14.12.2012 Views

Termini użati fl-arkittetura tal-Knejjes u Kappelli - Kappelli Maltin

Termini użati fl-arkittetura tal-Knejjes u Kappelli - Kappelli Maltin

Termini użati fl-arkittetura tal-Knejjes u Kappelli - Kappelli Maltin

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Termini użati fl-arkittetura tal-Knejjes u Kappelli

Miktub u illustrat minn Anthony M. Brincat

Fid-deskrizzjonijiet tal-knejjes jew kappelli fuq din il-website qed jintużaw kliem jew termini

li jiddeskrivu l-arkittetura tagħhom. Għalhekk ħsibt li nikteb dan l-artiklu biex nfiehem sew

dawn it-termini.

Il-Pilastru

Il-pilastru huwa biċċa mill-ħajt li jkun maħrug ftit pulzieri 'l barra.

Jista' jinbena wkoll fil-kantuniera ta' faċċata biex jagħti aktar saħħa

jew rabta lill-bini. Ġieli jinbena wkoll fil-koxxa tal-bieb jew

f'perspettiva ta' xi artal. Nistgħu narawh ukoll fit-tanbur ta' xi koppla.

Il-pilastru huwa maqsum fi tliet partijiet.

• il-kapitell

• il-pilastru

• il-bażi

Xi kultant flok pilastru tinbena kolonna li jkollha forma ċilindrikali, u

tista' tkun sħiħa u maqtugħa għal kollox mill-ħajt jew tkun nofs

ċilindrikali u mwaħħla mal-ħajt. Il-pilastru jew kolonna jinbena skond

l-ordnijiet ta' l-Arkittetura li huma ħamsa.

It-Tuskan Id-Doriku Il-Joniku Il-Korint Il-Kompost

paġna 1 minn 8

Xi kultant il-pilastri nsibuhom iggruppati jew mibnija f'pari, f'liema każ jistgħu jissejħu wkoll

doppji pilastri.

L-Entablatura

Pilastri iggruppati Pilastri doppji

L-entablatura hija dik il-binja li tkun 'l fuq mill-pilastri u tirrappreżenta t-travi kif nafuhom

illum.

Hija tkun maqsuma fi tlieta kif ġej:

paġna 2 minn 8

• il-gwarniċa li tkun fil-parti ta' fuq.

• Il-friż li jkun fin-nofs u li kultant ikun iddekorat bl-iskultura jew b'

xi ittri ta' xi skrizzjoni.

• l-arkitrav li jkun preċiż fuq il-kapitell tal-pilastru

• (il-kapitell tal-pilastru)

Pediment

Entablatura bi skrizzjoni

Dan ikun jistrieħ fuq l-entablatura u jista' jkun ta' ħafna għamliet. Hawn min isejjaħlu

frontispizju. Insibuh l-aktar fuq il-faċċata tal-knisja, fuq il-bieb jew tieqa u fuq il-perspettiva

jew reredos (ara aktar 'l isfel) li jkun madwar l-artal. L-ispazju ta' ġewwa fih jissejjaħ

'tympanum' u jista' jkun imżejjen b'xi skultura, xi arma jew xi skrizzjoni.

Hemm erba' tipi ta' pediment kif ġej:

paġna 3 minn 8

• Pediment triangolari. Dan ikun forma ta'

triangolu u jkollu l-gwarniċa.

• Pediment segmentali. Dan ikun forma ta'

biċċa minn ċirku u wkoll jkun bil-

gwarniċa.

• Pediment triangolari maqsum. Meta jkun

maqsum ħafna drabi ikollu xi arma, xi

'cartouche' (ara isfel) b'xi iskrizzjoni, xi

pediment segmentali, xi statwa jew xi

tieqa żgħira.

• Pediment segmentali maqsum. Dan fih

jista' jkollu l-istess bħal ta' qablu. F'ħafna

kappelli Maltin fuq l-entablatura tal-

faċċata naraw pedimenti segmentali

maqsuma li f'nofshom ikollhom il-

kampnar.

paġna 4 minn 8

Reredos jew perspettiva

Din hija dik il-parti tad-dekorazzjoni li tkun 'il fuq mill-altar u madwar il-kwadru tal-pittura ta'

fuqu. Ħafna drabi tkun imżejna bl-iskultura, miżbugħa jew indurata jew miksija bl-irħam.

