13.12.2012 Views

L-Incensier - Dicembru 2012

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

L-Erbgħa u Tletin Ħarġa Diċembru 2012

L-INĊENSIER

Leħen l-Abbatini ta’ San Ġwann

GĦAT-TFAL GĦAT-TFAL SUBIEN SUBIEN KOLLHA KOLLHA TAL-PARROĊĊA

TAL-PARROĊĊA

Ara paġni 14-15 għad-dettalji

1 L-INĊENSIER

Diċembru 2012

Werrej u Editorjal Pg 2

Mark Bezzina

Il-Kelma tad-Direttur Pg 3

Fr Effie Mallia OFM Cap.

Jean De La Valette Pg 5

Matthew Bezzina

Il-Festi Liturgici tal-Milied Pg 6

Fr Carmelo Aquilina OFM Cap

Ahbarijiet u Attivitajiet Pg 8-9

Etienne Buttigieg

Dawra mad-Dinja Pg 10

Helenio Borg Muscat

Ċajta Pg 11

Mirja ta’ Qdusija Pg 12

Daniel Bezzina

Attivita’- Fun Day Pg 14-15

Etienne Buttigieg

Il-Hmar Pg 17 - Samuel Felice

The Path to Heaven - Christopher

ddddddddddddddddScerri

Rokna Logħob Pg 18

Julian Vella

Rokna Sport Pg 19

Julian Vella

Mark Bezzina

Iktar minn sitt snin ilu jiena ktibt għallaħħar

f’dan l-artiklu tal-Inċensier, meta

f’April tal-elfejn u sitta ħarġet l-aħħar ħarġa

tal-Inċensier fejn jien kont l-Editur tagħha.

Illum wara dan iż-żmien kollu erġajt

qiegħed nikteb f’dan il-fuljett, u nista ngħid

li qiegħed nagħmel dan bi pjaċir kbir għaliex

nemmen li dan il-fuljett jista’ jkun strument

fejn l-Abbatini juru l-kapaċita tagħhom sa

minn meta ikunu għadhom żgħar.

Nixtieq nirrimarka li dawk l-abbatini li

jixtiequ jiktbu f’dan il-fuljett iżda s’issa

għadhom ma ġewx avviċinati biex jagħmlu

dan, jistgħu ikellmu lili jew lil xi ħadd mittmexxija

sabiex jingħataw dan iċ-ċans.

Dan il-fuljett qiegħed joħroġ fit-tieni Ħadd

tal-Avvent. Għalhekk il-Milied huwa viċin.

Tajjeb li fil-Milied inżommu f’moħħna li

qegħdin niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesu’ u

għalhekk ma nistgħux niċċelebrawh kif

jixraq jekk inwarrbu lilU stess!

Il-Milied u s-Sena t-Tajba lil Kulħadd.

Maħruġ mill-Abbatini tal-Parroċċa Madonna ta’ Lourdes

1, Misraħ Lourdes, San Ġwann Tel: 21386112/3

www.facebook.com/abbatinisg abbatinisgwann@hotmail.com

2 L-INĊENSIER

Diċembru 2012

Il-maġġoranza assoluta tan-nies iħobbu ħafna l-festa tal-

Milied. Għal ħafna l-festa tal-Milied hi l-festa tal-familja.

Diversi familji jippruvaw jagħmlu l-ikla tal-Milied flimkien

f’xi restorant jew d-dar. Ma’ humiex ftit dawk li jaħsbu

minn kmieni jixtru r-rigali tal-Milied. Tal-ħwienet l-anqas

ikun għadu beda l-Avvent meta jkunu diġa joffru filħwienet

tagħhom oġġetti reletati maż-żmien tal-Milied. Lewwel

jibdew jippreżentaw oġġetti għat-tiżjin u wara

rigali.

