14.12.2012 Views

KUNTRATT TA' XOGHOL

KUNTRATT TA' XOGHOL

KUNTRATT TA' XOGHOL

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Pagna 1

PERITI

KUNTRATT TA’ XOGHOL

Sit:

Deskrizzjoni ta’ xogholijiet:

PA REF:

RIF TAGHNA:

Klient:

ID:

Indirizz Postali:

Numru tat- telefon:

Kuntrattur:

ID:

Indirizz Postali:

Numru tat- telefon:

Perit: Robert Musumeci BE&A(Hons) A&CE MSc (Cons. Tech.) Eur. Ing.

ID: 29674(M)

Indirizz Postali: L’ Edificio Piazza San Gwann Siggiewi

Numru tat- telefon: 21462368 -- 99421280

Pagna 2

FTEHIM DWAR XOGHOLIJIET TA’ BINI

Qed jidhru fuq dan il- ftehim min-naha wahda il- Perit Robert Musumeci b’karta ta’ identita numru

24976(M) imsejjah il- perit, xxxxxxx b’karta ta’ identita numru xxxxxxx imsejjah l-izviluppatur jew

is-sid jew il- klijent jew l-applikant u xxxxxxxx b’karta ta’ identita numru xxxxxx imsejjah l-kuntrattur

u jiftehmu is-segwenti.

Il- kuntrattur jiddikjara li huwa fehem ben tajjeb l-import ta’ dan il- ftehim u d-dikjarazzjonijiet

naxxenti minnu, waqt li l- izviluppatur jiddikjara li ser isegwi l-obbligazzjonijiet kollha li jemanixxu

mill- istess struttura.

Ftehim iffirmat illum xxxxxxxxxxxx

Sid/ Klijent/ Zviluppatur

Kuntrattur

Perit

GENERALI

Il-kuntrattur qed jintrabat li jaderixxi strettament mal-kundizzjonijiet ta’ l-imsemmi

permess u l-kundizzjonijiet f’dan il- kuntratt, kif ukoll il-pjanti li jingħataw lilu minn żmien

għal żmien mill-perit. Il- kuntrattur jifhem li ladarba x-xoghol jitkejjel mill-perit, hu ma

jkunx esonorat mir-responsabiltajiet li jemanixxu minn dan il- kuntratt, u ghaldaqstant

jibqa’ responsabbli ghall- kwalita’ tax-xoghol.

Jekk jirrizulta li ix-xoghol, jew partijiet minnu, ma sarx skond dan il- kuntratt, hu ikollu, a

spejjez tieghu, jirrimedja n-nuqqasijiet sabiex il- kwalita’ tax-xoghol taderrixxi ma’ dan

il- kuntratt, u dan anki jekk ix-xoghol ikun diga’ tkejjel mill-perit.

Il-perit jirriserva d-dritt li jordna kwalunkwe testijiet biex ikun assigurat li x-xoghol

esekwit jaderixxi mal- provizjonijiet citati f’dan il- kuntratt, a spejjez tal- kuntrattur. Il-

perit jirriserva d-dritt li jidentifika entita’ jew entitajiet indipendenti sabiex jesekwixxu

kwalunkwe testijiet ordnati minnu.

Jekk il- kuntattur jipprocedi bix-xogholijiet minkejja li ma jkunx qed josserva lispecifikazzjonijiet

citati f’dan il- kuntratt, ma jkun ifisser bl- ebda mod li l- perit ikun

accetta xi bdil f’dan il- kuntratt.

Il- kuntrattur jibqa’ jassumi ir-responsabilta’ anki jekk ix-xoghol ikun esekwit minn sub

contractors innominati mill- istess kuntrattur.

Qabel u waqt il- kors tax-xoghol, il- kuntrattur irid jinforma lill- perit bil- miktub u jindika

dawk il- granet illi se jkun ghaddej ix-xoghol sabiex il-perit ikun jista’ jkun “on site”

f’dawk il- granet illi jkun gahddej ix-xoghol. Dan peress illi huwa importanti illi l-perit

ikun personalment “on site” sabiex jassigura illi r-rakkomandazzjonijiet tieghu qed jigu

mwettqa.

LICENZJA TAL-BENNEJ

Il-kuntrattur għandu jesiġi li fi kwalunkwe ħin, ix-xogħol ikun esegwit taħt is-sorveljanza

stretta ta’ bennej liċenzjat skond l-artikolu 10 tal-Kodiċi tal-Puluzija u kwalunkwe

bennejja ingaġġati huma liċenzjati skond l-artikolu 10 tal-Kodiċi tal-Puluzija. Jekk se

jitqabbdu sub-contractors, il-kuntrattur irid jassigura li kwalunkwe bennejja huma

liċenzjati skond l-artikolu 10 tal-Kodiċi tal-Puluzija.

VARJAZZJONIJIET MILL-PJANTI

Il-kuntrattur għandu jagħmel riferenza għall-pjanti li jingħata minn żmien għal żmien millperit.

Jekk ikunu nnutati varjazzjonijiet jew ikunu meħtieġa kjarifiċi, il-kuntrattur għandu

jgħarraf b’mod immedjat lill-perit u jieqaf mix-xoghol.

Il-kuntrattur għandu jara li l-qisien approvati mill-MEPA, speċjalment il-btieħi, il-faċċati

esterni, l-ogħli tas-sulari u id-distanzi tal-gallariji jkunu osservati bl-aktar preċiżjoni.

Il-kuntrattur m’għandu ebda dritt jordna jew jesegwixxi partenzi mill-pjanti jew

kundizzjonijiet iċċitati f’dan id-dokument, anki jekk ikun mitlub mill-klijent.

KOMMUNIKAZZJONI MAL-PERIT

Kwalunkwe kommunikazzjoni mal-perit għanda ssir permezz ta’ kuntatt fuq numru tattelefon

99421280 jew 21462368. Fil-każ li t-telefon ċellulari jkun mitfi, għandu jitħalla

Pagna 3

messaġġ permezz tas-sistema voice mail jew sms, fejn il-kuntrattur għandu jidentifika

lilu nnifsu u d-dettalji dwar is-sit.

