03.09.2017 Views

MMG PROGRAMM FESTA 2017 for online publication

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ

Żabbar - A.D. 1883

FESTA

MADONNA TAL-GRAZZJA

2017

"Mis-smewwiet ilqa’ Madonna

It-tifħir ta’ sliem u ġieħ

Li mill-qalb ta’ kull Żabbari

Tiela’ għal ħdejk f’dal-jum sabiħ."

1

Società Filarmonica

Maria Mater Gratiæ

ŻABBAR - A.D. 1883

72, Triq is-Santwarju

Ħaż-Żabbar ZBR 1013

Tel: 2182 9194

Email: mmg@mmg.com.mt

www.mmg.com.mt

Koordinatur tal-pubblikazzjoni

Vince Caruana Gauci B.Ed. (Hons)

Ritratti

Raymond Gialanze

Ġbir tar-reklami

Lawrence Bugelli

Marilyn Falzon

Rosanne Gauci

Giovann Pace

Charlot Saliba

Brandon Sladden

John Zammit

Disinn

Robert Tabone

Mitbugħ

Dormax Press Co. Ltd.

55B, Garibaldi Road,

Marsa Industrial Estate

sales@dormaxpress.com

L-artikli ppubblikati f’dan il-ktieb

mhux bilfors jirriflettu l-opinjoni

ta’ min hu responsabbli.

© Soc. Filar. Maria Mater Gratiæ

Żabbar, 2017

WERREJ

Editorjal 3

Kumitat Eżekuttiv 2016-2017 4

Il-Palazz tal-Iljuni 6

Missjoni Kompluta 9

Ħolma Kerha li Spiċċat Realtà Sabiħa 17

Rapport Amministrattiv 2016-2017 25

Messaġġ mill-Arċipriet 33

Messaġġ mis-Sindku 34

Il-Kelma tad-Direttur Spiritwali 35

Sena Oħra ta’ Ħidma 38

Ambizzjonijiet Ġodda 40

Dar Tagħna jew Le? 42

Tidwira Serja mal-Iswali tal-Każin 46

Messaġġ mill-Għaqda Każini tal-Banda 51

Kumitat Kummissjoni Banda 52

Is-Seħer tal-Mużika 60

Bandisti Ġodda 62

Programm Mużikali Festa 2017 66

Programm Festi Interni 70

Programm Festi Esterni 74

Poeżija 78

Żgħażagħ tal-Grazzja 82

Propjetarji tal-Akbar Umbrella 90

My Europe… Our Future 97

Zabbar Autofest 98

Kontinwità għall-Fergħa Nisa 100

Natus Est Rex… Pesah 104

Tifkiriet 1992 106

Profil – Christopher J. Zarb 110

Armar fit-toroq 114

Sparatura fuq il-Plattini 116

Programm tan-Nar 119

Grupp Armar Żabbar 120

Tagħrif dwar Strumenti Mużikali 124

Tagħrif dwar Kompożitur 129

Frażijiet 132

Il-Madonna fil-Bibbja 136

Ħaż-Żabbar Scout Group 144

Żabbar St. Patrick FC 146

Lista ta’ Reklami 148

2

“JIEN KONT HEMM.”

Meta ngħixu mumenti ta’ emozzjoni

kbira jew inkella ngawdu xi

anniversarju jew festeġġjamenti

speċjali, dawn il-memorji jibqgħu

minquxa fil-qlub tagħna u nibqgħu

nġorruhom tul ħajjitna kollha.

Dawn il-mumenti jkunu s-sors ta’ ispirazzjoni għarrakkonti

tagħna meta xi ħadd iħeġġiġna biex

nirrakkontaw minn xiex għaddejna jew x’ħassejna

f’dawn l-okkażjonijiet speċjali, u ejja nammettuha,

kulħadd jieħu gost jirrakkonta x’ħass u x’għamel u fejn

kien waqt xi avveniment partikolari; ikun unur għal

dik il-persuna li tkun għexet f’dak il-mument storiku

u tkun tista’ tirrakkonta l-istorja personali tagħha

marbuta ma’ dak l-avveniment. Aħna ż-Żabbarin

kollha nafu lil xi ħadd li għex l-emozzjonijiet tal-

1951, nhar l-inkurunazzjoni tal-Inkwadru Titulari tal-

Madonna tal-Grazzja. Ħafna minnha semgħu għal

diversi drabi r-rakkonti tal-esperjenzi tan-nies li għexu

din il-ġrajja. L-istess nistgħu ngħidu għall-mumenti li

ħafna minnha għexu fil-passat riċenti, fl-anniversarji

storiċi marbutin mal-Parroċċa Żabbarija, dawk tal-

2001 u tal-2016.

L-istess emozzjonijiet iqanqlu l-istejjer marbuta ma’

avvenimenti storiċi li għexet fihom is-Soċjetà Mużikali

tagħna; il-ftuħ tal-Blue Arena, il-festi ċentinarji fl-

1983 u iktar riċenti il-festi speċjali li saru fl-2008

f’għeluq il-125 sena mit-twaqqif tal-filarmonika

tagħna, biex ma nsemmux is-sehem indispensabbli

li din is-Soċjetà dejjem tat f’kull ċelebrazzjoni li

saret f’Beltna. Żgur mhux forsi, li min għex dawn ilmumenti,

jibqa’ jgħożżhom tul ħajtu kollha, filwaqt

li dawk li m’għexuhomx ma jieqfux jedhew jisimgħu

rakkonti dwarhom. Minn dawn l-avvenimenti kollha

marbuta mal-każin, is-sena 2017, probabbli ser tħalli

l-akbar timbru fuq l-emozzjonijiet tas-soċji, dilettanti,

ammiraturi u partitarji numerużi tal-Banda tal-Grazzja.

Ix-xiri uffiċjali tas-Sede tas-Soċjetà f’numru 72 Triq is-

Santwarju f’Ħaż-Żabbar, nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Ġunju

2017, żgur li ser jibqa’ minqux fil-qalb ta’ kull membru ta’

dan il-każin. Għad jiġi żmien fejn dawk li kienu nvoluti

f’din is-saga twila madwar 27 sena, jirrakkontaw biddmugħ

f’għajnejhom u bi kburija f’qalbhom fuq issehem

li taw biex il-każin tagħna seta’ jasal għal dan ilmument.

Għad jiġi żmien meta dawk li kienu preżenti

għal diversi Seduti Ġenerali Straordinarji jirrakkontaw

lil min għadu lanqas twieled fuq il-manuvri, il-qtigħ ta’

qalb, il-kawżi, il-laqgħat u t-tħabbil tal-moħħ li kellhom

jgħaddu minnhom id-diriġenti ta’ din is-Soċjetà biex

iwasslu din il-missjoni fi tmiem b’suċċess. Għad jiġi

żmien meta dawk is-soċji u persuni ta’ rieda tajba li

taw is-sapport morali u finanzjarju tagħhom lil din is-

Soċjetà fl-aktar mument iebes tal-eżistenza tagħha,

jiftaħru li b’sehemhom setgħu isostnu l-bżonnijiet

urġenti tal-istess Soċjetà u li b’għemilhom issiġillaw ilfutur

ta’ din l-għaqda għal uliedhom, ulied uliedhom

u għaż-Żabbarin kollha. Għad jiġi żmien meta dawk

li għexu dan il-mument jgħidu b’emozzjoni ’Jien kont

hemm, anzi, mhux biss kont hemm, iżda meta din is-

Soċjetà għal qalbi sejħitli, jien weġibt u tajt l-ispalla

tiegħi biex inkun ta’ għajnuna.’

L-għan ta’ din il-pubblikazzjoni għal dis-sena mhuwiex

biss li jelenka b’mod fattwali u preċiż x’sar matul din

is-sena storika għas-Soċjetà tagħna, iżda huwa wkoll

maħsub biex ikun rikordju ta’ din l-okkażjoni storika.

Rikordju mhux biss mentali iżda wkoll maħżuż bliswed

fuq l-abjad li jirrakkonta l-istorja ta’ suċċess ta’

meta l-każin tal-iljuni xtara l-palazz tiegħu fil-qalba ta’

Beltna, għaliex fil-fond ta’ qalb kull Żabbari kulħadd

jaf li post l-iljuni huwa biss fiċ-ċentru u mkien iżjed. •

3

Fuq wara mix-xellug:

Kirril Xuereb, Edmond Mallia, Darren Cassar,

Darren Zammit, Susan Testa, Frances Farrugia,

Gianluca Tabone, Charles Scicluna, Marco Fenech,

Jesmond Fenech.

Fuq quddiem mix-xellug:

Rosanne Gauci, Mario Aquilina, Charles Micallef,

Joseph A. Saliba, Lawrence Bugelli, Luciano Farrugia.

4

KUMITAT EŻEKUTTIV

2016-2017

President Emeritus:

Presidenti Onorarji:

Vincent Magri B.Sc. (Eng.) Hons.

L-Eċċ. Tiegħu Dr. Ugo Mifsud Bonnici K.U.O.M., B.A. LL.D.

L-Onorevoli Dr. Helena Dalli B.A. (Hons.), M.Phil., Ph.D., M.P.

L-Onorevoli Joe Mizzi M.P.

L-Onorevoli Dr. Marlene Farrugia BChD (Hons.), M.P.