}afna huma dawk li jhobbu jżejnu fid-dar għall-Milied. Din t-tradizzjoni hi

ħafna sabieħa u tajjeb li nżommuha ħajja. Importanti pero’ li ċ-ċentru tattiżjin

irid ikun jew il-presepju jew il-bambin. Illum donnu qed jidħol ħafna

tiżjin ieħor li bil-mod il-mod qed iwarrab lil dak li tiegħu hi l-festa tal-Milied.

F’xi djar taħseb li l-festa hi tal-christmas father jew ta’ xi ħaġa oħra imma

mhux ta’ Ġesu’ Bambin.

Bħala Franġiskan, għaliex kien San Franġisk ta’ Assisi li daħħal il-presepju,

inħeġġeġ ħafna biex nipruvaw li f’kull dar ikun hemm presepju. Il-presepju

jfakkarna fit-twelid ta’ Sidna Ġesu’ Kristu bħala bniedem. Il-presepju

jippreżenta misteru kbir tal-fidi tagħna, il-misteru tal-inkarnazzjoni, “Ġesu’

Kristu sar bniedem u għammar fostna”.

Aktar u aktar din is-sena tal-fidi, jagħmel ħafna sens li fid-dar ikollna

presepju jew bambin. F’dan iż-żmien li ġej tal-avvent u tal-Milied nagħmlu ttalb

tagħna bħala familja quddiem il-presepju jew il-bambin. Waqt li nkunu

qed nitolbu naħsbu fuq kemm Alla ħabbna li sar bniedem bħala u għix

fostna l-bnedmin.

Inħeġġeġ ħafna biex minn dan il-Milied li ġej nagħmlu Milied nisrani. Ma

nħallux li l-aljenazzjoni tegħlibna billi nedew biss fuq il-materjali u ddivertiment.

Nippruvaw fuq kollox inħejju ruħna biex ikollna Milied speċjali

li fih inħossu aktar minn qatt qabel, lil Ġesu’ fil-qalb tagħna.

Il-Milied it-tajjeb lil kulħadd.

Fr. Effie Mallia OFM Cap.

3 L-INĊENSIER

Diċembru 2012

Easy Wear

Mensija Road, San Gwann

Tel: 21381699

Cospicua Road, Paola

Get 5% off upon presentation of this

advert

MARC

4 L-INĊENSIER

Diċembru 2012

Matthew Bezzina

La Valette huwa ta’ Nazzjonalita Franciza u twieled fl-1495.

Huwa dahal fl-ordni tal-Kavallieri ta’ San Gwann fl-eta tant

zghira ta’ tmintax –il sena. Waqt li kien Kavallier gewwa Malta,

huwa lahaq bhala GranMastru tal-Kavallieri. Huwa kien iddisgha

u erbghin Gran Mastru ta’ Malta.

Meta La Valette kien Gran Mastru faqqa l-Assedju il-kbir. It-

Torok hasbu li kienu se jirbhu lil Malta malajr,malajr biiss kellhom

zball, ghaliex bil-ghaqal tal-Gran Mastru La Valette, Malta

rebhet liill-ghadu Ottoman.

Kif spicca l-Assedju La Valette beda jahseb biex tinbena Belt

gdida li setghet taqdi il-bzonnijiet tal- gzira ahjar. Il-Belt il-gdida

inbniet fuq l-gholja xiberras u l-ewwel gebla tpoggiet minn idejn

il-Gran Mastru La Valette innifsu. Biss b’xorti hazina La Valette

ma kellux jara il-Belt il-gdida lesta, ghaliex waqt li kienet qed tinbena

il-Belt huwa miet.Ghalhekk il-Belt imsemmija ghalih: (il-

Belt Valletta) din baqghet il-Belt Kapitali ta’ Malta sa llum ilgurnata.

La Valette kien l-ewwel wiehed illi indifen

gewwa il-Belt Valletta.