SAĦĦA U SIGURTÀ - LN 281/04 (minimum health and safety requirements for works

on construċtion sites),

Il- klijent u l- kuntrattur għandhom jesiġu li josservaw l-avviż legali LN 281/04 (minimum

health and safety requirements for works on construċtion sites), u ghalhekk il- klijent

irid jappunta il-project supervisors, li jridu jagixxu indipendentementi mill-perit, kemm

ghad- design stage kif ukoll ghall- execution stage.

Il- klijent ghalhekk jintrabat li jissottometti il- Construction Notification Form a termini ta’

l-avviż legali LN 281/04 lill- Awtorita’ ghas- Sahha u s-Sigurta’ fuq il- post tax-xoghol, u

jassigura li ix-xoghol jinbeda erba’ gimghat wara li tintbaghat din il- formola. Dan ifisser

li il- klijent hu obbligat bi tlett principji u cioe’ dak li japponta Health and Safety

supervisor ghad disinn u iehor ghal esekuzzjon,i li jzomm health and safety file, liema

file ghandu jghaddi ghand terzi meta l-klijent jiddisponi mill progett.

Il-kuntrattur għalhekk ghandu d-dmir u obbligu li jesegwixxi x-xogholijiet skond iddirezzjoni

li jaghti il-project supervisor ghad- disinn u l- esekuzzjoni tal-progett ghar-

rigward tas- sahha u sigurta fuq il post tax-xoghol.

Qabel ix-xogħolijiet jipproċedu, għandu jissejjaħ il-project supervisor/s innominat mill-

klijent fuq il-post sabiex isir risk assessment u dan skond l- avviż legali LN 281/04

(minimum health and safety requirements for works on construċtion sites).

Il-kuntrattur ghandu jesigi li ma jipprocedix bix-xogholijiet fin- nuqqas li l- klijent

jaderixxi ma’ dawn l-obligazzjonijeit.

Il- klijent hu ghalhekk imheggeg li jirreferi gahr-registru ta’persuni kompetenti li thejji l-

Awtorita’ minn zmien ghal zmien. Id-dettalji rilevanti ta’ dawn il- persuni qed jinghataw

hawn isfel.

Azzopardi Charles

99422380,

79422380,

21445483

charlesazz@nextgen.net.mt

Azzopardi Frederick

99403311

Azzopardi John General

21665432,

79537208

azzopardijp@gmail.com

Barbara Raymond General

21674734,

79202868

lukina@onvol.net

raymond.barbara@gov.mt

Camilleri Joseph General

Pagna 4

21232246,

99434834

jcamilleri@msbvalletta.com

Caruana Putzulu Marco General 79538021

mpc@maltanet.net

mpc@searchmalta.com

Debono Nicholas General

21807092,

22997785,

99874581

nickono@euroweb.net.mt

Farrugia Claude General 79826530

clfarrugia@mail.global.net.mt

claude.farrugia@maltanet.net

Forster Stephen Anthony General

21234835,

21230865 (F)

79819000

forster@keyworld.net

safetypro@gmail.com

Gauci Mary General

79259083

gauci_mary@hotmail.com

Sammut David General

79906369

sammd004@gmail.com

sammutd@maltanet.net

Il- klijent huwa mgahrraf illi meta l-Ligi tuza l-kelma “koordinazzjoni” trid illi l-“Project

Supervisor” ghandu jkun “on site” ilaqqa’ l-partijiet kollha involuti fil-kostruzzjoni, jara

x’mizuri ta’ sigurta’ ghandhom jittiehdu w jassigura illi dawk il-mizuri jkunu fil-fatt

ittiehdu.

L-istess supervisor irid jikkoordina x-xoghol bejn is-sid, il-kuntrattur u d-diversi

haddiema illi jkunu qeghdin jahdmu f’kwalunkwe hin fis-sit ta’ kostruzzjoni w jassigura

illi dawn il-haddiema jkunu dejjem siguri w ma jkunux esposti ghall-periklu l-iktar u

iktar meta jkun hemm bini gholi.

Peress illi sit ta’ kostruzzjoni ghandu certa periklu imhabba nuqqas ta’ ilqugh, bejn

sular u iehor, u xaftijiet, hija responsabilita’ ta’ dan is-supervsor illi jassigura illi

dan is-sit ma jkunx ta’ periklu ghall-haddiema w nies ohra illi jista’ jkollhom access

ghas-sit.

Dan is-supervisor irid ikun personalment “on site” sabiex jassigura illi rrakkomandazzjonijiet

tieghu qed jigu mwettqa. L-istess ’ ghandu jassigura

bil-presenza tieghu illi l-mizuri kollha ta’ sigurta’ fil-fatt qeghdin jittiehdu.

“Koordinazzjoni” fis-sens tar-regolament tfisser li iggib f’relazzjoni ordnata d-diversi

senghat u artiggjanati li jkunu ser jipprestaw is-servizzi taghhom fuq xoghol partikolari,

liema relazzjoni ordnata ghandha twassal ghat-twettieq tax-xoghol minghajr periklu

ghas-Sahha w Sigurta’ ta’ min ikun qed jahdem.

Pagna 5

KUNSIDERAZZJONIJIET OHRA DWAR SAHHA W SIGURTA’

Il-kuntrattur għandu jassigura li s-sit mhux suġġett għall- ebda perikli. u fost ohrajn

ghandu jaghti attenzjoni partikolari ta’ kurrent ta’ l-elettriku, bokkijiet mhux protetti,

vireg mhux protetti, armar mhux adegwat, knaten stivati fuq soqfa, aperturi u bokok

mhux protetti, waqat mill-gholi, tarag bla poggaman, eċċ. fost ohrajn. B’hekk il- klijent

irid jinforma lill- Korporazzjoni Enemalta sabiex is-servizz tad-dawl ezistenti jigi ddevjat.

