06.01.2013 Views

luminaria settembru 07.indd - Nadur Parish - Gozo, Malta

luminaria settembru 07.indd - Nadur Parish - Gozo, Malta

luminaria settembru 07.indd - Nadur Parish - Gozo, Malta

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Luminaria

Nru. 90 – Settembru 2007 1

2 Settembru 2007 – Nru. 90 Luminaria

Luminaria

INKUNU ÓBIEB TAL-EVANÌELU

Minn fomm il-bniedem tajjeb jo˙rog biss kliem g˙aref

u ta’ fejda . Il-kelmiet ta’ San Gor© Preca: ‘Kunu ˙bieb

tal-Evangelju’, huma kelmiet profetiçi li ˙ar©u millqalb

ta’ bniedem li studja tajjeb u li kien jaf lil Kristu.

Huma kelmiet stedina biex kul˙add jiltaqa’ ma Kristu

billi jag˙mel il-mixja tal-fidi permezz tal-Evan©elju. San

Ìor© Preca qed jistieden lil kul˙add biex jie˙u f’idejh il-

Ktieb tal-Evan©elju li huwa l-unika A˙bar Tajba u jaqra

il-messa©© li niΩel mis-sema.

Il-Pjan Pastorali Djoçesan g˙al G˙awdex g˙as-snin

2007-2008, g˙andu b˙al su©©ett tieg˙u ‘Kunu ˙bieb tal-

Evan©elju. Huwa sej˙a biex inkunu ˙bieb tal-Evan©elju

biex fih niskopru l-wiçç sabieh ta’ Ìesù. Il-pjan qed

i˙e©©i©na biex inkun mid˙la ta’ Ìesù, u semmieg˙a

bil-g˙aqal ta’ Le˙en il-Ma˙bub. S. Wistin jistqarr li min

ma jafx l-Iskrittura ma jafx lil Ìesù. Fuq dan, id-dixxipli fi

trieqthom lejn Emmaws qalg˙u çanfira ˙elwa ming˙and

is-sie˙eb anonimu li qalilhom: ‘Kemm intom bolo˙ u

tqal biex temmnu kullma qalu l-profeti ! u ma kellux

il-Messija jg˙addi minn dawn il-˙wejje© u hekk jid˙ol

fil-glorja tieg˙u?’. U beda jfissrilhom l-Iskrittura.

Fi ftit kliem Ìesù lid-dixxipli tieg˙u urihom il-˙tie©a

li jqallbu fl-Iskrittura.Hekk ukoll qed jg˙idilna l-pjan

pastorali tas-sena; li niltaqg˙u ma Ìesu fil-Van©elju,

inkunu nafuh iktar u naççettawh billi qabel kollox u

kul˙add, nimxu fuq tag˙limu.

Min isir jaf sewwa lil Ìesù, jkun diffiçlil g˙alih li jdur

kontra tieg˙u; min ikun jaf lil Ìesu, jag˙tih dejjem l-ewwel

post fil-˙ajja tieg˙u. Ta min jinnota li biex inkun nafu

Luminaria

Óar©a Nru. 90 Settembru 2007 It-Tlieta u -G˙oxrin Sena

Ritratt tal-faççata; “Lupu feroçi milqut minn sajjetta li jinbidel

f’˙aruf mans”, allegorija tal-Konversjoni ta’ Sawlu li minn

persekutur qalil sar missier ta’ qalb kbira. Pittura ta’ Lazzaro

Pisani fil-koppletta ta’ San Pietru u San Pawl. (ara artiklu bi

preparazzjoni g˙al-2000 sena mit-Twelid ta’ l-Appostlu San

Pawl, pagni 4-5)

Ritratt ta’ wara; Mons. Emeritus Nikol G. Cauchi, waqt lkonçelebrazzjoni

li tfakkar l-40 Anniversarju mill-g˙oti tal-BaΩilika.

(ara artiklu f’pa©ni 12-14). Ritratt: Anthony Cassar

Nru. 90 – Settembru 2007 3

tajjeb lil Ìesu l-ewwel irridu infittxuh, nistaqsu dwaru,

nitg˙allmu fuqu. Hekk g˙amlu dawk iΩ-Ωew© dixxipli

ta’San Ìwann Battista. Meta Gwanni wrihom lil Ìesu

g˙addej, dawn dlonk telqu lil Ìwanni u marru la˙qu lil

Ìesu. Dawn g˙all-mistoqsija ta’ Ìesu: ‘xi tridu’, huma

rrispondew : ‘ Mg˙allem fejn toqg˙od’. Fil-fatt dawk

marru u baqg˙u mieg˙u; u kellhom ra©un g˙aliex sabu

‘l Ìesu, g˙ax min isib ‘l Ìesu qatt ma jiddispjaçih.

F’din is-sena l-Knisja f’G˙awdex qed tg˙idilna: ‘ejjew

flimkien naraw min hu Ìesu, fejn joqg˙od, x’irid minn

g˙andna. F’din il-mixja ta’ fidi l-Knisja qed t˙e©©i©na biex

lil Ìesu nfittxuh mhux biss fis-Sagramenti jew fit-talb, iΩda

billi nift˙u l-Evan©elju Mqaddes u hemm naqraw dwar

il-kobor ta’ dan l-uniku Mg˙allem tag˙na li ma rahiex bi

kbira li jsir bniedem, sar jixba˙na, bata u ssallab g˙alina,

rxoxta u issa qieg˙ed fis-sema fejn tela’ i˙ejjilna post.

Quddiem din ix-xewqa tad-Djoçesi, biex inwettqu

l-pjan pastorali msemmi, kull familja nisranija g˙andha

takkwista l-ktieb tal-Bibbja. Dan il-ktieb huwa r-rieda

miktuba ta’ Alla g˙alina, allura g˙andu jkun tant g˙aΩiΩ

g˙alina. G˙ax hija l-Kelma t’Alla, u fiha hemm il-vuçi ta’

Kristu, allura g˙andna ng˙arfu s-siwi tag˙ha u nuΩawha.

Il-familja ideali nisranija, g˙andha tfassal l-im©ieba

tag˙ha fuq kelmet il-Mulej. Hija drawwa sabiha fost

il-familji tag˙na li flimkien ma talb ie˙or, isir il-qari millkotba

mqaddsa. Il-Bibbja fil-familja nisranija g˙andha

titpo©©a f’post prominenti, fejn tidher g˙aliex din hija

l-Kelma ta’ Alla l-G˙oli li g˙andha tibni r-relazzjonijiet

tal-membri tal-familja.

Matul din is-sena fil-parroçça tag˙na ser isiru diversi

attivitajiet li g˙alihom jkun mistiedna nie˙du sehem. Fil-

Knisja ser ti©i ntronizzata l-Bibbja, isiru çelebrazzjonijiet

tal-Kelma t’Alla, ting˙ata l-Barka bil-ktieb tal-Evan©elju,

tinqara xi silta mill-ktieb ‘Kliem il-Óajja’, issir ‘drive’

g˙all-akkwist tal-Bibbja f’kull familja, isir kors tal-Bibbja,

eçç. Dan kollu ser ikun ikel li r-ruh tag˙na tant tin˙tie©

g˙as-salvazzjoni. Infatti kien Ìesu nnifsu li qalilna li

min hu minn Alla jisma l-Kelma t’Alla.

Jkun veru g˙aqal tag˙na li fil-˙ajja mg˙a©©la tag˙na,

ma nibdlux is-s˙i˙ mar-ri˙. Ìesù huwa l-akbar valur.

Ming˙ajru kollox hu xejn. Im˙e©©in g˙alhekk biex

naqbdu din il-mixja ta’ fidi billi nqallbu b’mod speçjali

fil-Van©elji fejn nisimg˙u le˙en il-Ma˙bub tag˙na Ìesù

u nit˙abbu mieg˙u billi naççettawh f’˙ajjitna u nΩommuh

b˙al l-uniku Alla tag˙na.

• Rivista ta’ kull tliet xhur ma˙ru©a mill-Parroçça ta’ San Pietru u

San Pawl, Nadur.

• Ippubblikata mill-Bord Editorjali ta˙t id-Direzzjoni tal-Arçipriet

Mons. Salvu Muscat.

• Il-fehmiet li jistqarru l-awturi u l-korrispondenti ta’ l-artikli li ji©u

ppubblikati m’humiex neçessarjament dawk tal-Bord Editorjali.

• Kull korrispondenza g˙andha tintbag˙at lill-Bord Editorjali,

‘LUMINARIA’, Uffiççju Parrokkjali, Pjazza 28 ta’ April 1688,

Nadur, NDR 103, G˙awdex. Tel: 2155 1649.

• Stampata bl-Offset, “Portelli Print”, Nadur, Tel: 2155 8232.

• Website tal-Parroçça tan-Nadur:

www.nadurparish.com

4 Settembru 2007 – Nru. 90 Luminaria

Propjru s-sena l-oħra, fl-okkażjoni tal-festa Parrokkjali, kont ktibt artiklu dwar l-2000 sena mit-twelid ta’ l-Appostlu tal-Ġnus,

Missierna San Pawl (Ara “Luminaria”, No.85, 14-16). Eżattament fit-28 ta’ Ġunju 2007, lejlet is-sollennità tal-Martirju ta’

l-Appostli San Pietru u San Pawl, il-Q.T. il-Papa Benedittu XVI, ġewwa l-Bażilka ta’ San Pawl Fuori le Mura, fl-Omelija

tal-vġili ħabbar uffiċjalment li: “lil Appostlu San Pawl ser niddedikawlu fil-Knisja Universali sena ġubilari speċjali mit-28 ta’

Ġunju 2008 sad-29 ta’ Ġunju 2009. Sena li matulha nixtieq li jsiru avvenimenti liturġiċi, kulturali u ekumeniċi, kif ukoll diversi

inizjattivi pastorali u soċjali, ispirati mill-ispiritwalità Pawlina”.

Il-Papa ħeġġeġ ukoll li matul din is-sena “tingħata wkoll attenzjoni spe jali lill-pellegrinaġġi li minn diversi nħawi jkunu

jridu jmorru b’mod penitenzjali fuq il-qabar ta’l-Appostlu, biex jiksbu ġid spiritwali. Ikun hemm ukoll kungressi ta’ studju,

u pubblikazzjonijiet speċjali fuq l-ittri ta’ San Pawl, biex issir magħrufa dejjem iżjed aħjar ir-rikkezza immensa tat-tagħlim

tiegħu, li fihom veru wirt ta’ l-umanità mifdija minn Kristu”.

Kompla jgħid il-Papa fl-istess omelija, li “f”kull parti tad-dinja, inizjattivi bħal dawn, jistgħu jitwettqu fid-djoċesijiet, fis-santwarji,

fil-postijiet ta’ qima minn istituzzjonijiet reliġjużi, ta’ studju jew ta’ assistenza, li jgibu l-isem ta’ San Pawl, jew li huma ispirati

mill-figura u mit-tagħlim tiegħu”.

Ma kienx biss Papa Benedittu li għamlilna dan l-appell, imma proprju l-għada, fis-sollennità tal-Martirju, waqt il-quddiesa pontifikali

tiegħu, li Monsinjur Isqof Mario Grech għamel fil-Bażilka tagħna, kompla fuq dak li qal il-Papa, u ħeġġiġna biex “aħna, li bi pjan divin,

sa mill-bidunett tat-twaqqif tal-parroċċa, ġejna mogħtija bħala patruni tagħna, l-Appostli San Pietru u San Pawl, inħossu d-dmir li

nimitawhom. L-imħabba tagħna lejhom (kompla Mons. Isqof) titfa’ fuqna impenn li ninżlu fil-fond fil-ħajja u l-predikazzjoni u l-eżempji

tagħhom, biex inħobbu dejjem iżjed ’l Alla u lil Kristu, biex nagħmlu ħilitna, ħalli npoġġu lil Kristu bħala pedament ta’ ħajjitna”.

Hu xieraq għalhekk li matul din is-sena, sa ma tibda s-sena ġubilari, aħna bħala komunità parrokkjali ninżlu fil-fond tal-ħajja

u l-qdusija, kif ukoll nimmeditaw l-ittri ta’ Missierna San Pawl. Dan nistgħu nagħmluh, billi f’dan iż-żmien jiġu organizzati

fil-parroċċa tagħna simposji u laqgħat ta’ studju fuq ir-rikkezza tat-tagħlim ta’ San Pawl. Jiena tal-ħsieb, u mill-materjal li

għandi dwar San Pawl, diġà ppreparajt diversi artikli dwar San Pawl u l-ittri tiegħu, ħalli jidhru fuq ir-rivista LUMINARIA,

biex din is-sena tkun sena li matulha nikbru dejjem iżjed, mhux biss fl-imħabba lejn l-Appostlu tal-Ġnus, imma wkoll fl-għerf

spiritwali li San Pawl xerred fil-Knisja ta’ Kristu fl-ittri u t-tagħlim tiegħu.

IL-QALB TA’ PAWLU

Bħala bennej, Pawlu hu figura storika fil-knisja ta’ Kristu. Imma lil

San Pawl narawH bħala Individwu qalb l-individwi, mimli rikkezza

ta’ sentimenti u affettività. Minn hawn nistgħu nimmeditaw il-kobor

tal-qalb ta’ dan l-Appostlu, li San Ġwann Grisostmu jgħid għaliha,

”Il-Qalb ta’ Pawlu, hi l-Qalb ta’ Kristu”.

Ħabbar assidwu tal-Vanġelu, fundatur ta’ Knejjes, protagonista

ta’ l-istorja, però qatt ma waqa’ skjav tal-loġika ta’ mexxej, anke

spiritwalment. Għall- kuntrarju, dejjem deher bħala bniedem.

L-irbit tiegħu ma’ kull komunità nisranija, kien dejjem imdawwal u

mħeġġeġ mill-kapaċità personali ta’ l-imħabba li kien jippossiedi.

Dan joħroġ b’mod speċjali mill-ittri tiegħu lill-knejjes ta’ Tessalonika,

ta’ Korintu u ta’ Filippi.

Nieħdu bħala eżempju, Tessalonika. Hawn Pawlu waqqaf komunità

nisranija tassew soda, tant illi ħalla l-belt ta’ Tessalonika ftit tax-xhur

wara, għalkemm qatt ma ħalla weħida din il-komunità, qatt ma nesa

“lill-aħwa fil-fidi” (kif kien isejħilhom). Dan narawh fl-ewwel ittra

tiegħu, fejn jgħid: “Aħna ħuti, mifrudin minnkom għal ħin wieħed,

mill-wiċċ u mhux mill-qalb, kellna għaġla kbira li naraw wiċċkom,

daqskemm kellna xewqa kbira” (2,17).

Mhux biss, imma kien preokkupat mix-xorti ta’ din il-komunità

ekklesjali ġdida, tant li minn Ateni, hu bagħat lil Timotju biex jagħmel

il-qalb lil uliedu t-Tessalonkin: “Għalhekk, billi ma niflaħx aktar, bgħatt

nieħu l-aħbarijiet tal-fidi tagħkom, li ma jmurx iġarrabkom it-tentatur,

Luminaria

u x-xogħol tagħna jisfa fix-xejn” (3, 5). U meta Timotju reġa’

lura b’aħbarijiet tajba, Pawlu, mimli ferħ, kompla jiktbilhom:

“Imma issa li Timotju wasal għandna minn għandkom, u tana

l-aħbarijiet tal-fidi u l-imħabba tagħkom, u li tiftakru dejjem

fina fil-ġid, u li tixtiequ tarawna, bħalma nixtiequ aħna,

minħabba dan, kellna faraġ bikom ħuti, qalb id-dwejjaq u ttbatijiet

tagħna, minħabba l-fidi tagħkom, aħna issa ngħixu,

għax intom żżommu sħiħ fil-Mulej” (3, 6-8).

Meta San Pawl jiftakar jew

jaħseb fuq il-qagħda tiegħu

f’Tessalonika, jiddeskrivi

din il-missjoni mhux bħala

attività ta’ mexxej, imma

jħares lejha bħala attività

familjari. ”Aħna konna kollna

ħlewwa f’nofskom, bħalma

omm tħaddan lil uliedha, hekk

għożżejniekom. Bħalma tafu,

aħna konna għal kull wieħed

minnkom, bħal missier ma’

uliedu” (2, 7-11). Fuq kollox,

ikompli juri b’liema dedikazzjoni

ħadem f’nofshom: “Hekk

għożżejniekom, ferħanin

li nagħtukom mhux biss il-

Vanġelu ta’ Kristu, imma lilna

nfusna, għax sirtu għeżież

għalina” (2, 8).

Mhux hekk ġara f’Korintu.

Hawn ir-relazzjoni ta’ San

Pawl ma’ din il-komunità

kienet diffiċli. F’Korintu, l-

Appostlu ma tantx kien

miftiehem, kienu jakkużawh

falsament, jikkontestawh, u

wieħed jista’ jaħseb dan kemm

ikkawżalu inkwiet u sofferenza.

B’daqshekk Pawlu qatt ma

qata’ qalbu, tant li fl-aħħar

irnexxielu iġib l-għaqda fost il-

Korintin.

Fit-tieni ittra tiegħu lil din ilkomunità,

Pawlu jurina ssofferenza

kbira li kien qiegħed

iġarrab. Meta hu stess mar

jinviżta lill-knisja ta’ Korintu,

Pawlu kien inkwetat, għalkemm ma jgħidx x’ikkawżalu dan

l-inkwiet, imma f’din l-ittra naqraw biss li kien “iddispjaċut”

għalkemm jaħfrilhom, għax f’din l-ittra li hu stess kiteb minn

Efesu, qal: “Iva b’niket kbir u b’għafsa ta’ qalb, ktibtilkom

u b’ħafna dmugħ, mhux biex innikkitkom, imma biex tkunu

tafu bl-imħabba bla qies li għandi għalikom” ( 2, 4).

Wara dan, Pawlu jibgħat f’Korintu lil Titus, bħala medjatur, u

meta dan jirritorna b’aħbarijiet sbieħ, l-istess Pawlu, b’ferħ

qaddis, jiktbilhom: “Imma Alla li jfarraġ ’l-umli, farraġna bilmiġja

ta’ Titus, mhux biss bil-miġja tiegħu, imma wkoll bilfaraġ

li hu kellu bikom; hu għarrafna bix-xewqa tagħkom,

bil-biki tagħkom, bil-ħeġġa tagħkom għalija, li tawni ferħ

akbar” (2 Kor. 7, 6-7).

San Pawl - Zuntier - BaΩilika tan-Nadur.

Nru. 90 – Settembru 2007 5

Il-komunità ta’ Korintu kienet wisq maħbuba minn San

Pawl. “Inkellimkom bħala wliedi, iftħu qalbkom beraħ,

agħmlulna l-wisa’ f’qalbkom, lil ħadd ma għamilna deni,

lil ħadd ma għarraqna, b’ħadd ma qarraqna. Mhux qed

ngħid dan biex nikkundannakom, għedtilkom diġà li intom

qegħdin f’qalbna, biex tmutu u tgħixu magħna” (2 Kor.

6,13; 7, 2-3).

Lill-Filippin imbagħad, jiktbilhom

mill-ħabs: “Inġorkom ilkoll

f’qalbi. Iva jixhidli Alla kemm

inħobbkom ilkoll fil-qalb ta’

Kristu Ġesù” (1, 7-8). Jekk xi

ħadd kellu jikkundannah għallmewt,

Pawlu kien dejjem lest

biex jingħaqad ma’ Kristu, imma

jekk l-istess Alla kellu jippermetti

li jinħeles, hu kien lest li jgħix u

jaħdem għalihom.