Lawrence Attard

Joseph Bonnici

Joseph Fenech

Frans Scicluna

Alfred Spiteri

President:

Joseph A. Saliba

Viċi-President:

Mario Aquilina

Segretarju:

Charles Micallef Dip.Soc.Stds.(OHS), Dip.Mgt., Exec. M.B.A., CMIOSH

Assistenta Segretarja:

Rosanne Gauci

PRO:

Gianluca Tabone

Kaxxier:

Lawrence Bugelli

Assistenti Kaxxiera:

Frances Farrugia, Marco Fenech

Arkivista:

Susan Testa

Kuratur:

Darren Cassar

Direttur tas-swali:

Luciano Farrugia

Assistent Kuratur:

Darren Zammit

Rappreżentant tal-Banda: Jesmond Fenech

Organizzatur tal-avvenimenti: Charles Scicluna

Membri:

Edmond Mallia, Kirril Xuereb

Surmast Direttur:

Assistent Surmast:

Surmast Onorarju:

Konsulent tal-Banda:

Konsulent tas-Soċjetà:

Direttur Spiritwali:

Konsulenti Legali:

Awditur:

Kevin Mizzi BSc(Hons) MSc LLCM AMusLCM FLCM

Charles W. Suda

Ray Sciberras F.L.C.M.

Saviour Spiteri

Ronald Mizzi B.A. (Hons) M.A.

Rev. Fr. Joseph Sultana

Dr. Godwin Muscat Azzopardi B.A. LL.D.

Dr. Leonard Caruana LL.D.

John Sammut B.A.(Hons.) Accty., A.C.I.B., CPA

5

IL-PALAZZ TAL-ILJUNI

JOSEPH A. SALIBA PRESIDENT

Reġgħet għaddiet sena oħra fejn

komplejna fuq dak li bdejna fis-snin

ta’ qabel, dik li forsi naslu sabiex insiru

s-sidien tal-każin. Ħolma naħseb li

kulħadd kien ilu jistenna mit-twaqqif

ta’ din is-Soċjetà hekk kbira. Din issena

nagħlaq 25 sena soċju ma’ din

is-Soċjetà, lanqas biss qatt ħlomt li xi

darba kont ser inkun President ta’ din

is-Soċjetà hekk prestiġjuża u li matul

il-Presidenza tiegħi, bl-għajnuna ta’

tim sħiħ formidabbli, naslu għax-xiri

tal-każin.

Ħolma li fl-aħħar saret realtà wara ħafna ntoppi u

taqtigħ il-qalb. Żgur li kulħadd ikun kburi li huwa

s-sid ta’ daru u jgħid din hi dari. Issa nistgħu ngħidu

li l-Palazz tal-iljuni issa huwa tagħna. Din hi darna. Iddar

li nridu ngħożżu f’qalbna.

Żgur u mhux forsi li l-ġenerazzjonijiet ta’ warajna ser

ikunu kburin b’dan il-pass li għamilna. Dan kien pass

kbir u diffiċli sabiex wieħed jieħdu, iżda xi ħadd ried

ikun sabiex jasal għal din id-deċiżjoni u din wasalna

għaliha permezz tal-Kumitat sħiħ li għandi warajja.

Kulħadd huwa konxju li x-xogħol, laqgħat u

preparamenti biex wasalna fejn qegħdin ilhom

għaddejjin snin sħaħ u ma nixtieq lil ħadd jaħseb li

kollox sar b’għafsa ta’ buttuna jew b’xi ħeffa faċli li

waqgħet mis-smewwiet. L-ewwel laqgħa li kellna

mas-sidien kienet xi sentejn ilu u magħhom għamilna

l-pożizzjoni ċara tagħna, li aħna qegħdin hemm sabiex

b’xi mod nippruvaw nsolvu din is-saga li ilha tippersisti

għal bosta snin u mhux qegħdin hemm biex intawlu

ż-żmien. Id-diskussjonijiet bejn l-uffiċjali tal-Kumitat

kienu twal, kontinwi u ħafna drabi iżjed b’taqtigħ ta’

qalb milli bl-ottimiżmu. Magħna wkoll preżenti għal

ħafna minn dawn il-laqgħat kien ikun hemm is-Sur

Ronald Mizzi, ex-Segretarju Eżekuttiv tal-istess Soċjetà

u persuna valida mmens fejn jidħlu dawn in-negozjati.

Fl-istess ħin li kienu qed isiru l-laqgħat mas-sidien, kien

ikollna taħditiet oħra ma’ persuni oħra sabiex naraw kif

nistgħu nibnu din il-jigsaw puzzle kbira, li din kienet ser

twassal għax-xiri tal-każin.

Wara li nqatgħet is-sentenza kostituzzjonali, f’Ottubru

li għadda, is-Soċjetà għaddiet mill-aktar perjodu skur

tal-eżistenza tagħha, meta l-mannara fuq rasna kienet

ċara: jew naslu nixtru l-każin sa’ Marzu jew inkella kienu

ser jingħalqu l-bibien ta’ din is-Soċjetà. Għalkemm

kif qed ngħid li t-triq kienet iebsa ħafna, sibna wkoll

diversi persuni li għenuna fit-triq tagħna. Kellna

laqgħa mal-Prim Ministru ta’ Malta, liema laqgħa ġiet

organizzata bl-għajnuna diretta tal-Onor. Dr. Helena

Dalli. Apparti din il-laqgħa, sibna wkoll għajnuna kbira

mill-Onor. Glenn Bedingfield, l-Onor. Dr. Helena Dalli,

l-Onor. Joe Mizzi, is-Sur Ronald Mizzi u s-Sur Keith

Axiaq fejn daħlu applikazzjonijiet quddiem il-bord

tal-kawżi ġusti. Li kieku ma kienx għal dawn il-persuni

żgur li konna neħlu.

6

Il-ġurnata li tant konna ilna nistennew u naħdmu

għaliha, dik tax-xiri tal-każin waslet, id-9 ta’ Ġunju

2017, u persważ li ser tibqa’ mniżżla b’ittri tad-deheb.

Il-ħolma ta’ kull wieħed u waħda minnha issa saret

realtà. Bla dubju, nixtieq nirringrazzja lis-Sinjuri

Charles Micallef, Segretarju Eżekuttiv, Lawrence

Bugelli, Kaxxier, Ronald Mizzi, lil kull membru tal-

Kumitat, membri tal-Kummissjonijiet kollha u bosta

nies oħra li dejjem sibna s-sapport tagħhom: li kieku

mhux għalihom dan kollu ma kienx iseħħ. Nixtieq

nirringrazzja minn qalbi wkoll lil kull min ta xi forma ta’

donazzjoni, hi kemm hi. Ma nistax ma nirringrazzjax

b’mod speċjali lill-Presidenti Onorarji tas-Soċjetà li

taw ammont sostanzjali li huma L-Onor Dr. Helena

Dalli, L-Onor. Joe Mizzi, is-Sur Joe Fenech u s-Sur Frans

Scicluna.

Bla dubju ta’ xejn dan huwa l-bidu ta’ triq twila, għax

il-finanzjament ta’ dan il-proġett jirrikjedi sagrifiċċji

kbar. Bħas-snin l-imgħoddija jien inħeġġeġ sabiex

is-soċji jipparteċipaw iktar fl-attivitajiet li nagħmlu

matul is-sena u jkomplu wkoll jipparteċipaw fl-iskemi

ta’ finanzjament tal-każin. Għax ħdimna bil-għaqal sa

issa ma kienx hemm għalfejn li nipperikolaw is-sala

u l-maħżen (li huma propjetà tal-każin), iżda jekk ma

noqgħodux attenti aktar ’l quddiem, dak li ħadd ma

jixtieq, kapaċi jseħħ. Il-pagamenti ta’ kull xahar jaslu

u x-xhur itiru u jgħaddu malajr. Iżda nħalli f’idejn il-

Kaxxier sabiex jelabora iktar fuq dan.

Forsi iffukajt ħafna fuq ix-xiri tal-każin imma, apparti

x-xiri tal-każin, kellna l-attivitajiet l-oħra kollha li

jiffurmaw parti mill-kalendarju tas-Soċjetà. Dawn

l-attivitajiet ukoll ingħataw l-attenzjoni xierqa, biss

biss insemmi, l-wirja fiż-żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa,

Pesah u z-Zabbar Autofest imtellgħa mill-Kummissjoni

Żgħażagħ. Grazzi wkoll tmur għall-parteċipanti

u għall-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ talgħajnuna

li dejjem jagħtu lil din is-Soċjetà.

Attivitajiet oħra li kellna matul is-sena kienu l-Gala

buffet dinner fil-ġranet tal-Milied, ikla marbuta ma’

Valentine’s Day u ikla oħra tal-Għid, dawn apparti

l-attivitajiet fil-każin li ġew organizzati bejn il-

Kummissjonijiet kollha. Għalkemm in-numru flattendenza

kien wieħed sodisfaċenti, nixtieq nara

s-soċji jipparteċipaw iktar f’attivitajiet simili. Però

minn hawn nixtieq nirringrazzja lil kull membru

fi ħdan il-Kummissjonijiet tagħna, tas-sagrifiċċji li

jagħmlu sabiex insibu l-fondi neċessarji kollha sabiex

intellgħu festa aqwa minn oħra. Grazzi wkoll speċjali

tmur għall-Fergħa Nisa tas-sagrifiċċju li jagħmlu biex

joħorġu jiġbru bieb bieb f’Ħaż-Żabbar kollu, fil-qilla

tax-xemx fi żmien is-sajf. Grazzi mill-qalb lil kulħadd.

Wasalna issa biex niċċelebraw il-Festa t’Ommna

Marija, f’din is-sena speċjali. Żgur li ma nistgħux

nissejħu ulied denji ta’ Marija jekk il-festa ma tkunx

l-okkażjoni li biha nersqu iżjed qrib ta’ Binha Ġesù u

ningħaqdu f’komunità waħda madwar il-Madonna

tal-Grazzja. Għalhekk nagħmel appell f’dan l-isfond

sabiex wieħed jaqta’ ċerti piki u tgħajjir żejjed waqt ilmarċi

tal-festa. Ċertu piki u tgħajjir żgur li ma jagħmel

ġid lil ħadd, anzi ejjew nuru lil Malta u Għawdex li aħna

maturi biżżejjed u nafu niċċelebraw festa kif jixraq.