5 L-INĊENSIER

Diċembru 2012

Fr Carmelo Aquilina OFM Cap

Fl-ewwel żminijiet il-Knisja kellha festa waħda biss, dik tal-Għid, din il-Festa

kienet tiġi ċelebrata kull nhar ta’ Ħadd, u b’solennità kbira wara l-ewwel

qamar kwinta tar-rebbiegħa. Il-liturġija ħadet spinta l-quddiem meta

Kostantinu ta’ l-libertà lill-Knisja u din ma baqgħetx taħdem fil-moħbi. Kien

proprju hawnhekk li beda jiġi mfassal il-Kalendarju Liturġiku li kien ibażżat

fuq l-opra tal-Fidwa tal-Mulej.

L-ewwel tagħrif li għandna dwar iċ-ċelebrazzjoni tal-Milied f’Ruma

jagħtihulna l-Kalendarju Furius Dionysius Philocalus, li fil-25 ta’ Diċembru

354, u nsibu dan il-kliem: VIII Kalendas Ianuarii natus Christus in Bethleem

Iudeae. Ma nafux eżatt il-jum tat-twelid tal-Mulej, allura dan il-jum ma

ntgħażilx bħala jum il-Milied għax dakinhar twieled Ġesù. Jidher li din il-

Festa daħlet minflok festa oħra pagana f’ġieħ ix-Xemx qatt mirbuħa (fil-25

ta’ Diċembru u l-jum li fih jibda’ jidher ċar li l-ġurnata bdiet tittwal). Din

kienet festa kbira għar-Rumani b’mod speċjali u kienu jsiru ħafna attivitajiet

kbar fosthom il-magħrufin 30 tiġrija taż-żwiemel tip ta’ dak li naraw fil-film

‘Ben Hur’. Hemm ukoll diversi studjużi oħra li jgħidu affarijiet oħra imma din

hi l-aktar waħda kredibli.

Fil-bidu l-Milied ma kienx ifakkar biss it-twelid ta’ Ġesù imma kien jiġbor fih il

-misteri tat-tfulija ta’ Ġesù, imma maż-żmien bdiet tiġi iċċelebrata l-Epifanija

u b’hekk bil-mod il-mod saret kif nafuha illum. Interessanti li f’Ruma u fl-

Italja, kienet issir il-quddiesa tal-vġili, fl-24 ta’ Diċembru, fit-tlieta ta’ wara

nofs in-nhar, u oħra nhar il-Milied. Iżda qrib is-seklu V, f’Ruma fil-Bażilka ta’

Santa Maria Maggiore, bdiet issir għal l-ewwel darba il-quddiesa ta’ nofs illejl.

Fis-seklu VI il-Papa beda jqaddes quddiesa filgħodu kmieni fil-knisja ta’

Santa Anastasia, dawn it-tlett quddisiet xterdu mal-Italja kollha fis-seklu VII,

u xterdet mal-punent kollu fis-seklu X.

Dan u ftit tagħrif kif żviluppat il-festa tal-Milied fil-Knisja Rumana Kattolika.

Minn irrid aktar informazzjoni nista’ nagħddilu xi materjal ieħor.

6 L-INĊENSIER

Diċembru 2012

Naxxar Road,

San Gwann

Phone 21368172

Fax 21387924

Mobile 99827199

E-mail: archidea@onvol.net

14,Naxxar Road, San Gwann, SGN 08.

Tel: 21382664

www.starwebmalta.com

7 L-INĊENSIER

Diċembru 2012

Etienne Buttigieg

Ghaddew erba’ xhur mill-ahhar harga ta’ dan il-fuljett. Erba’ xhur ta’ hidma

intensiva bla waqfien. Wara li ftahna c-celebrazzjonijiet tal-festa titulari bil-

Vestizzjoni tal-Abbatini, segwejna gimgha ta’ servizz tat-tridu tal-Festa bil-qofol

fil-quddiesa solenni tal-Jum tal-Festa u fil-purcissjoni ta’ filghaxija.

Jumejn wara l-festa titulari, morna Ghawdex fejn qattajna erbat ijiem vaganzi

niehdu gost, nghumu u nzuru bosta postijiet pittorestici madwar il-gzira

t’Ghawdex fil-kumpanija ta’ shabna l-Abbatini.