Il-knaten qatt ma għandom ikunu stivati direttaent fuq is-soqfa tal-konkos.

COMMENCEMENT NOTICE

Il- klijent jintrabat li jissottometti il- commencement notice lill- MEPA u jinkludi id-dettalji

ta’ s-site Manager li jrid ikun appuntat skond l- Avviz Legali 295/2007.

DEMOLIZZJONI TA’ BINI EZISTENTI U TĦAFFIR

GENERALI

Il- kuntrattur ghandu jara li waqt kwalunkwe demolizzjoni jew thaffir, il- bini adjacenti u

sovvrastanti jigi evakwat bi ftehim mas-sidien rispettivi u l- klijent.

Il- kuntrattur ghandu jispezzjona il- bini tal- madwar u jara jekk jezistux arkati tal- gebel

fil- bini adjacenti qabel jipprocedi bi kwalunkwe xoghol ta’ twaqqiegh jew thaffir. Jekk

ikun il- kaz, il- kuntrattur jobbliga ruhhu li jinforma lill- perit.

DEMOLIZZJONI

Kwalunkwe bini ezistenti li jrid jitwaqqa’ ghandu jigi izolat minn mal- bini adjacenti u

sussegwentement id-demolizzjoni tkompli permezz ta’ makkinarju approvat mill-perit

u mill- project supervisor innominat mill- klijent, liema approvazzjoni trid tkun bil-

miktub.

Il- bini ghandu jkun mirfud tajjeb fi kwalunkwe stadju tax-xogholijiet, partikolarment

waqt id-demolizzjoni tas-soqfa. Kwalunkwe twaqqigh ta’ soqfa ghandu jipprocedi

favur l- ispan tax- xibka jew main reinforcement.

Qabel jipprocedi bit-twaqqigh ta’ soqfa, il- kuntrattur ghandu jesigi wkoll li jintrama

shutter orizzontali permezz ta’ scaffold, li jintrama’ distanza mhux aktar ta’ mitt

centimetru taht is-saqaf li se jkun demolit, u dan sabiex jilqa’ kwalunkwe fdalijiet tassaqaf

waqt it-twaqqigh.

Kwalunkwe arkata maghmula minn samrotti tal- gebel, u li se tigi demolita, ghandha

tkun mirfuda b’ mod adegwat, u s-samrotti jitnehhew bl- idejn.

Kwalunkwe ingall li jirrizulta fl- appogg kawza tad- demolizzjoni ghandu jigi reinstated

minnufih permezz ta’ non shrink grout.

Il- kuntrattur gahndu jiehu l- prekawzjonijiet kollha sabiex jipprotegi il- binjiet adjacenti,

kif ukoll binjiet sottopsoti jekk ikun il- kaz, mill- ilmijiet.

Pagna 6

SKAVAR

Qabel isir kwalunkwe skavar, il- kuntrattur jobbliga ruhu li jzarma manwalment

kwalunkwe strutturi u hitan fil- madwar li ma jkunux marbuta.

Qabel jipprocedi bix-xogholijiet, il- kuntrattur jintrabat li jaghmel trial pits kif indikat bil-

miktub mill- perit sabiex jigi stabbilit il- kwalita’ tal- blat.

Ix-xoghol jitkompla biss jekk il- perit innominat mill-izviluppaturi jistabilixxi bil- miktub li

il- kwalita’ tat- terran hi accettabli, u li ma jirrizultawx difetti fil-blat li jistghu

jippregudikaw l-istabbilita’ tal- bini.

Id-distanzi minimi stipulati fil-liġijiet ċivili ta’ Malta (Kodici Civili Kap 16 para 443(1))

għandhom jiġu osservati fi kwalunkwe hin, u cioe’ dan ifisser li m’għandu jsir l-ebda

tħaffir f’distanza ta’ 0.76 metri mill-wiċċ ta’ l-appoġġ, salv jekk (i) ma jkunx sar ftehim

formali mas-sidien koncernati u (ii) l-perit ikun approva bil- miktub li dan jista’ jsehh u

ittrasmetta pjanti dettaljati u method statement li juri kif irid isir ix-xoghol.

Il- kuntrattur ghalhekk ma ghandux jipprocedi bl- ebda xoghol ta’ skavar sakemm il-

perit jittrasmetti tali notamenti u pjanti strutturali li jindikaw kif l-iskavar ghandu jsehh.

Jekk ix-xogholijeit jipprocedu fin- nuqqas ta’ dawn il- pjanti, il –perit ma jinzammx

responsabbli ghax- xogholijiet.

Il- makkinarju li jrid jintuza sabiex isiru t-trial pits (fejn indikati mill-perit bil- miktub) irid

ikun jikkonsisti minn jackhammer.

Kwalunkwe thaffir ghandu jkun esegwit permezz ta’ makkinarju (drum cutter) simili

ghal dak muri f’ Ritratt Nru 1, sakemm il- perit ma jindikax xort’ohra fil- method

statement li jrid jigi trasmess b’mod separat. Dan ix-xoghol jista’ jigi esegwit wara li ilperit

jittrasmetti method statement iddetaljat.

Ritratt Nru 1

Pagna 7

Il-kuntrattur jobbliga ruhu li fi kwalunkwe hin jahdem bil-galbu u ghandu jara li fil-kaz li

jiltaqa’ma’ kwalunkwe difett (kemm fil- blat jew fil-pedamenti ta’ l-appoggi ladarba

jinkixfu) fi kwalunkwe stadju wara li ircieva l-ordni mill-perit biex ikompli ix-xoghol,

jieqaf immedjatament mix-xoghol, jassigura li l- bini adjacenti jkun evakwat, jiehu ilprekawzjonijiet

necessarji sabiex l-istrutturi jkun stabbiliti, u javza lill-perit innominat

mill-izviluppaturi qabel ikompli bi kwalunkwe skavar.