Nafu li minn għand il-Filippin,

Pawlu rċieva anke għajnuna

finanzjarja, li ferrħitu, għax ra

kemm xtaqu jgħinuh: “Fraħt

ħafna fil-Mulej, meta rajt li issa

fl-aħħar qam il-ħsieb tagħkom

għalija. Intom dejjem kellkom

il-ħsieb, imma ma kellkomx lokkażjoni”

(4, 10).

L-istess ħeġġa l-Appostlu juriha

fl-għajnuna individwali. Dan

narawh meta jitkellem minn

Onesimu, skjav ikkonvertit

minnu stess, u li Pawlu jibgħatu

lura għand sidu Filemon, b’dak

il-biljett famuż, li fih Pawlu

jsejjaħ lil dan Onesimu bħala

“Ibni” u “qalbi”. Ma’ Filemon

hu kellu mħabba speċjali. Filkaż

ta’ dan Onesimu, l-Appostlu

seta’ lil Filemon jikkmandah

b’awtorità, imma għażel li

jitolbu.

Imbaghad x’ingħidu għallimħabba

kbira li kellu lejn ilkallaboratur

tiegħu Timotju?

Insemmi b’liema delikattezza

jirrakkomandah lill-Korintin, meta bagħtu għandhom:

“Jekk jiġi Timotju, qisu li jkun għandkom bla biża’, għax

hu jaħdem xogħol il-Mulej bħali. Ara li ħadd ma jonqsu,

ibagħtuh bis-sliem, għax nistennieh flimkien ma’ l-aħwa”

(16, 10-11).

Tassew li Pawlu, hemm fit-triq ta’ Damasku, ġie maħtuf, kif

jgħid hu stess, minn Kristu. Kristu mhux biss sejjaħlu biex

minn persekutur jagħmlu appostlu tiegħu, imma ried, kif qal

lil Ananija, jagħmlu għodda maħtura għalih. U biex iwettaq

din il-missjoni, tah qalb kbira, qalb tixbah lil tiegħu.

Mons Ġużeppi Cauchi

6 Settembru 2007 – Nru. 90 Luminaria

F’Ottubru, iI-Knisja tiċċelebra I-Ġurnata Missjunarja.

Tkun ħaġa siewja jekk nimmeditaw ftit fuq il-ħidma

missjunarja tal-Knisja.

Il-frażi “Insiru Missjunarji” tista’ tidher ta’ sfida biex

aktar persuni jmorru jaħdmu fl-artijiet tal-missjoni. Lartijiet

missjunarji, għalkemm jistgħu jkunu ftit bogħod

minn pajjiżna, għandhom kultura oħra kif ukoll huma

postijiet foqra. Għandhom kultura li hija differenti

totalment minn dik tagħna. Darba innutajt lil wieħed

missjunarju li qal li għalkemm l-art li fiha mar jaħdem

kienet ftit sigħat biss ’il bogħod bl-ajruplan minn Malta,

madankollu qisha dinja oħra.

Fl-artijiet missjunarji, wieħed ikollu jħabbat wiċċu ma’

kultura differenti minn tagħna, popli b’mentalità oħra,

faqar, nuqqas ta’ kumdità u miżerji umani. Għalhekk

li wieħed imur f’dawn l-artijiet jirrikjedi sagrifiċċju kbir.

Ma nkunx niżbalja jekk ngħid li wieħed ikun anki jirriskja

ħajtu. Ta’ spiss nisimgħu b’missjunarji li sfaw il-vittma

ta’ xi vjolenza jew minħabba Kristu kif ukoll min-nuqqas

ta’ sigurtà li teżisti f’dawn il-postijiet.

Jista’ jkun li wieħed mar fl-artijiet tal-missjoni iżda filmoħħ

u fil-qalb tiegħu ma jkunx sar missjunarju. Forsi

jkun qiegħed jfittex stil ta’ ħajja differenti u jista’ jkollu

ideal spiritwali li jagħmel il-ġid lill-oħrajn iżda xorta

waħda ma jkunx kiseb spirtu missjunarju.

Forsi wieħed allura jistaqsi: X’inhuwa l-ispirtu

missjunarju? Huwa l-bidla fil-qalb u fil-moħħ tagħna.

Li tkun missjunarju jfisser li tibda mixja ta’ konverżjoni

biex tħobb aktar lil Ġesù.

Għalhekk l-ispirtu missjunarju jikkonsisti f’dawn ilkwalitajiet

spirtwali.

• Tħobb aktar lil Ġesù. Din hija l-ewwel tarġa ta’

I-ispirtu missjunarju. Billi Sidna Ġesù Kristu huwa ċċentru

tar-reliġjon tagħna, kull xewqa u kull attività li

ma tkunx frott ta’ l-imħabba ta’ Kristu ftit li xejn tista’

tħalli frott. Mill-banda l-oħra min iħobb bis-serjetà lil

Ġesù jkun kapaċi jagħmel sagrifiċċji kbar. Min iħobb

lil Ġesù jasal biex jara fih lill-proxxmu tiegħu anki jekk

ikun marid jew abbundanat mill-bnedmin. Madre

Tereża ta’ Kalkutta tgħidilna: “Ġesù qiegħed fil-foqra

u f’ħutna l-oħra u għahekk ninsabu erbgħa u għoxrin

siegħa fil-preżenza tiegħu.”

• L-għalqa ta’ Kristu hija d-dinja kollha. Li tkun

missjunarju jirrekjedi li ma tibqax tħares lejn il-għalqa

ta’ Kristu l-parroċċa tagħna, lanqas lil pajjiżna. Infatti

Kristu bagħat lill-appostli biex ixandruh ma’ l-erbat

irjieħ tad-dinja. Biex tikber fl-ispirtu missjunarju trid

tibda tħobb il-bnedmin tad-dinja kollha. Ma ninsewx

li Kristu fuq is-salib offra lilu nnifsu bħala sagrifiċċju

għall-bnedmin ta’ kull żmien.

• Il-bnedmin kollha huma l-istess. Kull bniedem li

hawn fid-dinja huwa maħluq xbieha ta’ Alla u ġie mifdi

minn Sidna Ġesù Kristu. Għalhekk ma jagħmilx sens

jekk inħarsu b’suspett lejn persuni b’kulturi differenti.

Huwa veru li hawn ħafna bnedmin li għandhom stil ta’

ħajja differenti minn tagħna. Iżda aħna bħala nsara xorta

waħda rridu nħobbuhom u ngħinuhom mill-aħjar li nistgħu

biex itejbu ħajjithom u sabiex iħaddnu l-Evanġelju.

• Ma niddisprezzawx reliġjonijiet oħra. Huwa veru

li r-reliġjon nisranija hija dik rivelata minn Alla iżda ma

jfissirx li r-reliġjonijiet mhux insara huma totalment

ħżiena u ma fihom l-ebda ħaġa tajba. Ma nkunux

niżbaljaw jekk ngħidu li min imur f’xi art tal-missjoni

u b’xi mod jiddisprezza xi reliġjon mhix nisranija ma

jkunx qiegħed jagħti xiehda verament nisranija.

• Ma nibżgħux mis-sagrifiċċji. Il-kultura tagħna

qiegħda ssir dejjem aktar materjalista. Infittxu u

nistudjaw kif ser insiru komdi. Inkunu ċari: il-kumdità

ma fiha xejn ħażin. Iżda jekk aħna ser infittxu li

noqogħdu komdi dejjem, allura npoġġu l-kumdità

qabel Ġesù. Il-valuri materjali jibdew jiġu qabel dawk

spiritwali. U mentalità bħal din żgur li ttellef l-ispirtu

missjunarju.

• Il-bżonn tat-tixrid ta’ l-Evanġelju. Fil-mixja nisranija

huwa neċessarju li wieħed jifhem kemm hemm bżonn

li Kristu jiġi magħruf u maħbub mill-bnedmin tad-dinja

kollha. Meta wieħed isir iħobb lil Kristu jixtieq ukoll

lill-oħrajn jagħmlu bħalu. Għadna jkollna f’xufftejnna ttnehida

ta’ San Ġorġ Preca: “Mgħallem mhux li d-dinja

kollha timxi wara l-Evanġelju tiegħek.”

• Naqraw fuq l-artijiet missjunarji. Ninteressaw

f’dak li qiegħed jiġri fl-artijiet missjunarji. Nistgħu

naqraw bħar-rivista ‘Malta Missjunarja’ li fiha ħafna

informazzjoni dwar dawn l-artijiet u l-ħidma tal-Knisja

fihom.

• Inkunu xhieda ta’ Kristu kull fejn inkunu. Nagħtu

xhieda ta’ Kristu fil-familja tagħna, fil-komunità

parrokkjali tagħna, fuq il-post tax-xogħol u fil-postijiet

tad-divertiment.

Allura jekk ngħixu dan l-ispirtu missjunarju nkunu

nagħmlu ħafna ġid. U fl-istess waqt inkunu nxettlu

vokazzjonijiet verament missjunarji. Imbagħad lil min

Alla jsejjaħlu għal dan l-appostolat ikun verament

mħejji għal dan l-appostolat.

Luminaria

Sajf mimli impenji

Għalina kien sajf speċjali… ġie ftit wara l-kanonizzazzjoni

tal-Fundatur, f’sena li kienet timmarka l-100 sena tas-Soċjetà

u s-60 sena tal-qasam tagħna.

U ridna nfakkruhom kollha. Mhux bi tlellix imma b’sens reliġjuż

kif kien iħobb il-fundatur. Ridna nużaw dawn l-okkażjonijiet

biex inwasslu l-messaġġ li s-Soċjetà għamlitu l-motto tagħha:

‘Li Ġesù jkun magħruf u maħbub’.

Kien għalhekk li ppubblikajna fuljett speċjali li kien fih ħafna

tagħrif dwar il-fundatur… ħolmietu, ħsibijietu u kitbietu…

Ridna li l-poplu Naduri jkollu tifkira ta’ dan is-saċerdot qaddis

u fuq l-isfond ta’ tagħlimu u ħidmietu ffokajna wkoll ħidmiet

il-qasam tagħna u x-xewqat u l-ħolm tagħna għall-ġejjieni.

Barra din il-pubblikazzjoni kellna l-attivitajiet tagħna tassoltu.

Kellna ġimgħa ta’ tagħlim li bdiet b’quddiesa, kompliet

b’laqgħa għall-ġenituri, b’siegħa adorazzjoni fil-grawnd u

spiċċat bi play li kellha bosta messaġġi utli għall-familji tal-lum.

Minn qalbna rroddulkom ħajr għall-preżenza tagħkom.

U ħajr ukoll minn qiegħ qalbna għall-għajnuna li wassaltulna.

Għajnuna frott il-qalb ġeneruża tal-poplu Naduri li għandu

qalb kbira u lest dejjem jgħin fejn jara l-ħtieġa. Aħna nitolbu

għalikom u jalla l-Mulej iroddilkom għal mitt darba dak li

għamiltu u dak li offrejtu lill-qasam tagħna.

Ħajr ukoll lil Andrew Muscat u l-Kumitat u l-helpers tat-Triq

Diċembru 13 li xtaqu li jkollhom sehem fil-ksib tal-vann li bi

ħsiebna nakkwistaw bil-għajnuna tal-Mulej u tal-benefatturi

tagħna. Dan il-kumitat ħaseb li jorganizza tombla bħala

għajnuna u għaddielna s-somma sabiħa ta’ Lm320. Grazzi

lil dawk kollha li ppatronizzaw din l-attività. Ġest li aħna

apprezzajna ħafna.

It-tagħlim matul is-sajf

Aħna nafu li fix-xhur sajfin ma tantx ikun hemm ħeġġa biex

wieħed jingħalaq ġo klassi għal-lezzjoni. Il-vaganzi jiġu biex

Nru. 90 – Settembru 2007 7

wieħed jistrieħ u jiddeverti. Imma Dun Ġorġ kien jgħid li

anke fis-sajf neħtieġu nitgħallmu u għalhekk l-oqsma tagħna

jibqgħu miftuħin, jistiednu lil min jixtieq jiġi. Il-bieb tagħna

ma jsibuhx magħluq.

U biex inħajruhom jattendu norganizzaw għalihom ġimgħat

ta’ logħob kemm għaż-żgħar kif ukoll għall-kbar. Logħob li ra

l-quċċata tiegħu f’jum il-festin tagħhom. Ġew numru tassew

sabiħ jieħdu sehem f’din il-maratona ta’ logħob li ntemmet

tard filgħaxija b’film divertenti, party u tlugħ ta’ ħafna rigali.

Minn qalbna ħajr lil dawk kollha li għenuna fosthom il-ġenituri

li offrew drinks, ikel u ħelu u ħajr ukoll lil HSBC Għawdex

li sponsorjaw din l-attività annwali. Dan il-logħob għen bi

sħiħ biex l-attendenza sa l-ewwel parti tas-sajf kienet tajba

ħafna. Ta’ dan ngħidu grazzi lill-ġenituri li minkejja t-telqa

ta’ l-istaġun kienu jfakkru lil uliedhom li l-MUSEUM ma

jagħlaqx fis-sajf.

Meta spiċċa dan il-logħob in-numru ta’ dawk li jattendu naqas

sew. Is-sħana kienet għamlet tagħha u ħafna familji kienu jitilqu

lejn il-baħar biex forsi jiffriskaw ftit. U sewwa kienu jagħmlu.

Imma issa li ser nibdew sena oħra skolastika nħeġġuhom

biex jerġgħu jinkoraġġixxu liż-żgħar u liż-żgħażagħ tagħhom

għat-tagħlim. Illum dan mhux faċli għax hawn ħafna x’jaljena

lit-tfal u lit-teenagers tagħna. Dixxiplini sportivi joffru sfida u

attrazzjoni u mhux faċli li fost tant okkażjonijiet niftakru filklassi

tad-duttrina. Iżda fil-ħajja hemm il-valuri u l-ġenituri

għandhom jistinkaw biex dawn il-valuri ma jinqalbux. L-ewwel

ħwejjeġ għandhom jibqgħu l-ewwel. Niftakru x’kien jgħid il-

Fundatur: ’it-tagħlim hu l-għajn ta’ kull ġid’. Iż-żgħożija darba.

U jekk illum anki min jitgħallem kultant jiżgarra kemm iktar

jista’ jiżbalja min ma jitgħallimx!

Nieħu l-okkażjoni biex infakkar lill-ġenituri fil-laqgħa

tagħhom li ser issir nhar l-Erbgħa 10 ta’ Ottubru fis-6.00 ta’

filgħaxija. Nifhmu kemm hu diffiċli li tinqalgħu minn djarkom

imma dawn huma laqgħat importanti għax fihom nurukom

x’nixtiequ min-naħa tal-ġenituri u l-ġenituri jkollhom okkażjoni

juruna x’jistennew huma min-naħa tagħna. Għalhekk

nistennewkom.

San Ġorġ Preca jberikkom.

8 Settembru 2007 – Nru. 90 Luminaria

Velsons

L-inbid favorit ta’ l-G˙awdxin

The Winery, 8, Triq ix-Xatt, M©arr, G˙awdex. Tel: 2155 6135

BONELLO ALUMINIUM

All kinds of Aluminium Work

PROPRIETOR: PETER BONELLO

N.B. Qala Road, Work Tel: 2156 4727

Nadur, Gozo. Mobile Tel: 9945 3890

M & J Garage

Qortin Street, Nadur, Gozo. Tel: 2156 2771, Fax: 2156 4997

Mob: 9945 9772 / 9947 9590.

for Professional Painting, Colour Matching,

Panel Beating, Rust Reapir & Baking Spray

Car Rental

CHARLIE MUSCAT

Laqxa

Wood Master

Triq tax-Xemmiex, Nadur, Gozo.

Tel: 2155 8600

Luminaria

Xog˙ol strutturali matul ix-xhur tas-Sajf

Matul din is-sena fakkarna l-75 sena minn mindu liskola

fet˙et il-bibien tag˙ha g˙at-tag˙lim g˙all-istudenti

©ewwa Triq it-Ti©rija. Kienet okkaΩjoni ta’ fer˙ g˙all-

Istaff, studenti u ©enituri li bosta minnhom ukoll xi darba

rifsu l-g˙atba ta’ din l-iskola. Min-na˙a l-o˙ra rajna wkoll

li b˙alma minn Ωmien g˙al Ωmien ikun irid isir xi xog˙ol

ta’ manutenzjoni, issa g˙al ˙a©a u issa g˙al o˙ra, din

is-sena ma kenitx ser tkun xi eççezzjoni. Konna nafu

li l-bjut tas-sular ta’ fuq ma tantx kienu fi stat tajjeb

wisq, u wara konsultazzjonijiet mad-Dipartiment ta’ l-

Edukazzjoni, il-Ministeru g˙al G˙awdex u l-Fundazzjoni

g˙all-Iskejjel ta’ G˙ada, ittie˙det id-deçiΩjoni li kellhom

jinbidlu xi bjut, u dan kollu ried isir fix-xhur tas-Sajf,

meta l-iskola tkun g˙alqet g˙all-vaganzi. Sa minn

nofs Lulju sa l-a˙˙ar ©img˙a ta’ Settembru wie˙ed

jista’ jg˙id li x-xog˙ol ma qata’ xejn. Twaqqa’ l-bejt tal-

Kuritur n-na˙a tat-Tramuntana ta’ l-Iskola u sar wie˙ed

©did. Inbidel ukoll il-bejt ta’ wie˙ed mill-klassijiet . Sar

xog˙ol ta’ tiΩbig˙ fil-kuritur u inΩebg˙u wkoll il-klassijiet

kollha. Ing˙ata wkoll il-membrane f’xi partijiet tal-bejt

eΩistenti. Il-˙sieb tal-Kunsill Skolastiku huwa li issa

jsiru aperturi fil-lo©o© tal-kuritur ta’ fuq ukoll sabiex itaffu

xi ftit mill-kes˙a u t-tixrib tax-xhur tax-xitwa. B’hekk fi

Ωmien sentejn ikunu ng˙alqu l-lo©o© kollha bi twieqi ta’

l-aluminju bi spiΩa li taqbeΩ Lm5000, mill-fondi li l-Kunsill

Skolastiku rnexxielu ji©bor f’dawn l-a˙˙ar snin.

Il-Gozo College

L-Iskola fet˙et il-bibien g˙al sena skolastika ©dida

nhar it-Tnejn, 24 ta’ Settembru. Filwaqt li f’Malta bosta

Nru. 90 – Settembru 2007 9

skejjel bdew jesperjenzaw it-twaqqif tal-Kulle©©i, fejn

numru ta’ skejjel kemm primarji kif ukoll sekondarji

bdew ja˙dmu aktar mill-qrib, f’G˙awdex, dak li beda

b˙ala esperiment issa da˙al fit-tielet sena tieg˙u. Il-

Motto tal-Gozo College huwa –Working, achieving and

succeeding together - (fil-Óidma s-Suççess). Il-Gozo

College qieg˙ed iwieg˙ed li jipprovdi edukazzjoni

˙olistika ta’ l-aqwa kwalità lill-istudenti tal-Komunita’

G˙awdxija. F’dawn l-a˙˙ar sentejn sar ˙afna xog˙ol

ta’ benefiççju g˙all-istudenti tag˙na, fosthom eΩamijiet

ta’ nofs is-sena g˙all-iskejjel kollha primarji g˙awdxin,

korsijiet g˙all-g˙alliema ©ewwa G˙awdex, laqg˙at ta’

kull xahar g˙all-kapijiet ta’ l-iskejjel sabiex ikun hemm

l-aktar qbil fil-mod ta’ kif jitmexxew u bosta attivitajiet

g˙all-istudenti tag˙na.

