01.08.2016 Views

Book

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

2

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

Messaġġ mill-Kumitat

Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

Grazzi lil kulħadd,

Qed nikteb l-introduzzjoni

ta’ dawn il-ftit ħsibijiet

f’pajjiż barra minn Malta.

Hawnhekk il-kultura talħajja

hi ferm differenti

minn dik tagħna l-Maltin.

Hawnhekk sibt il-ħajja

aktar trankwilla u organizzata milli nafha jien. Dan qed ngħidu fuq belt pjuttost

żgħira. Meta mbagħad nitkellmu fuq bliet akbar l-istorja tinbidel kompletament.

Għalkemm f’dan il-pajjiż hawn bosta denominazzjonijiet, ir-reliġjon Kattolika

għandha leħinha wkoll. F’kull knisja li żort u smajt il-quddies dejjem sibt

organizzazzjoni tajba u rispett ġenwin lejn l-Ewkaristija. Iżda dak l-entużjażmu

lejn iċ-ċelebrazzjonijiet u l-festi li nafu bih aħna l-Maltin ma sibtu qatt. Dan ma

jfissirx li ma jsirux festi iżda dawn ikunu organizzati fuq skala żgħira b’xi ikla

jew riċeviment f’xi sala tal-parroċċa. Żgur li mhux ser tisma’ murtali jfaqqgħu,

il-baned idoqqu jew il-qniepen isemmgħu leħinhom. Aħna l-Maltin inħobbu

l-istorbju, l-ikel u d-divertiment. U dan ma fih xejn ħażin!

U issa nixtieq nitkellem fuq l-esperjenza ta’ dawn l-aħħar xhur fil-kuntest talpreparamenti

li għamilna għall-festi ta’ Santu Kruċ u Santa Liena ta’ din issena.

L-ewwel ħaġa li għamilna wara dak li għaddejna minnu s-sena l-oħra

fejn ħdimna bħala kumitat awtonomu kienet li bdilna l-isem tal-kumitat minn

Kumitat Nar Santa Liena 2015 għal Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu.

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu 3

BONC . GARAGE

SPRAYER ~ PANEL BEATER

Address: Triq l-Ghajn,

Zona Industrijali, Mriehel BKR 3000

Mob: 9944 9980

4

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

Kienet bidla żgħira iżda sinifikanti. L-isem il-ġdid jagħti lill-kumitat xeħta aktar

permanenti. M’għadniex kumitat ta’ sena waħda biss iżda kumitat għal numru

ta’ snin li ġejjin.

Ħafna mill-enerġija tal-kumitat intużat biex jinġabru l-finanzi meħtieġa biex

jinxtara n-nar. Għalkemm il-purċissjoni ta’ Santu Kruċ ma ħarġitx minħabba

l-maltemp in-nar inħaraq xorta waħda biex xorta waħda tajna sinjal li Birkirkara

kienet qed torganizza l-festa tal-Salib.

Matul is-sena li għaddiet ħdimna wkoll biex norganizzaw ruħna aħjar. Ġbidna lejna

membri ġodda li bl-enerġija tagħhom taw spinta ‘l quddiem ix-xogħol tagħna.

F’dawn l-aħħar snin, meta kellna bil-fors nixtru n-nar minn kmamar tan-nar

barra Birkirkara, kien hemm min ikkritikana li ma kien hemm l-ebda pirotekniku

Karkariż involut fix-xogħol tan-nar li jinħaraq fil-festa. Wara li s-sena l-oħra

inħadem salut tad-daħna kulur minn pirotekniku Karkariż fil-kamra tan-nar

San Ġużepp ta’ Ħaż-Żebbuġ l-istess kamra tan-nar tatna permess biex naħdmu

n-nar tal-kulur li ser jinħaraq lejlet il-festa fil-għaxija. In-nar tas-sibt fil-għaxija

għandu juri li, f’Birkirkara, għad hemm talent fil-qasam tal-piroteknika.

Għall-ewwel darba wara numru ta’ snin ser ikollna, il-Ħadd fil-għaxija, jum

il-festa, wirja oħra ta’ nar maħdum minn Karkariż ieħor. B’hekk qed nagħmlu

pass ieħor ‘il quddiem.

Ma nistax fl-aħħarnett ma nirringrazzjax, f’isem sħabi, lil dawk il-ħafna

Karkariżi li bil-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom għenuna biex ikollna

festa xierqa f’dak li għandu x’jaqsam man-nar. Nixtieq ukoll nirringrazzja

minn qalbi lis-sidien tal-għelieqi minn fejn naħarqu n-nar għall-koperazzjoni u

l-għajnuna li jtuna. Grazzi, grazzi lil kulħadd.

Servolo Delicata,

f’isem il-Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

5

6

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

Messaġġ mill-Prepostu Arċipriet

Kan. Dun Vincenz Cachia

Għeżież,

Il-festa hi bħal qawsalla; fiha ħafna kuluri, fiha ħafna attivitajiet minn

diversi gruppi u kumitati. Fosthom hemm dawk li jieħdu ħsieb li jkollna

nar adattat għall-festa tagħna.

Nirringrazzja lill-membri tal-Għaqda tan-Nar għall-ħeġġa tagħhom biex

jiġbru l-fondi u jagħmlu l-arranġamenti neċessarji biex ingawdu lkoll

flimkien in-nar sabiħ tal-festa. Parti mill-festa Maltija hi l-logħob tan-nar

tal-art u tal-ajru. Meta dan ikun nieqes, fil-festa tinħass li jkun hemm xi

ħaġa nieqsa.

Għalhekk inħeġġeġ lil kulmin qed jaqra dan il-fuljett maħruġ mill Għaqda

tan-Nar, biex jgħinhom finanzjarjament kemm jista’ ħalli n-nar fil-festa

ma jkunx nieqes. L-apprezzament tagħna lejn min jaħdem is-sena kollha

għan-nar fil-festa nuruh ukoll bl-offerti ġenerużi tagħna.

Nagħti lill-membri tal-Għaqda tan-Nar u lill-Karkariżi kollha, il-festa

t-tajba. Sant’Elena tberikkom.

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu 7

8

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

Messaġġ mis-Sindku

Is-Sinjura Joanne Debono Grech

Awwissu rega’ wasal u bħal kull sena miegħu jġib ħafna

entużjażmu għall-festa tal-Patruna għażiża tagħna Sant’

Elena. Il-preparamenti għall-festa minn numru kbir ta’ volontiera jkunu

ilhom li bdew. Ħafna huma dawk in-nies li jagħmlu l-festa dik li hi, festa

sabiha. Fost dawn insibu lil dawk li jaħdmu n-nar. Il-logħob tan-nar huwa

arti fih innifsu. Dawk il-kuluri u disinni bi preċiżżjoni li jżejnu s-sema

fil-jiem tal-festi tagħna huwa spettaklu sabiħ. Imma l-attenzjoni ta’ min

jaħdem dan in-nar trid tkun tassew kbira, għax daqs kemm hu sabiħ dan

il-logħob tan-nar, daqshekk iehor jista’ jkun ta’ periklu. Napprezza ħafna

s-sagrifiċċji li jagħmlu dawn in-nies.

Għadha friska f’moħħna t-traġedja tas-27 ta’ Ġunju 2007 meta ħames

minn ħutna Karkarizi ħallew ħajjithom waqt li kienu qed jaħdmu n-nar

għall-festa. Disgrazzja kbira li għadna ma qomniex minnha. Jkun xieraq

li jsir mafkar f’ġieħ dawk li matul iż-żmien mietu waqt li kienu qed

jaħdmu n-nar għall-festi tal-lokal tagħna.

Ma stajtx ma nfakkarx il-memorja ta’ dawn ħutna, imma l-Kumitat

preżenti qed jipprova jħares il-quddiem biex nerġgħu nqumu fuq saqajna.

Nawgurawlu kull suċċess.

F’ismi u f’isem il-Kunsill Lokali kollu nixtieq il-festa t-tajba lil Karkarizi

kollha u lil dawk kollha li jiġu jżuruna f’dawn il-jiem tal-festa.

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu 9

10

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

Messaġġ mill-Onor Joe Debono Grech MP

President tas-Soċjetà Dun Filippu Borgia

Ħbieb,

Nixtieq niftaħ dan il-messaġġ annwali tiegħi billi nrodd ħajr lill-Kumitat Nar

Santa Liena 18 ta’ Awwissu u tant persuni oħra li jagħtu s-sehem sħiħ tagħhom

sabiex tkun tista’ ssir festa xierqa f’ġieħ Sant’Elena Imperatriċi Awgusta,

Patruna unika ta’ Birkirkara.

Fiż-żminijiet meta l-volontarjat qiegħed jonqos minħabba esiġenzi ġodda li

qed niltaqgħu magħhom fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, irridu napprezzaw il-ħidma

fis-skiet li jagħmlu bosta individwi fil-komunità tagħna b’riżq il-Karkariżi.

Mingħajr il-kontribut siewi ta’ dawn il-persuni żgur li ma tkunx tista’ ssir festa

li tagħmel ġieħ lil din il-qaddisa li l-kontribut tagħha hu mniżżel fil-paġni talistorja

u li l-eżempji nsara tagħha għandhom jixprunawna sabiex ngħixu l-ħajja

tagħna bħala Nsara aħjar.