Appena kif jirrizulta li l- bini jew parti mill- bini adjacenti qed jistrieh fuq materjal mhux

sod (bhall- hamrija jew materjal iffisurat jew gherien/kaverni ecc..), ix-xoghol ghandu

jieqaf minnufih u jissejjah il- perit fuq il- post. Ukoll, jekk il- kuntrattur jiltaqa’ ma’

qieghan fil- blat, jew terren dghajjef (bhal materjal tafli, hamrija, turbazz ecc…..), dan

ghandu jieqaf mix-xogholijiet minnufih u jinforma lill- perit.

Jekk jirrizulta li xi hitan adjacenti vicin l-iskavar qed izommu materjal (retaining walls),

dawn ghandom jigu mirfuda lateralment qabel kwalunkwe xogholijiet ta’ thaffir

jipprocedi.

Il-kuntrattur irid jaghti attenzjoni xierqa lill- pedamenti ezistenti u jassigura li dawn

jibqghu intatti fi kwalunkwe stadju.

Il- kuntrattur ghandu jiehu l- mizuri kollha ta’ sahha u sigurta’ kif kontemplati fil- ligi.

L-izviluppatur ghandu jara li jkun kopert permezz ta’ polza ta’ Assigurazzjoni, liema

polza tirrikonoxxi li jista’ jsir skavar anki jekk id-distanzi rikjest mill- ligi ma jkunux

osservati, talvolta (i) ikun sar ftehim formali mas-sidien koncernati u (ii) l-perit ikun

approva bil- miktub li dan l-iskavar jista’ jsehh u ittrasmetta pjanti dettaljati u method

statement li juri kif irid isir ix-xoghol.

L-izviluppatur ghandu jesigi li jekk kemm il- darba il-Kumpanija ta’ l- Assigurazzjoni

ma tkunx sodisfatta bl-ezitu tal- kors tax-xoghlijiet, ghanda tgharraf immedjatament lill-

izviluppatur u lill-perit billi telenka b’mod car liema huma n-nuqqasijiet li jmorru lil hinn

mill- iskop tal-polza.

L-izviluppatur ghandu jesigi li hu fl-interess tal- Kumpanija ta’ l-Assigurazzjoni taghmel

konsultazzjoni mal-periti tal- fiducja taghha rigward il- kontenut ta’ dan ir-rapport.

L-izviluppatur ghandu jara li il- kumpanija ta’ l- Assigurazzjoni hi sodisfatta bil-

kontenut ta’ dan ir-rapport (inkluz kif se jipprocedu ix-xoghlijiet), u taghraf l-istat

strutturali li jinsab fih il- bini adjacenti.

Pagna 8

Il- kuntrattur ghandu jassigura li x-xoghol ikun assistit mill- health and safety

supervisors, li jkunu prezenti fuq is-sit ghal matul il- perjodu kollu tax-xogholijiet.

PEDIMENTI

Il-blat għandu jiġi ittestjat bil-pal sabiex ikun stabbilit jekk il-blat idoqq (u allura l-art tkun

soda biżżejjed). Jekk il-blat idamdam, il-kuntrattur għandu jikkomunika mal-perit.

HAJT TA’ L- APPOGG

Il- kuntrattur ghandu jassigura li jinbena hajt ta’ appogg indipendenti (il- hxuna tal- hajt

ghandha tigi stabbilita wara li l- kuntrattur jikkonsulta lill- perit), tul kull sular li se

jinbena, li jistrieh fuq pedimenti li jridu jinbnew skond struzzjonijiet li jinghataw mill-

perit.

BINI TA’ HITAN FUQ LOAD BEARING WALLS EZISTENTI FIS- SULARI

SOVVRASTANTI

Il- kuntrattur ghandu jesigi li hitan godda li se jinbnew fuq ohrajn ezistenti fis-sulari

sovvrastanti, jinbnew precizament fuq dawk ezistenti u ghalhekk il- kuntrattur jintrabat li

jikkumissjona survey tal- hitan ezistenti fis-sulari sovvrastanti a spejjez rieghu qabel

jipprocedi b’tali xogholijiet. Jekk jirrizultaw xi diskrepanzi mill- pjanti struttural

sottomessi mill- perit, il- kuntrattur ghandu jieqaf mix-xogholijiet u jinfurma b’dan lill-

perit.

LIVELLI

Il-kuntrattur għandu jesiġi li x-xogħol jipproċedi meta jkun ingħata l-marki u livelli uffiċjali

mis-surveyor tal-MEPA u għandu jara li dawn il-marki ma jintilfux.

Meta tingħata l-art, wieħed għaldaqstant irid jaħseb għal sodda tal-konkos ta’ 4” ħxuna

rinfurzat b’xibka u mqabbad fil-ħitan b’xi 3”. Is-sodda għanda titpoġġa fuq saff ta’ żrar

fin biex joħroġ livell tajjeb għal konkos. Fuq is-saff taż-żrar jitpoġġew folji tal-plastik li

jkunu mrikkbin sewwa fuq xulxin u mtellgħin mal-ġnub tal-ħajt. Il-wiċċ tas-sodda

għandu jkun miżbugħ sewwa bil-qatran. Il-wiċċ tal-madum ta’ kull kamra fil-pjan terren

għandu jkun għall-anqas 15 ċm iżjed għoli mill-livell tal-bitħa u mil-livell ta’ l-eqreb triq.

Huwa importanti li l-wiċċ tal-madum ma jkunx iktar għoli mill-qatran tal-ħajt. Importanti li

jekk se jitpoġġew il-katusi, dan isir qabel jibda dan ix-xogħol.

Il-filata qabel il-filata tal-qatran għanda tkun invellata sabiex f’każ ta’ diżlivell, il-filata tiġi

irranaġata u mhux il-qatran.