Attivitajiet ippjanati ta’ l-Iskola

Mal-bidu ta’ sena skolastika ©dida, wie˙ed jista’ jg˙id li

l-programm li minn Settembru je˙odna sa Diçembrujkun

kwaΩi lest. Fl-ewwel ©img˙a ta’ Ottubru organizzajna

laqg˙at g˙all-©enituri ta’ l-istudenti tag˙na skond

is-sena li uliedhom qeg˙din fiha. Ippjanajna wkoll

Parents Day lejn l-a˙˙ar ©img˙a ta’ Novembru. Di©a

bdejna na˙sbu g˙all-Christmas Concert fejn din issena

ser ner©g˙u ntellg˙u play muΩikali. Bdejna bitt˙ejjijiet

tag˙na g˙ad-danza tal-Karnival. Din is-sena

l-Karnival ser ja˙bat fl-ewwel jiem ta’ Frat u g˙alhekk

wie˙ed irid ja˙seb kmieni. Bdejna na˙sbu ukoll g˙all-

RappreΩentazzjoni tal-Prize Day li ser tkun marbuta

ma’ musicals fejn l-atturi prinçipali huma tfal.

Mark Azzopardi

10 Settembru 2007 – Nru. 90 Luminaria

Waħda mill-kondizzjinijiet biex

persuna tkun dħulija, hija bla ebda dubju,

li tkun persuna ferħana. Il-ferħ huwa rrigal

li Alla jagħti lil dawk li jħobbuh. Alla

minn dejjem kien ferħan fih innifsu, u ried

li jaqsam dan il-ferħ ma’ ħlejjaq li jistgħu

jħossu l-ferħ.

Hemm differenza kbira bejn il-ferħ

li hu frott tal-grazzja u tal-virtù u l-ferħ

kif tippreżentah id-dinja. Il-ferħ spiritwali

jilħaq il-qiegħ tal-qalb tal-bniedem u jimla

l-qalb tal-bniedem bil-paċi, iżda l-ferħ li

taf tagħti d-dinja mhux ħlief żvog estern li

malajr jgħaddi.

Il-Knisja tridna nsellmu lill-Madonna

bil-kelmiet: “Bidu tal-Ferħ tagħna.” Hija

kienet l-ewwel għajta ta’ ferħ wara l-waqgħa

tal-bniedem fid-dnub. Hija għalina Omm li

tħobb tarana ferħanin fil-Mulej.

Il-Madonna kienet taf tifraħ

Il-Verġni ta’ Nażaret kienet taf tagħti

xejra soprannaturali lill-ferħ uman li kienet

iġġarrab. Il-qalb sensibbli tagħha kienet

tħoss l-attenzjoni tal-ġenituri tagħha.

L-imħabba ta’ San Ġużepp kienet taf

tistmaha. It-tislima ta’ Eliżabetta laqgħetha

bil-ġentilezza kollha.

It-twelid ta’ Ġesù kien għal Marija

okkażjoni ta’ ferħ kbir. Il-preżenza tarrgħajja

fil-għar ta’ Betlehem żgur li ferrħitha

ħafna. Iż-żjara tal-Maġi żiedet il-ferħ

tagħha u r-rigali tagħhom rat fihom barka

mis-sema. L-ubbidjenza ta’ Ġesù kien fiha

għaxqa għaliha.

‘Il quddiem il-Madonna ferħet ukoll

bil-predikazzjoni u l-mirakli kbar li Binha

kien iwettaq. Ġrajja ta’ ferħ liema bħalu

kien il-qawmien ta’ Ġesù mill-mewt, iddehriet

li kien jagħmlilha u t-tlugħ tiegħu fissema.

Imbagħad min jista’ jfisser b’liema

sentimenti sbieħ kienet tilqa’ l-qima ta’ lewwel

insara lejha! U min jaf kemm kienet

tifraħ x’ħin kienet tara l-Knisja mwaqqfa

minn Binha Ġesù tiffjorixxi bil-predikazzjoni

ta’ l-Appostli.

Aħna nistgħu niġbru dan il-ferħ kollu

tal-Madonna bid-dikjarazzjoni tagħha

stess fl-ewwel versi tal-Magnificat: “Ruħi

tfaħħar l-kobor tal-Mulej u l-ispirtu tiegħi

jifraħ f’Alla s-salvatur tiegħi.”

Il-Madonna kienet taf tferraħ

L-imħabba nisranija tagħmel ilbniedem

ġentili, attent, rikonoxxenti.

U billi Marija hija l-Omm ta’ l-imħabba

sabiħa, żgur li Hija kellha dawn il-virtujiet,

u bihom kienet tferraħ lil kull min għex

qrib tagħha. Min jista’ jgħid b’liema ferħ

u ġentilezza kienet tirrispondi u tpatti għal

kull kumpliment li kienet tirċievi! Fil-ħajja

tagħha familjari u soċjali l-Madonna kellha

l-okkażjoni tiltaqa’ ma’ diversi nies. Bi

kliemha, bid-dehra u l-imġiba tagħha hija

kienet tferraħhom ilkoll.

Aħna ma kellniex ix-xorti li naraw u

ngħixu qrib Marija ma’ tul il-ħajja tagħha

fuq din l-art. Iżda min jaf kemm-il darba

sibna l-faraġ meta kellemnieha u wrejnieha

l-bżonnijiet spiritwali u temporali tagħna!

X’ferħ spiritwali nħossu fil-festi tagħha!

Kemm drabi x-xbihat tagħha refgħu

moħħna ’l fuq lejn ir-realtà tas-sbuħija u

tal-imħabba tagħha!

Il-Madonna kienet dħulija

Bħala bnedmin, aħna nbatu wisq bilburdati.

Meta nkunu burdata tajba, ħalli

għalina kemm ikollna moħħ iċ-ċajt, li forsi

bih naslu wkoll biex indejqu lil ħaddiehor.

Imma meta nkunu burdata ħażina, miskin

hu min jeħel magħna!

Imma għandna nkunu nafu li limħabba

nisranija ma tbatix bil-burdati,

iżda kapaċi żżomm il-ħbiberija dejjem u

ma’ kulħadd. Din il-virtù tagħmilna dħulin,

b’mod li lilna ġġegħelna nersqu lejn loħrajn

biex inferrħuhom, u tressaq l-oħrajn

lejna biex fina jsibu l-għajnuna li jkollhom

bżonn. Billi aħna ngħixu fis-soċjetà, meta

Luminaria

nkunu dħulin nkunu qegħdin ngħinu ’l

xulxin ngħixu l-ħajja f’iktar ferħ u inqas

tbatija.

Il-Madonna ma kenitx tbati bilburdati,

iżda sew fi kliemha sew fl-imġieba

tagħha Hija kienet dejjem ispirata minn

sentimenti fini ta’ mħabba l-aktar kbira.

Il-Madonna kienet dħulija fi kliemha

Il-kelma sabiħa “dħuli” tfissrilna lkarattru

ta’ bniedem li tista’ tersaq lejh

biex tkellmu. Fid-dinja ssib ħafna nies

li trid toqgħod b’sebgħa għajnejn biex

tkellimhom. Ikunu dejjem ikkargati binnervi,

lesti biex jisplodu. U għad li tersaq

lejhom bl-attenzjoni u bil-ħlewwa, ma tridx

wisq biex ixxellifha magħhom. Nies ta’

din il-fatta qatt ma jistgħu jissejħu dħulin.

Mhux la kemm tittratta magħhom, u ma

jaqilgħux ħlief inkwiet għal dawk li jkollhom

jagħmluha magħhom.

Dan in-nuqqas narawh ikraħ floħrajn;

iżda aktar jaqbel li naraw għandniex

minnu aħna, għaliex min jaf kemm-il darba

l-kliem tagħna sħun u mbaqbaq weġġa’

oħrajn, biegħedhom minna u ġagħalhom

isofru !

Id-don tal-kelma għandna nużawh

biex inkabbru l-ħbiberija, inferrħu lill-oħrajn

u nżommu bejnietna dik ir-rabta nisranija li

nistmaw lil xulxin bħal aħwa, ulied Alla.

Il-Madonna kienet dħulija fi kliemha.

Għajjat u nervi qatt m’għamlu biha, u

kienet taf tittratta ma’ kulħadd b’dik il-kalma

qaddisa li tiġbed il-qlub u tressaqhom lejn

Ġesu’.

Fit-tieġ ta’ Kana naraw tispikka lġentilezza

ta’ Marija ma’ kulħadd imma

l-aktar mal-għarajjes li hekk kif rathom

Website tal-Parrocca

tan-Nadur:

www.nadurparish.com

Nru. 90 – Settembru 2007 11

mifxula għax ma kellhomx aktar inbid

qabżet għalihom ma’ Binha Ġesù.

IL-Madonna kienet dħulija fl-imġiba

tagħha

Il-mod li bih inħarsu lejn xulxin u

nittrattaw lil xulxin juri x’hemm f’qalbna:

imħabba jew mibegħda, ferħ jew għira,

tjubija jew ħażen, sinċerità jew ipokrisija,

ġenrożità jew regħba, rispett jew ġlied. Limġiba

tagħna ma’ ħaddieħor turi l-virtujiet

jew il-vizzji li jgħammru f’qalbna. Alla jaqra

l-qlub, imma aħna l-bnedmin niġġudikaw

fuq l-imġiba. Jista’ jkun li mhux dejjem

niġġudikaw sewwa; iżda jibqa’ l-fatt li limġieba

tfisser aktar mill-kliem.

Huwa meħtieġ li nkunu dħulin mhux

biss fil-kliem, iżda wkoll fl-imġiba. Il-

Madonna turina dan l-ewwelnett mit-tliet

xhur li Hija qagħdet għand Eliżabetta,

tgħinha fil-bżonnijiet kollha tagħha. Sew

fil-faċendi, sew fil-kliem, il-Verġni ta’

Nażaret uriet sentimenti ta’ umiltà, ħlewwa,

ferħ u mħabba. Naraw ukoll lill- Madonna

dħulija mill-fatt li Hija laqgħet u apprezzat

l-istedina għat-tieġ ta’ Kana. Hija marret,

u hemmhekk narawha dħulija ma’ Ġesù,

mal-għarajjes, mal-mistednin u malqaddejja.

L-imġiba dħulija tagħna ma

għandhiex tkun biss ġejja mill-etiquette,

iżda għandha tkun l-espressjoni esterna

tal-virtù ta’ l-imħabba li żżejjen il-qalb

tagħna b’dawk is-sentimenti soprannaturali

li bihom nifirxu l-fwieħa tajba ta’ Kristu

kullimkien (San Pawl).

Kan Dun Piet Sammut.

MuΩew Marittimu

Kelinu Grima

Triq il-Kappillan, Nadur

Tel: 2156 5226

Miftu˙: mit-Tnejn sas-Sibt

9.00a.m. - 4.45p.m.

G˙al aktar informazzjoni

ara l-website tal-Parroçça.

12 Settembru 2007 – Nru. 90 Luminaria

Il-ġranet bejn it-18 u d-29 ta’ Ġunju ta’ kull sena

jkunu għalina n-Nadurin, kemm dawk li joqogħdu

fil-parroċċa għażiza tagħna kif ukoll għal dawk li

joqogħdu f’parroċċi oħra u għall-emigranti Nadurin

imxerrdin ma’ l-erba’ kontinenti, huma ġranet

għeżież u ma jintesewx. Huma ġranet miktuba b’ittri

tad-deheb fil-kalendarju tagħna lkoll. U bir-raġun.

Għaliex? Għax matul dawn il-ġranet il-parroċċa

tagħna tilbes l-isbaħ libsa biex tiffesteġġja bil-kbir,

kif dejjem għamlet matul is-snin, is-Sollennità u l-

Għid ta’ Pietru u Pawlu, il-Qaddisin Kbar u Protetturi

tagħna n-Nadurin.

Din is-sena, mhux inqas minn snin oħra, kienet

waħda kbira. Dan smajtu jiena stess li qed nikteb

dan l-artiklu. Bħali semuh nies oħrajn. Dan intqal

mhux minn nies tan-Nadur imma minn ħafna u

ħafna nies li ġew jifirħu magħna matul il-ġranet

tal-festa. L-espressjoni kienet din: “Kellkom festa

bomba, kbira u sabiħa.” Festa kif tixirqilna u fuq

kollox kif jixirqu lill-Appostli kbar Pietru u Pawlu li

huma l-għaxqa tagħna n-Nadurin. Kemm kienu

bravi u intelliġenti missirijietna li ’l fuq minn tliet mitt

sena ilu għażlu lil Pietru u Pawlu bħala prottetturi

tagħna!

Nibda billi nikkummenta fuq il-funzjonijiet tal-knisja.

Kienu ġranet organizzati tajjeb. Ħaqqu prosit il-

Kunsill Parrokkjali flimkien mal-Kapitlu u Presbiterju

Parrokkjali li fasslu programm hekk sabih u li żgur

ħalla frott spiritwali fostna u fost dawk li attendew

għan-novena kif ukoll għall ġranet ta’ lejlet u nhar

il-festa.

Il-ġranet tan-Novena kienu mqassma u ddedikati

għal diversi kategoriji, li lkoll ħasbu biex tkun

suċċess u l-Liturġija ta’ dawn il-ġranet kienet waħda

organizzata tajjeb. Grazzi lil Patri Albert Micallef

O.F.M., lil Dun Peter Paul Sammut u Dun Eddie

Zammit li ħallewlna diversi messaġġi utli fl-omeliji

tagħhom. S’intendi lejlet u nhar il-festa kull min

attenda għal funzjonijiet żgur li ħa pjaċir u ma

xebax jisma’ dik il-mużika tal-Cappella Camilleri

mmexxija minn Mro. Kan Ġuzeppi Grech, Mro.

Antoine Theuma u Mro. Mons Martin Portelli, kif

ukoll l-eżattezza tal-funzjonijiet kif tmexxew. Ta’

min isemmi anke l-omelija pastorali li niseġ Mons

Isqof Mario Grech fil-Pontifikal tagħna: ħafna ‘food

for thought’, kif jgħidu l-Ingliżi.

Ma nixtieqx ma insemmix il-ġurnata tat-Tlieta tas-26

ta’ Ġunju, il-Jum meta il-Parroċċa fakkret l-erbgħin

sena minn meta l-Knisja tagħna ġiet mgħollija għaddinjità

ta’ Bażilka Minuri. Dak il-jum kien u jibqa’

L-istatwa l-©dida li tirrappreΩenta lil Kristu flimkien

ma’ San Pietru u San Pawl.

miktub b’ittri tad-deheb għall-parroċċa tagħna: grazzi

għall-Kumitat ħabrieki li stinka ħafna biex dan it-titlu

mistħoqq jingħata lil Knisja tan-Nadur u kif ukoll

grazzi kbir għal Mons Isqof Nikol Ġużeppi Cauchi,

li dak iz-żmien kien Amministratur Apostoliku Sede

Plena tad-Djoċesi tagħna. Għalhekk bir-raġun il-

Pontifikal Solenni li għalih kienu mistiedna l-Arċiprieti

tal-knejjes kollha ta’ Malta u Għawdex li jgawdu dan

it-titlu flimkien mal-Kapitlu Kolleġġjali tagħna u lpresbiterju

parrokkjali kien ippresedut minn Mons

Isqof Emeritus Nikol Ġużeppi Cauchi. Biex nuru

sinjal ta’ għaqda mal-Knejjes li jgawdu dan it-titlu,

is-sotto kumitat maħtur għal din l-okkażjoni stieden

lill-Bażiliċi l-oħra biex iġibu kemm it-Tintinnablu,

kif ukoll l-Umbrellun. Kien fihom għaxqa tarahom

Luminaria

madwar l-altari matul l-aħħar jiem tal-festa. Matul

din il-ġurnata sar talb speċjali għall-Qdusija tiegħu

l-Papa għaliex il-Bażilka tfisser ukoll għaqda intima

mal-Papa. Prosit lis-sotto kumitat ta din l-inizjattiva.

Mons Isqof Nikol Cauchi kitbilna talba apposta biex

tibqa’ tingħad matul dawn il-ġranet u tista’ tibqa’

tingħad anke matul is-sena.

Il-Kumitat tal-“Għaqda Armar Triq Diċembru

Tlettax”, biex tfakkar l-għaxar anniversarju mittwaqqif

tagħha, għamlet statwa li tirrapreżenta lil

Kristu flimkien ma’ Pietru u Pawlu. L-istess Għaqda

ordnat pedestall li fuqu tpoġġiet din l-istatwa. Dan

il-kumitat ħaseb biex iħallas il-baned, fosthom

waħda maltija, Nicolò Isuard tal-Mosta flimkien malbanda

tagħna kif ukoll xi nar li ġie maħruq għal din

l-okkażjoni. Prosit tassew.

Din is-sena wkoll tibqa’ mfakkra għall-kwantità u

kwalità tan-nar li l-kumitat ħabbrieki ħadem bis-sħiħ:

kemm dawk li kienu inkarigati min-nar li sar lejlet

l-Imnarja għal-ewwel darba minn fejn il-Belveder

ta’ Ġnien il-Kunsill Lokali, li ġibed eluf ta’ nies, kif

ukoll ta’ dawk li kienu inkarigati mill-logħob tannar

fil-Pjazza, kif ukoll nhar il-festa. Prosit tassew.

Ilkoll kemm huma ħaqqhom tifħir u x-xewqa ta’ min

qed jikteb hi li hija xewqa sinċiera li dawn iż-żewġ

kumitati jaħdmu id f’id ħalli is-sena id-dieħla, meta

il-Knisja tkun qed tniedi s-sena Pawlina proprju

lejlit l-Imnarja tas-sena 2008, tkun waħda ikbar u

isbaħ minn ta din is-sena. J’Alla imma kull ma jsir

isir għall-glorja t’Alla u għall-ġieh tal-appostli San

Pietru u San Pawl.

Prosit kbir u mistħoqq imur ukoll lil dawk li ħadu

ħsieb jarmaw it-toroq. Għeżież żgħażagħ minn

dawn il-paġni nifirħilkom u

nappellalkom biex tibqgħu

tieħdu ħsieb u tindukraw larmar

li ħallewlna missirijietna.

Ibqgħu ħobbu il-Festa, ibqgħu

dilettanti. Però ftakru li kif

intom tieħdu ħsieb iżżejnu

t-toroq li minnhm jgħaddu

San Pietru u San Pawl, qisu

li tieħdu ħsieb ukoll iżżejnu

lilkom infuskom, mhux blilbies

sabiħ biss li jixirqilkom

ħafna imma fuq kollox

permezz ta’ ħajja tajba u li

matul dawn il-ġranet għeżież

lkoll tieħdu sehem fil-quddies,

tqerru u titqarbnu. Hekk

tabilħaqq tkunu tagħtu gost lil

San Pietru u San Pawl li missema

iħarsukom mill-perikli

tar-ruħ kif ukoll tal-ġisem.

