22.03.2020 Views

Dragun Draganti

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Id-Dragun Draganti (immirata għal tfal ta’ 8 – 10 snin).

Diskussjoni/Taħdit u Smigħ:

Ibdew billi tiddiskutu dwar x’inhuma talenti u agħmlu lista jew għanqbuta tal-ideat

dwar it-talenti tal-familja tagħkom. Tistgħu anke żżidu qrabat u ħbieb fil-lista.

Ilagħbu logħba żgħira billi tagħmel kategoriji differenti ta’ talenti:

Xi ħadd isemmi talent, eżempju żfin u l-ieħor irid iqiegħed dak it-talent taħt ilkategorija

t-tajba eżempju talent fiżiku. Tista’ taqsamhom f’talent fiżiku, talmoħħ,

teknoloġika, xjenza, arti, eċċ. Jista’ jkun li xi talenti jidħlu taħt iktar minn

kategorija waħda.

Smigħ:

Aqbad żewġ pupazzi (lesti jew magħmulin mill-karti) u agħmel konverżazzjoni

bejniethom fejn jitkellmu dwar it-talenti tagħhom. Sib l-iskript hawn taħt. It-tfal

jistgħu jisimgħu biss jew ikunu parti mill-konverżazzjoni permezz tal-pupazzi.

Tinsiex tbiddel il-leħen ħalli jintagħraf min qed jitkellem.

Props: Beritta tas-suf għal Bettina u pittura/tpinġija biż-żebgħa għal Bertu

Bettina: Bonġu Bert kif int? Jogħġbok il-kappell li għandi? Dak jien ħdimtu, billabar

u bis-suf! Kemm domt int illum!

Bertu: Skużani Bettina, veru domt imma kelli biċċa xogħol u qed nipprova nlestiha.

U biex ngħidlek il-verita’ ma nistax insib tarf! Ara naqra x’kappell għandek, dak

ġdid, qatt ma rajtek bih. Kemm tinqala’ int. Kollox sew jiġik.

Bettina: U anke int tajjeb f’xi ħaġa Bert! Iva mela x’qed tipprova tagħmel? Nista’

ngħinek b’xi mod?

Bertu: Ma nafx ta.....għax....għax bejnietna, qed nipprova npinġi stampa ħalli

nagħtiha lill-għalliema tiegħi, daqs kemm tieħu ħsiebna u tagħmlilna attivitajiet

sbieħ u issa....issa qed naqta’ qalbi. Qed nibża’ li minix kapaċi!

Bettina: U x’ma tagħmilhiex u! Isa, agħmel naqra sforz, ibqa’ ipprova u tara kif

jirnexxielek.


Bertu: Iva ta, hekk nagħmel. Issa nerġa’ nipprova, naħseb li għandi bżonn inbiddel

il-kuluri.

Bettina: U mela Bert....bi ftit paċenzja kollox jirnexxielek tagħmel għax kulħadd

tajjeb f’xi ħaġa.

Bertu: Minjaf kemm hawn tfal għandhom talenti sbieħ! Kos qed tfakkarni fi storja

fejn seba’ aħwa solvew problema kbira għax kollha kienu jafu jagħmlu xi ħaġa u

għenu lil xulxin. Kien jisimha ‘Id-dragun draganti’.

Diskussjoni: Staqsi – Ġieli tħossok taqta’ qalbek f’xi ħaġa li tkun qed tagħmel? Ejja

naħsbu ftit kif nistgħu nsolvuha meta jiġrilna hekk. Tista’ tiddiskuti jew tikteb

ukoll.

L-istorja: Isimgħu l-istorja ‘Id-Dragun Draganti’ billi tmur fuq:

https://www.youtube.com/watch?v=20lz-P18DaI

Diskussjoni: Staqsi – Dwar xiex kienet l-istorja? Ejja nsemmu kull żagħżugħ x’kellu

bħala talent. X’għamlet it-tfajla maqbuda fl-għar biex tgħin lilha nnifisha?

Ħsieb, Kitba u Tpinġija: Agħżel talent wieħed li għandek tajjeb u ikteb tlett sentenzi

dwaru. Tgħid x’inhu, għaliex jogħġbok, kif turi li inti tajjeb/tajba fih u x’tgħid lillħabib/a

tiegħek biex tħajjarhom jibdew jagħmlu dan it-talent tiegħek. Tista’ tpinġi

t-talent tiegħek ġo kaxxa u taqsam il-kitba ma’ xi ħadd.

Smigħ u Taħdit: Jitkompla d-djalogu bejn il-pupazzi.

Bertu: Isa ħej, x’biċċa xogħol għamlu dawk is-seba’ aħwa! Il-veru kollha kienu

jinqalgħu għal xi ħaġa tajba u bit-talent tagħhom għenu lill-prinċipessa.

Bettina: Bil-ħaqq, Bert, kif bqajt bil-pittura tiegħek?

Bertu: Għamilt kif għidtli int, bqajt nipprova sakemm irnexxieli nlestiha. Hawn hi,

araha! - Joħroġ il-pittura u juriha lil Bettina.

Bertu: Togħġbok?

Bettina: Prosit Bert! Kemm se tieħu gost l-għalliema. L-aktar għax għamilt ħiltek

u tajt l-aħjar tiegħek.


Bertu: Grazzi Bettina. Qed tfakkarni, il-ħabiba tiegħi tinqala’ ħafna biex tkanta u

kantat kanzunetta propju fuq hekk. Ejjew nisimgħuha flimkien.

Inkantaw: Isma’, aqra u kanta mal-kanzunetta billi tmur fuq:

https://www.youtube.com/watch?v=Cc9KDoxKCgQ

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!