KATUSI

Il-kuntrattur għandu jaħseb sabiex il-katusi kollha li jservu sabiex minnhom jgħaddi lmaterjal

maħmuġ tal-loki, ilma tal-ħasil jew ilma maħmuġ ieħor ikollhom diametru minn

ġewwa mill-inqas 10.1 ċm (4 in) mis-sufun il-ġewwa u għandhom jiġu mqegħdin

b’pendil uniformi ta’ pied kull erbgħin pied (1:40) u b’minċotti li minnhom ma jnixxix lilma.

Mis-sufun għal ġol-main jintużaw katusi tal-150mm (6 in).Il-katusi jridu jkunu

mpoġġija fuq sodda tajba tal-konkos u wara t-tqegħid, il-katusi iridu jinksew b’konkos

tajjeb 150 mm dawra tond.

Pagna 9

Il-pendil għandu jvarja skond il-qisien tal-katusi:

Dijametru Pendil

100mm 1:40

150 mm 1:60

225 mm 1:90

300 mm 1:120

Fid-disinn tad-drenaġġ, il-katusi għandom jimxu f’linji dritti, fl’iqsar triq possibli, u fejn

hemm tibdil f’direzzjoni, għandhom jintużaw tappieri jew spakxin. Fi kwalunkwe każ,

kull 18-il metru jrid ikun hemm tappiera biex wieħed jista’ jiċċekkja jew inaddaf.

Ilma mill-banjijiet u fliskaturi għandu jispiċċa l-ewwel barra s-serpentina għal ġol-gully,

imbagħad il-gully iferrgħu għal ġod-drenaġġ.

Kull drenaġġ għandu jiġ maqtugħ minn mal-main permezz ta’ sufun li għandu jkun

siġillat ġo spakxin fil-bankina fit-triq. Mis-sufun sa l-ogħla pari tas-sistema tad-drenaġġ,

għandu jkun ivventilat sew sabiex tiċċirkola l-arja friska u wieħed għandu juża wkoll gozz

wire minħabba xi għasafar jew affarijiet oħra f’kull ftuħ tad-drenaġġ.

BIR

L-ilma għandu jinħażen f’bir li hu rekwiżit skond il-liġijiet statutorji.

Katusi li jġorru l-ilma tax-xita li jinġabar mill-bjut u l-btieħi għandhom ikunu ta’ 10.1 ċm

(4 in) u l-pendil huwa ta’ pied kull sittin pied (1:60). L-ebda minn dawn il-katusi ma tista

tkun imqabbda mad-drenaġġ jew użata bħala ventilatur tad-drenaġġ.

ĦITAN TAL-FRANKA

Il-kuntrattur għandu jesiġi li l-ġebel li jintuża jkun ta’ kwalità tajba (tal-franka) u mingħajr

difetti. Għandu jsir saff ta’ qatran f’għoli mill-anqas ta’ 10 ċm fuq il-livell tat-triq li jingħata

mill-MEPA, jew mill-livell tal-madum jekk il-ħajt ikun imiss ma’ bitħa jew ħitan ta’

ġewwa. Kull ħajt li jifred żewġ kmamar fil-pjan terran illi l-art tagħhom ma tkunx qegħda

nvell, wieħed għandu jkollu saff ta’ qatran mogħti livell ma’ l-art tal-kamra li tiġi l-aktar

baxx u għandu jkun miksi vertikalment minn dan is-saff sal-wiċċ tal-qatran tal-kamra

ta’ fuq.

Il-ħitan tal-franka għandom jiġu mibnija hekk kif ġej:

1. Il-kantun għandu jitqiegħed bil-vina mimduda u fejn se joqgħod għandu

jixxarrab tajjeb. Fil-każ ta’ ħnejjiet, il-ġebel irid jitpoġġa bil-vina wieqfa.

2. It-tajn irid ikun magħmul minn 1 siment: 2 ramel u 6 xaħx ta’ l-inġara (u mhux

xaħx li joroġ mill-barriera). It-tajn għandu jinfirex sewwa mal-kantun kollu. Wara li

jitpoġġa, jintefa’ ftit ilma fuqu. Qatt ma għandu jintuża aktar minn 6mm ħxuna ta’

tajn.

3. Il-kantun għandu jitrażżan billi jiġi msammar bil-pal u jkun assigrat li qiegħed

f’post invellat u għad-dritta kif ikun meħtieġ.

4. Wara li titlesta filata sħiħa, il-kantun għandu jiġi inkulmat billi jinqata’ feles millkantun

stess bl-imterqa ta’ l-inkulmar, jitwaddab ftit tajn fuq il-fil ta’ bejn ilkantun

u l-ieħor u jiddeffes sew il-feles li jkun inqata’. Importanti li l-inkulmar

jibda mill-parti tan-nofs.

5. Fil-każ ta’ ħitan dobblu, iż-żewġ qoxriet iridu jintrabtu bi ktajjen li jkunu ‘il bogħod

minn xulxin madwar 7 piedi u jridu jsiru f’kull filata biex b’hekk il-ħajt ikun stabbli

u b’saħħtu.

Pagna 10

6. Qatt ma għandom jintużaw ifilsa anqas minn 6” fil-wisa’.

ĦITAN TAL-BRICKS

Il-kuntrattur għandu jesiġi li fejn se jintuża bricks, dan ikun jiflaħ minimum crushing

strength ta’ 7N/sq.mm. Il-bricks irid ikun konformi ma’ l-istandards maħruġa mill-Malta

Standards Authority.

It-tajn tal-bricks jikkonsisti minn 1 siment : 3 ramel. Meta l-bricks ikun se jimtela bilkonkos,

il-kuntrattur għandu jara li il-grade tal-konkos tkun 25N/mm2 u l-bricks jimtela’

kull tlett filati.

KONKOS

Il-kuntrattur għandu jara li jintuża shutter adegwat għall-ilqugħ ta’ l-istrutturi tal-konkos u

li jkun magħmul b’saħħtu u li ma jiżżaqqaqx taħt il-piż, u li minnu ma jgħaddix l-ilma tassiment.

Jekk il-kuntrattur ikollu dubju dwar id-disinn tas-shutter, hu għandu jikkonsulta ma’

perit indipendenti u mhux mal-perit tal-klient.