Nru. 90 – Settembru 2007 13

Keep it Up. Tħallu xejn u lil ħadd inaffarkom minn

din l-inizjattiva qaddisa u sabiħa

Din is-sena l-Banda Mnarja fakkret ukoll l-Erbgħin

Sena mit-twaqqif tagħha. Grazzi għall-ħidma tal-

Kumitat preżenti u għall-kumitati ta’ qabel, il-Banda

Mnarja llum hija fl-aqwa tagħħa u tħabbatha ma’

l-aqwa baned maltin, speċjalment għal kunċerti

mużikali li qed tagħmel. Ħaqqu prosit tassew is-

Surmast u l-bandisti tal-kunċert li sar fi Pjazza

Arċipriet Dun Martin Camilleri, nhar it-Tnejn 25

ta’ Ġunju, l-Ewwel Jum tat-Tridu. Mur għidilhom

lil dawk il-bandisti u lil dawk in-Nadurin li llum

ma għadhomx magħna li l-Banda tagħna li huma

tant ħabbew, għamlet daqshekk progress! Prosit

tassew. L-istess imbagħad il-Banda kompliet

tferraħna matul il-ġranet tal-Festa bil-marci brijużi

tagħha Imbgħad kompliet taqdi il-missjoni tagħha

billi akkompanjat b’marċi reliġjużi l-Vara ta’ San

Pietru u San Pawl matul il-Purċissjoni li kienet

immexxija minn Mons Arċipriet flimkien mal-Kapitlu

u Kleru tal-Parroċċa. Nappella lill-bandisti biex

ikomplu jattendu, bħalma qegħdin jagħmlu, biex

il-Banda timxi ’l quddiem: ninkuraġġixxi lill-Kumitat

biex ikompli bil-ħidma siewja tiegħu li qed iwettaq

fil-Banda kif ukoll fil-proġetti li huma qegħdin b’tant

ħeġġa jfasslu. Nappella n-Nadurin kollha biex

ikunu ġenerużi mal-Banda Mnarja, mhux biss milllat

finanzjarju imma anke jekk xi ħadd fil-familja ikun

jixtieq jistudja l-mużika u jkun irid idoqq xi strument

il-Kumitat jilqgħu jew jilqagħha b’idejh miftuħa.

Irridu niftakru li t-tagħlim tal-mużika huwa kultura

kbira u wieħed jew waħda li tkun tħobb il-mużika

tista’ wkoll tagħmel karriera. Allura kuraġġ allievi u

dawk li jixtiequ jibdew idoqqu xi strument.

Madre Skolastika Grech tfakkar il-50 sena mill-professjoni reli©juΩa tag˙ha

14 Settembru 2007 – Nru. 90 Luminaria

Ma nistax ma nifraħx minn dawn il-paġni lill-

Kummissjoni Arbli li tagħha jien membru. Erba’

żgħażagħ, u hawn ser insemmi isimhom għax

hekk jixraq: Charles Said, Joseph Camilleri, Patrick

Tabone u Darren Vella daħlu għal biċċa xogħol

sabiħa imma iebsa u tirrikjedi ħafna xogħol. Matul issena

li għaddiet dawn iż-żgħażagħ u jien magħhom,

b’sakrifiċċju personali, irnexxilhom jixegħlu lin-Nadur,

kif ukoll itellgħu ħafna arbli u bnadar sbieħ. Batew,

u ħadmu lejl u nhar u ltaqgħu m’ ħafna tfixkil, imam,

minkejja kollox, irnexxielhom. Għalhekk għeżież

Nadurin ejjew nikkoperaw magħhom għax dawn,

b’sakrifiċċju personali tagħhom u tal-familji tagħhom,

iridu ikomplu iżejna lin-Nadur sabiħ tagħna matul ilġranet

tal-Festa. Dawk li jixtiequ li jkollhom arblu

fuq id-dar, jistgħu jikkuntatjawhom u anke jekk toffru

xi ħaġa għall-ispejjes tkun ferm apprezzata. Prosit.

Charles, Joseph, Patrick u Darren. Nispiċċa dan

il-paragrafu b’kumment ta’ persuna li hija ta’ fiduċja

kbira u mhix mir-raħal tagħna qalli dawn il-preċiżi

kelmiet: “Kemm hu sabiħ u nieħu pjaċir inħares lejn

in-Nadur tagħkom b’dawk l-arbli u bnadar u dwal

hekk sbieħ bil-lejl.”

Ma rridx ninsa u nħalli barra dawk li ħadu ħsieb

jarmaw il-Knisja bid-dawl minn barra. Kull meta

narahom jarmaw, nitlob lil San Pietru u San Pawl

biex iħarishom. Xogħol delikat u fl-istess ħin

perikoluż, specjalment x’ħin ikunu jarmaw il-koppla

majestuża tagħna. Jixraq li s-sena d-dieħla, meta

il-Knisja universali tkun ser tibda sena Pawlina flokkażjoni

tal-elfejn sena mit-twelid ta’ San Pawl,

naraw xi ftit iktar dawl, speċjalment fil-faċċata u fiddawra

tal-bejt tal-Knisja. Wieħed irid jibda jaħseb

mil-lum għal materjal ħalli sal-jiem tal-festa jkun

lest.

Ħaqqhom prosit kbir ukoll is-sagristani li minn ġranet

qabel jibdew jaħslu l-irħam u jżejnu l-Knisja bl-isbaħ

lbies, kif jixirqilha id-dar t’Alla u kif jixirqilha l-Bażilka

tagħna. Napprezzaw ukoll ix-xogħol moħbi ta’ ċerti

nies li jaħdmu bla heda biex mhux biss matul issena

imur kollox sew imma iżjed u iżjed matul ilġranet

sbieħ u impenjattivi tal-Festa.

Grazzi kbir imur ukoll lill-poplu Naduri kollu, li huwa

ġeneruż u jagħti mill-qalb biex il-Festa tkun waħda

kbira u tkun suċċess. Grazzi mill-qalb ukoll lid-

Direzzjoni tan-NET T.V. li din is-sena għoġobhom

jittrasmettu Jum il-Festa u taw coverage tajjeb

ħafna. Grazzi kbir imur ukoll lid-Direzzjoni ta’ Radju

Luminarja li ittrasmetta tant tajjeb il-funzjonijiet u dak

kollu li sar matul il-ġranet tal-festa. Hekk il-morda

tagħna u ħutna l-emigranti setgħu jgawdu huma

wkoll, dak li kien qed isir matul il-ġranet tal-Festa.

Grazzi ħafna Direzzjoni tar-Radju Luminarja!

Grazzi wkoll lill-abbatini numerużi tal-parroċċa

tagħna għas-servizzi li jagħtu b’tant dedikazzjoni

fil-parroċċa tagħna speċjalment matul il-ġranet tannovena

u ta’ lejlet u nhar il-festa. Ħajr lid-Direttur

tagħhom Dun Brian Meilak. Nitolbu lill-Appostli

tagħna San Pietru u San Pawl biex minn dawn labbatini

jkollna xi vokazzjoni saċerdotali.

Għalkemm l-aħħar iżda mhux l-inqas, grazzi ukoll

lill-Kor “Jubilate Deo” tal-Parroċċa tagħna u lis-

Surmast Mro. Kan. Ġużeppi Grech flimkien mas-

Surmast Antoine Theuma u Mro. Mons Martin

Portelli li matul il-ġranet tal-Festa ħadu ħsieb ilkant

u l-orkestra, li komplew jgħollu ’l fuq u jsebbħu

bil-kant u bil-mużika melodjuża l-Festa tal-Patruni

tagħna San Pietru u San Pawl.

Grazzi kbir imur ukoll lis-saċerdoti, kemm talparroċċa

tagħna kif ukoll oħrajn li matul il-ġranet tal-

Festa kienu ta’ għajnuna kbira fil-qasam pastorali u

spiritwali tal-parroċċa tagħna. Ir-riżultati nħalluhom

f’idejn Alla, imma jiena żgur li aħna s-saċerdoti u

l-erwieħ ikkonsagrati konna forġa qawwija f’dak

li għandu x’jaqsam mal-kura spiritwali tal-erwieħ

li ġew f’kuntatt magħna matul il-ġranet tal-festa

għażiża tagħna.

Il-Festa għaddiet imma rieġa’ ġejja. Jeħtieġ li millum

nippreparaw irwieħna, spiritwalment l-ewwel.

Imbagħad f’dak li għandu x’jaqsam mal-Festa

Esterna. Għax qed ngħidu dan? Għaliex lejlet l-

Imnarja tas-Sena d-dieħla l-Papa ser jiftaħ is-Sena

Pawlina fl-okkażjoni tal-Elfejn Sena mit-Twelid

ta’ San Pawl. Dan ħabbru diġà l-Papa nhar it-28

ta’ Ġunju ta’ din is-sena meta kien qed jippresiedi

Għasar fil-Bazilka Papali ta’ San Paolo Fuor le

Mura, f’Ruma. Jiena li qed nikteb dan l-artiklu naf li l-

Presbiterium Parrokkjali kif ukoll il-Kunsill Parrokkjali

diġà ttratta din il-materja u ’l quddiem jiġu ppubblikati

l-programmi pastorali li jeħtieġ isiru matul iż-żmien li

ġej. Dan ser isir kemm fuq bażi parrokkjali kif ukoll

li ssir ħidma fuq bażi djocesana.

J’Alla San Pietru u San Pawl mis-sema fejn jinsabu

jkomplu jitfgħu l-Barka tagħhom fuqna lkoll. J’Alla

s-Sena Pawlina, li ser tibda nhar it-28 ta’ Ġunju

2008, tħalli l-frott spiritwali mixtieq fuq il-Gżejjer ta’

Malta u Għawdex tagħna.

“Għaliex Malta u Pawlu min jifridhom?”

Viva l-Appostlu Missierna San Pawl

Viva l-Protetturi tagħna l-kbar San Pietru u San

Pawl.

Mons Salv Pace

Luminaria

APPREZZAMENT

Mons. Ġużeppi Buttigieg, Kan. On.

Messaġġ qasir fuq il-moblie personali, nhar is-Sibt l-1

ta’ Settembru, kien jgħid “Ħuna fis-saċerdozju Mons.

Ġużeppi Buttigieg, mar għand il-Missier”. Ftit ħin

wara, il-qniepen tal-Bażilka tagħna kkonfermawli din

l-aħbar ta’ niket, meta ndaqq it-trapassar tiegħu.

Għalkemm konna qegħdin nistennew din l-aħbar,

għaliex Mons. Buttiġieġ kien rikoverat fl-Isptar San

Luqa, f’Malta, u konna avżati wkoll f’dawn l-istess jiem

li kien ħażin, kienet għalija aħbar li nikktitni ħafna, lili

li ilni naf lil Mons. Buttigieg sa mis-sena 1958, meta

bdejt il-formazzjoni u l-istudji tiegħi fis-Seminarju tad-

Djoċesi, u kelli proprju lilu, għadu

Saċerdot Novell, l-ewwel Prefett u

għalliem tiegħi.

Dun Ġużepp twieled fil-Parrocca tal-

Qala, Għawdex, fl-14 ta’ April 1933,

minn Salvu u Anġela nee Buttigieg.

Wara is-snin tat-tfulija tiegħu meta

ħa l-ewwel edukazzjoni fl-iskola

primarja tal-Qala, fis-sena 1945

daħal fil-Liceo, fejn, wara ħames

snin sħaħ ta’ studju, ħass is-sejħa

għas-saċerdozju, tant li fis-sena

1950 daħal fis-Seminarju u beda

l-istudji tal-filosofija u teoloġija.

Matul l-aħħar snin tiegħu bħala

student tat-teoloġija, hu ntagħżel

bħala Prefett tal-Kongregazzjoni

Marjana fis-sena 1956/57, u fissena

ta’ wara, eżattament fit-13 ta’ April 1958, ġie

ordnat Saċerdot mill-E.T. Mons. Ġużeppi Pace, Isqof

ta’ Għawdex, meta kellu 25 sena.

Il-ħidmiet ta’ Mons. Buttigieg matul is-saċerdozju

tiegħu kienu diversi. Mons. Isqof Pace, konxju millabilità

tiegħu, immedjatament wara l-ordinazzjoni,

sejjaħlu fis-Seminarju, bħala Prefett tal-Piccoli u

għalliem fis-Seminarju Minuri. Kien hawnhekk li

jiena, bħala student fl-istess Seminarju, sibt lil Mons.

Buttigieg bħala t-tieni missier tiegħi. Kien għalliem

tal-lingwa Ingliża, fejn b’kapaċità kbira kien jiġi

ppreparat fil-klassi biex b’dixxiplina u b’kuxjenza

jagħtina mill-ħafna li kellu. Minn hawn, hu għadda

għar-responsabiltà ikbar, meta ġie magħżul Prefett

tas-Seminaristi fis-Seminarju Maġġuri.

Fis-sena 1962, Mons. Buttigieg, daħal bħala għalliem

fl-iskola sekondarja, fejn għal wieħed u għoxrin sena

sħaħ għallem fil-Liceo, u fis-Secondary Technical

School ta’ Għawdex.

Nru. 90 – Settembru 2007 15

Dun Ġużepp jibqa’ magħruf fost l-oħrajn, bħala

Direttur ta’ Kana fid-Djoċesi tagħna, fejn fl-ewwel snin

ta’ dan il-Moviment ħadem bla heda b’risq il-familja,

flimkien mal-Fundatur tal-Moviment, Mons. Charles

Vella. Kien ukoll Assistent Ekklesjastiku tas-Soċjetà

tal-MUSEUM f’Għawdex, liema ministeru okkupah

sa ftit tas-snin ilu, meta ħassu ma jiflaħx iżjed. Huwa

kien ukoll Direttur tal-Leġjun ta’ Maria, u Assistent

Ekklesjastiku ta’ l-Azzjoni Kattolika, biex ma nsemmix

ukoll is-sehem li ta lill-għaqdiet reliġjużi l-oħra. Fuq

kollox, kien predikatur imfittex ħafna. B’rikumpensa ta’

tant xogħol pastorali li wettaq fid-Djoċesi, fuq talba ta

Mons. Isqof Nikol Cauchi, il-Vatikan

onorah bit-titlu ta’ Cappellano di

Sua Santità bit-titlu ta’ Monsinjur.

Għal bosta snin, Mons. Buttigieg

ta’ servizz fil-Parroċċa tal-Qala,

mhux biss fl-għaqdiet, u fil-knisja

parrokkjali, imma ukoll fl-Uffiċċju

Parrokkjali. Kien ukoll kontributur

regolari tar-rivista parrokkjali Leħen

il-Qala.

Il-Kapitlu tal-Kolleġġjata tagħna, fissena

1975, għoġbu jaħtar lil Mons.

Ġużeppi Buttigieg bħala Kanoniku

Onorarju, fejn fil-festi titulari ta’ dik

is-sena, Dun Ġużepp deher liebes

l-abiti korali fil-funzjonijiet kollha li

nżammu fil-jiem tal-festa.

Il-funeral ta’ Mons. Ġużeppi Buttigieg. li għalih

attendew diversi kanoniċi u Saċerdoti Nadurin, sar

nhar it-Tlieta, 4 ta’ Settembru fil-Knisja Parrokkjali

tal-Qala, Hu ndifen fiċ-ċimiterju tal-Parroċċa tal-Qala,

għad-dell tal-Madonna tal-Kunċizzjoni li tagħha kien

tant devot.

Insellimlek għażiż hija fis-saċerdozju, nirringrazzjak

għal dak li għamilt miegħi fl-ewwel snin tiegħi fis-

Seminarju, u fil-ħbiberija li bqajna dejjem inżommu

bħala saċerdoti fl-għalqa tal-Mulej. Itlob għalina ilkoll

kif inwegħduk li nibqgħu niftakru fik u nitolbu għalik,

biex ġurnata nerġgħu niltaqgħu fil-ġenna.

Inwassal il-kondoljanzi tagħna lkoll lill-aħwa Kanonici.

Mons. Pawlu Mejlak u l-Kan Anton Mejlak, kuġini

tiegħu, flimkien mal-familjari l-oħra.

Mons. Ġużeppi Cauchi

16 Settembru 2007 – Nru. 90 Luminaria

Jekk g˙andek problemi fil-bjut g˙ax jumdu,

joqtru jew problemi o˙ra

PETER GRIMA

isolvilek kull problema bil-MEMBRANE

hekk imsejja˙ ukoll Qatran tan-nar.

Jaqdik b’xog˙ol mill-a˙jar u sodisfaçenti.

“Il-Paçi”, Vjal l-Imnarja,

Nadur, G˙awdex. Tel: 2155 2389

PRALINES CONFECTIONERY

Accepts orders for Baptism, Holy Communion, Confirmation Parties etc.

You can now choose to have the photo of your choice

on your cake made out of rice paper, chocolate or icing sugar.

NEW

46, Madre Gemma Camilleri Street, Nadur, Gozo Telephone: 2156 5909

bernandy supermarket

Your Shop - Your Choice

Pjazza Dan Martin Camilleri - Nadur - Gozo Tel: 2156 5546

Garden of Eden

Health and Beauty Salon

Eden Marie Portelli ITEC Diploma (U.K.)

Specialised beauty therapist

“Pete-Eve Canadian Hse”, Hida Street, Nadur - Gozo.

Tel: 2155 8170 Mob: 7955 8170

rabokk pizza

Snack Bar

Pjazza San Pietru u San Pawl, Nadur, G˙awdex

Tel: 2155 8337 Mob: 9980 2491 / 9947 8629

Luminaria

Is-sajf qed joqrob lejn tmiemu, u miegħu jispiċċa

wkoll l-istaġun tal-festi parrokkjali f’Għawdex.

Kien żmien li matulu l-Banda Mnarja kienet

impenjata ħafna, għaliex kellha servizzi kważi filfesti

kollha.

Din is-sena fil-jiem tal-festa parrokkjali, li

matulhom iċċelebrajna l-għeluq ta’ l-erbgħin sena

minn mindu l-Kolleġġjata tagħna ġiet mgħollija

għad-dinjità ta’ Bażilka mill-Q.T. il-Papa Pawlu

VI, u tajna wkoll bidu għal sena li matulha ser

niċċelebraw l-erbgħin

sena tal-Banda,

il-Banda Mnarja

kellha mhux inqas

minn ħdax-il servizz,

kemm weħidha kif

ukoll ma baned oħra,

fosthom erba’ baned

Maltin.

Barra s-servizzi

kollha li l-Banda

Mnarja kellha

f’Għawdex, dis-sena

wkoll, il-banda tagħna

ġiet mistiedna biex

tieħu sehem fil-festa

ta’ Santa Katarina

ġewwa ż-Żurrieq Malta, fejn għamlet marċ

weħidha, u ieħor flimkien mal-Banda Ċittadina

‘King’s Own’ tal-Belt Valletta.

Għalkemm matul ix-xhur tas-sajf waqfu lattivitajiet

kollha fil-Każin, imma tkompla x-xogħol

strutturali fis-sala tal-kunċerti, fejn fost l-oħrajn

saret niċċa li fiha ser titpoġġa l-istatwa l-ġdida

li żżanżnet is-sena fi Triq Diċembru 13 / Triq

Ċimċem, statwa tassew sabiħa li tirrappreżenta

l-għoti tal-missjoni minn Kristu lill-Appostli San

Pietru u San Pawl. Hemm il-ħsieb li jsir iżjed

xogħol estensiv f’din l-istess sala, u li nisperaw li

jitlesta qabel il-festa parrokkjali tas-sena 2008.