Qabel nagħlaq nixtieq nirringrazzja lill-President

u l-Amministrazzjoni tal-Għaqda Madonna tal-

Grazzja Banda San Mikiel, li għalkemm mhux dejjem

qbilna bejnietna waqt it-taħditiet li jkollna minn żmien

għal żmien, dejjem ħadna d-deċiżjonijiet fl-interess

tal-festa ad unur Ommna Marija Mimlija Grazzja. Grazzi

wkoll speċjali tmur lejn il-Wisq Reverendu Arċipriet

Dun Evan Caruana li dejjem sibnieh ta’ għajnuna waqt

it-taħditiet. L-aħħar grazzi tiegħi tmur lejn il-Kumitat

Eżekuttiv u Kummissjonijiet kollha li dejjem sibthom

ta’ sapport warajha f’kull deċiżjoni li ħadt.

F’ismi u f’isem is-Società Filarmonica Maria Mater

Gratiæ nixtieq nestendi l-awgurju tiegħi għall-festa

mill-isbaħ fejn kull Żabbari jiċċelebra bl-aktar mod

ħieni l-imħabba lejn Ommna Marija.

Il-Festa tajba liż-Żabbarin kollha. •

7

BOV MOBILE

everyday

banking

made easy

With Bank of Valletta you can

conveniently manage your financial

transactions and banking needs

wherever you are, whenever you want.

BOV Mobile allows you to easily pay anyone from

your mobile phone.

DOWNLOAD YOUR FREE APP FROM

Android is a registered trademark of Google Inc.

Terms and conditions apply.

2131 2020 I bov.com

Issued by Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130

Michelle

Michelle

Falzon

Falzon

Michelle Falzon

eChannels A5 landscape.indd 4 15/05/2017 12:37:52

Tied Insurance Intermediary

Tied Insurance Intermediary

Tied Insurance Intermediary

Contact no: 99883929, 27883929,

Email: michellefalzon.insurance@gmail.com

Contact no: 99883929, 27883929,

Email:

102,

michellefalzon.insurance@gmail.com

Contact no: 99883929, 27883929,

St. Joseph Street, Zabbar ZBR 3320

Email: 102, michellefalzon.insurance@gmail.com

St. Joseph Street, Zabbar ZBR 3320

102, St. Joseph Street, Zabbar ZBR 3320

Lines of Business Offered:

Lines of Business Offered:

Lines of • Business Motor Offered:

• Motor Home

• Motor Boat Home

• Travel Home Boat

• Travel Personal Boat Accident

• Travel SME Personal Accident

• Health Personal SME Accident

• SME Health

• Health

Life Insurance Products available:

Life Insurance Products available:

Life Insurance • Protection Products available:

• Savings Protection

• Protection

Savings Investments

Savings

• Retirement Investments

• Investments

Retirement

• Retirement

Michelle Falzon is an enrolled Tied Insurance Intermediary under the Insurance Intermediaries Act, 2006 for both MAPFRE Middlesea plc (MMS) and MAPFRE MSV Life plc (MMSV).

MMS

Michelle

is authorised

Falzon is an

by

enrolled

the Malta

Tied

Financial

Insurance

Services

Intermediary

Authority

under

(MFSA)

the

to

Insurance

carry on

Intermediaries

both Long Term

Act,

and

2006

General

for both

Business.

MAPFRE

MMSV

Middlesea

is authorised

plc (MMS)

by the

and

MFSA

MAPFRE

to carry

MSV

on

Life

Long

plc

Term

(MMSV).

Business

MMS is authorised

under the

by

Insurance

the Malta

Business

Financial

Act,

Services

1998. The

Authority

Tied Insurance

(MFSA) to

Intermediary,

carry on both

MMS

Long

and

Term

MMSV

and

are

General

regulated

Business.

by the

MMSV

MFSA.

is authorised by the MFSA to carry on Long Term

Michelle Business Falzon under the is an Insurance enrolled Business Tied Insurance Act, 1998. Intermediary The Tied Insurance under the Intermediary, Insurance Intermediaries MMS and MMSV Act, 2006 are regulated for both MAPFRE by the MFSA. Middlesea plc (MMS) and MAPFRE MSV Life plc (MMSV).

MMS is authorised by the Malta Financial Services Authority (MFSA) to carry on both Long Term and General Business. MMSV is authorised by the MFSA to carry on Long Term

Business under the Insurance Business Act, 1998. The Tied Insurance Intermediary, MMS and MMSV are regulated by the MFSA.

MISSJONI KOMPLUTA

CHARLES MICALLEF SEGRETARJU

Għal sena oħra, bħas-sentejn li

għaddew, reġa’ wasal iż-żmien li

nikteb kelmtejn għal dan il-programm

tal-festa bħala persuna li nokkupa

l-kariga ta’ Segretarju Eżekuttiv, kariga

daqshekk prestiġjuża u mportanti fi

ħdan il-Kumitat tas-Soċjetà tagħna.

Bla dubju, ta’ xejn kienet sena oħra

impenjattiva bħas-snin ta’ qabel.

Dan l-artiklu ħsibt li nsemmih ’Missjoni Kompluta’,

wieħed forsi jistaqsi dan għaliex? Għal min jiftakar

sew l-ewwel artiklu tiegħi fil-ktieb tal-festa tas-sena

2015, l-Artiklu tiegħi kont semmejtu ’Ħolma ssir realtà,

dan għaliex minn mindu kont ċkejken kont naspira li

nkun uffiċjal fi ħdan il-Kumitat ta’ din is-Soċjetà. Illum

il-ġurnata, din il-ħolma mhux biss saret realtà imma

kelli wkoll nagħti sehem sħiħ fix-xiri tal-Każin. Meta

dħalt fil-kariga ta’ Segretarju kelli żewġ għanijiet

quddiemi, dak tal-Akkademja Mużikali f’għeluq l-400

Parroċċa u x-xiri tal-Każin. Għalhekk, minn meta bdejt

nokkupa din il-kariga, jien mill-ewwel infurmajt lill-

President u lill-Kaxxier bl-għanijiet tiegħi. Kont naf

diġà li l-President, is-Sur Joseph Saliba, il-Kaxxier, is-Sur

Lawrence Bugelli u s-Segretarju ta’ qabli, s-Sur Ronald

Mizzi diġà kienu bdew fuq pjanijiet ta’ taħditiet massidien

sabiex xi darba jasal iż-żmien li jinxtara l-Każin.

Minn mindu kont għadni tfajjel dejjem niftakarni niġu

mgħajjrin li aħna qegħdin ġo każin b’kera u li l-post

mhux propjetà tagħna, li ma nistgħu nagħmlu xejn

għax is-sidien jaqbżu fuqna u l-kwistjoni tal-qrati....

Ikolli nistqarr magħkom pubblikament li dawn dejjem

kienu jagħtuni ġewwa, però dawk kienu ir-realtajiet

ta’ dik il-ġurnata. Kien għalhekk li jien dħalt sabiex

nifforma parti mill-kumitat u mhux sabiex noqgħod

nintilef f’pika esaġerata li kif appena jgħaddu l-erbat

ijiem tal-festa qisu qatt ma kien xejn, aparti li l-pika

esaġerata qatt ma ħalliet xi frott jew swiet ta’ ġid

għal xi ħadd. Ma nixtieqx ninftiehem ħażin jew niġi

nterpretat ħażin, imma ftit pika hija essenzjali filproporzjoni

tagħha, għax inkella żgur li ma jsir xejn.

Ara xi ħadd jaħseb li t-taħditiet bdew f’Ottubru li

għadda, wara li nqatgħet il-Kawża Kostituzzjonali (li

ser nitkellem iktar ’l quddiem fuqha), iżda ħa nagħti

ħarsa lejn x’ġara. Fl-ewwel sena tiegħi wara li tkellimt

kif ktibt iktar ’l quddiem, kont għamilt kuntatt massidien

Dr. Dennis Montebello u l-eredi sabiex naraw

kif nistgħu xi darba naslu. Fl-ewwel laqgħa li kellna

magħhom għamilna l-pożizzjoni ċara tagħna, li aħna

qegħdin hemm sabiex b’xi mod nippruvaw insolvu

din is-saga li ilha tippersisti għal bosta snin u mhux

qegħdin hemm biex b’xi mod inkomplu ntawlu

ż-żmien. L-ebda parti minna fil-ħajja mgħaġġla tallum

m’għandha ħin x’taħli. Irrid ngħid li l-laqgħat li

9

kellna dejjem kienu kordjali u kull naħa kellha rispett

reċiproku lejn l-oħra. Għall-ewwel il-prezz li offrejna

u t-talba tagħhom kienet ’l bogħod minn xulxin, iżda

bil-mod dejjem bdejna nersqu. Għal xi laqgħat ukoll

attenda s-Sur Ronald Mizzi li kien katalist kbir f’din

l-istorja. Dejjem konna noħorġu minn fejn konna

niltaqgħu nhewdnu kif b’xi mod ser naslu, u itlaq lillkaxxier,

is-Sur Lawrence Bugelli jerġa jibda jikkalkula

is-somom finanzjarji. Ma nafx kemm-il darba l-kaxxier

kellu jdawwar il-kalkoli finanzjarji tiegħu. Fil-fratemp

kien ikollna taħditiet oħra ma’ persuni oħra sabiex

naraw kif nistgħu nibnu din il-jigsaw puzzle, li din

kienet ser twassal għax-xiri tal-każin. Dawn ittaħditiet,

kif wieħed jista’ jissoponi, kienu jkunu għal

tul ta’ ċertu ħin konsiderevoli. Dan sabiex ma nsemmix

in-numru kbir ta’ telefoni ta’ bejnietna l-uffiċjali u ma’