Il-festa hija għajn u opportunita għal dawk kollha li jixtiequ jesprimu t-talenti

tagħhom. B’mod speċjali hi vetrina għaż-żgħażagħ tagħna li dejjem joħorġu

b’ideat ġodda li jkomplu jsebbħu l-festi tagħna. L-irħula tagħna jinbidlu għal

perjodu tal-festa tal-patrun/a. Naraw il-ħiliet artistiċi ta’ xi wħud murija fl-armar

ta’ barra, fl-arti piroteknika u fil-mużika. Jalla dawn iż-żgħażagħ u persuni

oħra interessati jkomplu jsibu l-ispazji meħtieġa sabiex jesprimu t-talenti varji

tagħhom.

Hu fl-interess ta’ kull Karkariż imma wisq iżjed tas-Soċjeta Dun Filippu Borgia

li Birkirkara tkun dejjem l-aqwa u l-aħjar. F’isem il-membri tal-Kumitat tas-

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu 11

Email: info@gardenia.com.mt

Online: www.gardenia.com.mt

Tel. 21490920 - 21410992

Domestic appliances - Air Conditioners – Consumer electronics

Naxxar - Birkirkara

Gardenia Homecentre

12

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

Soċjeta, li din is-sena qed tfakkar it-tmenin anniversarju mit-twaqqif tagħha,

inħeġġeġ lis-soċjetajiet u l-għaqdiet varji li għandna f’Birkirkara sabiex naħdmu

lkoll flimkien u negħlbu xi differenzi li jista’ jkun hemm bejnietna għaliex flgħaqda

hemm is-saħħa.

Is-Soċjeta Dun Filippu Borgia dejjem għamlet kull sforz sabiex dak kollu li

missirijietna ħadmu għalih ikompli jkun imħares u jibqa’ bla mittiefes tul issnin.

Hu għalhekk li minn żmien għal żmien is-Soċjeta għamlet l-interventi

tagħha f’dak li għandu x’jaqsam ma’ żamma ta’ bini storiku u d-drittijiet li

għandha l-Kolleġġjata ta’ Sant’Elena. Żgur li dan jibqa’ l-impenn ewlieni

tagħna speċjalment matul din is-sena li fiha qed infakkru dan l-anniversarju

daqstant importanti.

Għalhekk qed nagħmel appell lil dawk kollha li huma interessati fil-ħidma tas-

Soċjeta u li jħobbu tassew dak kollu li hu Karkariż sabiex jingħaqdu magħna.

Għandna bżonn il-ħidma ta’ ħafna nies sabiex inkomplu nagħtu l-ogħla ġieħ lil

Birkirkara tagħna f’kull qasam.

Nawgura lilkom u lill-familji tagħkom il-festa tajba.

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

13

14

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

15

16

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

Min jista’ jaħdem in-nar f’Malta u Għawdex?

Servolo Delicata

Liċenzji A u B

Biex persuna f’Malta u Għawdex taħdem in-nar irid ikollha

liċenzja mill-Kummissarju tal-Pulizija. Għal min jaħdem in-nar hemm tliet

kategoriji ta’ liċenzji: Kategorija “A”, Kategorija “B” u Kategorija “D”. Il-liċenzja

“A” tingħata lill-persuni kwalifikati fil-manifattura u s-solveljanza ta’ xogħlijiet

tan –nar wara li jkunu segwew korsijiet apposta u għaddew minn eżami orali li

mis-sena 2011 inbidel f’wieħed bil-kitba. Il-liċenzja “B” tingħata lil min ikun irid

jgħin lill-persuni bil-liċenzja “A” biex jinħadem in-nar. Fi kliem ieħor, dawk ilpersuni

li għandhom liċenzja “B” huma l-assistenti ta’ dawk li għandhom liċenzja

“A”. Kull min għandu l-liċenzja “B” dejjem jaħdem taħt is-superviżjoni ta’ min

għandu l-liċenzja “A”. Persuna bil-liċenzja “B” ma tista’ qatt taħdem f’kamra

tan-nar weħidha .... irid dejjem ikun hemm persuna bil-liċenzja “A” biex il-kamra

tinfetaħ. Biex wieħed jikseb liċenzja “B” irid isegwi kors apposta u jgħaddi minn

eżami orali li mis-sena 2012 inbidel f’wieħed bil-kitba.

Kull min jinteressa ruħu u jkun irid jgħin fil-manifattura tal-logħob tan-nar

għandu l-ewwelnett japplika biex tingħatalu l-liċenzja “B”. Kif japplika għalliċenzja

“B” tingħatalu liċenzja “D” biex biha jkun jista’ jibda jmur il-kamra

tan-nar biex jitgħallem is-sengħa. Sadanittant, il-persuna bil-liċenzja “D” ikun

irid isegwi kors apposta biex, bit-tagħlim li jikseb mill-kors u bl-esperjenza taxxogħol

fil-kamra, ikun jista’ joqgħod għall-eżami bil-kitba għal-liċenzja “B”.

Jekk il-kandidat jgħaddi mill-eżami, il-liċenzja “D” tispiċċa u l-kandidat jingħata

l-liċenzja “B”. Jekk il-kandidat ma jgħaddix mill-eżami għal-liċenzja “B” jitlef

il-liċenzja “D” u għalhekk ikun irid jerġa’ japplika mill-ġdid għal-liċenzja “D”

biex il-proċess ta’ tagħlim bħala tħejjija għall-akkwist tal-liċenzja “B” jerġa’ jibda

mill-ġdid. Kull kamra tan-nar f’Malta u Għawdex hi mmexxija minn bniedem

wieħed li bl-Ingliż jissejjaħ il-licencee jew, aħjar, id-detentur tal-liċenzja talkamra.

Din il-persuna jrid ikollha l-liċenzja “A” biex tkun responsabbli għattmexxija

tal-kamra. Interessanti l-fatt li l-applikazzjonijiet għal-ħruġ tal-liċenzji

“A” u “B” jridu jkunu approvati u iffirmati mil-licencee tal-kamra tan-nar fejn

il-kanditat ikun beħsiebu jaħdem. Biex wieħed japplika għal-liċenzja “A” irid

ikun ilu sentejn bil-liċenzja “B”.

Manutenzjoni u l-liċenzja Ċ

Kull bini u kull apparat ikun jeħtieġ, minn żmien għal ieħor, manutenzjoni u

tiswijiet. Il-liġi ta’ Malta dwar il-manifattura tan-nar ma tħalli lil ħadd jidħol

f’kumpless tan-nar għal xi manutenzjoni jew tiswija ta’ xi apparat jew għodda

jekk ma jkollux l-awtorizzazzjoni tal-Pulizija u jekk ma jkunx hemm fil-kamra

d-detentur tal-liċenzja tal-fabbrika.

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu 17

18

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

Barra l-liċenzji tal-kategoriji “A”, “B” u “D” hemm ir-raba’ liċenzja li hi dik

tal-kategorija “Ċ”. Din il-liċenzja tingħata lil kull min ikun irid jgħin fil-ħruq

tan-nar fil-ġranet tal-festa. Il-liċenzja “Ċ” tingħata wara eżami orali li fih ilkandidat

irid juri t-tagħrif u l-ħila teknika meħtieġa biex jaħraq xogħlijiet tan-nar

mingħajr periklu għalih u għal ħaddieħor. Dan il-ħruq tan-nar irid dejjem isir taħt

is-sorveljanza ta’ persuna li jkollha l-liċenzja “A”. Skond ir-Regolamenti dwar

Kontroll ta’ Xogħlijiet tan-Nar u Esplożivi Oħra, ħadd ma jista’ jidħol f’kamra

tan-nar għall-maniġġ ta’ xi xogħlijiet tan-nar jekk ma jkollux fuqu liċenzja li

jkun irid juri lil kull spettur awtorizzat meta dan jitlobhielu. Il-licencee tal-kamra

tan-nar, jew, fin-nuqqas tiegħu, xi ħadd ieħor li jkollu liċenzja “A” hu dejjem

responsabbli li jiżgura li r-regolamenti kollha jkunu qed jiġu mħarsa millħaddiema

kollha li jkunu fil-kamra.

Lejn l-aħħar ta’ Mejju 2010, sewwasew fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tat-28 ta’

Mejju, 2010, tħabbru regolamenti oħra dwar il-liċenzji għal min jaħdem in-nar.