Il-kuntrattur għandu javża lill-perit mill-inqas tlett ijiem qabel ikun se jingħata l-konkos.

Jekk il-perit ma jilħaqx jispezzjona l-ħadid, u jgħaddu tlett ijiem, il-kuntrattur xorta ma

jkollux id-dritt li jipproċedi bix-xogħol.

Il-qabda tal-ħadid għanda tkun hekk kif ġej:

Struttura Qabda

Vireg fit-Travi 45 il-darba daqs id-diametru tal-virga

Vireg fil-Kolonni 24 il-darba daqs id-diametru tal-virga

Xibka fis-soqfa Imrikkba 12–il pulzier u marbuta bil-wire

ma’ xulxin

Il-vireg iridu jispiċċaw b’ganċ fit-truf biex jaqbdu sew mal-konkos u jkunu tat-tip

diformanti. L-ankrar għandu jikkonsisti f’forma ta’ U (u jogħla 6d, radius 3d, u jisporġi

lura 4d) jew L (radius 3 d u jogħla 7d), fejn d tikkorispondi għad-diametru tal-virga.

L-inqas spazju bejn ħadida u oħra m’għandux ikun anqas minn ħxuna tal-ħadid użat

jew 25mm. L-ispazju bejn saff ta’ ħadid u ieħor għandu jkun mhux aktar minn 13 mm

u għandom jintużaw spazzjaturi kull metru.

Meta għandek travu għaddej ġo ieħor traversament, il-ħadid ta’ dawn is-saffi għandom

jifirdu lil xulxin.

L-akbar spazju bejn ċintorin u ieħor ma għandiex teċċedi 12D fejn D hi l-ħxuna taċċintorin.

Il-konkos irid ikun protett permezz ta’ cover. Għalhekk, il-ħadid irid jitpoġġa fuq spacers

u mhux aċċettabli li jintużaw biċċiet tal-madum għal dan il-għan. Il-cover irid

jikkorispondi skond din it-tabella:

Pagna 11

Struttura Cover

Kolonni 40mm (1.5”)

Travi 25 mm (1”)

Saqaf 18 mm (3/4”)

Pedamenti 40mm (1.5”)

Travi mirduma u konkos espost għallmaltemp

jew umdita’

60 mm (2.25”)

Il-kuntrattur għandu jassigura li l-ħadid ikollu ikun tat-tip deformat u jkollu yield strength

ta’ 460 N/mm2.

Il-kuntrattur għandu jara li sakemm mhux indikat mod ieħor fil-pjanti strutturali, ilkonkos

irid itella’ din is-saħħa wara 28 ġurnata:

Struttura Grad (N/mm2)

Mili fil-pedamenti 20

Mili fil-briċks u Soqfa 25

Travi, Flush Beams u Kolonni 30

Travi fil-pedamenti 30

Għal perjodu ta’ mhux inqas minn sebat’ijiem wara li jkun ingħata l-konkos, il-konkos

irid jibqa’ ikkurat billi kull filgħodu, qabel titla’ x-xemx, jixxarrab sewwa. Fis-sajf, il-wiċċ

għandu jitbexx 3 darbiet kuljum għal sebat’ijiem. Il-konkos irid immedjatament wara li

jinbexx jitgħatta permezz ta’ plastic sheets.

Is-soqfa għandom ikollom qabda ta’ mill-anqas nofs il-ħajt. Il-qabda tat-travi għanda

tkun dejjem daqs l-għoli tat-travi. Jekk dan mhux possibli, għandu jkun ikkonsultat ilperit.

Il-konkos fuq il-ħitan għandu jitpoġġa fuq folji tal-qatran, sabiex meta l-konkos

jiżżaqqaq wara li jinxef, ma jaqtax it-tibjid.

Il-ġonot għandhom ikunu dritti permezz ta’ riegla, kemm jekk vertikali kif ukoll jekk

orizzontali. Il-ġonot tal-kolonni għandom ikunu kemm jista’ jkun viċin it-travu filwaqt li ilġonta

fit-travi u fis-soqfa għandom isiru kemm jista’ jkun viċin in-nofs. Il-konkos ilqadim

għandu jimbarax u mnaddaf tajjeb mit-trab biex il-ġdid ikun jista’ jaqbad miegħu

sewwa. Qabel jintefa’ il-konkos il-ġdid, il-konkos in-niexef għandu jixxarab u jinkesa

b’taħlita sinjura tas-siment u ramel u imbagħad il-konkos il-ġdid għandu jitballat sewwa.

Il-konkos irid ikun ivvibrat permess ta’ Poker Vibrator, u għaldaqstant hu importanti li lħadid

ma jintlaqatx jew li jitpoġġa jistrieħ ma’ l-armar. Waqt il-vibrar, il-poker ma jridx

idum ħafna u jrid ikun hemm konkos xott kemm jista’ jkun. Il-vibrator għandu jintuża

mxengel u jintuża wara li jkun ingħata saff, billi jinżel ftit ‘l isfel mis-saff li jkun ingħata laħħar.

Il-kuntrattur għandu jiftiehem mas-supplier tar-ready mix sabiex minn kull 20 metru

kubu, jittieħdu mill-anqas sitt blokki tal-konkos u jsiru compression tests skond

standards maħruġa mill-Malta Standards Authority, sabiex ikun stabbilit is-saħħa talkonkos.

Jekk wara dawn il-ġranet il-konkos ifalli milli jtella’ s-saħħa rikjesta, l-istruttura

għandha titkisser.

Il-klient iżomm id-dritt li jikkumissjona testijiet indipendneti wara li jkun tlesta x-xogħol, u

jekk is-saħħa rikjesta ma tintlaħaqx, il-kuntrattur ikun obbligat li jkisser ix-xogħol u

kwalunkwe xogħol ieħor li jkun sar, u jerġa’ jagħmlu mill-ġdid a spejjeż tiegħu.