Fil-ġnub jista' jkollha pilastri jew kolonni u 'l fuq jista' jkollha wkoll l-entablatura bil-

pediment. L-aktar dekorazzjoni komuni jkunu anġli, irjus t'anġli bil-ġwienaħ ("puttini"), sħab,

raġġi, weraq tal-palm jew tal-ħannewija (acanthus), emblemi tal-qaddisin, xi arma ta' xi

Gran Mastru ta' l-Ordni, il-monogramma AM tal-Madonna, il-ħamiema li tirrapreżenta l-

Ispirtu s-Santu u wkoll figura li tirrapreżenta lill-Missier Etern.

Perspettiv sempliċi magħmul bl-injam

Perspettiv miksi bl-irħam Perspettiv bil-kolonni tal-ġebel Perspettiv skolpit

paġna 5 minn 8

Il-Koppla

Il-koppla hija dik il-parti li ssaqqaf il-knisja f'forma ta' nofs sfera. Tista' tkun tonda jew ovali

jew ellittika. Hi tkun tistrieħ fuq erba' pilastri ħoxnin li fuqhom ikun hemm erba' arkuni u

erba' pendentivi jew lunetti. Jista' jkun hemm tanbur li fih ikun hemm it-twieqi. Il-koppla

tista' tkun lixxa jew bil-kustilji jew ikollha panewwijiet li jista' jkollhom xi skultura. Xi kultant

il-koppla tkun tistrieħ fuq il-ħitan tondi tal-knisja bħal fil-knisja ta' Sarria jew Tal-Virtu.

Koppla tonda mserrħa fuq erba' arkuni u u erba' lunetti (pendentivi)

Koppla ellittika bil-kustilji Koppla nofs sfera

paġna 6 minn 8

Is-Saqaf

Il-kappelli żgħar antiki ħafna kien ikollhom saqaf ċatt magħmul minn xorok li kienu jistrieħu

fuq id-dahar ta' arkati kbar li kienu jkunu mirfudin fil-ħitan tal-ġenb u li kienu jitilgħu mill-art.

Kultant dawn l-arkati kienu jkunu ġejjin għall-ponta fin-nofs. 'L isfel bejn l-arkati kien ikun

hemm bankijiet baxxi tal-ġebel għoljin żewġ filati biex fuqhom kienu jistrieħu d-devoti li

jmorru l-knisja. Dawn jissejħu "dikkiena".

Saqaf ċatt fuq arkata bil-ponta

Aktar tard beda jinbena is-saqaf troll. Dan kien magħmul minn xorok li kienu jistrieħu fuq it-

tond ta' arkati jew kustilji li kienu jibdew minn gwarniċ li kien ikun fin-naħa ta' fuq tal-ħajt. Xi

kultant kien ikun hemm twieqi fil-ġenb

Safar Troll Saqaf Troll bl-attiku u t-twieqi

paġna 7 minn 8

Xi arkitetti Taljan li ħadmu Malta, kif ukoll Lorenzo Gafa', taw għamla ġdida li xi soqfa ta' xi

kappelli. Dawn, 'l fuq mill-gwarniċun tal-ħitan, daħħlu xi erba jew ħames filati jew aktar u

mbagħad minn fuqhom kienet tibda l-arkata tas-saqaf li jkun troll. Dan jissejjaħ l-attiku,

iżda hawn min isejjaħlu s-"sekonda ordni". F'dan l-attiku kienu jiddaħħlu t-twieqi biex jagħtu

aktar dawl lill-kappella. Saqaf bħal dan narawħ fil-kappella tal-Madonna tal-Ħlas f'Ħal

Qormi u fl-Oratorju tal-Kurċifiss fil-Birgu.

Cartouche

Dan ikun biċċa skultura forma ta' xi parċmina jew arma li fih ikun miktub xi skrizzjoni jew xi

arma jew il-monogramma AM (Ave Maria) tal-Madonna jew dik Kristoloġika PX. Ħafna

drabi jkun miżmum minn xi żewġ anġli jew puttini u fuqu jkun hemm kuruna. Dan insibuh l-

aktar fil-perspettivi ta' l-artali jew fil-faċċata tal-kappelli.

paġna 8 minn 8

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!