Skond dawn ir-regolamenti l-ġodda, kull min għandu l-liċenzja “A”, “B” jew

“Ċ” irid jattendi kors ta’ aġġornament. Dan il-kors imbagħad jispiċċa b’intervista,

eżami orali jew it-tnejn, amministrati minn membri tal-Kumitat dwar l-Esplożivi

u l-ispetturi dwar ix-xogħlijiet tan-nar. Barra minn hekk, il-kandidati jistgħu jiġu

mitluba joqogħdu għal eżami bil-miktub. Dawn il-korsijiet ta’ aġġornament huma

magħmula b’tali mod biex jipprovdu informazzjoni fuq proċeduri ta’ sigurta’, ilqafas

leġislattiv li jirrikwarda ix-xogħol tan-nar u l-iżviluppi li jkunu qed iseħħu

fis-settur pirotekniku. Il-kontenut tal-kors jiġi mbagħad eżaminat fl-intervisti,

eżamijiet orali jew it-tnejn. Dawk li ma jgħaddux mill-eżamijiet ikollhom illiċenzja

tagħhom irtirata sakemm jagħmlu eżami supplimentari. Il-persuni li ma

jgħaddux mill-eżami supplimentari jkollhom jerġgħu japplikaw għal-liċenzja

mill-ġdid. Kull min ma jattendix għall-kors ta’ aġġornament, l-intervista jew

xi eżami ieħor ikun meqjus li mhux interessat aktar fil-liċenzja u għalhekk illiċenzja

tkun irtirata. Ta’ min jgħid li għalkemm il-korsijiet ta’ aġġornament se

jsiru kull sentejn, dawk kollha li diġa’ għandhom il-liċenzja għandhom perjodu

ta’ tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-regolamenti l-ġodda biex jiġu msejħa

għall-ewwel kors.

Liċenzja “TEMP”

F’regolament li ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-24 ta’ Frar, 2012,

regolament li jemenda r-Regolamenti dwar Kontroll ta’ Xogħlijiet tan-Nar

u Esplożivi oħra, il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari introduċa

kategorija oħra ta’ liċenzja: il-liċenzja “TEMP”. Din hi liċenzja għall-persuni

li jkollhom liċenzja valida biex jaħarqu xogħlijiet tan-nar fi Stat ieħor, b’mod

partikolari fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, u li jkunu awtorizzati jaħarqu

xogħlijiet tan-nar f’Malta matul xi avveniment bħal ma huma wirjiet ta’ xogħlijiet

tan-nar jew festi. Il-liċenzja “TEMP” tkun valida għal matul l-avveniment biss.

Applikazzjonijiet għal-liċenzja “TEMP” iridu jkunu approvati mill-organizzaturi

tal-avveniment li għalih l-applikant ikun ser jaħraq xogħlijiet tan-nar. L-applikant

jista’ jkun jeħtieġlu joqgħod għal eżami orali biex jiġi aċċertat li għandu t-tagħrif

u l-ħila teknika meħtieġa biex jaħraq ix-xogħlijiet tan-nar mingħajr periklu.

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

19

L-Ark ta’ Wignacourt Reġa’ Ħa Sura

Philip Xuereb

Wara nuqqas ta’ aktar minn sebgħin sena, l-Ark tal-

Furdulis, kif kien magħruf, reġa’ magħna. Mhux eżatt fejn

kien, għax illum ma jistax ikun minħabba t-traffiku. Imma insomma! L-Ark

ta’ Wignacourt, għal min forsi għadu ma jafx, seta’ kien l-ewwel flyover li

qatt kellna f’dal-pajjiż. Insib forsi min jgħid: għadek kif tgħid li meta sar

ma kienx hawn traffiku bħal-lum! Allura!

Kien sar għal traffiku ieħor, it-traffiku talilma.

Ilma għal belt ġdida, li għalkemm

imdawra bl-ilma, kienet belt mejta,

għallanqas bil-għatx. Hekk ukoll kienet

tgħid l-iskrizzjoni li kien hemm fuq l-ark

oriġinali u kif irriproduċiha Ġan Franġisk

Abela fil-ktieb Della Descrittione di Malta

(1646) u hekk qed terġa’ tipproklama

llum, l-iskrizzjoni riprodotta.

Il-Grammastru Alof de Wignacourt kieku ma qagħadx jixxaħħaħ. Għax

minkejja li l-ispiża telgħet ħafna iktar minn dak li kienu stmaw, kien jaf sew

kemm kien se jkun jista’ jdoqq trombi, u oħrajn, mhux ftit, kemm kienu se

jdoqqulu trombi huma wkoll għal din il-munifiċenza.

Giovanni Attard

Allura naraw lil dal-Grammastru jġib inġiniera minn barra. Wieħed Natale

Tomasucci, wara li fittex u sab ħafna għejun tal-ilma, disa’ mili bogħod

mill-Belt, wara r-Rabat u Ħad-Dingli, qata’ qalbu meta ġie biex iwasslu sal-

Umisllissima Civitatis Vallettae. L-ieħor, Bontadino de Bontadini, milli jidher

xejn ma staħa jew qagħad lura milli jieħu l-kredtu għas-soluzzjoni tas-saram li

sab ma’ wiċċu meta ġie flok Masuccio. Huwa addotta dak li kien issuġġerixxa

l-kapumastru Malti Giovanni Attard, li fejn bejn Ħ’Attard u Santa Venera,

kien hemm id-diżlivelli fil-medda tal-art, il-kanali tal-ilma jintrefgħu fuq ilħnejjiet.

It-turretta ta’ Santa Venera, fejn l-akwadott jasal fuq l-arkati f’ċertu għoli, u

l-oħra tal-Ħamrun, wara San Gejtanu, kienu mod biex iżommu pressa ta’ ilma

qawwija. Għax dak iż-żmien ma kienx hemm pompi, u riedu jinqdew bil-forza

tal-gravità. U veru, ejja ma ngħidux li mhux il-każ ta’ forka għall-iżventurat.

Imma żgur li kien każ ta’ profeta mhux magħruf f’pajjiżu, il-kapumastru

20 Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

Giovanni Attard. Għax meta 350 sena wara ġew biex isemmu Triq fil-qabda,

ma semmewhiex għalih, imma għal Bontadini – u did-darba dawk li semmew

it-triq kienu Maltin bħalu.

Dun Filippu Borg u l-Knisja l-Qadima

Sadattant waqt li kien miexi x-xogħol fuq l-akwadott, ftit passi bogħod,

f’Birkirkara fix-xaqliba tal-Imrieħel ukoll, il-Kappillan tal-post u n-nies tarraħal

kienu qed iħabirku biex jibnu knisja parrokkjali ġdida. Dik li llum hija

l-Knisja l-Qadima. U l-Grammastru Wignacourt kien iġibu sew lill-Kappillan,

Dun Filippu Borg għax fl-1608, kien offrielu d-Dekanat tal-Katidral. Imma

Dun Filippu ħass li kellu jirrifjuta dil-ħatra għax kien se jkollu jħalli l-parroċċa

ta’ Birkirkara fi żmien li kien hekk meħtieġ għall-bini tal-istess monument

arkitettoniku Rinaxximentali.

Allura wieħed ma jridx wisq biex jistħajjel lill-Grammastru Wignacourt,

meta drabi kien joħroġ mill-palazz u mill-Belt, naturalment mhux liebes dik

l-armatura li biha pittru Caravaggio u li llum tinsab fl-Armerija. U jitla’ jara

kif kien miexi x-xogħol fuq il-bini tal-akwadott, forsi kien jaqbeż qabża wkoll

jara l-progress fuq il-lant tal-knisja li kien qed jibni ħabibu Dun Filippu. U

dan min-naħa tiegħu, ma naqasx li jagħmel l-arma ta’ Wignacourt mal-faċċata

tal-knisja, dak iż-żmien ġdida. Naturalment fil-ġenb tal-oħra kbira fin-nofs

tar-Rè Filippu III ta’ Spanja, li sa dak iż-żmien kien għadu wkoll Rè ta’ Malta

u għalhekk ogħla mill-istess Grammastru. Wieħed jiġih li jgħid li Dun Filippu

kien jaf sew kif kellhom imorru ċerti affarijiet – li fl-istess ħin jekk mhux

botta, kienet kumment politiku fin fin. Allavolja Wignacourt kien iġibu. Ta’

min jgħid ukoll li dis-sena hu l-450 anniversarju minn Twelidu.

Xi darba jew oħra, il-Grammastru seta’ mar jara l-ġiebja enormi li tħaffret

f’tarf it-trejqa għal Wied is-Sewda. Din aktarx kienet saret l-ewwelnett bħala

barriera għall-ġebel meħtieġ biex inbena l-akwadott, jew parti minnu. Kienet

kbira daqs l-għalqa li kien hemm fuqha u meta lestew, għmluha ġiebja. Biex

saqqfuha bnew ħnejjiet sa nofs l-għoli tagħha mit-tul. Fuq dawn tellgħu

ħnejjiet bil-kontra li fuqhom saqqfu, u firxu u l-ħamrija għall-użu agrikolu.

Imma sfortunatament, fissnin

disgħin tas-seklu l-ieħor,

meta saret il-bypass tal-

Imrieħel, li tqabbdet ma’ Triq

l-Imdina u kien hemm bżonn

li jwessgħu, l-għalqa li taħtha

kien hemm il-ġiebja, ittieħdet

għal dan l-iskop – u t-trakkijiet

u l-gafef tgħidx kemm kienu

damu jitqanżħu biex radmuha.