Pagna 12

Il-kuntrattur għandu jassigura li ma jindifnux conduits fis-soqfa tal- konkos. Il-kuntrattur

għandu jesiġi li x-xibka ma tinqatax sabiex ikunu jistgħu jgħaddu s-servizzi.

Is-shutter għandu jiżżarma biss wara 21 ġurnata.

TORBA

Il-kuntrattur għandu jassigura li l-ħxuna tat-torba ma teċċedix l-4 pulzieri minn fuq illivell

tas-saqaf. Qabel jipproċedi bix-xogħol, il-kuntrattur għandu jara li l-livelli

jippermettu dan, u jekk ikun stabbilit li dan mhux possibli, il-kuntrattur għandu jinforma

lill-perit immedjatament qabel jintrama ix-shutter. Il-kuntrattur ma jista’ bl-ebda mod

ibiddel partijiet mill-istruttura jew ivarja il-qisien ta’ flush beams jew travi biex

jakkomoda l-ħxuna tat-torba f’4 pulzieri.

Il- KISI TAL- BEJT

Wara li l- konkos tal- bejt ikun nixef sewwa, dan ghandu jigi mnaddaf tajjeb minn xi

trab jew zrar. Il –konkos irid ikun lixx. Jekk ikun rough, ikun jinhtieg li dan jinkesa

b’tahlita ta’ siment u ramel u jigi illixxat tajjeb. Meta din tinxef, il-bejt kollu jigi miksi bil-

qatran. Il- qatran irid jigi mtella mal- hitan u mdahhal gol- filata u taht l-opramorta.

Wara li l- qatran ikun nixef, jinxehet fuqu ix-xahx (torba) biex iggib il- pendil ghall- ilma.

L- anqas hxuna li ghandha tkun hi ta’ 4 pulzieri u din trid tkun fejn se tiptpogga lkatusa

ta’ l- ilma. Minn dan il- punt tibda tehxien gradatament lejn it-tarf ll-iehor biex

b’hekk jifforma qlib li ghandu jkun 1:60.

Wara li jkun lest dan ix-xoghol isir il- kontabejt konsistenti minn saff konkos irqiq ta’

zewg pulzieri li jrid ikun imballat tajjeb u llixxat. Meta jinxef il- kontrabejt, il- bejt

jinqasam f’zoni kwadri ta’ mhux aktar minn ghaxar piedi b’ ghaxar piedi u jsiru trinek

ta’ nofs pulzier wiesgha bi tliet pulzieri hxuna sabiex ikun jista jigi applikat epoxy semi

rigid sealant.

TURĠIEN

Ir-refa’ idealment tkun 175 mm u pedata 225mm. Ir-refa’ m’għanda qatt teċċedi 220

mm filwaqt li l-pedata m’għandiex tkun inqas minn 220mm u mhux iktar minn 280

mm. Żewġ refgħat u rifsa ma jistgħux ikunu inqas minn 550mm u mhux iktar minn 700

mm. L-inklinazzjoni għanda tkun bejn 25 grad (l-inqas) u 42 grad (l-aktar), b’dik idejali

tkun 35 grad. Kull taraġ għandu jkollu poġġaman ta’ bejn 900 mmu 1000mm.

LIFT SHAFT

Il-kuntrattur għandu jesiġi li l-qisien vertikali tal-lift pit huma konformi mar-rekwiżiti

statutorji. Il-kuntrattur għandu jara li l-bricks ikun tat-tip 9” singlu u jimtela’ bil-konkos

C25 kull tlett filati.

Il- kuntrattur gahndu ghalhekk jiftihem mal- klijent sabiex il- kuntrattur li se jissuplixxi il-

makkinarju tal- lift ikun sodisfatt bil- qisien u l- mod tal- kostruzzjoni qabel jibdew ixxogholijiet.

Pagna 13

Il- klijent ghandu jara li jingahat certifikazzjoni mill- kuntrattur li se jissuplixxi il-

makkinarju tal- lift, li tali lift jikkonferma ma’ l- istipulazzjonijeit mahruga mill- Awtorita’

ta’ Malta dwar l-istandards.

SOQFA PRECAST

Jekk se jintużaw planki tal-precast, il-kuntrattur għandu jesiġi li jingħata ċertifikat minn

għand is-supplier li t-tali planki huma kapaċi jirreżistu l-piżijiet speċifikati mill-perit. Ilkuntrattur

għandu jara minn qabel fejn se jgħaddu s-servizzi u jiddiskuti mas-supplier

kif dan jista’ jsir mingħajr is-saħħa tas-saqaf tkun ippreġudikata.

Fil-każ ta’ T Beam and Bloċk Flooring, il-kuntrattur għandu jesiġi li jingħata ċertifikat

minn għand is-supplier li t-tali flooring huma kapaċi jirreżistu il-piżijiet speċifikati millperit

ghall- ispan li tezisti fuq il- post.

Il-kuntrattur għandu jivverifika dan anki jekk il-planki se jkunu ordnati direttament millklient.

Il-kuntrattur għandu jikkonsulta mas-supplier dwar l-aħjar metodu kif jiġi

ppuntaljat ix-xogħol.

FTUĦ TA’ APERTURI

Qabel jibdew ix-xogħolijiet, il-kuntrattur għandu jara jekk il-ħitan fejn se jsir il-ftuħ hux

qed iservi ta’ ilqugħ ta’ struttura oħra, bħal xi ħnejja ta’ dar viċin. Jekk ikun il-każ, dan

għandu jinfoma lill-perit immedjatament.

Jekk hemm aperturi fuq il-ħajt fejn se ssir il-fetħa, dawn għandhom jiġu mirfuda anki

jekk dawn il-fetħiet jinsabu fi propjetà ta’ terzi filwaqt li s-soqfa jew it-travi li qed jistrieħu

fuq il-ħajt li se jinfetaħ iridu jkunu mirfuda.