persuni oħra. Lejn l-aħħar tal-Lulju tas-sena l-oħra

konna qbilna dwar prezz finali ta’ seba’ mija u ħamsa

u sebgħin elf ewro (€775, 000) taxxi mhux inklużi u

kif ukoll kif ser jiġi finanzjat. Sabiex naslu għal din iċċifra

bilfors kellha tittieħed id-deċiżjoni tant iebsa li

kellna nitfgħu fis-suq tal-propjetà l-għassa l-antika. Iddeċiżjoni

tax-xiri tal-każin u l-bejgħ tal-għassa l-antika

ittieħdet waqt seduta ġenerali għall-membri nhar 7

ta’ Settembru. Sadanittant, għalkemm ma elenkajt

xejn dwar dan, aħna l-uffiċjali bqajna telgħin u neżlin

il-qorti fil-Kawża Kostituzzjonali, li s-sentenza ta’ din ilkawża

kellha tkun għal nhar is-7 t’Ottubru 2016. Sa dan

iż-żmien il-persuni li magħhom konna qed nippruvaw

ninnegozjaw il-bejgħ tal-għassa l-antika u affarijiet

oħra kienu qishom birdu minn din il-biċċa xogħol u

għalhekk ma stajniex immorru għall-konvenju taxxiri.

Fil-ġurnata tas-sentenza tal-qorti konna preżenti

jien u l-kaxxier u meta nqrat id-deċide kien ser iħossna

ħass ħażin. Estratt mid-deċide hu dan:

’L-Qorti Kostituzzjonali tiddeċiedi l-kawża billi:-

1. Tiddikjara li l-Artikoli 3, 4 u 9 tal-Ordinanza Li Tirregola

t-Tiġdid ta’ Kera ta’ Bini (Kap. 69), l-Artikolu 1531J tal-

Kodiċi Ċivili u r-regolamenti dwar Kundizzjonijiet tal-

Kirjiet tal-Każini (Leġislazzjoni Sussidjarja 16.13), jiksru

d-dritt fundamentali tar-rikorrenti taħt l-Artikolu

1 tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropea u

għalhekk huma bla effett.

2. Konsegwentement tiddikjara li fil-preżent ir-rikorrenti

għandhom kull jedd li jirrifjutaw li jġeddu l-kirja lissoċjetà

intimata.

3. Ġialadarba r-rikorrenti ma baqgħux jaċċettaw ilkirja

u meqjus dak li ġie deċiż, tiddikjara li s-soċjetà

intimata m’għandhiex iktar jedd li tibqa’ tinvoka

l-liġijiet imsemmija sabiex tkompli tokkupa l-fond

numru tnejn u sebgħin (72) Triq is-Santwarju, Ħaż-

Żabbar. Fiċ-ċirkostanzi, tiffissa sal-aħħar ta’ Marzu

2017 sabiex is-soċjetà intimata tiżgombra mill-fond.

4. Tillikwida kumpens fl-ammont ta’ mija u tmenin elf

ewro (€180,000) f’danni pekunjarji u għaxart elef

ewro (€10,000) f’danni mhux pekunjarji. Tikkundanna

lill-Avukat Ġenerali sabiex iħallas din is-somma lirrikorrenti.

Bl-imgħax ta’ 8% mil-lum.’

Ix-xitan m’għandux ħalib u daħħal denbu wkoll għax

waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tar-rekord tal-Akbar Umbrella

f’Malta, nhar il-Ħadd it-2 ta’ Ottubru, jiġifieri ħamest ijiem

qabel is-sentenza għall-ħabta ta’ nofs inhar, nirċievi email

mingħand is-sidien fejn tennew li l-prezz li konna qbilna

fuqu m’għadux jgħodd, li t-taħditiet li kienu saru huma

nulli u li s-sidien kienu ħa jistennew l-eżitu tas-sentenza.

Is-sentenza inqatgħet kif elenkat hawn fuq. F’parti oħra

kien hemm dan li ġej:

’Waqt il-ġbir tal-provi kien inħatar perit tekniku sabiex

jagħmel stima tal-fond u tal-valur lokatizju. Fl-ewwel

rapport il-fond ġie stmat li fis-sena 2013 kellu valur

ta’ €885,000 u valur lokatizju ta’ €26,550 (fol. 138). Firrapport

addizzjonali (fol. 385A) ġiet konfermata l-istima

tal-valur tal-fond li ngħata fl-ewwel rapport filwaqt li

l-valur lokatizju għas-sena 2013 hu €28,763. Qalu sew

ir-rikorrenti li l-kera attwali hi inqas minn 1% tal-valur

lokatizju tal-fond. ’

Kien għalhekk li għażliet oħra quddiemna ma kellniex

permezz ta’ din is-sentenza u bilfors ridna naraw kif ser

nixtru l-post. Meta erġajt għamilt kuntatt mas-sidien

issa ċifra li riedu kienet dik ta’ €885,000 u mal-ġurnata

tal-konvenju riedu €100,000 bil-quddiem. Dan kollu

jfisser li jekk ma konniex ser naslu nhar l-aħħar ta’

Marzu, stajna għalaqna il-bibien tas-Soċjetà. Aħna iċċifra

ta’ mitt elf ewro ma kellniex u li kieku ma kienx

għal soċju attiv, is-Sur Anthony Grima, li selfilna din

is-somma kieku żgur ma konniex naslu. Minn hawn

ngħidlu grazzi u j’Alla nibqgħu nsibu soċji bħalu

li jiddispjaċini ngħid huma ftit li xejn. Issa bdejna

nħarsu lejn strateġiji oħra speċjalment kif ser insibu

l-kumplament tal-finanzjament wara li nbiegħet

l-għassa l-antika lil Onor. Dr. Marlene Farrugia. Liema

kuntratt tal-bejgħ sar nhar it-28 ta’ Diċembru 2016.

10

Fid-dawl tal-iżgumbrament li kellna quddiemna,

kellna laqgħa mal-Prim Ministru ta’ Malta Dr. Joseph

Muscat. Il-laqgħa ġiet organizzata bl-għajnuna

diretta tal-Onor. Dr. Helena Dalli. Għal din il-laqgħa

attendejna jien, Segretarju u Sur Ronald Mizzi fejn

il-Prim Ministru wegħdna kull għajnuna possibbli

sabiex l-iżgumbrament ma jseħħx. Minnufih, Ronald

Mizzi ħa ħsieb l-applikazzjonijiet neċessarji sabiex

inġibu l-fondi għax-xiri tal-każin u sabiex ma jintilifx ilmaħżen.

Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil Onor. Dr.

Helena Dalli, Onor. Joe Mizzi, l-Onor. Glenn Bedingfield,

lil Ronald Mizzi u Keith Axiaq għall-għajnuna u

x-xogħol siewi, fl-applikazzjonijiet tat-talba tagħna

quddiem l-board tal-fondi għall-kawżi ġusti. Ir-riżultat

ta’ dan ix-xogħol kollu kien li ngħatajna somma sabiħa

mill-fond tal-kawżi ġusti fil-ħin għall-kuntratt.

Bdejna wkoll laqgħat mal-banek sabiex naraw kif ser

jingħata self u kif dan jista’ jkun sostenibbli għal numru

ta’ snin, għax ta’ kull sena l-festa tasal u kif kull min hu

midħla tal-każin hu konxju li festa tinvolvi spejjez kbar

f’eluf ta’ ewro.

Nidħaq meta nirrealizza li probabbli issa d-diska tattgħajjir

tinbidel minn ’bla każin’ għal ’midjunin’, però

min m’għandux xi forma ta’ dejn illum il-ġurnata?!

Sabiex ikollok propjetà tiegħek illum bilfors trid tieħu

xi forma ta’ self tal-flus. Jien kburi li d-donazzjonijiet

huma ftit mingħand il-ħafna, u minn hawn minn

qalbi nirringrazzja lil kull donatur tal-fondi. Sal-inqas

ċenteżmu ta’ ewro jgħodd. Kif jgħid il-malti ’Bil-qatra

l-qatra timtela’ l-ġarra’. Però xtaqt nara iktar partitarji

jersqu lejna b’donazzjonijiet, iżda min-naħa l-oħra

wieħed irid jifhem li kulħadd ikollu l-ispejjeż tiegħu.

Ser nerġa’ nikkwota dak li ktibt is-sena l-oħra: ’…ħaġa

li xtaqt u nixtieq nara hija iktar sehem attiv mis-soċji

f’dawk l-attivitajiet li nwettqu matul is-sena. Iddur fejn

iddur issib dejjem l-istess nies u dejjem l-istess individwi

f’kull attività li tittella’. Però dan l-appell li kont għamilt

kien kollu għalxejn u b’dispjaċir ngħid li waqa’ fuq

widnejn torox. Niskanta u ninxef minn dawk il-mijiet ta’

persuni li jattendu għall-marċi u għall-attivitajiet talfesta,

kif appena jgħaddi l-marċ ta’ Te Deum ma ssib lil

ħadd. Tibda tgħid bejnek u bejn ruħek, fejnhom dawk innies

kollha, fejnhom il-baqristi jew tal-ljun? Dorna fejn

dorna u kull attività’ li saret matul din is-sena, dejjem

rajt l-istess nies, nistħajjilni qisni għandi xi rassenja u

nimmarka dejjem l-istess nies. L-appell tiegħi lis-Soċji

huwa qumu minn din ir-raqda ħelwa qabel ikun tard

wisq. Wieħed m’għandux jibqa’ jieħu l-affarijiet kollha

for granted jew jgħid u iva issa naraw. Tħallux wieħed

jasal fix-xifer qabel nagħmlu xi ħaġa għax imbagħad

jista’ jkun tard wisq’. Din is-sena ħdimna bil-għaqal

sabiex insibu l-fondi neċessarji però jekk l-’partitarji

baqristi’, ser jibqgħu b’din l-attitudni ta’ x’jimpurtani /

u iva issa naraw, għad jiġi żmien fejn ikollna nbiegħu

l-assi tas-Soċjetà sabiex jiġi sostnut is-self mal-bank.

