hija kemm

nadifa kif ukoll abbundanti.

Il-popolarità tas-sistemi li jagħtu l-elettriku mix-xemx (sistemi

fotovoltaiċi) u oħrajn li jagħtu l-misħun, ukoll mix-xemx (solar

water heaters) fil-gżejjer Maltin żdiedet f’dawn l-aħħar snin

minħabba tnaqqis fl-ispiża kapitali ta’ dawn is-sistemi, żieda filprezz

tal-elettriku, għotjiet mill-gvern, u iktar kuxjenza ambjentali.

Solar Water Heaters

Is-sistemi ta' Solar Water Heaters (SWH) ilhom jeżistu għal ħafna

snin. Bosta mill-installazzjonijiet domestiċi jinkludu sistema “closecoupled”,

fejn it-tank li fih jinħażen il-misħun jinsab mimdud fuq ilbejt

direttament ‘l fuq mill-panewwijiet li jiġbru s-sħana taxxemx.

Sistemi ta' SWH jipproduċu misħun biżżejjed matul kważi s-

sena kollha.

X’inhuma sistemi fotovoltaiċi

B’sistema li tiġġenera l-enerġija fotovoltaika (PV) is-sid tad-dar

ikun jista’ jipproduċi l-enerġija elettrika kollha jew parti minn dik l-

enerġija li jeħtieġ kuljum, minn fuq il-bejt tiegħu stess. Jista’ wkoll

ipartat l-elettriku żejjed li jkun ġie iġġenerat bi nhar sabiex tintuża

matul il-lejl. Jekk l-impjant jiġġenera biss parti mill-elettriku

meħtieġ mill-familja, il-bqija jittieħed b’mod normali mill-main,

peress li d-dar xorta tibqa' imqabbda mal-main tad-dawl f’kull

ħin. Is-sistema tista' wkoll ikollha backup ta’ batteriji jew

Uninterruptible Power Supply (UPS) sabiex fid-dar xorta jkun hemm

kurrent anke meta jinqata’ d-dawl tal-main.

Vantaġġi ta' sistemi ta’ enerġija mix-xemx

• Teknoloġija li ma taħraqx fuel

• Siekta, mingħajr storbju

• Enerġija nadifa

• Relattivament sikura u bla inkwiet

Għaxar pariri biex tagħżel min jistalla l-PVs

1. Skopri x’tip ta’ esperjenza għandhom f’dan ix-xogħol

2. Stħarreġ jekk humiex professjonali

3. Ipprova ikseb xi referenzi pożittivi minn klijenti ta’ qabel

4. Staqsi jekk bi ħsiebhom jagħtu parti mix-xogħol lil ħaddieħor

5. Itlob stima kemm jista’ jkun sħiħa

6. Itlob stima dwar kemm is-sistema ser tiġġenera enerġija

7. Ħu pariri xierqa dwar id-daqs tas-sistema u tikkuntentax b’kit

standard

8. Infurma ruħek fuq l-benefiċċji tal-partijiet differenti tas-sistema

9. Kun żgur li l-kuntrattur tiegħek m’huwiex biss bejjiegħ, iżda

inġinier professjonali

10. Aċċerta ruħek li qabel jibdew jaħdmu jqisu bir-reqqa l-

installazzjoni elettrika tiegħek u l-istruttura tal-bejt

Skemi tal-Iffrankar tal-Enerġija

Il-Gvern bħalissa qed iniedi xi skemi għall-iffrankar talenerġija

bil-għan li jħeġġeġ lin-nies jistallaw sistemi

fotovoltaiċi u solar water heaters. Dawn l-iskemi ser

jirrifondu lill-individwi nefqiet imdaqqsa f’dawn l-oqsma

fil-każ ta’ applikazzjonijiet li jintlaqghu b’suċċess. Għal

aktar informazzjoni ċempel lill-Awtorità Maltija tar-

Riżorsi (MRA) fuq in-numru tat-telefon 2122 0619, jew

ibgħat e-mail lil enquiry@mra.org.mt.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!