F’Awwissu zorna wkoll il-festa ta’ Santa Marija, l-Mosta u l-ghada, kellna BBQ

ghall-Abbatini fic-centru Parrokkjali. Qabel ma spicca x-xahar tant sabih

t’Awwissu, organizzajna Water Games fejn xarrabna kemm flahna ‘l xulxin u

morna nghumu Pretty Bay. F’Settembru, ergajna organizzajna Water Games

minhabba li ntlaqghu tajjeb hafna mal-Abbatini. F’Settembru kellna wkoll

league tal-futbol, league tal-prisoners u DVD Night. Tajna s-servizz taghna flokkazjoni

ta’ Jum il-Parrocca fil-21 ta’ Settembru.

F’Ottubru, tajna s-servizz taghna fl-okkazjoni tat-tridu tal-festa ta’ San Frangisk.

Gew organizzati league tal-prisoners, li gew posponuti minhabba l-maltemp,

league tad-draughts u league tal-Billiard.

F’Novembru, mexxejna l-adorazzjoni tal-ewwel gimgha tax-xahar: hawnhekk

nixtieq nirringrazzja lil dawk in-nies li ghaddew kummenti posittivi u rimarki

rigward din l-adorazzjoni li mid-dehra ntghogbot mill-parruccani. F’Novembru

wkoll, morna naraw film ic-cinema, kellna DVD Night u attivita’ ghall-pubbliku:

Pasta Night. Il-konkorrenza ghal din l-attivita’ kienet wahda apprezzabbli.

Matul dawn l-ahhar xhur kellna programmi mimlijin, hdimna bla waqfien u

nisperaw li dan ir-ritmu jibqa’ matul ix-xahar ta’ Dicembru.

8 L-INĊENSIER

Diċembru 2012

Iktar dettalji fil-programm ta’ Dicembru.

� Nhar il-Hadd 9 ta’ Dicembru niltaqghu fuq iz-zuntier fil-5:00pm u

mmorru naraw Wirja tal-Presepji.

� Nhar il-Hamis 13 ta’ Dicembru jkollna Fun Day flimkien ma’ tfal ohra talparrocca.

Nibdew billi nisimghu l-quddiesa tad-9:00am u wara nibdew.

� Nhar is-Sibt 15 ta’ Dicembru nisimghu l-quddiesa tad-9:00am u wara

mmorru l-kunvent tas-sorijiet Frangiskani ta’ San Gwann fejn ikollna l-

Irtir Annwali tal-Avvent.

� Nhar il-Hadd 16 ta’ Dicembru, jkollna quddiesa tal-10:00am bhas-soltu,

bid-differenza li din

ser tkun animata

minnha l-Abbatini.

� Il- H a d d 1 6 t a ’

Dicembru fit-3:00pm

jkollna Tombla ficcentru

parrokkjali.

Inheggu lill-familjari u

hbieb biex jigu.

� Nhar is-Sibt 22 ta’

Dicembru j kollna

league tal-playstation.

Dettalji iktar tard.

� Nhar il-Hadd 23 ta’

Dicembru jkollna DVD

Night fil-5:15pm.

Dettalji iktar tard.

� Nhar il-Gimgha 28 ta’

Dicembru jkollna lparty

tal-Milied li jibda

fis-7:30pm.

9 L-INĊENSIER

Diċembru 2012

L-ITAL JA

Kont taf li....

Helenio Borg Muscat

L- Italja hija penisola bħal il- Belt Valletta jiġifiri mdawra bil-

baħar imbarra naħa waħda biss.

L- Italja tmiss ma’ erbat ibħra li huma: ‘Mar Ligure’, ‘Mar

Tirenno’, ‘Mar Adriatico’ u ‘Mar Ionio’.

Fll- Italja hemm żewġ gżejjer kbar li huma Sqallija u Sardenja.

Il- belt kapitali ta’ l- Italja hija Ruma fl- Lazio.