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

21

Funtani

Mill-Ħamrun, fejn konna wasalna bl-ilma aktar ’il fuq, dan kien jinżel għal

fejn wara faqqset il-Furjana, fit-torri dekorattiv li hemm fejn Sarria, u minn

hemm għal ġol-Belt. Hawn kien jibda jferra’ fil-funtana bil-motto: Omnibus

Idem - L-Istess Għal Kulħad. Imbagħad kien imur għal funtana spettakulari

f’nofs il-Pjazza tal-Palazz – din illum tinsab fi Ġnien San Filippu, il-Furjana,

u flokha, fi żmien il-Grammastru de Rohan, saru tnejn fit-truf tal-istess pjazza.

L-ilma kien jinżel għax-Xatt tal-Belt,

ħdejn Ta’ Liesse, fejn kien hemm

funtana bl-istatwa ta’ l-alla Nettuno – li

llum tinsab fil-bitħa tal-Palazz. Kellu

wkoll diversi kommunikazzjonijiet ma’

palazzi, istituzzjonijiet pubbliċi u djar

privati, u ma’ bjar u ġwiebi fejn setgħet

issir ħażna. U l-funtani dak iż-żmien

ma kinux sempliċement għall-gost li

wieħed jara l-ilma jiżfen. Imma kienu

sors mnejn in-nies setgħet timla l-ilma

li kienet tkun tinħtieġ. Fl-aħħar, l-ilma

mill-funtana ta’ Nettuno, kien imur għal

miżieb għamla ta’ kanun – illum fil-Mużew Marittimu l-Birgu – u minn hawn

kien jimtela biex jittieħed bid-dgħajjes għall-bastimenti.

Funzjoni Strateġika

U hekk, bl-ilma dejjem għaddej u jċafċaf frisk fil-funtani tal-Belt, għaddew

kważi mitejn sena. Mitejn sena li matulhom għadd ġmielu ta’ Grammastri

tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann ta, għaddew bl-akbar pompa minn

taħt dan l-Ark fi triqithom lejn l-Imdina għall-Ingress Solenni fil-bidu tal-

Prinċipat. Sa ma f’daqqa waħda, minn funzjoni utilitarja sar għandu funzjoni

strateġika. L-ewwel għax f’Ġunju 1798, l-invażuri Franċiżi ta’ Napuljun

li niżlu fuq il-gżira mill-inħawi ta’ San Ġiljan u minn Marsaxlokk, kienu

miftehmin li jibqgħu deħlin sa ma jiltaqgħu mal-akwadott, li jaqsam il-gżira fi

tnejn. It-tieni, għax tliet xhur biss wara, meta l-Maltin qamu kontra l-invażuri

msemmija, kien hawnhekk, ħdejn l-akwadott fl-inħawi tal-Arkata l-Baxxa,

ftit ’il fuq mill-ark tal-Furdulis, li stakkament tagħhom li kien ħareġ mill-Belt

għall-Imdina fejn kien beda l-irvell, qala’ taptipa, reġgħu lura u ngħalqu wara

s-swar għal imblokk ta’ sentejn. Donnu li l-akwadott ukoll ried jgħid tiegħu:

Mill-Imdina lejn il-Belt iva. Kontra le.

Fejn jidħol l-akwadott u l-ilma li jgħaddi minnu, anqas l-Ingliżi li ħakmu

l-gżira wara l-Franċiżi, ma kienu ġenerużi mal-Karkariżi. Għax meta dawn

fl-1868 talbu li minħabba n-nixfa, il-bjar pubbliċi fir-raħal ikunu mqabbdin

22 Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

mal-akwadott biex l-għajn pubblika tingħata l-ilma minnhom, raw it-talba

tagħhom miċħuda.

L-Ark idabbarha u jdabbruhielu

Imbagħad reġa’ għadda ż-żmien u ġiet it-Tieni Gwerra Dinjija. Ħabta u sabta

wara li kien ilu wieqaf, xemx u xita, Franċiżi u Maltin, għal aktar minn tliet

mitt sena, l-Ark tal-Furdulis iġġarraf. Kien l-1943. Kienet il-gwerra. Imma ma

ġġarrafx bil-bombi tal-għadu. Imma bi speċi ta’ friendly fire. Iġġarraf b’daqqa

ta’ xi inġenju tal-militar – tal-Ingliżi. Imbagħad, jekk din l-azzjoni ma kinitx

saret apposta, ejja ngħidu hekk, ħadu l-opportunità u komplew ħattewh għal

kollox. U Alla m’għamlu. Kienu qalu li enumeraw il-ġebel. Kienu qalu li

l-ġebel hekk enumerat kien intrefa’ hawn. Jew li kien intrefa’ hemm. Safrattant

m’għaddiex wisq żmien li ħadd ma kien jaf fejn kien. U kien fittxu l-Kunsill

Ċiviku ta’ Birkirkara fis-snin ħamsin. U kien fittxu mbagħad il-Kunsill Lokali

ta’ Birkirkara fis-snin disgħin. U ħadd ma sab fejn seta’ kien.

Sadattant għamlu katusi u ġanntu naħa m’oħra ħalli l-ilma jkompli għaddej.

U nħattew l-arkati quddiem Triq Kanun, wessgħu salib it-toroq u għamlu

rawndebawt baxx biex l-inġenji jduru bl-ordni. Imma ċerti sewwieqa, meta

jiftlilhom xejn ma kienu jqisuh. Kienu jibqgħu jagħfsulha dritt minn ġo fih bi

bravata. Ovvju, bil-lejl. Maż-żmien u sistema differenti tad-distribuzzjoni talilma,

il-funzjoni infrastrutturali tal-akwadott ta’ Wignacourt kienet issuperata.

Fis-snin ħamsin, il-konduttura oriġinali tiegħu taħt l-art qrib il-Bieb tal-

Bombi nqatgħet meta saret il-flyover għat-traffiku. F’ġenb minnhom hemm

taħt ħallewha tidher u għamlu lapida, li tfisser x’inhi dik it-toqba fil-għoli qrib

is-saqaf.

Mhux Bieb imma Ark

U bilħaqq! La semmejna l-Bieb tal-Bombi! Ta’ min jiċċara li ta’ Fleur de lys,

mhux bieb. Qatt ma kien bħal dak tal-Bombi li kien jagħlaq is-swar tal-Furjana.

L-għan tiegħu kien li minn fuqu

l-ilma jaqsam it-triq, speċi ta’

flyover kif għedna fil-bidu. Iżda

kien ukoll, permezz tal-arma

Maġistrali u tal-iskrizzjonijiet,

ixandar u jipproklama, il-liberalità

tal-Grammastru Wignacourt. U

did-darba nittamaw li ma jerġax

jgħaddi xi trakk bil-kontejner jew

xi krejn U nittammaw forsi aktar

li ma jkunx hemm min jitħajjar

isuq minn ġo fih.

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

23

Festa Santa Liena 2016:

Programm tan-Nar

Ħruġ min-niċċa: Il-Ħadd, 14/8/2016

8.00am: Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.

Ħruġ tal-vara min-niċċa: Ħruq ta’ murtali tal-bomba,

murtaletti, sajżijiet u kaxxa nfernali.

L-Ewwel ġurnata tat-Tridu: L-Erbgħa, 17/8/2016

8.00 am: Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.

12.00 pm: Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.

Il-Barka: Ħruq ta’ murtali tal-bomba, murtaletti u sajżijiet.

It-Tieni ġurnata tat-Tridu: Il-Ħamis, 18/8/2016

8.00am: Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.

12.00pm: Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.

Il-Barka: Ħruq ta’ murtali tal-bomba, murtaletti u sajżijiet.

L-Aħħar ġurnata tat-Tridu: Il-Ġimgħa, 19/8/2016

8.00am: Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.

12.00pm: Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.

Il-Barka: Ħruq ta’ murtali tal-bomba, murtaletti, sajżijiet

u kaxxa nfernali b’bukketti tal-kulur. Wara l-kaxxa jinħarqu

blalen u sajżijiet tal-kulur.

24 Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

Lejliet il-Festa: Is-Sibt, 20/8/2016

Te Deum: Ħruq ta’ murtali tal-bomba, kaxxa nfernali,

murtaletti u sajżijiet.

Nofsinhar: Ħruq ta’ murtali tal-bomba u murtaletti.

Transulazzjoni: Ħruq ta’ salut, kaxxa nfernali, murtaletti

u sajżijiet.

9.30pm: Ħruq ta’ murtali tal-bomba, murtaletti, blalen u

varjetà ta’ sajżijiet u murtali tal-kulur. Fl-aħħar tinħaraq

kaxxa nfernali tal-kulur.

11.15pm: Ħruq tan-nar tal-art fi Triq is-Santwarju.

Nhar il-Festa: Il-Ħadd, 21/8/2016

Purċissjoni: Salut u kaxxa nfernali mżejna b’murtaletti u

sajżijiet jinħarqu mal-ħruġ tal-purċissjoni. Ħruq ta’ murtaletti

u sajżijiet jakkumpanja l-purċissjoni. Il-ħarqa tagħlaq b’kaxxa

nfernali spanjola mad-dħul tal-istatwa fil-knisja.