Il-ġurnata li konna ilna tant naħdmu għaliha, dik

tax-xiri tal-każin waslet. Tad-9 ta’ Ġunju 2017 żgur

ser tibqa’ mniżżla b’ittri tad-deheb. Il-ħolm kollu sar

realtà. Daqshekk għajruna li l-każin mhux tagħna.

Issa tagħna u għandna biex niftaħru għax dejjem

okkupajna l-istess fond fi triq ewlenija f’ Ħaż-Żabbar

u ftit metri biss ’l bogħod mis-Santwarju Arċipretali ta’

Ommna tal-Grazzji.

L-aħħar punt li nixtieq nagħmel f’ dan l-artiklu hu li

aħna wellidna dan il-proġett tax-xiri tal-każin għal

fuq numru ta’ snin, issa jmiss lil dawk ta’ warajna li ser

jieħdu postna sabiex isostnu dan il-proġett u jġibuh fi

tmiemu. Nemmen kif il-Madonna tal-Grazzji żammet

idha fuqna f’din it-triq, hekk ukoll ser iżżomm idha fuq

ta’ warajna.

Bla dubju, qabel nagħlaq nixtieq nagħmel ftit

ringrazzjamenti. Nibda billi nirringrazzja lill-President

Joseph Saliba, lill-Kaxxier Lawrence Bugelli u bosta

nies oħra li dejjem sibt sapport mingħandhom,

li kieku mhux għalihom, ix-xogħol tiegħi f’din ilpożizzjoni

kien ikun ferm iżjed diffiċli. Persuni li nixtieq

nirringrazzja huma bla ebda dubju l’id ix-xellugija

tiegħi, ħadd ħlief is-Sinjura Rosanne Gauci li tokkupa

l-kariga ta’ Assistenta Segretarja, is-Sur Gianluca

Tabone Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi, membri

tal-Kumitat Eżekuttiv u l-membri tal-Fergħat kollha li

dejjem sibthom ta’ għajnuna kbira u sapport kull fejn

kien hemm il-ħtieġa. Nista’ ngħid li mingħajr dawn innies

u individwi oħra m’jien xejn. Grazzi speċjali tmur

għas-Sur Vince Caruana Gauci għax-xogħol siewi u

l-kontribut sħiħ li dejjem ikollu matul is-sena, kif ukoll

għas-sehem tiegħu fil-produzzjoni ta’ dan il-ktieb.

Grazzi mill-qalb.

Grazzi oħra tmur lejn l-Arċipriet il-Kanonku Dun Evan

Caruana li dejjem sibtu ta’ għajnuna kbira u d-diriġenti

tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel

li għalkemm mhux dejjem qbilna bejnietna, dejjem

ħadna deċiżjonijiet fl-interess tal-festa li qed tiġi

ċċelebrata.

Fl-aħħar u mhux l-inqas, nirringrazzja lill-mara u lit-tifla

għas-sapport kontinwu tagħhom f’dak kollu li nwettaq

sabiex inġib l-isem ta’ din is-Soċjetà ’il quddiem.

Nagħlaq billi nawgura l-festa t-tajba liż-Żabbarin

kollha. •

11

ĦOLMA KERHA

LI SPIĊĊAT

REALTÀ SABIĦA

LAWRENCE BUGELLI KAXXIER

Din is-sena għalaqt 30 sena minn

mindu bdejt nattendi bi ħġari ġolkażin

tas-Soċjetà u nkun naf x’inhu

jiġri madwari, tista’ tgħid għaliex kelli

sittax. Inkwiet kbir fuq il-ġenituri tiegħi,

għaliex minflok nattendi dik li kienet

magħrufa bħala Sixth Form u nistudja

għall-A Levels, il-parti l-kbira tal-ħin

tiegħi qattajtu hemm nilgħab ma’ sħabi

u naħdmu fl-armar u (issa preskritta)

nar għall-festa.

Joe Fenech dejjem jara x’se jivvinta u aħna niġru nobdu

u ngħinuh iwettaq dak li jkun ħolom u berren f’moħħu.

Waħda mill-affarijiet li vvinta kien li nagħmlu arblu

kbir ġdid għal fuq il-każin u għalhekk qlajna s-soqfa u

nfurzajnihom bil-konkos sabiex nagħmlu dan l-imbierek

arblu.

Qajla għaddielna minn moħħna li dan kollu li għamilna

ridna l-permess tas-sidien u hawnhekk beda t-trouble.

Kien sentejn wara, li dawn tal-aħħar fetħulna kawża

kontra kawża għal saga li ilha sejra 28 sena fil-qrati. Dak

iż-żmien ħadd ma kien qed jgħaddilu mill-kurituri ta’

moħħu, inkluż is-sidien stess, li kien ser ikun hawn entità

jisimha Unjoni Ewropea li ser toħloq tibdil drastiku filligijiet

tal-kera sabiex tagħti aktar poteri lis-sidien ta’

xi propjetà. Għalhekk qatt u qatt ma ħsibna li nistgħu

nispiċċaw bla każin.

permezz tagħha ridna noħolqu kunċett ġdid kif wieħed

iħares lejn il-mużika u l-kultura u kif din setgħet tiġi

kummerċjalizzata.

Safrattant il-kawżi komplew għaddejjin, fejn fl-2011

infetħet Kawża Kostituzzjonali sabiex tinbidel il-liġi firrigward

tal-każin tagħna. Kien hawnhekk li l-gwaj kbir u

l-ħolma kerha (għaliex hekk kont naħseb li qiegħed fiha)

waslu, cioè li kawża kostituzzjonali tista’ twassal jew għal

kumpens kbir jew għal żgumbrament.

Kien hawn li permezz ta’ Ronald Mizzi, aħna l-uffiċjali

ltqajna mas-sidien, li wara ħafna snin ta’ ebusija tar-ras u

tfixkil, iddeċidew li nibdew trattati sabiex nixtru l-każin.

Ma nistax ngħidilkom kemm-il darba iltqajna magħhom

sabiex naslu għal konklużjoni li tkun tgħodd għaż-żewġ

naħat. Qed nitkellem fuq xhur sħaħ, darbtejn fix-xahar

żgur. Wasalna għal ftehim li seta’ jseħħ biss ġaladarba

is-Soċjetà kien ser jirnexxielha tbiegħ l-akbar propjetà

tagħha; l-għassa l-antika. Ma kienetx xi ħaġa faċli u ġieli

qlajna u ser inkomplu naqalgħu il-kritika minħabba fiha,

imma permezz tal-għassa, aħna kellna nofs miljun ewro

merfugħin għal meta niġu bżonn...u dan kien il-mument.

Kellna ħafna bidders għaliha iżda fl-aħħar ġie deċiż li din

tinbiegħ lil waħda mill-Presidenti Onorarji tagħna l-Onor.

Dr Marlene Farrugia (li nixtieq nirringrazzjaha minn qalbi

Fl-2003 is-Soċjetà iddeċidiet li tinvesti f’aktar propjetà

milli kellha diġà billi xtrat l-għassa l-antika, appuntu

għaliex qatt ma bsarna li konna ser ngħaddu minn

xi burraxka fir-rigward tal-każin. L-għassa l-antika

qatt ma kienet intenzjonata li tieħu post il-każin iżda

17

għaliex fehmet minnufih x’kienet is-sitwazzjoni tas-

Soċjetà). Hekk kif dan il-bejgħ seħħ, ħarġet is-sentenza

ta’ żgumbrament mill-Qorti Kostituzzjonali u l-mannara

waqgħet fuqna bħal leħħa ta’ berqa.

Ma qtajniex qalbna u komplejna ninnegozjaw massidien

u mal-Bank of Valletta sabiex fid-9 ta Ġunju

2017 il-ħolma kerha li kelli, saret realtà sabiħa hekk kif

l-Uffiċjali iffirmajna l-kuntratt finali sabiex nakkwistaw

definittivament il-każin tas-Soċjetà.

Jien qatt ma xtaqt niftaħar b’xi ħaġa għax vera

m’għandix biex, iżda illum il-ġurnata ngħid li jien KBURI li

kont wieħed mill-persuni li ppermetta lis-Soċji u l-ħafna

partitarji tas-Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ

jibqgħu jgawdu l-każin tas-Soċjetà għal żmien twil wara

li nkunu tlaqna aħna. Jien KBURI li kont parti minn tim

li ġġieled u stinka u tkellem għad-drittijiet tas-Soċjetà.

Jien KBURI li kont minn ta’ quddiem sabiex aħna niġbru

MILJUN ewro sabiex nixtru wieħed mill-isbaħ palazzi li

hawn f’Ħaż-Żabbar mingħajr ma nitilfu propjetajiet oħra

bħall-maħżen u s-sala.

20

Jien KBURI li għandna soċji u partitarji li fehmu l-mument

u ma qagħdux lura mill-għajnuna finanzjarja b’ħafna

sagrifiċċji, kemm għalihom u kemm għall-familjari

tagħhom sabiex jaraw li din il-ħolma sseħħ.