Fl- Italja hemm 20 ‘regioni’ li huma maqsumin f’ ‘province’ li

huma maqsumin ukoll f’ ‘comuni’.

L- Italja tmiss ma’ erbat pajjiżi li huma Franza,l- Isvizzera, l-

Awstrija u l- Islovenja.

L- Italja hija famuża għall- vulkani bħall- Etna u l- Vesuvju.

Fl- Italja issib ukoll ‘le Alpi’ u ‘gli Appennini.

L- itwal xmara ta l-Italja hija x-xmara Po.

L- Italja hija famuża ukoll għall-għaġin bħall- pizza, kannoli,

spaggetti, il-lasanja u ħafna oħrajn.

Ħafna jaħsbu li il- Vatikan jgħamel parti ma’ l-Italja. Il- Vatikan

huwa stat għalih.

L-Italja huwa post mimli storja mela napprezzaw il- monumenti

bħall-Kollosew, it-torri ta’ Piża u ħafna oħrajn.

10 L-INĊENSIER

Diċembru 2012

David kien qiegħed jitkellem ma’ sieħbu Samuel meta qallu li kien sejjer l-

Ingilterra. Samuel saqsieh kif jaħseb li kien se jirnexxilu jikkomunika minħabba

li David ma kien jaf jitkellem xejn bl-Ingliż. David qallu li b’xi mod jikkomunika.

Meta ġie lura Samuel saqsieh kif mar. David qallu li kemm dam hemm tgħallem

jitkellem bl-Ingliż. Samuel ma bediex jemmnu u saqsieh kif tghid “ejja hawn” bl

-Ingliż. David kien pront qallu “come here”. Samuel baqa iċċassat u saqsieh kif

tgħid “mur ‘l hemm”. David qallu, “immur hemm u ngħidlu come here!!”

GRAZZI lil kull min irriklama maghna f’dan il-fuljett. Min jixtieq

jirriklama f’dan il-fuljett li johrog darba kull erba’ xhur jista’

jaghmel dan billi jcempel fuq 79039510. GRAZZI.

11 L-INĊENSIER

Diċembru 2012

Daniel Bezzina

San Ġorġ twieled fit-12 ta’ Frar 1880.Huwa kien is-seba’ fost id-disa’ wlied tas-Sur

Vinċenż Preca u s-Sinjura Natala.Ġorġ ġie mgħammed l-Belt fil-knisja ta’ San Duminku

nhar is-17 ta’ Frar, u ngħata l-ismijiet ta’ Ġorġ,Pawlu,Manwel,Ġwanni u Piju.L-isem Ġorġ

ifisser wieħed li jaħdem fir-raba,u hekk kien Ġorġ,huwa kien ħaddiem bieżel fl-għalqa ta’

Alla.Meta Ġorġ kellu ħames snin kien qiegħed passiġġata mas-Sinjura Filomena viċin ilknisja

tal-Madonna tal-Pilar. Ġorġ lemaħ uffiċjal żagħżugħ li qegħdlu f’idu arloġġ taddeheb.Imbagħad

ma deherx iżjed.Għeb ukoll l-arloġġ tad-deheb.Ħafna snin wara Ġorġ

irrealizza li dak iż-żagħżugħ kien san Mikiel u l-arloġġ kien ifisser l-arloġġ ta’talb li huwa

kellu jikteb għas-Soċji tiegħu b’talba għal kull kwarta tal-ġurnata.Ġorġ laħaq qassis nhar il

-Ħadd 22 ta’ Diċembru 1906.Huwa ġie ordnat saċerdot minn Mons.Arċisqof Pietro

Pace.Meta l-arċisqof ġie biex jidlek idejn Ġorġ iż-żejt spiċċa għalhekk San Ġorġ kien lewwel

wieħed li ndilek miż-żejt il-ġdid.Meta Ġorġ u sħabu s-Soċji ġew biex jagħtu isem lill