Ir-Ripożizzjoni: Ħruq ta’ murtali tal-bomba, murtaletti,

blalen, sfejjer, sajżijiet u murtali tal-kulur. Il-festa tagħlaq

b’kaxxa nfernali tal-kulur.

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

25

26

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

Birkirkara f’Kitbieti

Ġorġ Peresso

Jekk ma qalha ħadd, ngħidha jien: Birkirkara hu raħal – aktar minn

raħal, bl-Ingliż kieku nsejħulu town – li joffri ispirazzjoni kbira u

mifruxa lill-kittieba. L-istorja tiegħu hi provokazzjoni ta’ tfittxija lill-istoriku. Il-folklor

jiġbdek. Il-Knejjes isaħħruk. It-toroq, uħud imserrpa, uħud wesgħin bħall-arterji, u

l-firxa tal-irħajliet, mill-Imrieħel sa ħdejn tal-Vitorja, joffru xenarju uniku għalkemm

tipiku Malti. U n-nies marbuta miegħu li għamlu isem huma wkoll l-istorja tar-raħal li

fih twieldu u trabbew.

Jixhdu dan, il-laqgħat kulturali ta’ Il-Muża Karkariża li torganizza Terry Muscat, bilgħajnuna

u s-sehem tas-Sindku u l-Kunsill ta’ Birkirkara. Fihom jinqraw siltiet qosra

letterarji u informativi dwar Birkirkara. Snin ilu, jien f’isem Radju BKR u l-għajnuna

tal-Kunsill, kont ħejjejt akkademja dwar Birkirkara fil-letteratura. U stajna nibqgħu

sejrin għal sigħat sħaħ.

Fil-kitbiet tiegħi ma jonqsux riferenzi, u aktar minn hekk, għal Birkirkara. Fi żmien ilgwerra,

kont refuġjat f’Birkirkara ma’ familti u l-familja tan-nanna Marì, f’dar fil-pjazza

ta’ Santu Rokku, li dak iż-żmien mill-gallarija tal-familja li ospitatna (Ta’ Mifsud), kont

naraha qisha Pjazza San Pietru. Ma setax jonqos li dawn l-esperjenzi tiegħi ta’ tfuliti

f’Birkirkara ma jidħlux fl-awtobijografija tieghi, It-Tifel tan-Nanna. Fil-fatt, hemm

żewġ kapitli għal qalbi. Hemm deskrizzjoni tal-ħajja fil-pjazzetta, fit-toroq u l-isqaqien

tal-madwar. U l-ħarġiet ma’ nannti sal-Knisja jew sa tal-Ħerba jew għal xi qadja.

Anki fl-ewwel rumanz tiegħi, Ħajja ta’ Kelb, Birkirkara hi msemmija, anki jekk mingħajr

ħafna deskrizzjonijiet. F’rumanz ieħor, Is-Skiet tal-Ħarifa, ir-raħal li fih jisvolġu d-diversi

stejjer hu Birkirkara anki jekk qatt ma nagħtih isem. Huma n-naħiet, bejn wieħed u ieħor,

ta’ kif wieħed iħalli Santu Rokku għal Triq San Ġiljan. Oriġinarjament, l-idea ewlenija u

d-deskrizzjonijiet ġewni f’rasi jien u sejjer u ġej bil-mixi lejn l-Università.

Iżda l-aktar rumanz li fih semmejt espliċitament lil Birkirkara hu Il-Qassis tal-Belt.

L-istorja sseħħ fl-ewwel ħamsin sena tal-Ingliżi f’Malta. B’mod aktar definit, fl-1849,

meta kien hawn l-ewwel speċi ta’ elezzjoni għall-Kunsill Nazzjonali ta’ tmienja min-nies

Maltin. Imma r-riedni kienu f’idejn l-Ingliżi. F’dawk iż-żminijiet, f’Malta kien hawn

mijiet ta’ refuġjati Taljani tar-Risorgimento li ġabu rivoluzzjoni kulturali, l-aktar fil-Belt

Valletta u fil-Kottonera. Dun Ġwakkin, qassis twajjeb imma f’qalbu jifhem li l-Knisja

kellha tibda tagħmel it-tibdiliet tagħha biex timxi maż-żminijiet u għalhekk jitħabbeb

ma’ xi refuġjati Taljani li kellhom ideat progressivi. L-Isqof ibiegħdu minnhom u mill-

Belt u jibagħtu jaqdi qassis xwejjaħ, fil-Knisja ta’ San Mikiel, fl-Iklin.

Mill-bidu tiegħu, ir-rumanz jagħtina dehra ta’ Birkirkara. Il-kaless li kellu jwassal lil

Dun Ġwakin sa l-Iklin, jaqsam il-pont tal-Wied, u jinżel lejn il-Knisja ta’ San Pawl, fejn

ikun hemm Dun Giuseppe Brighella jaqra l-gazzetta, L’Ordine, li tagħha kien editur.

Jew hekk jidher, għax moħħu kien f’dak il-kaless li kellu jieħu lill-qassis żagħżugħ

fl-‘eżilju’ tiegħu. Jidher li Brighella, qassis influwenti u wieħed mill-aktar għorrief u

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu 27

245 x 175 copy.pdf 1 14/06/2016 11:12 AM

C

M

Y

CM

MY

CY

CMY

K

28

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

konservattivi ta’ żmienu u li kellu dar x’imkien il-Wied, kien strumentali biex Dun

Ġwakkin spiċċa ’l bogħod mill-Belt.

Hemm żewġ paġni oħra sew marbuta ma’ Birkirkara. Waħda hi dwar magħmudija u

l-festin li jsir, bil-preżenza tal-Arċipriet ta’ dak iż-żmien, ħawtiel u maħbub anki jekk xi

ftit imdandan, il-Kanonku Arċipriet Debono li tant ħadem, anki ma’ Brared biex jagħti

dinjità lill-Parroċċa u jkollha vara sabiħa.

B’dana kollu, l-aktar paġna għal qalbi dwar Birkirkara hi dwar il-festa fil-pjazza li dak

iż-żmien kienet għadha ddominata minn ġibjun fin-nofs. Id-deskrizzjoni festiva toħroġ

b’mod indirett. Insibu l-karattri ewlenin. Sidor, bidwi u raħħal sbukkat, li kellu razzett

fejn kien joqgħod ma’ martu Mananni, twajba u ħawtiela, imma nkwetata. Niżżlu

magħhom lil Mena, tfajla sabiħa, ftit sempliċi, skont uħud, imma skont Dun Ġwakkin,

tifla intelliġenti. Kienu qegħdin irabbuha Sidor u Mananni, wara li ommha mietet qasir

il-għomor. Kien hemm għajdut dwar min kien missierha. Niżlet ukoll Lieni, li kienet taf

kollox fuq kulħadd u fejn ma tafx tivvinta.

Ħalli nġib din il-paġna mir-rumanz.

Sidor jasal minn Birkirkara wara l-festa ta’ Santa Liena bla ma tilef għaqlu bix-xorb

u bla ma lsienu nħall f’xi tgħajjira – għalkemm kien mejjet biex ibill griżmejh f’kull

ħanut tal-inbid li f’Birkirkara kienu magħrufa, l-aktar tal-pjazza. Qagħad lura mhux

tant biex ma jinwketax lil martu u ma jaqbadhiex ma’ Lieni li niżlet tiddandan hija

wkoll mit-tmienja ta’ filgħodu tara l-vara ħierġa, b’sidirha mimli deheb aktar minn talvara,

imma biex ma jinkwetax lil bintu Dolor ftit jiem qabel kellha teħles. Anzi, daħal

jinvista u jgħid xi ftit talb fil-Knisja tal-Imperatriċi biex bintu teħles b’wiċċ il-ġid u

wiegħed li jekk tkun tifla jagħtiha Lieni bħala wieħed mill-ismijiet tal-magħmudija –

għalkemm hu xtaq tifel. Imma ma kienx se jiddejjaq jekk tkun tifla u fil-fonti jagħtiha

l-isem tal-qaddisa imperatriċi. Lejn dik il-qaddisa, jew aħjar lejn dik l-istatwa sabiħa,

kellu ġibda. Xejn xejn, għax kienet tfakkru f’oħtu Sunta, omm Mena. Wiċċ Santa Liena

wiċċ oħtu n-nattiv.

Mena ma tiqafx tgħid kemm hi sabiħa Santa Liena!

Sidor jitlob ma’ martu Mananni hi u tgedwed il-vrajjes tagħħa lil Santa Liena.

“Santa Liena

Tar-riżq u l-ħniena

Uliedek sebgħa,

U inti jinsabu tmienja;

Għandek wieħed Kostantinu….

Niżżiltu fil-bir

Tellajtu

Għamiltu taħt siġra dellija.

Pater Noster u Ave Marija

«Għidu, moħħkom hawn. »

« Tista’ tgħidli x’il-madoffi qed tgedwed ? Din x’talba hi, aqqas Alla ma jifhimha,»

igerger Sidor fil-Knisja ta’ Santa Liena Imperatrici.

Dun Ġwakkin mit-tieqa tal-kmajra jarahom ġejjin lura bil-karettun qishom marru

pellegrinaġġ. Mena, bħal qaddisa tal-inkwatri, idejha ma’ sidirha, iżżomm xi ħaġa.