Għandu jinħażż trianglu ekwilaterali ‘il fuq u ftit aktar wisa mill-apertura li se tinfetaħ u lfili

kollha li jkun hemm f’dan it-trianglu ikunu kunjardati f’nofs l-għoli tal-filata tagħhom

billi jinħażż forma ta’ maqrut b’qisien tal-ġnub 80mm u fondi 2/3 tal-ħxuna tal-ħajt. Ilkunjardi

isiru mnn ġebel tal-qawwi ippressat f’taħlta ta’ 1 simet u 2 ramel. Wara li jkunu

nixfu sew (mill-anqas wara ġimgħa), tinfetaħ biċċa żgħira (mhux akbar minn 750 mm)

biex tibena l-koxxa fejn se jitpoġġew l-irjus tat-travi. Importanti li fl-irjus tat-travi issir

suletta tal-konkos. Meta jitpoġġa t-travu tal-ħadid, dan għandu jiġi rkaċċjat tajjeb ma’

dik il-parti tal-filata ta’ fuqu permezz ta’ siment, ramel u ġebel qawwi. Meta jkun

qagħad ix-xogħol, titneħħa dik il-parti tal-ħajt bejn il-koxox u t-travi sabiex issir il-fetħa.

Fil-każ ta’ ħajt dobblu tintuża l-istess sistema imma jiġu ikkunjardati iż-żewġ qxriet.

Fil-każ ta’ aperturi, il-blata tal-ġebel m’għanda qatt teċċedi 4 piedi. Għandu jkun hemm

qabda ta’ pulzier għal kull pied ftuħ, iżda tali qabda qatt m’għanda teċċedi 4.5 pulzieri.

Fuq il-blat għandu jitpoġġa ċavi mhux anqas minn terz tal-ftuħ, iżda m’għandux jitpoġġa

tajn bejn iċ-ċavi u l-blata.

SALJATURI TAL- GEBEL

Meta jkun hemm saljaturi f’nofs fetħa, wieħed irid jagħmel ċavi bil-maqlub fuq issaljatura.

Kull saljatura jrid ikollha qabda ekwivalenti ghall- isporgatura. Meta saljaturi

jinbnew taht gallarija tal-konkos, l-isporgatura tal- gebel trid tkun maqtugha mill-

konkos ta’ fuq permezz tat- tajn.

Pagna 14

XOROK

Meta u jekk se jintużaw xorok, dawn għandhom, wara li jitpoġġew fil-post, jiġu nkulmati

l-ġnub tagħhom u mgħottija bix-xaħx ħxuna ta’ mhux aktar, iżda mhux inqas, minn 4”.

SWIMMING POOLS

Wara li jikkonsulta mal- klijent, il- kuntrattur ghandu, qabel u waqt il- kors taxxogholijiet,

jikkoordina mill- qrib ma’ l- individwu jew rapprezentant tal- kumpanija

responsabbli mill-istallar tal- pool equipment u l-operat eventwali ta’ l-istess pool.

ZMIEN STIPULAT

Il- kuntrattur irid jassigura li x-xoghol irid jitlesta skond il-pjanti strutturali ( u l-emendi

jekk ikun il- kaz) li jittrasmetti il- perit minn zmien ghal zmien mhux aktar sal- xxxxx

Fin- nuqqas, il- kuntrattur ikun obbligat jirrifondi lura lill- klijent s-somma ekwivalenti ta’

EUR xxxxxxx kuljum bhala penali sakemm ix-xoghol jitlesta sjond il- pjanti strutturali ( u

l-emendi jekk ikun il- kaz) li jittrasmetti il- perit minn zmien ghal zmien.

Alternattivament, il- penali jitnaqqsu minn hlasijiet li l- kuntrattur ikun intitolat li jiehu

sussegwentement.

STAT TAL- BINI ADJACENTI

Il- kuntrattur jobbliga ruhhu li ma ssirx hsara lil bini adjacenti u allura jirrimedja

kwalunkwe hsarat u danni ezitu tal- kors tax-xogholijiet. Deskrizzjoni tal- bini adjacenti

qed tinghata f’ Dokument A.

PREZZIJIET TAX- XOGHOL

Il-prezzijiet tax-xoghol huma indikati fid-dokument anness bhala Dokument B. Jekk il-

materjal joghla fil- prezz, il- kuntrattur ghandu javza immedjatament lis-sid u lill –perit

qabel isiru ix-xogholijiet, sabiex il- prezzijiet ikunu jistghu jigu aggustati. Ir- rati indikati

huma inkluz bil- VAT sakemm mhux indikat mod iehor.

KEJL

Ladarba jitkejjel ix-xoghol (jew partijiet minnu) mill- perit, il- kuntrattur jintrabat li jhallas

lill- perit l- ekwivalenti ta’ wiehed fil- mija tal- valur tax-xogholijiet mkejla mill- perit, u

dan il- hlas irid isir fi zmien xahar wara li li l- kejl relattiv ikun ippublikat. Il- hlas lill- perit

irid isehh anki jekk l- imsemmi hlas jigi ikkontestat minn xi parti f’dan il- kuntratt.

Jekk jirrizulta li ix-xoghol, jew partijiet minnu, ma sarx skond dan il- kuntratt, il-

kuntrattur ikollu, a spejjez tieghu, jirrimedja n-nuqqasijiet sabiex il- kwalita’ tax-xoghol

taderrixxi ma’ dan il- kuntratt, u dan anki jekk ix-xoghol ikun diga’ tkejjel mill-perit u

jkun inhareg ic-certifikat tal- kejl.

SURVEYOR

Jekk ikun hemm htiega li jigi appuntat land surveyor sabiex jassisti lill- kuntrattur., dan

ghandu jigi approvat mill-perit u mhallas mill- kuntrattur.

Pagna 15

DOKUMENT A

STAT TAL- BINI ADJACENTI

Pagna 16

DOKUMENT B

PREZZIJIET TAX-XOGHOL

Pagna 17

Xoghol Rata Rata (VAT

eskluz)

Lump Sum € ---

Pagna 18

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!