-għaqda tagħhom għażlu Mużew issuġġerit minn Salvu Muscat.Huwa issuġġerixxa dan lisem

minħabba illi ġo mużew ikun hemm affarijiet prezzjużi.Tant ħadu pjaċir bl-isem illi

refgħu lill-Salvu stess biex jiktbu,iżda San Ġorġ bidlu ftit għall- M.U.S.E.U.M.:Magister

Utinam Sequatur Evangelium Universus Mundus,li jfisser,Mgħallem, mhux li kien li ddinja

kollha timxi wara l-Evanġelju!Ġrajja speċjali illi ġrat lill-Ġorġ kienet meta ra tifel ta’

xi tnax il-sena jiġbed karretta biż-żibel.It-tifel ordnalu jgħinnu jimbotta l-karretta.San

Ġorġ pront medd idejh biex jimbotta u ħass ħlewwa kbira f’qalbu.F’ daqqa waħda lit-tifel

ma raħx aktar.San Ġorġ ikkonkluda li dak it-tfajjel kien Ġesu.Fid-19 ta’ Marzu 1917,hekk

kif stenbaħ fil-5.30 ta’ filgħodu,San Ġorġ ra maġenb is-sodda tiegħu Patri dumnikan bilbarnuż

u bil-baffi,li wara għaraf li kien San Vinċenz Ferrer.Din id-dehra ma damitx.Wara lquddiesa

San Ġorġ mar jitlob fil-kappella tal-Konservatorju Bugeja u hemm reġa’ deherlu

l-qaddis li qallu,”Il-Mulej ikun fil-leminija tiegħek u jinduralek riġlejk biex ma tiġġarrafx

minħabba l-kultura tat-tagħlim.”Ma għaddiex ħafna żmien li missier San Ġorġ marad

serjament u kien qiegħed fl-aħħar ftit ta’ ħajtu. San Ġorġ li kien jemmen ħafna fil-kelmiet

Verbum Dei caro factum est,li jfissru L-Iben ta’Alla sar bniedem,kitibhom fuq sider

missieru.Wara mewtu missieru deherlu u qallu,”Ġorġ,kieku taf kemm kelli ġudizzju ħelu

minħabba dik is-sentenza!”F’Lulju 1962 San Ġorġ marad serjament.Qatta’ diversi ġranet

muġugħ fis-sodda.Jumejn qabel ma miet,mar iżuru Eugenio Borg,l-ewwel

SuperjurĠenerali.”Ġeġe’,isa,ħallina mill-biki issa,”għamillu l-qalb San Ġorġ.Qabel ma

nfirdu bierku b’dawn il-kelmiet,”Fik jien inbierek is-Soċjeta kollha”.Fis-26 ta’Lulju

filgħaxija, lil San Ġorġ poġġewlu l-inkwatru ta’ San Mikiel ħdejn saqajh biex ikun jista’

jarah.Dak il-ħin kien qiegħed ibati ħafna.San Ġorġ kellu devozzjoni kbira lejn San Mikiel u

kien jitobu ħafna.Lilu wkoll kien għażelu bħala d-difensur tal-M.U.S.E.U.M. Huwa ġie

ddikjarat qaddis mill-Papa Benedittu XVI fit-3 ta’ Ġunju 2007.

12 L-INĊENSIER

Diċembru 2012

For all your needs

Mensija Road c\w St Margaret

Street, San Gwann.

Tel: 21385184

Mensija Road,

San Gwann

Għall-Frott u

Ħaxix frisk

13 L-INĊENSIER

Diċembru 2012

Etienne Buttigieg

Għeżież qarrejja tal-Inċensier. Din hija t-tieni ħarġa ta' dan il-fuljett

wara l-waqfa tiegħu għal perjodu twil ta' żmien. Din l-inizjattiva kienet

waħda minn ħafna oħrajn u nista' nassigurakom li dan hu biss ilbidu!