Jien bħala Kaxxier, l-iebes jibda issa għaliex fuq naħa

għandek il-ħlas lura tal-loan li ħadna sabiex titħallas

parti mis-somma globali, iżda mbagħad fl-istess waqt

id-demm qed ibaqbaq sabiex nibdew nattwaw proġetti

ġodda fuq il-propjetà tagħna. Ta’ kull sena jien kont

napprofitta ruħi minn dawn il-paġni sabiex noqgħod

neqred, iżda minn xi sentejn lil hawn kont ħlift li ma

nibqax nagħmel hekk għaliex sa ċertu punt il-partitarji

veri (mhux dawk li jiġu dik il-ġimgħa tal-festa) fehmu

l-karba tiegħi.

Ma nistax ma nirringrazzjax lil nies speċjali li kienu

strumentali f’din il-kwistjoni. Nibda bit-tlett pilastri

l-oħra li konna flimkien: jiġifieri l-President Joseph Saliba

u s-Segretarju Charles Micallef u ovvjament wieħed

mill-aktar bnedmin speċjali kemm għalija u kemm

għas-Soċjetà, Ronald Mizzi. Inkompli sabiex finalment

nirringrazzja lill-familja Montebello u lill-familja Soler

li dejjem laqgħuna tajjeb u fehmu l-intenzjoni tajba

tagħna. Persuna oħra li kien strumentali f’dan kollu

avolja ma tantx jidher, hu Dr. Leonard Caruana, l-avukat

tas-Soċjetà li qatt ma abbandunana f’din il-kruċjata.

Hemm ukoll Dr. Marlene Farrugia li kif diġà għidt mxiet

vera ta’ mara magħna. Ma jonqosx ukoll lill-awditur

tagħna, John Sammut li kien preċiż u konċiż bħal dejjem.

Roderick Abela (il-bamboċċu) li kien strumentali fejn

jidħol il-ftehim mal-Bank of Valletta u mill-Bank stess

grazzi lill-istaff kollu ta’ Ħaż-Żabbar kif ukoll liż-żewġ

General Managers tal-bank, Alfred Attard u Kenneth

Micallef. Nirringrazzja wkoll lil Kenneth Pullicino u lil

Marlor Caruana li avolja ma kellniex ftehim aħħari,

kienu l-ewwel tnejn li offrewlna alternattiva. Ma nistax

ninsa wkoll lil Dr. Cory Greenland li kien impekkabbli

fir-rigward ta’ riċerki u problemi nutarili. Persuna li kien

kruċjali fl-għajnuna tiegħu hu s-Sur Tony Grima li vera

kellu sehem qawwi sabiex din il-ħolma sseħħ.

B’mod speċjali nixtieq nirringrazzja lil dawn il-persuni

hawn taħt li kellhom sehem qawwi fil-finanzjament talkażin:

Il-Gvern ta’ Malta permezz tal-Good Causes Fund, il-

Presidenti Onorarji tagħna, l-Onorevoli Dr. Helena Dalli u

l-Onorevoli Joe Mizzi kif ukoll Is-Sur Frans Scicluna u s-Sur

Joe Fenech kif ukoll il-President Emeritus l-Inġinier Vince

Magri. Lill-familja tas-Sur Alfred Saliba, lill-familja tas-Sur

Burton Buttigieg,lill-familja tas-Sur Charles Fenech u lillfamilja

tas-Sur Joseph Mizzi u lill-familja li jafu min huma

iżda jixtiequ li jibqgħu anonimi. Nixtieq nirringrazzja

wkoll lil dawk in-nies kollha li offrew donazzjoni daqsxejn

qawwija li ma nistax insemmihom wieħed wieħed

għaliex nibża’ li nħalli lil xi ħadd barra. Tibżgħux iżda,

is-Soċjetà ħasbet sabiex isimkom ikun imnaqqax fuq ilħitan

tal-każin bħala turija ta’ ringrazzjament lejnkom.

Nixtieq nirringrazzja lil dawk is-soċji u partitarji kollha

li daħlu fl-iskema sabiex jithallas il-loan tal-Bank lura.

Nixtieq nirringrazzja lil kull min tana donazzjoni żgħira

kemm hi żgħira. Irridu nifhmu li aħna nafu min huma

kollha għaliex għandna nota ta’ kull wieħed u waħda

minnhom iżda hemm min ma jkunx irid jissemma. Ma

nistax ma niftaħarx bin-nies tagħna li qamu għal din

l-okkażjoni unika...mhux ċajta li każin tal-banda jiġbor

is-somma ta’ €100,000 f’donazzjonijiet spontanji f’temp

ta’ ftit xhur.

Fuq nota żgħira personali, nixtieq nirringrazzja lis-Sinjura

Grace Fenech, li minkejja l-età tagħha baqgħet kull

xahar tmur il-bank u tħallas l-iskema tagħha kemm meta

kellna l-għassa l-antika u kemm issa fuq il-każin, barra

li tat donazzjoni għax-xiri tal-każin ta’ ċertu ammont

sostanzjali.

Fir-rigward tal-festa nixtieq nirringrazzja lis-soliti familja

ta’ Charles Scicluna u aktar u aktar lil Frances Farrugia li

mingħajrhom żgur ma nlaħħaqx. Ringrazzjament ukoll

għal dawk li aċċettaw li jgħinuni fil-ġbir tar-reklami għal

dan il-ktieb, speċjalment lil Giovanni Pace li stinka fuq

li stinka għal dan il-għan. Il-Fergħa Nisa, bħal dejjem

nirringrazzjahom għas-sagrifiċċji tagħhom lejn il-ġid tas-

Soċjetà. Iż-żgħażagħ nirringrazzjahom tal-innovazzjoni li

jdaħħlu fis-Soċjetà.

Il-Kumitat Eżekuttiv flimkien mal-Kummissjonijiet tiegħu

qiegħed iwiegħed lis-soċji u lill-partitarji li kemm jista’

jkun xejn mhu ser jitnaqqas mill-programm sakemm

ovvjament il-fondi jkunu qed jinġabru regolarment. Sa

fejn naf jien, il-miri tagħna ser nerġgħu nilħquhom din

is-sena bl-għajnuna tal-Madonna Tal-Grazzja. •

21

RAPPORT AMMINISTRATTIV

2016-2017

CHARLES MICALLEF SEGRETARJU

Bħal ta’ kull sena, kif stipulat millistatut

tas-Società Filarmonica Maria

Mater Gratiæ, nhar il-Ġimgħa 21

t’Ottubru 2016, saret is-Seduta Ġenerali

Annwali fejn fiha ngħata rendikont

amministrattiv u finanzjarju tas-sena li

kienet għadha kif intemmet. Fl-istess

laqgħa ġie maħtur il-Kumitat Eżekuttiv

il-ġdid tas-Soċjetà. Għal din is-sena,

wara ħafna snin, reġa’ kellna votazzjoni

sabiex jiġu eletti 7 membri minn fost

12-il persuna sabiex iservu fi ħdan il-

Kumitat Eżekuttiv.

Dlonk il-Kumitat maħtur ġdid, għamel l-ewwel laqgħa

tiegħu nhar it-Tnejn 24 t’Ottubru 2016 fejn fiha ġew

co-opted żewġ membri oħra u saret ukoll il-ħatra tar-

Rappreżentant tal-Banda min-naħa tal-Kumitat. Bħassena

preċedenti, f’din l-ewwel laqgħa ġew spjegati wkoll

il-prijoritajiet u l-binarji li fuqhom wieħed ried jaħdem

matul din is-sena. Bla dubju ta’ xejn il-prijorità ewlenija

kienet ser tkun ix-xiri tal-każin u għalhekk ġiet iċċarata

l-qagħda finanzjarja tas-Soċjetà fejn kien jidher ċar li

quddiem dan il-Kumitat hemm sitwazzjoni delikata

ħafna u li tirrikjedi għaqal kbir fit-tmexxija u fl-infiq tas-

Soċjetà.

F’Novembru stess ġew maħtura wkoll il-membri

ġodda tas-Sotto-Kumitati tal-Fergħa Nisa kif ukoll tal-

Kummissjoni Żgħażagħ tal-Grazzja. F’dawn il-Fergħat

rajna membri ġodda jissieħbu fis-Sotto-Kumitati, dan

hu awgurju tajjeb għax b’hekk jidħlu ideat ġodda.

Rajna wkoll uċuħ ġodda fl-ogħla karigi fil-Kummissjoni

Żgħażagħ li dan ikompli jsaħħaħ din il-Kummissjoni.

Sar ukoll ammont ta’ xogħol u ppjanar minn mmg

promotions, li dejjem għenet fit-tfassil tal-attivitajiet

maġġuri ta’ din is-Soċjetà. Nhar il-21 ta’ Novembru ġiet

ukoll iffurmata l-Kummissjoni Banda u mill-ewwel

bdew it-tħejjijiet neċessarji għall-kunċert tal-Milied li ġie

deċiż li kellu jittella nhar it-18 ta’ Diċembru 2016 fis-sala

Notre Dame. Bla ebda dubju ix-xahar ta’ Novembru kien

xahar importanti ħafna, meta nhar 1 ta’ Novembru sar ilkonvenju

tal-bejgħ tal-għassa u fl-istess jum, filgħaxija

stess, sar il-konvenju tant mistenni għax-xiri tal-każin.

Kienet ġurnata twila għall-Uffiċjali tal-Kumitat Eżekuttiv

għax f’ġurnata waħda saru żewġ kuntratti hekk

importanti għall-futur tas-Soċjetà. Fl-14 ta’ Novembru

membri tal-Kumitat Eżekuttiv u tal-Kummissjoni

Żgħażagħ attendew għall-Akkademja Mużikali imtella’

mill-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel

ġewwa l-knisja Arċipretali u Santwarju ta’ Ħaż-Żabbar.