Issa nerġgħu nibdew l-attivitajiet ta’ matul ixxitwa,

u għalhekk nagħmlu appell qawwi mhux

biss lill-Kumitati kollha fi ħdan il-Każin, lill-bandisti

u allievi kollha, biex jinpenjaw ruħhom, imma lin-

Il-Banda Mnarja waqt il-Kunçert muΩikali ta’ din is-sena

Nru. 90 – Settembru 2007 17

Nadurin kollha, biex jattendu għall-Fund Raising

Activities li jiġu organizzati u li d-dħul minnhom

imur għax-xogħol li għandna ppjanat li jsir.

Appell ieħor nixtiequ nagħmluh liż-żgħażagħ

Nadurin, biex flimkien ma’ l-istudji akkademiċi

tagħhom, jinteressaw ruħhom ukoll fil-mużika u

jimpenjaw ruħhom jitgħallmu xi strument, biex

b’hekk iħaddmu t-talenti tagħhom, iżommu lilhom

infushom dejjem iżjed impenjati, u jagħtu servizz

lill-Banda Mnarja. Min ikun interessat, javviċina

lil xi membru talkumitat

ċentrali tal-

Banda, biex inkunu

nistgħu nagħtuh

l-għajnuna kollha

meħtieġa.

Nagħlqu dan

ir-rapport billi

minn qalbna

nirringrazzjaw lillbandisti

kollha tal-

Banda Mnarja għassagrifiċċji

li għamlu

matul dan is-sajf, u

waqt li oħrajn kienu

jmorru jistrieħu,

huma, b’sagrifiċċju

tagħhom u tal-familja, kienu jingħaqdu mal-Banda

fis-servizzi li tat fil-festi parrokkjali. Nirringrazzjaw

lil Bandisti għas-servizzi kollha mogħtija b’xejn filjiem

tal-festa tagħna. Ringrazzjament speċjali

jmur lil Kunsill Lokali ta’ l-għajnuna kontinwa li

jagħti lill-Banda Mnarja, speċjalment tas-sussidju

li ta’ kull sena joffri biex jkun jista’ jittella’ l-Kunċert

Mużikali fil-jiem tal-festa. Nirringrazzjaw lin-

Nadurin kollha li jgħinu kontinwament lis-Soċjetà

Filarmonika Mnarja.

Il-Kumitat

Il-Kumitat tal-Banda Mnarja jixtieq jagħti lkondoljanzi

lis-Sur Charles Xuereb, ex-President,

għat telfa li hu, ommu u ħutu ġarrbu bil-mewt ta’

l-għażiż missieru Salvu.

18 Settembru 2007 – Nru. 90 Luminaria

1. Fi ktieb li kien ħareġ Pariġi Federiku

Lacroix fl-1840 fis-sensiela l-Univers jismu

Malta u Għawdex hu u jitkellem fuq San Pawl

il-Baħar isemmi lit-tradizzjoni Maltija li dan ilpost

kien ra n-nawfraġju ta’ San Pawl. Iżid li

għalkemm dan kien mhux biss it-twemmin talpoplu

kollu imma wkoll ta’ kittieba ta’ min jorbot

fuqhom, hu ma kienx iqis din it-tradizzjoni

bħala waħda li wieħed jista’ joqgħod fuqha.

Dan għax, għalkemm nafu fiż-żgur li San Pawl

niżel Melita, hemm żewġ gżejjer fil-Mediterran

li kien jisimhom hekk, waħda Malta u l-oħra

Mljet fl-Adrijatiku qrib Raguża, illum Dubrovnik.

Għalhekk wara li tempesta kienet tefgħet ilbastiment

taħt Kreta, wara li ġie riħ isfel, xħin

il-kaptan tħajjar jilħaq port in-naħa ta’ fuq talgżira,

qam riħ qawwi jgħidulu Euroklydon, skont

it-testment Grieg, li mhux ħlief ix-Xlokk li seta’

jġorru biss lejn il-baħar Adrijatiku tal-lum. Biex

isaħħaħ il-punt li Euroklydon tfisser ix-Xlokk

semma lil Plinju, Vitruvju, Aristotli u Strabun u qal

li fuq dan ma kien hemm lanqas xaqq ta’ dubju.

Mela wara li l-baħrin telqu l-bastiment imur

mar-riħ dan seta’ wasal biss Melita ta’ l-

Adrijatiku, wara jgħidulha Meleda, għax biex

jasal Malta r-riħ ried ikun il-Lvant li jżomm

ġranet sħaħ. U l-Atti ta’ l-Appostli jgħidu ċar

u tond li l-bastiment għamel ħmistax sejjer ’l

hawn u ’l hinn fl-Adrijatiku u dan żgur ma kienx

se jħawwad l-Adrijatiku mal-baħar ta’ Sqallija

fejn hemm Malta. Mhux hekk biss imma lbaħar

Adrijatiku dejjem kien fejn hu llum

bejn l-Italja u d-Dalmazja fuq in-naħa l-oħra.

Fuq dan jaqblu Plinju, Strabun u Tuċidide,

għalkemm Tolomew ħawwad dal-baħar mal-

Jonju u l-baħar ta’ Sqallija.

Barra minn dan kieku l-bastiment ta’ San

Pawl baqa’ ġej Malta kien jidħol ngħidu aħna

Marsaxlokk, imma t-tradizzjoni tgħid li daħal

San Pawl il-Baħar, fil-grigal tal-gżira. Hekk

ukoll il-bastiment ħabat u weħel f’sikka, imma

Malta m’hemmx sikek, li tiltaqa’ magħhom

sikwit fl-Adrijatiku.

Mhux hekk biss imma

kif niżel l-art lil San Pawl

gidmitu lifgħa li Malta

m’hemmx minnhom,

filwaqt li Mljet miżgħuda bihom dawn il-lofa’

venemużi. Naqraw ukoll li lil San Pawl daru

bih il-Barbri, meta ċ-ċiviltà ta’ Malta kienet

imsemmija ma’ l-Ewropa kollha! Fl-aħħarnett

San Pawl kellu jgħaddi tliet xhur fuq il-gżira

għax mhux lakemm kien jgħaddi bastiment

’il hemm filwaqt li Malta kellha l-bastimenti

deħlin u ħerġin.

Minn dan kollu joħroġ li t-tradizzjoni li San

Pawl kien ġie Malta hi falza għax l-għajdut

tan-nies huma aktarx giddieba.

2. Ir-risposta ta’ M.D’Avezac fl-1848.

Il-ktieb ta’ Federiku Lacroix reġa’ deher maxxogħol

ta’ kittieba oħra f’volum wieħed li ħareġ

l-editur M. D’avezac fl-1848 jismu l-Gżejjer ta’

l-Afrika. L-editur, li fil-bidu tal-ktieb tkellem fuq

il-gżejjer ta’ l-Afrika li qegħdin fil-Mediterran,

ma setgħax ma jsemmix x’kien qal Federiku

Lacroix fuq il-miġja ta’ San Pawl f’Malta.

F’nota twila hu waqqa’ l-argumenti kollha

wieħed wieħed li kien ġab Lacroix kontra ttradizzjoni

Maltija.

Qal mill-ewwel li ma kienx jaqbel mar-raġunar

ta’ Lacroix u kien se jgħid għaliex. Beda

biex qal li San Luqa sejjaħ lill-Maltin barbri

mhux għax kienu qatta slavaġ, imma għax

la kienu jitkellmu bil-Grieg u lanqas bil-Latin

għax kienu għadhom jitkellmu bejniethom bil-

Puniku, lingwa li ħarġet mill-Feniċju li kienu

wirtu mingħand il-ħakkiema tagħhom, il-

Kartaġiniżi.

Imbagħad għadda biex tkellem minn dak li

għadda mill-bastiment ta’ San Pawl wara

li wasal Assos, port li ma kienx tajjeb biex

tgħaddi x-xitwa fih. Għalhekk malli qamet żiffa

minn nofs in-nhar, il-kaptan bla ma qagħad fuq

li qallu San Pawl li kienet se tqum tempesta

ħarxa, rafa’ l-ankra biex jara jasalx Feniċe,

Luminaria

post miftuħ għall-grigal u l-lbiċ, li ħasbuh aħjar

minn fejn kienu.

Ma kienx għadhom salpaw li ż-żiffa tar-riħ isfel

inbidlet f’tempesta qalila ta’ riħ li fit-testment

Grieg semmewh Ewroklidon, li flok ħadhom

fejn riedu jaslu, ġarrhom b’ħeffa kbira lejn ilgżira

ta’ Klawda, illum Gavdos, bħall-gżira

tagħna u għalhekk nistgħu ngħidulha bħallantiki,

Għawdex ta’ Kreta. Il-bastiment irdossa

kif seta’ biex il-baħrin setgħu iħejjuh ħalli jilqa’

għall-baħar u jvinċi t-tempesta li kienet qed

iġġorrhom lejn il-golf ta’ Sirte, il-Libja. Dan

kien l-agħar post fil-Mediterran fejn seta’

jinkalja bastiment u t-terrur tal-baħrin ta’ dak

iż-żmien, għax ir-ramel kien jiblagħhom ħajjin.

Tant kienet kiefra din it-tempesta li bil-Grieg

hemm li kien riħ tifoniku jiġifieri riefnu, ċiklun

jew uragan.

Wara tlittax-il jum ta’ turment fuq il-baħar ta’ l-

Adrija, waslu f’post bejn żewġt ibħra, fejn wara

li niżlu l-art qalulhom li kienu Malta. Hawn

għaddew ix-xitwa u wara tliet xhur salpaw fuq

bastiment ieħor li kien għadda x-xitwa Malta,

biex wara li waslu Sirakuża, telgħu Reġġju u

minn hemm baqgħu sejrin Pozzwoli fejn niżlu

l-art u rħewlha għal Ruma.

Wara li rrakkonta x’għadda minn San Pawl

minn xħin wasal taħt Kreta, għadda biex

jirribatti dak li kienu jgħidu dawk li kienu jżommu

li San Pawl kien mar Meleda jew Mljet u mhux

Melita jiġifieri Malta. It-tliet kelmiet li kienu

qabdu magħhom dawk li ċaħdu t-tradizzjoni

tal-Maltin, li San Pawl niżel fuq gżirithom,

jiġifieri ir-riħ Ewroklidon, il-baħar Adrijatiku u

għan-nies barbri, għarbilhom waħda waħda u

ġab fix-xejn it-twemmin ta’ dawk l-awturi.

Issa l-kelma Ewroklidon, li kienu qegħdin

jgħidu li kienet tfisser ix-xlokk u li suppost

sabuha fi Plinju, Vitruvju, Aristotli u Strabun

u għalhekk qdiethom ta’ argument prinċipali,

ma tinstab fl-ebda awtur tal-qedem ħlief fl-Atti

ta’ l-Appostli. Kieku kienet tfisser ix-Xlokk,

kif kienu qalu huma, kienet terġa teħodhom

Assos minn fejn kienu telqu u mhux Mljet wara

tlettax-il ġurnata.

Mhux hekk biss imma l-Vulgata, il-bibbja bil-

Latin li aħna nafu lil San Ġlormu (ċ 340-420),

NIRRINGRAZZJAW LIL:

Nru. 90 – Settembru 2007 19

għalkemm qablu kien hemm verżjoni oħra

bil-Latin jgħidulha l-Italika, dan ir-riħ imniżżel

ewrokwilon, kelma li tfisser il-grigal. U r-riħ

li ġarrhom għar-rdoss ta’ Klawda u biża talbaħrin

li kienu se jintefgħu fuq ir-ramel tas-

Sirti, grigal biss ried ikun u mhux ix-xlokk.

Biss, kiteb D’Avezac, ewroklidon, skont imnejn

ġejja l-kelma, tfisser riħ bir-rwiefen.

Għal dak li hu baħar, l-Adrija li jsemmu l-Atti

ta’ l-Appostli, mhux il-baħar Adrijatiku tal-lum,

imma l-baħar Meditterran kollu mix-xtajta

tas-Sirja sa’ l-istrett tal-Libja, bħalma jgħidu

l-kotba tal-ġiografija tal-qedem, kif kiteb sew

M. Letronne. M’D’Avezac jgħid sew li Meleda

llum Mljet kienet f’dak li fl-antik kien magħruf

bħala l-Golf Adrijatiku għax kien driegħ millbaħar

il-kbir ta’ l-Adrija.

Din it-taħwida ma’ Mljet ilha ġejja minn żmien

l-Imperatur Biżantin Kostantinu l-Porfiroġenitu

(905-959), li kien l-ewwel wieħed li ħareġ bilfehma

li San Pawl kien spiċċa Meleda illum

Mljet, l-ewwel waħda minn sensiela ta’ gżejjer

li hemm max-xtajta tal-Kroazzja, int u tiela’

ma’ l-Adrijatiku ftit ’il fuq minn Dubrovnik, dari

Raguża.

Ir-Rabat t’Għawdex,

Victor J. Galea

Nhar it-22 ta’ Lulju tas-sena 2006.

Mrs Frances Cassar u Charlie Buttigieg; Ms Maria

Abela u Raymond Muscat; Mrs Lucy Mercieca u Dun

Peter Paul Sammut li ħadu ħsieb iqassmu l-“Luminaria”,

Ħarġa Nru. 89 (Ġunju 2007), lill-Abbonati fil-Kanada,

Amerka, Awstralja u l-Italja.

DONAZZJONIJIET:

Lokali: N.N.: Lm10; N.N.: Lm5; Winston L. Zammit:

Lm2.

USA: Mr. & Mrs A. Falzon: Lm10; M. Camilleri:

$US 50; Ċensa Tabone: Lm10; Joe Meilak:

Lm10; Frank Debono: Lm10.

Kanada: Grace Tonna: Lm5.

Awstralja: Carmen Falzon: Aust$: 50; M. Lourdes Gatt:

Aust$: 20; Carmen Mifsud: Lm2;

20 Settembru 2007 – Nru. 90 Luminaria

X’għadda minn għalina matul il-jiem tas-sajf 2007

Ħamest ijiem Malta

Din is-sena organizzajna żewġ ħarġiet lejn Malta. L-ewwel ħarġa

kienet mill-Ħamis, 12 sat-Tnejn, 16 ta’ Lulju u għaliha kienu

mistiedna l-abbatini, minn Form 2 ’l isfel. Imbagħad mill-Gimgħa,

31 t’Awissu sa l-Erbgħa, 5 ta’ Settembru, kien imiss lill-abbatini

l-kbar. Kienu jiem mill-isbaħ li kull abbati jkun ilu jistenna!

Mawriet sal-Baħar u BBQ fil-Bajja ta’ Ħondoq

Is-sajf iġib miegħu diversi ħarġiet lejn il-baħar. Ma kienx jonqos

li anke aħna norganizzaw diversi ħarġiet lejn ir-Ramla. Ikunu

mumenti fejn l-abbatini tagħna jkunu miġbura flimkien f’atmosfera

sabiħa. Imbagħad nhar it-Tlieta, 6 t’Awissu, organizzajna l-BBQ

annwali tagħna li din is-sena għall-ewwel darba sar fil-bajja ta’

Daħlet Qorrot. Konna verament qisna familja kbira ta’ ’l fuq minn

mitt persuna li qattajna serata mill-isbaħ flimkien.

Jum b’Differenza

Nhar il-Ħamis, 23 t’Awissu, organizzajna ġurnata flimkien għallabbatini

minn Form 2 ’l isfel. Inġbarna fid-dar li l-MAS għandhom

f’Għajnsielem. L-ewwel tkellimna dwar x’ifisser tkun abbati u

kellna quddiesa flimkien. F’nofsinhar morna ħadna xi ħaġa tajba

mingħand il-Mc Donald’s u wara rajna l-film ta’ San Franġisk

t’Assisi. Avolja fl-eqqel tas-sajf, l-abbatini ż-żgħar ġew kollha u

naħseb li xi ħaġa ta’ ġid kien baqa’ wkoll.

Jum Malta għall-abbatini kollha

Fi tmiem is-sajf, l-għaqda tagħna torganizza jum Malta li għalih

ikunu mistiedna l-abbatini kollha. Kien il-Ħamis, 13 ta’ Settembru,

meta organizzajna dan il-jum flimkien. Bdejna b’quddiesa u wara

li għaddejna xi ħin ġewwa Bay Street u anke lgħabna logħba

bowling, temmejna n-nofs ta’ nhar ta’ filgħaxija fil-Splash and Fun

Park ta’ Baħar iċ-Ċagħaq.

Pizza Party

Pizza flimkien fi tmiem is-sajf hija okkażjoni li l-abbatini issa bdew

ikunu jistennew. Din is-sena din il-ħarġa saret nhar il-Ħamis, 20

ta’ Settembru, fejn, wara li kulħadd kellu ċans jgħum, u tlabna

r-rużarju, kellna pizza u drink flimkien. Wara sellimna lir-Ramla

għal dan is-sajf u għamilna appuntament għal sajf ieħor!

Abbatini Godda

Dawk il-ġenituri li jixtiequ li wliedhom jibdew iservu bħala abbatini

mitluba li jkellmuna. Il-ħsieb hu li l-preparazzjoni qabel ma jirċievu

l-vestizzjoni tibda tkun ta’ madwar sitt xhur, li matulhom l-abbatini

jingħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa u jkunu jafu x’ikunu

d-dmirijiet tagħhom. Tkun ħaġa sabiħa kieku l-ġenituri jħeġġu

iktar lil uliedhom subien biex jibdew iservu bħala abbatini. Huwa

impenn ferm sabiħ li tant tkun qrib ta’ Gesù waqt is-sagrifiċċju

tal-quddiesa.

Kemm hu importanti li lkoll kemm aħna ninkoraġġixxu lill-abbatini

tagħna biex, filwaqt li jkunu tant qrib ta’ Gesù fuq l-altar, jagħrfu

iktar ir-rieda tiegħu għalihom.

Dun Brian Mejlak

Il-Grupp ta’ abbatini ta’ Forms 1-3 waqt il-

©urnata speçjali g˙alihom - 23 t’Awissu 2007

L-abbatini minn Form 2 ‘l isfel sejrin

g˙all-˙ar©a tag˙hom lejn Malta

Qabel tellieqa badger karting g˙all-abbatini l-kbar

Il-Grupp ta’ abbatini tal-Parroçça. Imnarja 2007

Jum Malta qabel bdiet l-Iskola.

13 ta’ Settembru 2007

Luminaria

Subien: Nicholas Borg; Steve Borg; Samuel

Buttigieg; Daniel Camilleri; Jean Pierre Camilleri;

Michael Paul Camilleri; Peter Debono; Marc Francois

Finger; Jason Formosa; Brandon John Muscat; David

Muscat; Peter Muscat; Christian James Mercieca;

Mario George Mercieca; Neville Muscat; Daniel

Saliba; Isaiah Muscat; Gerard Tabone; Anthony

Paul Vella; Glenn Vella; John Paul Vella.

Subien: Manuel-Paul Axiak; Alexander Borg;

Christian Borg; Lewis Borg; Dylan J. Camilleri;

Eucharist Camilleri; Nathan Camilleri; Dorian

Farrugia; Nicholas Farrugia; Adrian Formosa; Luke

Mercieca; Joseph Mifsud; Kevin Mifsud; Michael

Muscat; Joseph Muscat; Samuel Muscat; Charlton

Portelli; Andy Rotin; Brandon Said; Alex Paul

Sammut; Kevin Sammut; Sylvan Theuma; Laurence-

Luice Xuereb; Luke Xuereb.