Bħala prifett nieħu gost nisma' mingħand l-Abbatini u lpubbliku

x'għandhom xi jgħidu rigward l-Għaqda tal-Abbatini u dan

iwassal sabiex jinġabru bosta ideat brillanti. Fost ideat oħrajn,

ħassejna li għandna norganizzaw nofs ta' nhar iddedikat

speċifikament għas-subien bejn is-7 u 15-il sena. Dan sabiex filwaqt

li noħolqu tbissima fuq fomm it-tfal, nagħtu l-opportunita' sabiex

iktar tfal jidħlu Abbatini.

Li tkun Abbati tfisser, l-ewwel nett, li taqdi lil Ġesu madwar l-artal

iżda ukoll li tagħmel ħbieb ġodda, tilgħab, tiddeverti, tieħu gost u flistess

ħin tirċievi tagħlim nisrani reliġjuż u soċjali. Kull ġimgħa jkollna

tliet appuntamenti importanti: nhar ta' Ġimgħa jkollna laqgħa li tibda

fil-5:15pm u wara jkollna ħin ta' logħob fejn l-Abbatini jilgħabu

football, playstation, billiards, ecc; is-Sibt nisimgħu l-quddiesa tad-

9:00am u wara jkollna logħob sal-11:30am u l-Ħadd nagħtu servizz

fil-quddiesa tal-10:00am. Barra minn dawn it-tliet appuntamenti

importanti, jkollna bosta attivitajiet organizzati bħal DVD Nights,

leagues tal-football, oħrajn tal-billiard, oħrajn tal-playstation, ħarġiet

fejn immorru naraw xi film jew immorru xi Hike jew Picnic. Fis-sajf

norganizzaw bosta BBQs, inżuru ħafna festi u norganizzaw logħob

bħal Water Games sabiex niffriskaw xi ftit! Dawn huma biss ftit millattivitajiet

li jkollna li jferrħuna lkoll flimkien mal-quddies fejn naqdu

lil Ġesu madwar l-artal. Bħala Abbatini, għandna din il-grazzja u

fortunati biżżejjed li għandna kuntatt daqsekk viċin ma' dak li

ħalaqna u jħobbna: Ġesu'!

14 L-INĊENSIER

Diċembru 2012

Għalhekk nhar il-Ħamis 13 ta' Diċembru, qiegħdin nistiednu lissubien

bejn is-7 u 15-il sena għal Fun Day li ħa tiġi organizzata

fis-Sala tal-Abbatini. Fid-9:00am ser ikun hemm quddiesa

animata mill-Abbatini tal-Parroċċa fil-knisja parrokkjali u wara

nitilgħu fis-Sala tal-Abbatini fej ser ikollna bosta workshops fejn

sejrin nitgħallmu, nieħdu gost u nilgħabu xi daqxejn ukoll!

Inħeġġu lis-subien kollha sabiex jattendu b'entużjażmu għal nofs

ta' nhar li żgur mhux ser jintesa'!

Programm

9:00am Nibdew billi nisimghu l-quddiesa

tad-9:00am fil-knisja.

9:30am Introduzzjoni u Workshop:

Ice Breakers

10:00am Workshop: Min Huma l-Abbatini?

10:45am Break

11:00am Workshop: Kif ghandu jkun

it-talb Nisrani

11:30am Mument ta’ Talb

11:50am Break: Loghob (football, billiard,

playstation, board games)

12:30am Konkluzjoni

15 L-INĊENSIER

Diċembru 2012

16 L-INĊENSIER

Diċembru 2012

Samuel Felice

Darba kien hemm ħmar li kien jigi mgħajjar minn ħmir oħrajn.

Meta kienu jgħajjruh kien imur ġo kantuniera u jogħod jibki

hemm, jew joqgħod jaħseb kemm il-darba għajjruh affarijiet fuq

ommu u missieru. Missieru kienn telaq meta kien għadu żgħir

jew joqogħdu jagħjjruh b’ommu li kienet abbanudunatu u dalħmar

kien dejjem kien jimxi bil-mod. Ġieli kienu joqogħdu li

kellu sieq minnhom qasira. Darba minnhom sidu iddejjaq bih u

ried ibigħu. Wara ħafna xhur kien hemm raġel jismu Ġuzeppi u

iddecieda li jixtri dan il-ħmar . Ġuzeppi tah isem ġdid: Natale.