Santa ta’ Santa Liena.

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

29

30

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

Il-Qniepen tal-Kolleġġjata

Kitba ta’ Emanuel Sammut

Il-Kolleġġjata Bażilka tagħna hija mżewqa b’żewġ kampnari. Taxxellug

usa minn dak tal-lemin minn ġewwa. Fl-ewwel kampnar,

dak ta’ fuq il-lemin, meta wieħed iħares lejn il-knisja mill pjazza ta’ quddiemha, insibu

żewġt iqniepen, waħda li hi msejħa l-Antika, u l-oħra li hija msejħa tat-Tletin. Filwaqt

li fit-tieni wieħed, dak tax-xellug, hemm ħames qniepen: l-Għawdxija, il-Fustanija,

iż-Żgħira, il-Kbira, u Tas-Sittax.

L-Antika hija t-tieni l-ikbar qanpiena u tiżen 40 qantar. Din il-qanpiena li aktar tard

ingħatat l-isem ta’ Santa Marija fiha din il-kitba: Quo magnificentius as Sacra vocentur

fideles populi. Kien ħadimha GioacchinoTriganza fl-1813. Jingħad li din il-qanpiena

kien irregalaha Vincenzo Borg Brared u li dan kien għamilha minn kanuni qodma li kien

xtara. Jgħidulha l-antika għax hi kienet il-kbira qabel dik preżenti. Din il-qanpiena ddoqq

f’kull purċissjoni, u għall-festi sekondarji, kif ukoll fit-trapassjoni jew sinjal ta’ mewt ta’

xi saċerdot. Fir-restawr ta’ dan l-aħħar din il-qanpiena kellha bżonn attenzjoni speċjali.

L-ilsien, billi kien mikul bix-xogħol, ħarġulu bħal żewġ għoqiedi ta’ ħadid aktar iebes

mill-kumplament u dawn kienu qegħdin ikomplu jżidu l-ħsara fil-ġerħa, jiġifieri filġnub

fejn iħabbat l-ilsien tal-qanpiena. Għaldaqstant, l-ewwel tneħħew dawn l-għoqiedi

u mbagħad l-ilsien imtela u reġa’ ġie ffurmat mill-ġdid. Barra minnhekk l-ilsien ġie

mdawwar biex iħabbat fuq żewġ faċċati oħra tal-qanpiena, u wara, l-qanpiena ddawret

nofs dawra, biex baqgħet tindaqq mill-istess naħa. Għal dan kien hemm bżonn ta’ żieda

ta’ travi tal-ħadid u bdil tal-mod ta’ kif kien marbut l-ilsien fuq ġewwa. Dan ix-xogħol

kien tassew diffiċli u ta’ periklu meta wieħed jaħseb fuq id-daqs u l-piż tal-qanpiena.

Il-qanpiena l-oħra li nsibu fl-istess kampnar hija msejħa tat-Tletin. Din hija t-tielet

waħda mill-kobor u wkoll ħadimha Triganza fl-istess żmien ta’ l-Antika. Din tintuża

għat-tokki tal-Anġelus u fil-ħin li jissejjaħ siegħa lejl jew tal-imwiet. Fl-aħħar restawr

li sar, imtela u ġie ffurmat mill-ġdid l-ilsien, u mbidel il-mod tal-irbit tiegħu. Dawn iżżewġ

qniepen kienu saru fil-Knisja l-Qadima u tbierku mill-Isqof Ferdinando Mattei

fl-1841.

Fil-kampnar l-ieħor, insibu ħames qniepen oħra, li fosthom hemm “l-Għawdxija”

li nħadmet minn GioacchinoTriganza wkoll u kienet tindaqq fil-knisja ta’ San Ġorg

fir-Rabat ta’ Għawdex. Hemm kellha xi ħsara fil-kuruna, minn fejn tintrabat. Wara li

ssewwiet inxtrat minn Vincenzo Borg Brared u rregalaha lill-Kolleġġjata fl-1820. Din

il-qanpiena li ddoqq normali u regulari, tindaqq biex tagħti sinjal li bdiet l-espożizzjoni

ta’ Ġesu’ Sagramentat u flimkien mal-Fustanija tagħti sinjal għar-reċita tal-Brevjar. Flaħħar

restawr, minħabba li l-kuruna hija tal-ħadid, din il-qanpiena tniżżlet fuq l-armar

biex titnaddaf il-kuruna mis-sadid u tingħata l-manutenzjoni li kien hemm bżonn.

L-ilsien ukoll imtela minn erba’ postijiet għax kienu dawwruh xi darba qabel fiż-żmien

L-irbit tal-ilsien mal-qanpiena ġie mibdul ukoll.

Il-Fustanija li tagħti sinjal għar-reċita Kapitolari tal-Brevjar tintuża wkoll għad-daqq

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu 31

32

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

tal-quddies. Fl-aħħar xogħol inbidel it-travu li hi mdendla miegħu, kif ukoll imtela

l-ilsien u nbidel l-irbit tiegħu.

Il-qanpiena li nsibu tħares għal fuq il-bejt tal-knisja hija “iż-Żgħira”. Din tibda hi

f’mota bil-qniepen kollha, iżda wara li jkun ingħata s-sinjal ta’ bidu b’tas-Sittax. Din

ta’ l-aħħar tintuża flimkien mal-Fustanija biex tagħti sinjal għar-reċita tal-Brevjar.

Kemm iż-Żgħira kif ukoll dik tas-Sittax sarithom mili tal-ilsien u nbidel l-irbit tagħhom

mal-qanpiena.

Il-qanpiena li baqgħalna nsemmu hija l-Kbira jew Helena. Inħadmet mid-ditta Prospero

Barigozzi ta’ Milan u ġiet ordnata għall-Kolleġġjata tagħna. Din il-qanpiena tiżen 97

qantar u 28 ratal u l-ilsien jiżen 4 qnatar u 12-il ratal. Fuqha għandha kitba bil-Latin li bil-

Malti tfisser: ‘Fis-sena 1931, meta kien Arċisqof u Isqof ta’ Malta Mawru Caruana,

taħt it-tmexxija ta’ Carmelo Bonnici, Duttur fit-Teoloġija, Prepostu tal-parroċċa

Elenjana, flimkien mal-Kulleġġ tal-Kanoniċi, din il-qanpiena li n-nies lit-tempju

t’Alla jiddedikaw solennement illum. Kienet magħmula f’Milan, għand Prospero

Barigozzi. Saret bi flus il-parruċċani, mimlijin b’ferħ’. Fiha ukoll imnaqqax dawn

iż-żewġ versi mis-salmi: ‘Faħħru lill-Mulej ġnus kollha, sebbħuh popli kollha’ u

‘Għannu lill-Mulej għanja ġdida, għannu lill-Mulej fl-art kollha’. Din il-qanpiena

tindaqq f’mota sħiħa mal-qniepen l-oħra; nhar ta’ Ġimgħa fit-3.00 ta’ wara nofsinhar,

fit-trapassjoni, funerali u quddies ta’ xi membru tal-Kapitlu, f’tokki weħidha għalllaqgħat

kapitulari kif ukoll f’okkażjonijiet speċjali kif meħtieġ. Fix-xogħol ta’ restawr

imtela l-ilsien kif ukoll inbidlet iċ-ċinga u l-boldijiet li jorbtu l-ilsien mal-qanpiena.

Id-daqq ta’ dawn il-qniepen jingħaqad magħna f’mumenti ta’ dieqa bħal ma huma

funerali, iżda jpaxxina fil-jiem tal-festi tagħna speċjalment dik ta’ Santa Liena meta

jibdew idoqqu minn kmieni filgħodu biex ifakkruna li waslet il-ġurnata li l-poplu

Karkariż ikun ilu jistenna biex jiċċelebra din il-festa ad unur il-padruna kbira tagħna

Santa Elena.

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

33

34

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

L-Istatwa Devota ta’

Marija Bambina f’Birkirkara

Kitba ta’ Joe Brincat

Fis-7 ta’ Settembru li ġej, l-istatwa devota ta’ Marija Bambina tal-

Isla tagħlaq 73 sena minn meta ttieħdet lura lejn il-belt Sengleana

biex il-poplu Senglean ikun jista’ jiċċelebra l-festa tagħha, b‘devozzjon, f’pajjiżu.

Skont studjużi tal-istorja, din l-istatwa kienet instabet fil-baħar fl-1618, flimkien ma’

xi tifrik ieħor ta’ xi xini nisranija, mill-Kavallieri ta’ San Ġwann waqt li dawn kienu

qegħdin ibaħħru fuq galjun tagħhom fil-baħar Adriatiku.

Iktar tard, din l-istatwa ngħatat lill-knisja parrokkjali tal-Isla mill-Kaptan ta’ dan ilgaljun

fuq talba ta’ xi passiġġieri Maltin li kienu qegħdin ibaħħru fuq dan il-bastiment.

Minn hawn ’il quddiem din l-istatwa baqgħet tiġi meqjuma f’din il-knisja parrokkjali

tul iż-żminijiet b’għożża kbira.