L-Ewwel Tqarbina

27 ta’ Mejju 2007

GriΩma ta’ l-Isqof

16 ta’ Ìunju 2007

Nru. 90 – Settembru 2007 21

Bniet: Rebecca Attard; Sarah Anne Aquilina;

Rebecca Bonello; Emily Buttigieg; Maria Buttigieg;

Elaine Camilleri; Maria Camilleri; Corie Ann Caruana;

Judy Cassar; Yanica Cassar; Maria Farrugia;

Gabrielle Grima; Cylia Meilaq; Gabriella Meilak;

Louise Meilak; Michaela Mifsud; Christie Marie

Portelli; Rebecca Portelli; Marie Portelli; Anastasia

Said; Christiane Marie Sultana; Maria Buttigieg Xerri;

Martha Lise Zerafa.

Bniet: Christine Attard; Kathleen Jo Azzopardi;

Maryann Azzopardi; Annaline Borg; Jennifer Jo

Buttigieg; Deborah Ann Camilleri; Leana Joan

Cassar; Marie Theressa Debono; Nicole Falzon;

Christiana Galea; Sarah-Marie Grech; Marie Claire

Grima; Leanne Marie Muscat; Anne-Marie Muscat;

Marie Pace; Deborah Portelli; Fabienne Portelli;

Pat-Marie Portelli.

22 Settembru 2007 – Nru. 90 Luminaria

Il-Leġjun fiċ-Ċentru tar-Raħal.

Il-Leġjun ta’ Marija fin-Nadur kellu bidu fis-sena 1963,

b’approvazzjoni ta’ l-Arċipriet Mons Mikiel Portelli. L-ewwel

laqgħa saret nhar 1 ta’ Marzu 1963 fl-iskola Primarja Dun

Salv Vella, in-Nadur. Il-laqgħa kienet immexxija minn Melita

Camilleri mill-Qala u Doris Cini mir-Rabat, li gew apposta biex

iħarrġu l-membri godda tal-parroċċa. Aktar tard, il-laqgħat

tmexxew minn Grace Camilleri, u kellhom l-assistenza

spiritwali ta’ Dun Pietru Said u Dun Rużar Borg. Dan lewwel

praesidium ngħata l-isem ta’ Sultana tal-Prinċpijiet

tal-Appostli.

L-ewwel erba’ laqgħat saru fl-Iskola Primarja iżda wara bdew

isiru fil-post ta’ Pawla Falzon fi Triq il-Knisja. Wara xi żmien

l-istess Arcipriet ta l-kunsens tiegħu biex jibdew jagħmlu l-

laqgħat tal-Leġjun fis-sagristija. Wara xi zmiem il-membri

tal-Leġjun ta’ Marija ngħataw post fi Triq Xandriku li kien

proprjetà ta’ Marija Anna Grima. F’dan il-post il-membri tal-

Leġjun damu bosta snin jagħmlu l-laqgħat tagħhom hemm u

kienu jsiru diversi laqgħat.

Kien f’dan il-post li nfetaħ l-ewwel paesidium tal-irgiel, li

kien jismu Mater Purissima Juvenum. Dan il-praesidium

kellu lid-Direttur Spiritwali Dun Mikiel Attard, illum mejjet,

President: Pawlu Attard, Viċi-President: Joe Tabone, illum

mejjet, Segretarju: Gianni Xuereb, illum mejjet u Teżorier:

Toni Grima. Dan il-praesidium kien għal żgħażagħ ta’ fuq

is-sittax-il sena.

Fis-snin sebgħin il-membri tal-Leġjun bdew jiltaqgħu min

fiċ-Ċentu Parrokjali u min fid-dar tal-laqgħat fi Triq Dicembru

Tlettax però dan il-post kellu jitwaqqha, peress li din d-dar

ma’ setgħetx tkun abitabbli iżjed minħabba l-istat li kien

jinsab fih il-post. Illum il-ġurnata dan il-post reġa’ nbena,

però baqagħlu xi bżonnijiet x’isiru biex jerġgħu jibdew

isiru l-laqgħat fih. Kien għalhekk li fis-sena 2002 il-laqgħat

bdew isiru fid-dar tal-knisja fi Triq Dun Bernard Haber fejn

għadhom isiru sal-lum.

Il-Leġjun f’ San Blas

Wara li l-laqgħat fiċ-Ċentru tar-raħal kienu gew stabbiliti,

inħass il-bżonn li jsiru laqgħat fil-periferiji tar-raħal. Kien

għalhekk li wara li sar reklutaġġ għal membri godda f’San

Blas inbeda l-ewwel praesidium tan-nisa, li ngħata l-isem

ta’ Sultana tar-Rużarju Mqaddes. L-ewwel laqgħa saret

nhar 1 t’Ottubru 1967, fil-preżenza tad-Direttur Spiritwali

Dun Mikiel Attard u l-Presidenta Grace Camilleri. Dan

praesidium kien jiltaqgħa fid-dar ta’ Carmena Mifsud, illum

mejta. L-inawgurażjoni ta’ dan il-praesidium saret fit-18

ta’ Marzu 1968, minn Dun Mikiel stess. Il-laqgħat wara

tkomplew isiru f’dar oħra sakemm illum il-laqgħat qegħdin

isiru f’garage proprjetà tal-Knisja. Fil-preżent isiru laqgħat

għal diversi kategoriji. Ta’ min isemmi li l-praesidium

Sultana tar-Rużarju għadu attiv.

Il-Leġjun f’Ta’ Ħida

L-istess sar għan-naħat ta’ Ta’ Ħida fejn inbeda praesidium

tal-kbar b’isem ta’ Maria Addolorata. L-ewwel laqgħa saret

nhar id-9 ta April 1976, id-Direttur Spiritwali kien Mons

Salvu Muscat, Presidenta: Kelina Rapa, Viċi Presidenta:

Rita Muscat, Segretarja: Carmena Grech, u Teżorier: Maria

Meilaq. Dan il-paesidium kien jiltaqa’ fil-garage proprjetàq

ta’ Carmena Grech, illum mejta, il-laqgħat għadhom isiru

fl-istess post. Hawn wkoll jiltaqgħu diversi kategoriji ta’

leġjunarji. Tajjeb li nsemmu wkoll li darba fix-xahar issir llaqgħa

tal-Patricians. Din hi laqgħa ta’ diskussjoni fuq temi

reliġjużi għal min mhux legjunarju.

Fil-ħarġa li imiss ser ngħatu tagħrif dwar l-appostolat li jsir

mill-legjunjarji kemm f’pajjiżna u kemm barra minn xutna.

Tanya Camilleri

Luminaria

Wa˙da mill-isba˙ u l-akbar niçeç li g˙andna fin-

Nadur hi dik iddedikata lil Sant’Antnin ta’ Padova

fi Triq Wied ir-Ri˙an. Din hija xog˙ol fil-©ebla

g˙awdxija u madwar in-niçça huwa kollu skolpit.

Hija mibnija fuq ˙ajt g˙oli sular u sa ftit tas-snin

ilu ma kienx hemm bini jmiss mag˙ha. Din inniçça

kienet proprjetà ta’ çertu An©lu Portelli li

kien joqg˙od fl-istess triq. Din in-niçça (kif ukoll

dik ta’ l-Isqof San Blas li tinsab kwaΩi quddiemha

fi Triq San Blas) kienu saru fuq ix-xewqa tal-

Kanonku Dun Martin Camilleri, li wara sar it-tieni

Arçipriet tan-Nadur. Din in-niçça ©iet imbierka

mill-Arçipriet Dun Ìwann Camilleri. Ta˙t in-niçça

hemm ir˙ama kbira b’dawn il-kelmiet miktuba

fuqha b’Malti antik:

MONSINJUR ISQOF TA’ GÓAWDEX

FRA GIOVANNI MARIJA CAMILLERI

JAGÓTI 50 ÌURNATA INDULÌENZA

LIL DAWK KOLLHA LI JIRREÇTAW

MISSIERNA, SLIEMA U GLORJA

QUDDIEM DIN L-ISTATWA TA’ SANT’ANTNIN

KIF JIDHER MINN DIGRIET TA’ L-ISTESS

ISQOF

TAL-15 TA’ OTTUBRU 1907.

G˙all-ewwel snin li saret, kull nhar il-festa talqaddis,

lin-niçça kienu jΩejnuha bil-weraq tarrand

u tal-˙arrub.

Nru. 90 – Settembru 2007 23

24 Settembru 2007 – Nru. 90 Luminaria

Paradise

Travel and Property

Services Limited

Michael Camilleri

38, Saint Sabina Square Victoria Gozo VCT

104, Malta

Tel: (0356) 2156 2025 Fax: (0356) 2156 2026

Tel: 2155 8918 Mob: 9949 6277

Come to Paradise for all your travel requirements. We offer Special Prices to USA, Canada

& Australia, Organised tours, Honey moon Specials, Special holidays for 18 - 35 year

olds, Car-hire, Taxi Service, Motor & Travel Insurance. We are also Real Estate Agents

- we will help you sell or buy your next home. We have villas, farmhouses, apartments,

houses of character and many more properties.

Come to Paradise - We Care

CHARLES CAMILLERI & CO. LTD.

Flat 19/20, NADUR HEIGHTS,

Our Lady of Fatima Street, Nadur - Gozo.

Plots g˙all-bejg˙: fil-Munxar, San Lawrenz, u fit-Triq tal-G˙ajn

Flats g˙all-bejg˙: F’Marsalforn, Nadur, Triq tal-G˙ajn u San Lawrenz.

Djar u Bungalows fin-Nadur u Triq tal-G˙ajn

Garages fin-Nadur, Marsalforn, San Lawrenz u fit-Triq tal-G˙ajn

G˙al kull tag˙rif, irrikorru fl-indirizz ta’ hawn fuq jew

çemplu: 2155 6895

Peter’s Butcher Shop

For top quality fresh meat & wide selection

St. Joseph Square, Qala, Gozo - Tel: 2785 5051 • Mob: 7905 5051

Opening Hours; Tuesday to Saturday: 6.30am - 12.00pm & 4.00pm - 7.00pm

Company Address

38, St. John Street,

Nadur, Gozo, Malta.

Tel: 2155 6083

Fax: (356) 2156 2885

Factory Address

N.B. off Qortin Street,

Nadur, Gozo, Malta.

Tel: 2155 6954

Mob: 9986 6682

e-mail: heirloom@orbit.net.mt

Choose Heirloom, all that’s best in traditional

craftsmanship, quality and design

Nadette’s Boutique

Hwejje© g˙at-tfal u g˙all-kbar

bi prezzijiet ir˙as

Pjazza Arc. Martin Camilleri, Nadur.

Luminaria

SAĊERDOT ĠDID

Nhar is-Sibt, 30 ta’ Ġunju 2007, Mons Isqof Mario

Grech mexxa t-tieni ordinazzjoni saċerdotali tiegħu li

matulha ġew ordnati żewġ djakni presbiteri fil-Knisja

Kattidrali t’Għawdex.

Wieħed minnhom, Joshua Muscat hu millparroċċa

tagħna.

Dun Joshua għamel l-Ewwel Quddiesa sollenni l-

Ħadd, 1 ta’ Lulju 2007.

Dun Joshua qiegħed jagħmel il-ħidma pastorali

tiegħu fil-belt ta’ Torino, l-Italja.

Nifirħulu. AD MULTOS ANNOS

Dun Guzepp Attard

ma˙tur Arçipriet tal-Parroçça tal-Katidral

DUN ĠUZEPP

ATTARD twieled in-

Nadur, Għawdex fis-

7 ta’ Mejju 1946, iben

Coronato u Anna,

nee Tabone. Beda

l-iskola għand is-

Sorijiet Franġiskani

u mbagħad attenda

l-iskola primarja tal-

Gvern fl-istess raħal.

Wara ffrekwenta liskola

sekondarja

t a s - S e m i n a r j u

Minuri, fejn

imbagħad kompla listudji

fil-filosofija u t-teoloġija. Ġie ordnat qassis nhar l-24

ta’ Ġunju 1972 minn Mons. Nikol Ġ. Cauchi fil-parroċċa

tal-Qalb ta’ Ġesù ġewwa l-Fontana.

F’Settembru ta’ l-istess sena beda l-ħidma tiegħu

f’Ruma fil-Parroċċa ta’ Santa Katerina minn Siena u

kontemporanjament ħa liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali

mill-Università Lateranensi. Wara tliet snin ġie trasferit

fil-parroċċa tan-Natività fejn qatta’ għaxar snin f’ħidma

attiva pastorali.

Fl-1985 ġie maħtur kappillan tal-parroċċa ta’

Sant’Injazju ta’ Antijokja, b’popolazzjoni ta’ madwar

10,000 ruħ, fejn dam għal dawn l-aħħar 22 sena. Bilħidma

fost din il-komunità, bi preżenza anke ta’ diversi

saċerdoti Għawdxin u Maltin, il-parroċċa saret punt ta’

aggregazzjoni importanti fil-kwartier.

Fis-sena 1997 ġie mogħti t-titlu ta’ Monsinjur bħala

rikonoxxenza għall-ħidma pastorali li wettaq fid-Djoċesi

ta’ Ruma. Għal xi żmien kien ukoll membru f’xi organi

tad-djoċesi ta’ Ruma, fosthom fil-Kunsill Presbiterali.

Mons. ÌuΩepp Attard hu t-tieni Arçipriet mill-parroçça

tan-Nadur li mexxa l-parroçça ta’ Santa Marija. L-Ewwel

wie˙ed kien l-Arçipriet Saver Cassar.

Nru. 90 – Settembru 2007 25

Carmela Buttigieg

min-Nadur, nhar il-Óamis 20

ta’ Settembru 2007, g˙alqet

100 sena. Mons. Isqof

Mario Grech ikkonçelebra

quddiesa fir-Residenza

Sant’ Anna fejn tinsab

rikoverata Carmela flimkien

ma’ tliet saçerdoti o˙ra, fosthom l-Arçipriet tan-

Nadur Mons. Salv Muscat. Ódax-il jum wara, fl-1

ta’ Ottubru 2007 Carmela mietet. Niftakru fiha fittalb

tag˙na.

26 Settembru 2007 – Nru. 90 Luminaria

Il-ħajja kienet iebsa u diffiċli....imma

ferħana...

Iż-żmien ta’ bejn iż-żewġ gwerer tal-1914-19 u

dik tal-1939-45, żminijiet li fihom konna żgħar,

il-ħajja soċjali li fiha kienu jinsabu missirijietna

u nannietna, kienu żminijiet ta’ għaks, miżerja,

tbatija u nuqqas ta’ xogħol.

Il-ħajja fi żminijiet ta’ tfuliti, ma kenitx xi ħajja

lussuża u sinjura bħalma ssibha ġeneralment

illum. Anke għal dawk il-ftit li kienu komdi, u

ma kinux jinsabu f’diffikultajiet, bħalma kienu

l-biċċa l-kbira tal-familji ta’ dak inhar, li ħafna

u ħafna minnhom ma kellhomx għaxja ta’

lejla. U min jaf kemm familji sħaħ kienu jmorru

jorqdu fuq it-tiben fl-art, jew fuq xi xkejjer talfaxx,

bi stonku vojt, itertru bil-bard, b’mod

speċjali f’dawk l-iljieli kesħin tax-xitwa, la kutri

tal-elettriku u l-anqas il-kumdità li ninsabu fiha

llum. Kienu ljieli ta’ għaks u tbatija li ma tistax

tfissirha.

Minkejja dan kollu la kont tisma’ tgergir, la tara

wċuh imdejqa, la kienet teżisti għira, la ġlied,

u lanqas konna nippretendu xi ħaġa. Kulħadd

kien rassenjat. Konna naċċettaw il-ħajja kif

inhi. Konna bi ġlieda kontinwa biex inkunu

kapaċi ngħixu.

IL-FAQAR

Kont tmissu b’idejk. Kien jirrenja kullimkien. F’xi

postijiet agħar minn postijiet oħra. Fin-Nadur

kienu jiġu nisa avvanzati fl-età minn irħula

oħra f’Għawdex għax fir-raħal tagħhom kienu

jistħu, li kienu jiġu jħabbtu bieb, bieb, bil-kelma

f’fommhom ‘Għall-erwieħ’, biex jingħatalhom

xi loqma ħobż, jew xi tliet ħabbiet biex ikunu

jistgħu jitrejqu huma u wliedhom imċerċrin,

imqabbda mad-dublett imqatta’ ta’ dawk li kienu

jiġu jitolbu. Dan ma kienx ta’ darba biss, imma

l-istess nisa kienu jiġu tliet darbiet fil-ġimgħa.

Meta ma kenux jiġu huma, kien jiġi ħaddieħor

minflokhom. Kienet esperjenza iebsa għal

ħafna.

IL-ĦOBŻ

Il-biċċa l-kbira tan-nies kienu jgħaddu b’bukkun

ħobż tal-maħlut, ħobż ismar aktar mill-ħobż

ismar li għandna llum. Dak iż-żmien konna

nsibuh bħala ‘tal-maħlut’, li kien ikun magħmul

mix-xgħir imħallat mal-qamħ u mitħun f’xi

mitħna tar-riħ, li minnhom fin-Nadur kellna tlieta.

Dan il-maħlut kien jinġabar fi xkejjer, jittieħed

għand sid il-mitħna tar-riħ, jew jinġabar minn

sid il-mitħna stess, li ta’ kull jum kien joħroġ bilkarrettun,

miġbud minn xi żiemel, jew aktarx

minn xi bagħal, li dak inhar kienu komuni

ħafna, jittieħed fil-mitħna u jintaħan u lest biex

jittieħed għall-għaġna ġo xi lembija minn talforn

li jaħmih u jġibu ħobż. Ħafna ma kenux

jistgħu jmorru jgħaġnu huma. Din l-għaġna

kienet issir minn sid il-forn stess, li kien jitħallas

ukoll tal-għaġna barra mill-ħami tal-ħobż.

Ftit kienu dawk li kienu jieklu ħobż magħmul

mid-dqiq li kien jiġi minn barra, li naturalment

kien ikun aktar fin minn dak tal-maħlut. Xkora

dqiq ta’ barra kienet tiswa ħames liri. Kienet

għalja meta wieħed jiftakar li ħaddiem ma kienx

jaqla’ din is-somma f’sena sħiħa. Ma konniex

nieklu ħobż frisk ta’ kull jum, bħalma nagħmlu

llum, imma l-għaġna kienet tkun għal ġimgħa.

Tajjeb jew ħażin, frisk jew iebes, kien ikollna

nikluh.

L-IFRAN

U waqt li qegħdin nitkellmu fuq il-ħobż, tajjeb

li wieħed ifakkar li fin-Nadur kellna kwantità

sodisfaċenti ta’ fran immexxijin minn familji, li

kienu: Żewġ fran Ta’ Ċikka, wieħed fi Triq il-

Buskett u l-ieħor fi Triq Ċimċem li qabel kien

Ta’ Pastol. Forn Taċ-Ċikkar fi Triq il-Buskett.

Forn Ta’ Pietra fi Triq San Blas (dan għadu

jiffunzjona). Forn Tal-Maxokk fi Triq San Ġakbu

(li għadu jiffonzjona). Forn Tal-Mekren fi Triq

Ħanaq (dan ukoll għadu jiffonzjona). Forn Ta’

Silċa fi Triq il-Knisja. Forn Tal-Balliju fi Triq San

Ġwann. Forn tad-Dissiesa fi Triq San Ġwann.