Huwa xtara lil Natale biex immur vjaġġ mal-għarusa tiegħu

Marija ġewwa Betlehem, għax kien ser ikollha tarbija. Natale

għal dan il-vjaġġ kien mgħobbi mhux ħazin u barra minn hekk

Ġuzeppi dam ma‘ sab kenn għal lejl. Wara ftit sab għar żgħir u

Marija kellha tarbija li semgħitu Emmanuel li tfisser (Ġesu‘).

Natale kien kuntent ħafna li żamm is-sħana lil Ġesu‘.

Tagħlima: Ma tatiex każ dak kollu li jgħidulek imma għandek

tibqa‘ għaddej bil-ħajja tiegħek mingħajr qtigh il-qalb.

Christopher Scerri

Take the right path to go to heaven….God will always love you. If

you’re 11 or 77, if you’re a criminal or a holy lad, God loves the

good and the bad so…

I give you advice that is sound: LISTEN TO THE WORDS OF

GOD..and the path to heaven will be found.

17 L-INĊENSIER

Diċembru 2012

Rokna Logħob

1. Kemm hemm plejers f'kull tim?

2. X’jissejjah il-post li tiskurja fih?

3. Pajjiz fejn il-baskitbol huwa popolari.

4. Kelma ohra minflok tibbawnsja

5. Kelma li tinghad meta ddahhal il-ballun

fic-cirku

6. Meta tieqaf bil-ballun u terga tkompli

tiddribilja

7. Il-ballun ma jistax jintmisx bis-sieq

Julian Vella

18 L-INĊENSIER

Diċembru 2012

1. Hamsa 2. Cirku 3.Amerika 4. Tiddribilja 5. Baskit 6. Fawl 7.Regola

Il-baskitbol hu sport li fih żewġ timijiet ta' ħames plejers kull

wieħed jippruvaw, skond regoli preċiżi, jiskorjaw billi jixħtu

ballun f'ċirku. L-azzjoni li xi ħadd idaħħal il-ballun fiċ-ċirku

tingħad bl-espressjoni għamel baskit. Wahda mir-regoli tghid li

l-ballun ma jistax jintmess bis-sieq.

Regola ohra tghid li wara li tieqaf tidribilja (tibbawnsja) l-ballun

ma tistax terga tibda, tista’ biss tqassam jew tiprova tiskurja ilballun

fic-cirku. Regola ohra tghid illi ma’ tistax taghmel dik illi

jsejhula “double dribble” jigifieri tibawnsja l-ballun b’zewg

idejn, dak jisejjah fawl.

L-iktar pajjiz fejn il-baskitbol huwa popolari huwa l-Istati uniti

ta’ l-Amerika. Filfatt, jinghataw boroż ta’ studji lil atleti talbaskitbol

biex jistudjaw f’universitajiet famuzi u fl-istess hin

ikomplu jissahhu fl-isport tal-baskitbol.

Hawn Malta, insibu diversi klabbs tal-baskitbol fejn wiehed

jista’ jittrenja. Ghalheekk, tkun ideja tajba li kieku naghmlu xi

sport, fosthom il-baskitbol, biex b’hekk nibqghu attivi u

nibzghu ghal sahhitna!

Happy Birthday!

Helenio Borg Muscat 4 ta’ Frar

Matthew Borg 16 ta’ Frar

Julian Vella

Jon Ryan Calleja 5 ta’ Marzu

Samuel Cutajar 6 ta’ Marzu

Etienne Buttigieg 10 ta’ Marzu

19 L-INĊENSIER

Diċembru 2012

20 L-INĊENSIER

Diċembru 2012

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!