Ix-xahar ta’ Diċembru ġab miegħu wkoll diversi

attivitajiet fil-kalendarju tal-Każin. Nibda billi għallewwel

darba fil-każin ittellgħet wirja ta’ Presepji u

Bambini. Din il-wirja ittellgħet mill-membri dilettanti

tal-presepji fejn dawn urew l-arti tagħhom fejn jidħlu

presepji u Bambini. Il-wirja kienet miftuħa mill-Arċipriet

nhar il-15 ta’ Diċembru u damet sal-aħħar tas-sena, nhar

is-Sibt 31 ta’ Diċembru. Attività li issa saret parti millkalendarju

tal-Milied hu l-party tat-tfal tal-Milied imtella’

25

mill-Fergħa Nisa li dan sar nhar it-22 ta’ Diċembru fis-Sala

MMG ta’ Triq id-Dukkar. L-attendenza għal dan il-party

kienet waħda sabiħa ħafna u dan jawgura tajjeb għassnin

li ġejjin. Nhar it-18 ta’ Diċembru ittella’ il-kunċert tal-

Milied bil-parteċipazzjoni esklussiva tal-bandisti tal-post

ġewwa s-Sala Notre Dame. Waqt din l-attività wieħed

setgħa jammira l-ħila fil-mużika tal-bandisti u l-allievi

tagħna waqt l-eżekuzzjonijiet ta’ partijiet mużikali qosra

addattati għal dan iż-żmien. Il-Banda kienet immexxija

mill-abbli u bravu Surmast tagħna, Mro. Kevin Mizzi.

Il-kalendarju tal-attivitajiet għas-sena 2016 ingħalaq

bl-ikla tradizzjonali tal-Milied akkumpanjata minn

overnight stay ġewwa l-lukanda San Antonio fil-Qawra,

liema ikla tkun dejjem mistennija b’ħerqa mis-segwaċi ta’

din is-Soċjetà tant li tagħmilha l-ikbar attività li ssir mill-

Każin apparti dawk marbuta mal-Festa tal-Madonna tal-

Grazzja. Din is-sena din l-ikla kienet organizzata nhar is-

17 ta’ Diċembru 2016.

Fix-xahar ta’ Jannar komplew is-seduti tal-Kumitat u nhar

it-8 ta’ Jannar membri tal-Kumitat Eżekuttiv attendew

għall-kunċert Vokali u Strumentali imtella’ mill-Kumitat

tal-400 Parroċċa fil-Knisja Arċipretali u Santwarju. Dan ilprogramm

imżewwaq ġab fi tmiemu ċ-ċelebrazzjonijiet

tal-400 sena Parroċċa. Fl-istess xahar, nhar is-17 ta’ Jannar

kellna żjara mill-Onor. Marlene Farrugia, President

Onorarju tas-Soċjetà fis-sede tagħna.

Ix-xahar ta’ Frar ra attività relattivament ġdida filkalendarju

tas-Soċjetà, nhar it-12 ta’ Frar saret ikla ġewwa

is-Soreda Hotel fejn l-attendenza kienet mill-isbaħ u kull

min attenda ingħata rigal sabiħ tal-okkażjoni. Din l-ikla

organizzata saret fl-okkażjoni ta’ Jum il-Maħbubin. Nhar

it-13 ta’ Frar Uffiċjali mill-Kumitat Eżekuttiv attendew

għal-laqgħa msejħa mill-Għaqda Każini tal-Banda.

Nhar il-5 ta’ Marzu membri tal-Kumitati tas-Soċjetà ħadu

wkoll sehem fil-pellegrinaġġ ta’ Ħadd in-Nies. Il-ġurnata

ta’ qabel membri tal-Kumitat Eżekuttiv attendew għallkunċert

imtella’ mill-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda

San Mikiel. Meta ssemmi Ħadd in-Nies, dlonk moħħok

imur fil-Ġimgħa l-Kbira li din iġġib magħha l-wirja Pesah

li issa daħlet sew fil-kalendarju tas-Soċjetà. Il-ftuħ talwirja

sar nhar id-29 ta’ Marzu fil-preżenza tal-President

Onorarju, il-Ministru Joe Mizzi. Il-wirja ġiet imbierka mill-

Arċipriet, il-Kanonku Dun Evan Caruana. Sabiex tittella’

wirja ta’ din ix-xorta hemm xhur sħaħ ta’ preparazzjonijiet

u hawnhekk ma nistax ma nirringrazzjax lill-moħħ u

l-mutur wara din il-wirja, is-Sur Mario Aquilina li minn

xhur qabel, kemm hu kif ukoll sħabu jibdew jippreparaw

il-platti tar-ross u s-smid li ser ikunu jiġu eżebiti. Għal

sena oħra, nista’ ngħid li kienet suċċess. Din is-sena żar

il-wirja wkoll il-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr. Simon Busuttil.

Din il-wirja żaritha wkoll il-President Onorarju tas-Soċjetà

u Ministru l-Onor. Dr. Helena Dalli, fejn l-Onor. Dr. Dalli

kellha kliem ta’ tifħir għax-xogħol li sar sabiex din il-wirja

kienet għal sena oħra ta’ suċċess. Grazzi tmur ukoll lilleżebituri

kollha f’din il-wirja u lil dawk kollha li jagħtu xi

forma ta’ għajnuna sabiex tittella wirja ta’ din l-iskala.

Għat-tieni sena, din is-sena wkoll, nhar id-9 ta’ April ħadna

ħsieb li norganizzaw xi ħaġa għall-Irxoxt. Għalhekk fl-

Irxoxt ittellgħet ikla ġewwa r-Razzett l-Antik Ħal-Qormi,

din ukoll kienet suċċess għax l-attendenza kienet millisbaħ.

Nhar l-24 t’April bandisti tas-Soċjetà iffurmaw

parti minn mass band fiċ-ċelebrazzjonijiet tat-tim talfutbol

Żabbar St. Patrick’s FC għar-rebħ tal-kampjonat u

għall-promozzjoni.

Ix-xahar ta’ Mejju naqqasna mill-attivitajiet peress li

tħabbret l-elezzjoni li kellha ssir nhar it-3 ta’ Ġunju. Iżda

fl-24 ta’ Mejju saret l-aħħar Seduta Ġenerali Straordinarja

qabel il-Kumitat kellu jiffirma l-kuntratt finali tax-xiri talkażin.

Fix-xahar ta’ Ġunju inkitbet l-istorja tal-każin fejn nhar

is-9 ta’ Ġunju sar il-kuntratt tax-xiri. Kienet ġurnata

memorabbli li żgur wieħed mhu ser jinsa qatt. Dakinhar

stess saret attività fil-bitħa tal-każin fejn l-attendenza

kienet waħda numeruża. Nhar is-17 ta’ Ġunju ġiet imtella’

iż-Żabbar Autofest fejn din is-sena saret l-ewwel edizzjoni

tagħha filgħaxija, wara posponiment fid-data minħabba

l-attivitajiet politiċi tax-xahar ta’ qabel. Il-parteċipanti

għal sena oħra kienu ferm numerużi. Minn hawn nixtieq

ngħid prosit lill-Kummissjoni Żgħażagħ u grazzi lillisponsors

u lil kull min ta xi daqqa t’id sabiex tittella’ din

l-attività. Nhar il-Ħadd 25 ta’ Ġunju ġiet organizzata wkoll

b’suċċess l-edizzjoni annwali tal-isparatura fuq il-plattini.

Din l-attività ġiet organizzata bħas-soltu mill-membri talkażin

tagħna dilettanti tan-nar.

F’nofs Ġunju l-membri tal-Kumitat Eżekuttiv ħadu

sehem fil-purċissjoni ta’Corpus Christi, filwaqt li l-banda

daqqet fil-purċissjoni tal-Qalb ta’ Ġesù. Imbagħad minn

28

hemm f’dan ix-xahar bdejna il-mawriet tal-Banda għall-4

impenji li l-Banda tagħna jkollha barra minn Ħaż-Żabbar

billi bdejna fil-festi ta’ San Ġorġ u ta’ San Bastjan f’Ħal-

Qormi u fil-festa ta’ Santa Marija f’Ħat-Attard. Għal din

is-sena l-aħħar servizz tal-banda ser joħodna l-Imqabba

għall-festa tal-Madonna Tal-Ġilju u dan ser ikun nhar

is-Sibt 23 ta’ Settembru. Nista’ ngħid li kien sajf pjuttost

tajjeb, mingħajr ħafna impenji f’xulxin għall-Banda

tagħna, biss imma l-attendenza tal-bandisti tal-post hi

xi ftit dgħajfa u għalhekk nispiċċaw noħorġu aktar flus

milli ndaħħlu. Għal dawn is-servizzi attendew membri

tal-kumitat fejn akkumpanjaw lill-Banda.

L-attivitajiet matul is-sena ma naqsux lanqas, dan għaliex

din is-sena saru numru ta’ High Teas mill-Kummissjonijiet

f’daqqa, kif ukoll diversi ikliet fil-każin fosthom pasta

night fil-lejla finali tal-Eurovision Song Contest, pizza

night nhar it-28 ta’ Ġunju u kif ukoll majjalata nhar l-1 ta’

Lulju. Dan minbarra ż-żewġ attivitajiet prinċipali tal-festa

li huma t-tnedija tas-CD u l-ikla ta’ qabel il-festa li t-tnejn

kienu sodisfaċenti fl-attendenza. Din is-sena, għattielet

sena konsekuttiva reġa’ ġie mtella’ l-Wine Festival

bil-parteċipazzjoni ta’ D Band. Kienet lejla pjaċevoli u

rilassanti ħafna għad-dilettanti tal-inbid u mużika. Nista’

ngħid li r-rispons kien tajjeb imma hemm post sabiex

nirranġaw l-affarijiet sabiex din l-attività tista’ tikber iktar.