Forn Tal-Baker fi Triq Dun Ġużepp Vella. Zewġ

fran Tal-Ħarufa, wieħed fi Triq San Blas u lieħor

fi Triq Dun Bernard Haber (dari Triq il-

Kappillan). Forn taċ-Ċella fi Triq Piju Cellini u

forn taċ-Ċoqq fi Triq il-Knisja.

Luminaria

IL-ĦAJJA

Fi żmien tfuliti l-ħajja kienet iebsa. Ma kenux

jeżistu l-kwalitajiet ta’ ikel li għandna llum. Għal

kuntrarju, dak li konna nieklu, għalkemm skars

għal xi wħud, kien ikel sustanzjuż. Bosta familji

kien ikollhom fniek, tiġieġ, ħamiem, xi gidi jew xi

ħaruf, li kienu jrabbu fi djarhom u joqtluhom jew

jsajruhom kif kienu s-soltu jagħmlu. Il-gidi jew ilħaruf,

kienu jħalluh għal xi okkażjoni bħalma huma

l-karnival, l-Għid jew xi festa oħra. Barra minn

dan kien hemm il-laħam taċ-ċanga u tal-majjal,

laħam tajjeb u bnin, imkabbar b’mod naturali, u

mhux b’xi mediċini bħalma għandna llum.

F’dawk iż-żminijiet ma kenux jixtru xi flixkun

żejt, imma kienu jixtru qażba żejt, kemm timla

qiegħ ta’ flixkun u jħallsu tliet ħabbiet, jew xi

terz żejt li kien jiswa sitt ħabbiet. Ċenteżmu ta’

llum kien jġib żewġ soldi u nofs. Sitt ħabbiet

kienet iġġib nofs is-sold. Bi tliet ħabbiet (kwart

ta’ sold) konna nixtru kważi kwart kunserva, u

flixkun inbid qatt ma kien jinxtara imma kienu

jixtru terz jew nofs inbid.

Matul il-ġimgħa kien ikun rari li wieħed jiekol

il-laħam. L-ikel ta’ fost il-ġimgħa kien il-biċċa

l-kbira xi platt minestra, aljotta tal-vopi, jew xi

xekxuka jew xi balbuljata, barra minn xi kisra

ħobż, aktarx iebsa milli le, b’xi tadama u xi

ġbejna, jew xi sardina jew tonn mielaħ. Illaħam

kien jittiekel biss, meta jittiekel, nhar ta’

Ħadd, li kienet tkun ġurnata ta’ mistrieħ, f’xi

festa speċjali bħalma huma l-Għid, il-Milied, l-

Imnarja u f’xi okkażjoni tal-familja.

L-ILBIES

Għal dak li hu ilbies, il-ħwejjeġ milbusa kienu millinqas.

Wieħed kien jara ħafna nies jiġġerrew fittoroq

bi ħwejjeġ imċerċrin. Ħafna bdiewa kienu

jilbsu xi qmis magħmulha minn xkejjer bojod taddqiq

li kien jiġi minn barra. Ħafna wkoll kienu

jitgħattew bl-ixkejjer, flok lożor u kutri u minflok

li jorqdu fuq xi sodda komda, kienu jorqdu fl-art

ġewwa xi maqjel mimli tiben.

Il-biċċa l-kbira tan-nies kienu jkunu ħafja. Ftit

kienu dawk li jilbsu xi papoċċ taċ-ċraret, jew xi

qorq magħmul minn qiegħ tal-ġild, b’xi ħabel

marbut miegħu, biex iżommu li ma joħroġx.

B’dan il-mod, tajjeb jew ħażin, kien ikollu

xi għata għal saqajh. Dawk li kienu jilbsu xi

żarbun nhar ta’ Ħadd jew xi festa speċjali, kienu

jingħaddu fuq is-swaba ta’ id waħda.

Nru. 90 – Settembru 2007 27

Il-ħafa ma kienx permess fl-iskola u t-tfal li kienu

jmorru l-iskola kienu l-ewwelnett mid-dar għalliskola

kienu jmorru bil-qorq imdendel minn

spallejhom u jilbsuh qabel ma jidħlu l-iskola.

Ir-raġuni kienet biex mat-triq dan il-qorq ma

jittikilx u jispiċċa qabel iz-zmien. Aħwa oħrajn,

billi minħabba l-faqar ma kenux jista’ jkollhom

par qorq kull wieħed, kienu jieħdu qorqa kull

wieħed, biex b’hekk kienu jistgħu jidħlu l-iskola.

Għax tifel b’qorqa waħda kien jista’ jidħol liskola.

L-ISKOLA

Billi l-attendenza fl-iskejjel ma kinitx

obbligatorja, ħafna tfal kienu jiġġerrew fit-toroq

u oħrajn kienu jgħinu lil missierhom fix-xogħol

tar-raba’ u xogħol ieħor. Ftit kienu jkunu dawk

it-tfal li kienu jmorru l-iskola. Għal dik li hi

skola, kulħadd kien jagħmel li jrid. Difatti nsibu

li għad li l-iskola tan-Nadur li nfetħet fl-1842,

it-tieni waħda f’Għawdex wara dik tar-Rabat, lattendenza

f’din l-iskola, li barra tfal min-Nadur

kienet tilqa’ wkoll tfal mill-Qala u Għajnsielem,

billi dak inhar dawn iż-żewġ irħula kienu

jiffurmaw parti integrali mit-territorju tan-Nadur,

l-attendenza kienet baxxa ħafna. Fil-fatt insibu

li disa’ snin wara li fetħet l-iskola, l-attendenza

tat-tfal kienet biss ta’ 124: 62 subien u 62

bniet.

IT-TOROQ

Fl-imgħoddi ma kellniex toroq bl-asfalt jew bittarmac.

Kellna biss toroq mimlija ħofor, ħotob

u blat fil-wiċċ, it-toroq kienu kollha tat-torba –

kienu jkunu ‘dahar ta’ ħmar’, magħmulin b’tali

mod li n-nofs tat-triq tkun għoli aktar mit-truf talġenb.

Kienu magħmulin hekk biex l-ilma taxxita

li tinżel, li dak inhar kienet tagħmel aktar

mil-lum, imur fil-ġnub tat-triq u jinżel fil-gandotti

li kien ikun hemm matul it-triq kollha, u jibqa’

sejjer għal ġol-widien. Kull meta kienet tagħmel

ix-xita, it-toroq kienu ikunu kollha ċaflis u tajn,

b’ħofor mimlijin ilma. Fis-sajf, imbagħad, ittoroq

kienu kollha mimlijin trab, u ma’ kull żiffa

riħ, dan it-trab kien jittajjar ma’ kullimkien. Biex

dan it-trab ma’ jtirx, ta’ kull filgħodu kien jgħaddi

raġel biż-żiemel u karrettun b’kartell fuqu mimli

ilma, u dan kien ibixx it-toroq, biex dan it-trab

ma jibqax jixxerred.

...ikompli

28 Settembru 2007 – Nru. 90 Luminaria

1855

F’din is-sena beda l-parrokat tal-Kappillan

Dun Ġwann Battista Grech bħala t-tmien

kappillan tal-parroċċa tan-Nadur. Ftit xhur

qabel, meta l-parroċċa kienet għadha bla

kappillan, Għajnsielem inqata’ parroċċa

għalih mit-territorju tan-Nadur permezz taddigriet

ta’ l-Arċisqof Publiju Sant. Il-Knisja

tan-Nadur saret Matriċi għall-ewwel darba

u sa dak iż-żmien ma kienx hemm parroċċa

oħra f’Għawdex ħlief il-Matriċi-Kolleġġjata ta’

l-Assunta.

1858

Bħalma diġà ngħad li fis-sena 1815 u dik ta’

warajja 1816, saru ż-żewġ qniepen li kienu l-

Kbira u l-Fustanija, f’din is-sena żdiedu żewġ

qniepen oħra. Dawn saru Malta mill-fonditur

Salvu Cauchi, iben Ġulju, li kien twieled in-

Nadur fis-17 ta’ Diċembru 1795 u li miet Malta

fl-1871 fl-età ta’ 76 sena. Dawn ġew mogħtija

l-ismijiet ‘Tad-Duttrina’ u ‘Il-Frejħa’. Kienu

ġew imbierka mill-Arċisqof Għawdxi Gaetano

Pace Forno fil-kuritur tal-Kon-katidral ta’ San

Ġwann.

1861

Billi Għajnsielem inqata’ parroċċa għalih fl-

1855, il-popolazzjoni tan-Nadur f’din is-sena

taċ-ċensiment naqset b’917 ta’ Għajnsielem

u b’25 oħra li kienu jgħixu Kemmuna.

Minkejja t-tnaqqis sostonzjali, in-Nadur xorta

waħda baqa’ t-tieni post wara r-Rabat, billi lpopolazzjono

tan-Nadur, bil-Qala magħha,

kellha 3046 persuna.

Ikun wisq interessanti u importanti, allura,

jekk nagħti statistika tat-toroq u n-numru

ta’ persuni li kienu jgħixu fihom dak iżżmien:

Isem tat-Triq Nru. Ta’ Persuni

1. Strada Chiesa 145

2. Piazza Chiesa 54

3. Strada Tas-Said 111

4. Strada Xjuf ir-Riħ 66

5. Strada Telegrafo 57

6. Via Kala 89

7. Strada Corsa 75

8. Strada Cimcem 36

9. Strada Parroco 117

10. Strada Xandriku 106

11. La Piazzetta 62

12. Strada Molino 6

13. Telegraph Station 1

14. Strada Tramontana 45

15. Strada Grunju 77

16. Strada Dun Grezz 10

17. Strada San Blas 226

18. Strada Giacbin 64

19. Strada Wied ir-Rihan 63

20. Strada Ta’ Hatar 47

21. Strada Kortin 23

22. Strada Migiarro 85

23. Strada Dahlet Qorrot 33

24. Strada Hida 33

25. Strada Boschetto 63

26. Contrada Hida 61

27. Strada Molino Vecchio 23

28. Strada Tal-Hanak 60

29. Strada Reale 115

30. Strada Għajn Qasab 14

31. Strada Ramla 87

32. Strada Wied Bingemma 9

33. Strada Tat-Telgha 32

34. Strada Wileg 79

35. Strada Forno 10

36. Strada Wardija 164

37. Strada Croce 101

38. Strada Borg Gharib 13

39 Strada Palma 10

40. Strada Ta’ Cini/Wied is-Simar 87

41. Strada Concezione 161

42. Strada Hondoq ir-Rummien 87

43. Strada Zewwieka 19

44. Strada Biccieri 87

Luminaria

It-toroq li m’għadhomx jagħmlu man-Nadur,

minħabba t-tibdiliet taż-żminijiet, huma minnumru

32 san-numru 41.

Fl-iskola tal-bniet tan-Nadur ġiet appuntata

t-tieni ‘Madam’ fil-persuna ta’ Miss Costanza

Gravagna. Fl-istess sena, l-ewwel ‘Madam’

ta’ l-iskola tal-bniet tan-Nadur, Miss Ludovika

Gravagna, ġiet trasferita għall-iskola Primarja

tar-Rabat.

1863

Fuq iz-zuntier tal-knisja sar xogħol fuq ittkabbir

taċ-ċimiterju taz-zuntier. Dan ixxogħol

baqa’ sejjer sas-sena 1866.

1864

Il-poplu tan-Nadur feraħ bil-kbir mhux għax

Għawdex inqata’ mid-djoċesi ta’ Malta u sar

djoċesi għalih, imma talli l-ewwel Isqof taddjoċesi

Għawdxija kien iben il-parroċċa tan-

Nadur fil-persuna ta’ Mons Mikiel Franġisk

Buttigieg, li twieled fil-kontrada tal-Qala,

fit-territorju parrokkjali tan-Nadur u li ġie

mgħammed fil-knisja parrokkjali ta’ San

Pietru u San Pawl fit-3 ta’ Novembru 1793

mill-Kappillan Dun Franġisk Sapiano.

1865-1866

Il-Kolera li laqtet lil Malta u Għawdex, daħlet

ukoll fin-Nadur u għad li n-numru ta’ dawk

infettati u mietu kien ta’ sitta, ma tantx bata

n-Nadur b’dan il-flaġell. Dawk li mietu ġew

midfuna fiċ-ċimiterju taz-zuntier tal-knisja,

minħabba l-periklu tat-tixrid tal-marda

kontaġġjuża.

1867

Id-“Devot ta’ Maria” ta’ Ottubru 1892 kien

ippubblika li fit-12 ta’ Mejju 1867, il-knisja

parrokkjali tan-Nadur ġiet ikkonsagrata

mill-Isqof Agostinjan Pawlu Micallef, li kien

amministratur għal Għawdex.

1870

F’din is-sena nbniet il-parti ta’ fuq tal-kampnar

tan-naħa tat-tramuntana. Barra minn hekk,

sar xogħol ukoll fis-sagristija.

Nru. 90 – Settembru 2007 29

1872

Bit-twaqqif tal-parroċċa tal-Qala, il-parroċċa

tan-Nadur saret Matriċi għat-tieni darba.

1876

Skond il-Gazzetta tal-Gvern tas-7 ta’ Frar

1876, l-istazzjon tal-Għassa ta’ San Blas ġie

msewwi u tħallset is-somma ta’ 8 xelini (40

ċentezmu - €0.93) għat-tiswija.

F’din is-sena l-kappillan Dun Ġwann Battista

Grech ġie sospiż mid-dmirijiet tiegħu ta’

kappillan. Il-parroċċa bdiet titmexxa mill-

Vigarju Kurat Dun Salv Vella li dam f’din ilkariga

sa l-1881.

1877

Skond il-Gazzetta tal-Gvern tad-9 ta’ Frar

1877, kif ukoll skond ‘In-Nadur’ Vol. II ta’ Patri

Alexander Bonnici, insibu li nxtara arloġġ

għall-faċċata tal-knisja. Dan l-arloġġ qam $38

7s 3d. Il-Gvern 0ffra s-somma ta’ 420 skud, li

kienet il-parti l-kbira ta’ din l-ispiża. Ix-xogħol

tħalla f’idejn l-arloġġar magħruf Mikelanġ

Sapiano mill-Imqabba.

1881

Fil-bidu ta’ din is-sena, il-Kappillan Dun Ġwann

Battista Grech ġie dikjarat li s-sentenza ta’ l-

Isqof Grech-Delicata kienet ‘żball’. Minkejja

l-innoċenża tiegħu, xorta waħda deher li

ma kienx il-każ li l-Kappillan Grech jibqa’

fil-parroċċa tan-Nadur. Għalhekk l-Isqof

Pietru Pace kien ġeneruż miegħu u bagħtu

fil-parroċċa tax-Xagħra minflok il-kappillan

Dun Ġwann Camilleri, iben in-Nadur. Dun

Ġwann kien l-ewwel Naduri li okkupa l-grad

ta’ kappillan tal-parroċċa tan-Nadur, ir-raħal li

fih twieled.

F’nofs il-bajja tar-Ramla twaqqfet statwa

tal-Madonna bil-Bambin magħrufa bħala

l-Madonna ta’ l-Isperanza, f’id waħda tal-

Madonna hemm il-Bambin, u fl-id l-oħra

hemm ankra. Din kienet twaqqfet minn ċertu

Ġanni Gauci mix-Xagħra billi kien għassa

hemmhekk fl-1881. Din l-istatwa ġiet imbierka

mill-Kappillan tan-Nadur.

30 Settembru 2007 – Nru. 90 Luminaria

Int reġina, qawwa tagħna,

Li fil-bidu tal-ħolqien

Kont ġa qiegħda ħdejn driegħ Alla

Timla miegħu id-dagħbien.

Meta l-ewwel bniedem ċaħad

Lil dak Alla li ħabbejt,

Int Marija mit-tron tiegħek,

Ħsieb il-fidwa m’ibnek bdejt.

Kif iż-żmien tal-fidwa tagħna

Fuq id-dinja beda għaddej,

Bħala ġilju pur tas-sema,

Int għalina ġibt Feddej.

Ma’ Ġesù fil-ħajja tiegħu,

Inti ħdimt għall-midinbin

Sakemm Hu, mis-salib tiegħu,

Għamlek ċar omm tal-bnedmin.

Ħares lejna omm twajba tagħna,

Lejn uliedek in-Nadurin

U minn dan il-wied tellagħna

Għax hawn aħna mbikkijin.

Carmen Muscat.

XITA fin-Nadur

Dan huwa l-ammont ta’ xita li tkejjel fin-Nadur mill-1 ta’ Ìunju,

2007, sal-31 t’Awwissu, 2007:

DATA AMMONT (mm) TOTAL MILL-01/09/2006 (mm)

ÌUNJU 2007

2 1.6 400.5

3 12.4 412.9

4 0.2 413.1

5 0.3 413.4 mm (16.28 pulzieri)

LULJU 2007

2 Traçça

AWWISSU 2007

20 Traçça

21 Traçça

TOTAL: 14.2 mm (0.56 pulzieri)

Medja ta’ xita li tkejlet fil-GΩejjer Maltin fl-istess perjodu: 418.3

mm (16.47 pulzieri), differenza ta’ 4.9 mm (0.19 pulzieri).

Xita li niΩlet matul l-istess Ωmien sena ilu fin-Nadur (i.e. 1 ta’

Ìunju, 2007, sal-31 t’Awwissu, 2006: 663.1mm (26.11 pulzieri).

Dan ifisser li din is-sena g˙amlet 249.7mm (9.83 pulzieri) inqas

xita milli g˙amlet sena ilu.

Sinjur: Boy, int trid timpjiega ruħek miegħi? Jien nieħdok

basta li int tfajjel responsabbli.

Boy: Mela tajjeb, Sinjur, għax kull darba li kien

jinqala’ xi ħaġa l-iskola, is-surmast kien dejjem jgħid li jien

responsabbli.

Mara: Albert qum! Smajt ħoss isfel. Mur ara ftit!

Żewġha: Le ħej, nibża’!

Mara: Kif tibza’? Qabel ma żżewwiġna m’għedtlix li

kont ta’ kuraġġ kbir?

Żewġha: Iva! Għax xi ħbieb meta semgħu li sa niżżewweġ

lilek qaluli li jien ta’ kuraġġ kbir!

Grezz: Xi ħmerija din! Qegħdin jagħmlu ġabra biex

jgħollu l-ħajt taċ-ċimiterju.

Mari: Għaliex ħmerija?

Grezz: Għax-xogħol għal xejn. M’hemmx bżonn ta’

ħitan. Min hu barra ma jridx jidħol u min hu ġewwa mhux

ser joħroġ!

Mistieden: Sinjura, ħallini noqgħod fuq il-leminija

tiegħek waqt il-pranzu.

Sinjura: Le, għax dik irrid niekol biha. Aħjar toqgħod fuq siġġu.

Teacher: (waqt li b’sebgħu wera pont fuq il-mappa). X’inhu

dan li qed tara?

John: Difer maħmuġ, Sir!

Carmen Muscat

Noti:

• Kif di©à semmejna fil-˙ar©a ta’ Ìunju, fir-rigward tax-xita, issorpriΩa

kien Ìunju, li tana ammont rekord ta’ xita ta’ 14.2mm

hawn fin-Nadur. Dan mhu xejn meta mqabbel mal-kwantità ta’

xita li niΩlet f’diversi n˙awi f’Malta fl-4 ta’ Ìunju, fejn sa˙ansitra

nqabΩu l-100 mm f’xi postijiet (li ji©u 4 pulzieri). Dan kien rekord

assolut g˙al Ìunju minn kemm ilhom jinΩammu r-rekords ta’

kemm tag˙mel xita fil-GΩejjer Maltin (sa mill-1865). G˙awdex

kwaΩi ma messna xejn minn din ix-xita.