Fl-1813, faqqgħet il-pesta li bdiet taħsad il-ħajja ta’ mijiet ta’ nies Maltin. Il-Kapitlu

Senglean wiegħed solennement li jekk il-belt ta’ l-Isla ma tintmiss minn din il-marda

qerrieda, huma kienu lesti li jagħmlu tliet purċissjonijiet, waħda minnhom bil-vara

tal-Bambina u li din għandha tibqa’ ssir kull sena fit-8 ta’ Settembru. Bl-interċessjoni

tal-Madonna, l-Isla ma ntmessitx minn din il-marda kiefra, u din il-wiegħda baqgħet

tinżamm sal-ġurnata tal-lum.

Malli sar Arċisqof tad-djoċesi, Dom Mauro Caruana, beda jirċievi talbiet minn

ħafna Sengleani biex il-vara tal-Bambina tiġi inkurunata b’digriet mill-Vatikan. Iżda

minħabba li f’dik il-ħabta, id-dinja kollha kienet għaddejja minn żmien ta’ gwerra,

l-Ewwel Gwerra Dinjija, ir-rikors lill-Kapitlu tal-Vatikan ma tressaqx qabel l-1920. Irreskritt

ta’ l-Inkurunazzjoni ħareġ fl-1 ta’ Mejju 1920, u ġiet inkurunata nhar il-Ħadd, 4

ta’ Settembru 1921, mill-Arċisqof Caruana stess.

Fil-11 ta’ Ġunju tal-1940, Malta bdiet għaddejja millflaġell

tat-Tieni Gwerra Dinjija. Ajruplani tal-għadu

bdew jibbumbardjaw lil Malta, u l-Knisja Parrokkjali

tal-Isla, bħall-knejjes l-oħra kollha tal-Kottonera, ġiet

f’periklu kbir peress li kienet ħdejn id-dockyard.

Fil-bidu ta’ Jannar tal-1941 l-aircraft carrier

“Illustrious” flimkien ma’ xi bastimenti oħra Ingliżi

telqu minn Lixandra fi triqthom lejn Malta. Meta

l-bastimenti kienu xi tmenin mil ’il bogħod minn

Malta, ġew attakkati minn ajruplani Ġermaniżi.

L-aircraft carrier Illustrious ġiet milquta diversi drabi,

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu 35

36

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

iżda b’xorti tajba ma għerqitx, anzi baqgħet tikkumbatti u rnexxielha tasal Malta, fil-lejl

tal-10 ta’ Jannar. Din ġiet sorġuta f’Parlatorio Wharf taħt Kordin in-naħa li tħares lejn

l-Isla.

Fis-16 ta’ Jannar 1941, f’xi s-sagħtejn ta’ wara

nofsinhar, Malta daqet għall-ewwel darba

l-qilla tal-bumbardamenti tal-Luftwaffe. Dak

il-ħin l-ajruplani Ġermaniżi ħabtu bla ħniena

jattakkaw l-aircraft carrier “Illustrious”, u

għal sagħtejn sħaħ, b’waqfa żgħira, l-Junkers

u l-Messerschmitts u xi ajruplani Taljani

attakkawha b’ qilla kbira. Iżda ma rnexxilhomx

jgħarrquha.

Biss dak li ma għamlux lill-aircraft carrier, għamluh lil Malta. Bombi mmirati għal

fuq l-aircraft carrier laqtu knejjes u bini ieħor fosthom il-knisja parrokkjali tal-Isla u

s-sagristija tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz tal-Birgu, barra għadd kbir ta’ djar u

bini ieħor.

Fl-1941, meta l-gwerra kompliet tiħrax, u saru dawk l-attakki qawwija fuq l-aircraft

carrier “Illustrious”, l-istatwa tal-Bambina kienet qed tinżamm fis-Sagristija, f’niċċa

ġol-ħajt, fejn l-Arċipriet ħaseb li kienet qiegħda f’post żgur. Iżda mirakolożament ma

ġralha xejn. Il-Kapitlu Senglean hawn iddeċieda li jieħu l-istatwa tal-Bambina, flimkien

mal-istatwa mirakoluża tar-Redentur, u l-istatwa ta’ Sidtna Marija tal-Qalb ta’ Ġesu, ilparamenti

Sagri tal-festa titular, u bosta kwadri ċkejknin għall-kenn mill-bombi tal-għadu,

fil-Knisja Kolleġjata Arci-Matriċi ta’ Birkirkara, u fl-20 ta’ Jannar 1941 il-Bambina

nġarret fuq l-idejn lejn Bormla fejn ġiet imgħobbija fuq trakk u ttieħdet f’din il-knisja.

Jakkompanjaw l-istatwa fuq it-trakk fi triqitha lejn Birkirkara

kien hemm l-Arċipriet u xi persuni oħra. Huma u sejrin fit-triq,

irreċtaw kontinwament ir-Rużarju, b’tama li ma jmurx jiġri li

jiġu attakkati mill-ajru, u jtiru lkoll flimkien mal-Bambina.

Meta waslu f’Birkirkara sabu folla nies li kienet qiegħda

tistennihom fuq iz-zuntier tal-knisja parrokkjali ta’ Santa

Liena. L-istatwa ġiet milqugħa b’applawsi, ċapċip u għajjat

ta’ ferħ. Xi saċerdoti, uħud minnhom mill-Isla, baqgħu deħlin

bl-istatwa sa fuq l-altar maġġur. Imbagħad l-istatwa tqiegħdet

f’post aktar żgur u fejn kulħadd seta’ jinvistaha.

Din l-istatwa tħalliet fil-Kolleġġjata ta’ Birkirkara għal żmien il-gwerra, u hemm ġiet

iċċelebrata l-festa tagħha fl-1942. Għal din il-festa ġarrew mill-Isla l-altar ta’ quddiem

il-vara, li provviżorjament kien merfugħ fl-Ospizju Sant’ Anna. L-ewwel għasar u

l-quddiesa pontifikali tmexxew mill-Isqof Galea. Waqt il-pontifikal, tqassmu 450 santa

tal-Bambina li kienu ġew stampati fid-dar ta’ San Ġużepp.

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

37

38

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

Is-sena 1943 ma kinitx qalila ħafna, u l-attakki kienu

issa bdew jonqsu ġmielhom, fil-fatt bdew isiru anke

xi festi, ta’ xi bliet u rħula Maltin. Għalhekk, ftit qabel

il-festa tal-Bambina, il-kapitlu tal-Isla ltaqa’ fl-istitut

ta’ San Ġużepp, fil-Ħamrun biex jiddeċiedi jekk

kellhomx jibqgħu bħal fi żmien il-gwerra, jiġifieri

jiċċelebraw il-festa ta’ Marija Bambina f’Birkirkara

u fin-Naxxar, jew jekk jiċċelebrawx l-festa, l-Isla.

L-Arċipriet ta’ dak iż-żmien Dun Manwel Brincat issuġerixxa li l-festa għanda ssir

l-Isla, minkejja li l-biċċa l-kbira tal-bini, inkluża l-knisja parrokkjali, kien ħerba. Il-

Kapitlu qabel ma’ din il-proposta u vvota favur. Imbagħad Dun Manwel ippropona

li għall-festa, l-istatwa inkurunata tal-Bambina għandha tittieħed minn Birkirkara u

tinġarr fil-purċissjoni, fl-Isla. Il-Kapitlu kien unanimament kontra din it-tieni proposta

tal-Arċipriet. Il-gwerra wara kollox kienet għadha ma spiċċatx.

Iżda Dun Manwel ma qatax qalbu u qam u staqsa jekk il-membri tal-Kapitlu kinux

lesti jħalluh jerfa’ r-responsabbiltà tad-deċiżjoni waħdu. Ħadd ma oġġezzjona. U allura

fis-7 ta’ Settembru 1943 l-istatwa tal-Bambina nġarret lura minn Birkirkara għall-Isla

fuq trakk mis-suldati tal-King’s Own Malta Regiment (KOMR) u meta waslet ħdejn

il-Bieb tal-Isla ntregħfet fuq l-ispallejn.

Tqiegħdet fis–sagristija tal-knisja parrokkjali li ma

kinitx iġġarrfet. Minn hemm, ittieħdet proċessjonalment

għall-knisja ta’ San Filippu fuq il-ponta ta’ l-Isla, qalb

it-tifrik tad-djar imġarrfa. Sa dan it-tant id-Dipartiment

tax-Xogħlijiet Pubbliċi ħa ħsieb biex jagħmel passaġġ

qalb il-ħerba ħalli l-purċissjoni tkun tista’ tgħaddi.

L-għada 8 ta’ Settembru, jum il-Vitorja, saret funzjoni

b’solennità kbira daqs li kieku l-gwerra kienet spiċċat, u

wara saret il-purċissjoni mat-toroq tal-Isla, fost it-tifrik

ta’ djar imġarrfa. Kienet verament purċissjoni solenni

u l-poplu Senglean kollu talab lill-Madonna bil-ħerqa.

Dak inhar filgħaxija, waqt il-purċissjoni, meta l-vara

kienet waslet ix-xatt ta’ l-Isla, tħabbar ukoll li l-Italja,

wieħed mill-pajjiżi għedewwa, kienet ċediet. Dan sar

permezz ta’ mikrofoni minn fuq il-frejgati navali.

Dun Manwel Brincat ikompli jgħid fid-djarju tiegħu li matul il-lejl ta’ bejn is-7 u t-8

ta’ Settembru, kellu qalbu ttaqtaq li ma jmurx jinqala’ xi ħaġa u jkollu jġorr il-piż kollu

waħdu. Biex iżidlu mal-anzjetà, dak il-lejl kien hemm air raid warning u kif daqq irraid,

qabeż ’il barra mis-sodda, u ħareġ jiġri ħalli jara x’kien inqala’. Iżda b’xorti tajba

għal kulħadd, l-ajruplani li ġew kienu tat-tkixxif, u bombi ma ntefgħux.

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

39

40

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

Attivitajiet matul is-sena

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

41

42

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

Djarju tal-Kumitat għas-Sena li Għaddiet

22/08/2015: Għall-ewwel darba fl-istorja tal-piroteknika f’Birkirkara saret quddiesa

lejliet il-festa għall-persuni li kienu se jqattgħu s-Sibt u l-Ħadd jaħarqu n-nar tal-ajru

fl-għelieqi. Il-quddiesa saret fl-4.00pm fis-Santwarju tal-Madonna tal-Ħerba u qaddes

il-quddiesa l-Kanonku Dun Leonard Mintoff.

10/09/2015: F’laqgħa tal-kumitat ittieħdet d-deċiżjoni li l-isem tal-kumitat kellu

jinbidel minn Kumitat Nar Santa Liena 2015 għal Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu.

08/10/2015: Il-kumitat iltaqa’ ma’ Mario Attard, il-licencee tal-Kamra tan-Nar San

Ġużepp ta’ Ħaż-Żebbuġ biex niddiskutu ftehim biex jinħadem xi nar minn pirotekniċi

Karkariżi fil-kamra tan-nar li jmexxi. Ftit ġranet wara sar ftehim mal-Każin San

Ġużepp ta’ Ħaż-Żebbuġ biex ix-xogħol seta’ jibda.

11/10/2015: Ikla fis-sala tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara.

31/10/2015: Ikla f’dar Ħal Balzan peress li l-attività tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara

ippjanata li ssir dak in-nhar ma saritx minħabba l-maltemp.

15/11/2015: Ikla fis-sala tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. Bejn il-15 u t-22 ta’ Novembru,

il-kumitat ħa sehem f’wirja dwar il-piroteknika f’Malta li saret fil-Każin tal-

Għaqda Mużikali Beland taż-Żejtun.

21/11/2015: Saret quddiesa fil-Bażilika ta’ Santa Liena għar-ruħ ta’ dawk kollha li xi

darba jew oħra ħadmu n-nar għall-festi f’Birkirkara

02/12/2015: Il-kumitat ħareġ il-kalendarju għas-sena 2016

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu 43

04/12/2015: Il-kumitat ħa sehem fl-attività Jum Birkirkara organizzata mis-Soċjetà

Dun Filippu Borgia.

13/12/2015: Ittella’ l-premju tal-lotterija organizzata mill-kumitat għal presepju

maħdum minn Mario Micallef. Din il-lotterija ntlaqgħet tajjeb ħafna.

11/02/2016: Tliet membri tal-kumitat ħadu sehem fi programm imtella’ mis-Soċjeta’

Dun Filippu Borgia fuq ir-radju BKR. Ġimgħa wara, żewġ membri oħra ħadu sehem fi

programm ieħor.

21/02/2016: Ikla fis-sala tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara

12/03/2016: Ikla fis-sala tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara.

13/04/2016: Membri tal-Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu ltaqgħu mal-Kumitat

tal-Festa.

01/05/2016: Ikla f’Tas-Salib ir-Rabat

03/05/2015: Minkejja li l-purċissjoni ta’ Santu Kruċ ma ħarġitx minħabba l-maltemp

il-kumitat xorta ħaraq in-nar li kien maħsub li jinħaraq għall-festa tas-Salib. In-nar

inħaraq waqt il-quddiesa tal-festa, ftit wara s-Sanctus.

06/05/2015: Ikla f’sala l-Imrieħel. Il-kumitat ħareġ poster sabiħ b’ritratt tal-istatwa

majestuża ta’ Santa Liena.

15/05/2016: Membru tal-kumitat ħa sehem fil-laqgħa għall-għaqdiet ta’ Birkirkara bittema

Naħdmu għal Birkirkara aħjar organizzata mis-Soċjeta’ Dun Filippu Borgia.

27/05/2016: Ikla f’sala l-Imrieħel

11/06/2016: Il-kumitat ħa sehem fl-attività organizzata mill-Kunsill Lokali ta’

Birkirkara bit-tema Birkirkara maż-Żminijiet.

25/06/2016: Quddiesa għall-erwieħ ta’ dawk kollha li mietu fil-kmamar tan-nar ta’

Birkirkara f’għeluq id-disa’ snin mill-isplużjoni tal-Kamra tan-Nar Sant’Elena fix-

Xwieki.

Matul ix-xhur li għaddew il-Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu ltaqa’ kull

ġimgħa biex jiddiskuti, jippjana u jħejji għad-diversi attivitajiet li saru.

44 Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

Rendikont

Dħul

Ġbir fil-ħwienet u f’attivitajiet tal-Kunsill Lokali Birkirkara: €1,373.84

Ġbir mid-djar: €910.28

Donazzjonijiet: €4,372.63

Ikliet: €1,853.70

Lotteriji: €4,143.10

Musketterija (Soċjetà Dun Filippu Borgia): €80

Arbural: €432

Ħarġiet: €170

Bottijiet fil-ħwienet: €517.35

Riklami: €1,030

Total Dħul: €14,882.90

Ħruġ

Nar tal-art u tal-ajru ta’ Santu Kruċ u Santa Liena: €11,056.54

Assikurazzjoni: €1,557.40

Spejjeż relatati mal-ħruq tan-nar: €753.13

Stampar tal-programm: €280

Spejjeż oħra: €52.20

Total Ħruġ: €13,699.27

Bilanċ: €1,183.63

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu 45

Ringrazzjamenti

Biex ittella’ programm ta’ nar għal festa popolari bħal dik ta’ Santa Liena trid

ħafna u ħafna għajnuna. Kien hemm numru kbir ta’ nies u organizzazzjonijiet

li għenuna.

Nixtiequ nirringrazzjaw lill-

• Kapitlu Elenjan u l-Kumitat tal-Festa.

• Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li dejjem sibnieh ta’ għajnuna meta kellna

bżonn.

• Każin San Ġużepp u Banda De Rohan ta’ Ħaż-Żebbuġ li tana l-opportunità

li naħdmu parti min-nar li ser jinħaraq fil-festa ta’ Santa Liena ta’ din is-sena

fil-kamra tan-nar tagħhom.

• Kamra tan-Nar tal-Istilla Ħal Luqa.

• Kamra tan-Nar 12th May ta’ Ħaż-Żebbuġ.

• Is-Soċjetà Dun Filippu Borgia.

• Dolceria Barigozzi.

• Is-sinjuri Vitor u Nikki Grima li ħallsu għan-nar tad-Te Deum.

• Numru ta’ partitarji tal-Għaqda Mużikali Sant’Elena li ġabru bejniethom

l-ispejjeż għall-kaxxa tal-kulur ta’ lejlet il-festa.

• L-aħwa Sant li ħallsu għan-nar ta’ nhar il-festa fil-għaxija.

• Numru ta’ individwi, fosthom partitarji tal-Banda Duke of Connaught, li

ħallsu għall-ispejjeż ta’ diversi biċċiet tan-nar tal-art.

• Numru ta’ persuni li individwalment ħallsu għal murtal tal-kulur.

• Is-sidien tal-għelieqi minn fejn naħarqu n-nar.

• Il-ħafna Karkariżi li ta’ kull ġimgħa u f’ħafna okkażjonijiet oħra daħħlu

jdejhom fil-but u taw il-kontribuzzjoni tagħhom jew li għenuna b’xi mod

jew ieħor. Ħafna minn dawn il-persuni jibqgħu anonimi iżda nixtiequ

ngħidulhom li l-Kumitat tagħna japprezza ħafna l-għajnuna tagħhom.

Nirringrazzjaw ukoll lil dawk kollha li attendew għall-attivitajiet tagħna

ta’matul is-sena.

• Il-ħwienet u entitajiet kummerċjali oħra li rreklamaw fil-ktieb/programm talfesta

u fil-kalendarju li ħriġna għas-sena 2016. Nappellaw lill-qarrejja kollha

tagħna biex jagħmlu użu mill-prodotti u s-servizzi rreklamati minnhom.

• Charlie Briffa.

• Mario Aquilina għall-għajnuna fid-disinn tal-ktieb u affarijiet oħra.

• Ruben Paul Bonniċi, Ivan Saliba, Alan Saliba u Mario Aquilina għar-ritratti.

46 Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

47

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!