• It-temperaturi f’dawn l-a˙˙ar tliet xhur kienu pjuttost ta˙t in-normal.

Ma nistg˙ux ng˙idu li kellna sajf qalil ˙afna, bl-eççezzjoni tal-©img˙a

ta’ l-Imnarja, it-tielet ©img˙a ta’ Lulju, u l-a˙˙ar ©img˙a t’Awwissu,

meta kellna temperaturi li qarrbu jew qabΩu bi ftit il-35°c. Mill-bqija,

matul dawn it-tliet xhur, rari kellna temperaturi li qabΩu it-30°c.

• Matul dawn it-tliet heatwaves, it-temperaturi matul il-lejl ta’

spiss kienu jibqg˙u fuq it-30°c sas-2am jew wara. Ta’ min jinnota

wkoll li bejn l-24 u s-26 ta’ Ìunju kienet irrekordjata umdità baxxa

˙afna, li f’xi n˙awi f’Malta kienet ta’ 7% biss. In-Nadur l-iktar

umdità baxxa kienet ta’ 13% biss fil-25 ta’ Ìunju. Dan ifisser li

l-arja kienet kwaΩi xotta g˙al kollox.

• Nhar il-Óadd, 17 ta’ Ìunju, ma’ nΩul ix-xemx (g˙al ˙abta tat-

8.15pm) il-vulkan Etna, li hu g˙oli madwar 3330 metru (ji©ifieri daqs

25 iktar minn kemm hu g˙oli Ta’ Çenç) kien jidher çar ˙afna b˙al

qisu muntanja Ωg˙ira sewda fil-bog˙od. Dan minkejja li l-Etna hi

mbieg˙da kwaΩi 200 kilometru minna. Dan çara billi l-arja dak il-˙in

kienet xotta u çara ˙afna, u dan ippermetta viΩibilità eççezzjonali.

Joe Meilak – 01/09/2007

Nadur Weather Observatory

WEBSITE: http://www.gozoweather.com

E-MAIL: jmeilak@yahoo.com

Luminaria

Nru. 90 – Settembru 2007 31

Printing of personalised Christmas Cards, Address Labels, Calendars, Menus, etc.

Small orders are accepted.

40, Ta’ Said Street, Nadur, Gozo. Tel/Fax: 2155 8232

D Square NADUR

tony vella garage

Specialists for Silencers

Also

General servicing, tune-ups,

tyre service, computerised wheel balancing

and batteries for all types of vehicles.

Hida Street, Nadur, Gozo. Tel: 2155 5245

Mobile: 9942 5653

ANTHONY’S FURNITURE

G˙al kull xorta ta’ xog˙ol fl-injam

PJAZZA

Phone: 2155 2251 “Mater Dolorosa”,

Mobile: 9944 6107 Triq Ta’ Grunju,

Nadur, G˙awdex

32 Settembru 2007 – Nru. 90 Luminaria

Jibda l-Ħamsin Staġun ta’ Nadur Youngsters

Wara s-suċċessi miksuba fl-aħħar staġuni, fosthom laħħar

żewġ Kampjonati, Nadur Youngsters bdew dan il-50

Staġun fl-istorja glorjuża tagħhom. Wara l-Laqgħa Ġenerali,

kien Elett dan il-Kumitat:

President: Eucharist Camilleri

Viċi President: Sammy Buttigieg

Segretarju: Joe Camilleri Galea

Assistent Segretarju: Christine Camilleri

Kaxxier: Lucio Debono

Assistent Kaxxier: Emanuel Camilleri

Nursery Manager: Joe Portelli

Ass. Nursery Man./Ground Manager: Mario Pace

Kit Manager: Justin Refalo

Assistent Kit Manager: Lino Camilleri

PRO: Charlie Grech

Membru: Carmel Falzon

Chaplain: Dun Karm Portelli

Tabib tal-Klabb: Dr. Mario Saliba

Fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat kienet co-opted Christine

Camilleri, l-ewwel membru femminili, wara l-interess li

wriet li tifforma parti mill-Kumitat u għax kien hemm post

vakant. Il-Kumitat mal-ewwel beda ħidma qawwija sabiex

ikun jista’ jfakkar kif jixraq dan l-Anniversarju. Saru diversi

attivitajiet ta’ Fund Raising’ fosthom il-ħanut li armajna aħna

tal-Kumitat fi żmien il-festa. Hawn ngħidu GRAZZI kbira lil

Peter u Maria Muscat (tar-Rabokk) talli għoġobhom jagħtuna

il-ħanut tagħhom ‘Rabokk Pizzerija’. Ringrazzjament speċjali

wkoll lill-Kunsill Lokali li flimkien miegħu tellajna l-Heineken

Wara: Jonathan Xuereb; Dejan Odovic; Anthony Portelli; Jeffrey Meilak; Chris Camilleri; Marcos Rogerio Secco; Karol Mifsud; Franklin

Vella; Salvu Rapa (Assistant Coach); Mario Bonello (Coach).

Quddiem: Joseph Portelli Said; Josef Buttigieg; Charles Hili; Peter Buttigieg; Joseph M. Portelli; Frank Paul Azzopardi; Keith Camilleri;

Shaun Muscat.

Dejan Odovic, Marcos Rogerio Secco, Charles Hili, Chris Camilleri

Beer and Food Festival, attività li tant kienet suċċess li ser

terġa’ ssir sena oħra, bħalma diġà kien offrut lilna l-ħanut

tar-Rabokk għall-festa li ġejja.

Waqt dawn l-attivitajiet, il-Kumitat kien għaddej bil-ħidma

iktar diretta lejn it-tim tagħna. Inħatar l-ex-plejer tagħna,

Mario Bonello, bħala l-kowċ il-ġdid għal dan l-istaġun. Wara

karriera brillanti fejn bla dubju sar l-aktar plejer li rebaħ

unuri fil-gżira Għawdxija issa ser ikompli jgħin lit-tim ta’

qalbu. Nawgurawlu suċċess anke f’din il-kariga. Wara li

tlifna s-servizzi ta’ xi plejers minn tas-sena l-oħra, l-Kumitat

ġedded il-kuntratt tal-gowler Jonathan Xuereb u Chidi Eric

Nwankwo, filwaqt li kellna r-ritorn lejn il-klabb tagħna tan-

Naduri Charles Hili, li fl-aħħar sentejn kien jilgħab ma’ Kerċem

Ajax. Plejer ieħor li rritorna kien Sam Anthony Cauchi, wara

staġun wieqaf minħabba raġunijiet personali. Saret ukoll

il-bidla tal-plejers barranin meta ma reġax kien imġedded

il-kuntratt ta’ Filip Marius u Zdenek Svoboda imma kienu

ngaġġati l-plejer ta’ 23 sena, mis-Serbia, Dejan Odovic u

l-Brażiljan ta’ 32 sena, Marcos Rogerio Secco. Ma’ dawn

kien iffirmat ukoll il-plejer Chris Camilleri, fl-istaġuni 2002/03

u 2003/04 kien ukoll magħna. B’dawn il-plejers, flimkien

man-nukleju tajjeb tal-plejers Nadurin, ċertament li Nadur

ser jerġgħu jkunu fuq quddiem fil-ġlieda għall-Unuri.

F’dak li huwa logħob, bdejna (02.09.07) bil-kompetizzjoni

tat-Tazza Indipendenza, fejn fir-rawnd preliminarju rbaħna

kontra Sannat Lions 3-1 bil-gowls tagħna jaslu minn Anthony

Portelli, Chris Camilleri u Charles Hili, biex dawn l-aħħar

tnejn flimkien mal-kowċ Mario Bonello dbew bil-kbir. Fis-semi

Luminaria

Nru. 90 – Settembru 2007 33

finali kellna partita ftit iktar iebsa kontra Victoria Hotspurs. Wara li matul il-partita

saru 2 gowls għal skor ta’ 1-1, fil-ħin barrani Nadur qamu u skurjaw 2 oħra, biex

rebħu 3-1. Hawn il-gowls tal-Youngsters waslu minn Marcos Rogerio Secco,

Charles Hili u Chris Camilleri. Fil-Final tal-21 ta’ Settembru niltaqgħu kontra

l-ġirien Qala St. Joseph li eliminaw lil Għajnsielem bl-għoti tal-penalties. F’dak

li huwa kampjonat, għalina n-Nadurin ser jibda nhar il-Ħadd 16.09.07 fl-4pm, u

l-ewwel avversarji tagħna ser ikunu l-Qala (dan ir-rapport qed jinkiteb fl-10.09.07).

Hawn taħt jidhru l-Fixtures ta’ Nadur Youngsters għal dan l-istaġun:

Chidi Eric Nwankwo Sam Anthony Cauchi

GOZO FOOTBALL ASSOCIATION

NADUR YOUNGSTERS - FIXTURES 2007 - 2008

Onvol Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni

Post Kompetizzjoni Data Ħin Logħba Riżultat

GS League Rd1 16.09.07 1600 Nadur Youngsters vs Qala St. Joseph -

GS League Rd1 30.09.07 1600 Sannat Lions vs Nadur Youngsters -

GS League Rd1 15.11.07 1730 Victoria Hotspurs vs Nadur Youngsters -

GS League Rd1 25.11.07 1500 Nadur Youngsters vs Kerċem Ajax -

GS League Rd1 13.12.07 1430 Nadur Youngsters vs Xagħra United -

GS League Rd1 20.12.07 1900 Għajnsielem vs Nadur Youngsters -

GS League Rd2 30.12.07 1230 Qala St. Joseph vs Nadur Youngsters -

GS League Rd2 13.01.08 1300 Nadur Youngsters vs Sannat Lions -

GS League Rd2 27.01.08 1500 Nadur Youngsters vs Victoria Hotspurs -

GS League Rd2 10.02.08 1500 Kerċem Ajax vs Nadur Youngsters -

GS League Rd2 21.02.08 1930 Xagħra United vs Nadur Youngsters -

GS League Rd2 02.03.08 1500 Nadur Youngsters vs Għajnsielem -

Il-Fixtures tat-3 Rawnd jiddependu mill-pożizzjoni tat-Team wara t-2 Rawnd

Kompetizzjonijiet Oħra

GS Indep. Cup Prel Rd 02.09.07 1600 Nadur Youngsters vs Sannat Lions 3 - 1

GS Indep. Cup S/F 09.09.07 1600 Nadur Youngsters vs Victoria Hotspurs 3 - 1

GS Indep. Cup Final 21.09.07 1600 Qala St. Joseph vs Nadur Youngsters -

SG GFA Cup Q/F 28.10.07 1230 Xagħra United/

Victoria Hotspurs vs Nadur Youngsters

GS GFA Cup S/F 01.05.08 1400 A/B/M vs C/D/N -

GS GFA Cup Final 04.05.08 1600 vs -

GS Jum il-Helsien’ Cup Final 31.03.08 1600 1st Round 1 vs 2nd Round 1 -

GS Super Cup Final 08.05.08 1600 Champions vs GFA Cup Winners -

GS = Gozo Stadium - SG = Sannat Ground - Jekk Nikkwalifikaw

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 Staġun tal-Youngsters, il-Kumitat ħa ħsieb li, bil-għajnuna tal-partitarji u ex-plejers

tal-Youngsters, jifformulaw it-tim ta’ dawn l-aħħar 50 sena. Żgur li kienet għażla diffiċli, għax kellna ferm iktar mill-24 magħżula

li spikkaw tul dawn is-snin kollha. Imma għażla bħal din hija dejjem iebsa u anke polemikuża. Kien għalhekk li l-Kumitat

fetaħha kemm seta’. L-għażla finali waqgħet fuq dawn:

Goalkeepers: Horace Mercieca, Peter Paul Buttigieg, Sammy Attard.

Difensuri: Louis Camilleri, Peter Paul Camilleri, Raymond Gafà, Joe Attard, Joe Camilleri, Victor Mercieca, Maurice Borg.

Midfielders: Aleksandar Simoncic, Mario Bonello, Kim Wright, Johnny Caruana, Eddie Vella, Joe Muscat Attard, Saviour Farrugia,

Twannie Farrugia.

Attakkanti: Anthony Portelli, Michael Camilleri, Joe Camilleri Cassar, Karl Zachhau, Gyorgy Handel u Joseph M. Portelli.

Nagħlaq billi nħeġġeġ lill-partitarji tagħna u lill-poplu Naduri kollu biex jingħaqad magħna ħalli tassew inkomplu nżommu

lir-raħal tagħna fuq quddiem f’kollox.

Charlie Grech

Stop Press:

Fil-21 ta’ Settembru Nadur Youngsters reb˙u l-Final tat-Tazza Indipendenza kontra Qala St.

Joseph bil-penalties wara li l-partita u l-extra time spiççaw 1-1. Kellna ukoll it-tieni log˙ba

tal-Kampjonat li Nadur reb˙u wkoll. Rapport ta’ dawn il-partiti fil-˙ar©a li jmiss.

34 Settembru 2007 – Nru. 90 Luminaria

Id-dinja ilha teżisti madwar erba’ biljun sena, jew

erbat elef miljun (4,000,000,000) sena. Matul dan

it-tul enormi ta’ żmien (tant enormi li impossibbli

bl-esperjenzi tagħna nimmaginawh), il-pjaneta

rat ħafna tibdil, avolja dan fi l-biċċa l-kbira seħħ

bil-mod ħafna. Tant bil-mod li, per eżempju, bilmovimenti

tal-kontinenti, ix-xjentisti indunaw biss

għal nofs is-seklu l-ieħor. Fost l-ewlenin li ġabar

xhieda bijoloġika u ġeoloġika kien hemm ilmeterjoloġista

Ġermaniz Alfred Wegener (1880-

1930), li kkonkluda li l-kontinenti ta’ l-Afrika u l-

Amerika Ċentrali u t’Isfel kienu darba ma’ xulxin.

Illum kkonfermajna dan b’osservazzjonijiet diretti

tal-qasma f’nofs l-Atlantiku li tibda mill-Islanda

(gżira volkanika ħafna) u tibqa’ nieżla għallgżejjer

Ażori, Verde, Axxenzjon, u t’isfel nett,

Tristan da Chuna, u li minnha tiela’ materjal li

jimbotta l-kontinenti minn xulxin. Il-moviment

huwa bil-mod ħafna, madwar kemm jikber difer

ta’ l-id (kif ġie mkejjel direttament bil-GPS jew

Global Positioning Systems), imma meta tqis

li hemm kontinenti li qed jimxu, il-forzi involuti

huma tremendi. U meta hemm dak it-tul enormi

ta’ żmien involut, id-distanzi li jimxu l-kontinenti u

bċejjeċ oħra ta’ art (il-qoxra tad-dinja fi ha madwar

20 biċċa kbar u żgħar li qed jimxu) jistgħu ikunu

kbar ħafna.

Nafu għalhekk li fi l-passat remot (għexieren u

anke mijiet ta’ miljuni ta’ snin) il-kontinenti kollha

kienu f’pożizzjonijiet differenti. Anke l-kontinent

Antarktiku darba kien qrib l-ekwatur għax hemm

depożiti ta’ żejt u faħam (li jiffurmaw fi klimi

tropikali) taħt dak is-silġ kollu li hemm illum. Nafu

wkoll li l-Indja mxiet għal fuq l-Asja, bir-riżultat li

ffurmaw l-għola muntanji fi d-dinja, inkluż l-għola

waħda, Everest (imsemmija għal Sir George

Everest (1790-1866), Ingliż li għamel studju ta’

dawn l-inħawi. In-nies tal-post din il-muntanja

jsejħulha “Como Lunga”, li tfi sser “alla mara taddinja”).

Din il-muntanja fi l-fatt għadha tielgħa

bil-mod. Anke hemm fuq instabu fossili ta’

annimali tal-baħar! Il-Lvant ta’ l-Afrika wkoll qed

jinqasam, b’widien enormi li jgħaddu mill-Etjopja

għal Lvant-Tramuntana, fejn jiffurmaw il-Baħar l-

Aħmar u l-Baħar Mejjet. U l-istess għal postijiet

oħra fi d-dinja.

U ċ-ċentru tal-Mediterran?

Aħna wkoll ninsabu f’parti li

hija ġeoloġikament attiva għax ninsabu fuq ilburdura

ta’ bejn il-kontinent Afrikan u dak Asjo-

Ewropew, burdura li, mill-Punent għal-Lvant,

tgħaddi mill-Portugal, għal Sqallija, għal Greċja u

għat-Turkija, reġjuni, li, mhux b’tant għaġeb, ilkoll

laqqtuha sew mit-terremoti; u fi Sqallija għandha

l-ikbar vulkan fl -Ewropa.

Ġeoloġikament il-gżejjer Maltin jagħmlu ma’ l-

Afrika, għalkemm il-blat sedimentarju (jiġifi eri

blat li fforma taħt l-ilma) li huma magħmulin

minnu, huwa pjuttost riċenti, madwar 30 miljun

sena ilu. Nafu wkoll, minn saffi kbar ta’ melħ taħt

il-qiegħ tal-Mediterran, li matul dan iż-żmien, dan

il-baħar bosta drabi nixef u kważi tbattal għal

kollox, biex imbagħad reġa’ mtela mill-Oċejan

Atlantiku. Nafu li anke l-Afrika qiegħda bil-mod

il-mod miexja lejn l-Ewropa u li l-Mediterran qed

jiċkien...... ftit millimetri fi s-sena, imma li f’perjodi

ta’ miljuni kbar ta’ snin għad irid jisparixxi u fl oku

jkun hawn ringiela ta’ muntanji.

U allura fi l-futur remot in-Nadur, fl imkien malbqija

tal-Gżejjer Maltin, għad jisparixxi...............

u la għad jibqa’ n-Nadur u t-tempju momumentali

tiegħu, la l-għolja taċ-Ċittadella u l-kattidral (u rrekordji

kriminali tal-qorti) u lanqas, iktar lejn ilpunent,

il-librerija ta’ l-awtur.

Intant, tantx titlef ħafna rqad fuq dankollu, għax

dan kollu huwa fi l-futur remot ta’ miljuni kbar

ta’ snin. Imma eventwalment hekk għad jiġri u

dan apparti minn kwalinkwa triq li tieħu l-istorja

umana.

Dr. Coronato Grech

Fil-ħarġa li jmiss tkompli s-sensiela ta’

osservazzjonijiet soċjoloġiċi bl-artiklu: ”Ja xiħ li

int!”

Luminaria

Nru. 90 – Settembru 2007 35

36 Settembru 2007 – Nru. 90 Luminaria

Mons. Isqof Emeritus Nikol G. Cauchi waqt il-Konçelebrazzjoni Pontifikali nhar is-26 ta’ Ìunju 2007 flokkaΩjoni

ta’ l-40 Anniversarju mill-g˙oti tat-titlu ta’ BaΩilika. (Ritratt Anthony Cassar)

Marija Pace tirçievi l-Premju “Qalb ÌeneruΩa” ming˙and

Mons. Isqof Mario Grech waqt il-Pontifikal Solenni nhar id-

29 ta’ Ìunju 2007. (Ritratt: Anthony Cassar)

Mons. Isqof Mario Grech qieg˙ed jordna

saçerdot lid-Djaknu Joshua Muscat fil-Knisja

Katidrali nhar is-Sibt 30 ta’ Ìunju 2007.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!