Il-Kummissjoni Żgħażagħ tellgħet diversi rallies ġewwa

l-Blue Arena sabiex iqajmu l-entużjażmu fost il-partitarji.

Il-Fergħa Nisa jagħtu kontribut siewi wkoll fil-ġbir middjar

ta’ Ħaż-Żabbar b’risq il-festa. Magħhom qegħdin

jingħaqdu wkoll elementi miż-żgħażagħ waqt dan ilġbir.

Lill-membri kollha ta’ dawn iż-żewġ Sotto-Kumitati

nixtieq ngħidilhom grazzi tal-ħin u l-kontribut li jagħtu

għas-Soċjetà.

Fix-xahar ta’ Lulju ġiet organizzata majjalata ġewwa

l-Blue Arena. L-attendenza kienet ferm inkoraġġanti.

Din il-lejla kienet imżewwqa wkoll bil-parteċipazzjoni

tal-kant tal-marċi minn Stephen Mizzi. Kienet lejla

sabiħa ħafna u familjari. Għal darba oħra, ta’ min isemmi

l-parteċipazzjoni u l-ħidma tas-Sotto-Kumitati sabiex

jittellgħu avvenimenti bħal dawn.

Laqgħat bi preparazzjoni għall-festa flimkien mas-Soċjetà

l-oħra, l-Arċipriet u l-Uffiċjali tal-Pulizija saru regolarment

avolja ma tantx kien hemm x’tiddiskuti għaliex filprinċipju

konna qegħdin naqblu kollha. Din is-sena rajna

wkoll diversi laqgħat mal-Uffiċjali tal-Pulizija sabiex ilfesta

tkun kordinata b’mod aħjar. Il-laqgħat attendejna

għalihom jien flimkien mal-President u l-Kaxxier.

Ovvjament mhux is-sabiħ biss hemm fl-istaġun imma

wkoll l-imrar. Fil-kawża tal-kirja tlajna l-qorti 2 darbiet,

fejn xehdu terzi persuni. Fil-kawża kostituzzjonali,

ingħatat is-sentenza nhar is-26 t’Ottubru li l-eżitu tagħha

kulħadd jafu. Nirringrazzjaw l’Alla li dawn issa ġew

imwaqqgħin għall-fatt li xtrajna l-każin u sar qbil aħħari

mas-sidien preċedenti. Is-Soċjetà għandha wkoll kawża

oħra għaddejja bħalissa kontra l-kumpanija Gaming

Operations Ltd. Għal darba oħra matul din is-sena

l-Kumitat ipprova jagħmel arranġament mal-kumpanija

biex din il-kawża tinqata’ barra l-qorti iżda l-proposti tażżewġ

naħat ġew ribattuti minn xulxin. Għaldaqstant,

matul dis-sena kellna 6 seduti. Din il-kawża għandha

tkompli f’Ottubru li ġej.

Nitlob sabiex il-Madonna tal-Grazzja żżomm idha

fuqna u fuq il-familji tagħna sabiex inkomplu naħdmu

għall-ġid tas-Soċjetà sabiex dejjem nimxu ’l quddiem

fid-disseminazzjoni tal-arti mużikali u sabiex inkomplu

nkunu aħna l-pijunieri tal-promulgazzjoni tal-kultura fil-

Belt għażiża tagħna. •

29

31

MESSAĠĠ

MILL-ARĊIPRIET

KAN. EVAN CARUANA

RUTINA BIS-SENS

Jekk inħarsu ftit lejn ħajjitna nindunaw li ħafna drabi

nirrepetu l-istess ħwejjeġ u mingħajr ma rridu nidħlu f’dik

li nsejħulha rutina – xogħol, studju, passatemp, mistrieħ...

u l-għada nerġgħu nwettqu l-istess tal-lum! Hawn min,

il-kelma ’rutina’ tbeżżgħu għax tista’ tfisser ripetizzjoni

u dan, lilna jdejjaqna! Tajjeb ngħidu li r-rutina mingħajr

riflessjoni iva, hija tedjanti. Importanti għalhekk, li

aħna nirriflettu fuq dak li nkunu qed nagħmlu ħalli dan

nagħmluh bl-entużjażmu, b’inqas żbalji u b’mod li jħalli

l-frott.

KULL SENA L-ISTESS

Mingħajr ma nindunaw, anke l-festi tagħna jidħlu

f’rutina. Tista’ tgħid li kull sena niċċelebraw l-istess ritwali

kemm fil-knisja kif ukoll f’dak li hu estern: novena, Te

Deum, antifona, armar ta’ damask u linef, marċi, trofej,

pilandri, nar u dak kollu li tfisser il-festa Maltija.

Fil-każ tagħkom, bħala għaqdiet mużikali, jiena persważ

li ilkom ix-xhur li bdejtu taħsbu biex torganizzaw tajjeb

is-sehem fil-festa ta’ din is-sena. Jekk tirriflettu ftit iżda,

tindunaw li ħafna drabi qed tirrepetu dak li għamiltu

s-sena l-oħra u ta’ qabilha u ta’ qabilha!

Tajjeb nistaqsu “Imma għaliex nieħdu din il-kedda ta’

kull sena? Għaliex innaqqsu parti sew mill-ħin tagħna u

noffruh biex nagħmlu festa ta’ kwalità? Jista’ jkun li dan

nagħmluh għas-sodisfazzjoni tagħna personali, jew biex

nuru li aħna ta’ min isegwina jew għax għandna t-talent

fis-Soċjetà tagħna. Dan kollu huwa tajjeb u għandna

nirsistu biex dak li nagħmlu, nagħmluh sew.

Tajjeb, iżda, niftakru li din hija festa f’ġieħ persuna li kienet

tħaddan ċerti virtujiet bħas-silenzju, dejjem attenta għall-

Kelma ta’ binha Ġesù, attenta għall-bżonnijiet ta’ dawk

ta’ madwarha, li kienet taf tbati fis-skiet, li qatt ma ħasset

mibgħeda lejn min naqasha għax ikklapesta lil binha…

NIRRIFLETTU FUQ DAK LI NAGĦMLU

Għalhekk ejjew nirrepetu dak li ilna nagħmlu s-snin

iżda ejjew ukoll nirriflettu fuq dak li qed nagħmlu llum

biex nifhmu li aħna għandna mudell lejn xiex inħarsu:

Ommna Marija li kienet bniedma riflessiva biex tara

li dak li twettaq ikun dejjem jaqbel mar-rieda ta’ binha

Ġesù. Għax għamlet hekk, Marija dejjem apprezzat ittajjeb

tal-oħrajn, dejjem fittxet li tmewwet l-inkwiet,

dejjem inkuraġġiet, dejjem offriet ħinha għal dawk

ta’ madwarha. Rutina bħal din żgur li ma ddejjaqniex

iżda inħarsu ’l quddiem biex inwettquha aktar. Ejjew,

għalhekk, inħarsu lejn Ommna Marija tal-Grazzja, li

aħna tant devoti lejha u nippruvaw nimitawha f’dak li

kienet twettaq hi. Jekk nagħmlu hekk, ikun jixirqilna

niċċelebraw festa f’isimha mhux għall-glorja tagħna,

iżda għall-glorja tagħha.

Il-festa t-tajba lilkom ilkoll! •

33

MESSAĠĠ

MIS-SINDKU

MARC VELLA BONNICI

Għal darb’oħra reġgħet waslet il-Festa

tagħna li, sena wara l-oħra, tqarribna

aktar lejn xulxin bħala ċittadini biex

flimkien inkomplu nsaħħu l-festa

u l-għaqda li teżisti bejn il-poplu

Żabbari.

Sena wara l-oħra mhux biss niċċelebraw b’mod xieraq

u dinjituż l-aspett reliġjuż tal-festa, iżda mill-aspett

soċjali u kulturali nkomplu nammiraw il-ħiliet mużikali

tal-baned tagħna, li illum huma fost l-aqwa baned

f’pajjiżna. Dan kollu jsir grazzi għar-rieda tajba u soda

tal-Kumitati tal-Għaqdiet u Soċjetajiet tagħna li jaraw

li l-għaqda ssaltan fil-Belt tagħna.

Il-Festa tagħna għadha tiġbed il-folol; u minn dak

li qiegħed nara sena wara l-oħra, iktar u iktar nies

ikomplu jżuru l-Belt tagħna biex flimkien maż-

Żabbarin jiċċelebraw din il-festa. U dan għax illum ilpoplu

Żabbari hu poplu magħqud, matur, jaf jieħu gost

u jiċċelebra mingħajr ma jtellef il-pjaċir lil ħaddieħor.

Dan jiġbed kemm in-nies u kemm l-attenzjoni. Għax

fejn hemm l-għaqda kulħadd jieħu pjaċir, igawdi hu u

jgawdi ħaddieħor miegħu. B’hekk biss niġbdu fuqna

l-ammirazzjoni tal-bqija tal-Maltin li ta’ kull sena jiġu

jżuruna bi ħġarhom fil-jiem tal-Festa.

Nawgura li flimkien u fis-sliem nibqgħu dejjem

ingawdu l-Festa tagħna kif inhu xieraq u nkomplu

nkunu ta’ eżempju ta’ kif tabilħaqq għandha tiġi

ċċelebrata festa tipikament Maltija. Nifraħ magħkom

nara r-rieda tajba li issa ilha ssaltan fil-Belt tagħna

biex, ingawdu l-Festa; naqsmu flimkien il-ferħ li din

ġġib magħha; jiem li issa m’għadhomx ifissru piki u

firda iżda għaqda bejnietna, li fiha noffru kollox għal

għan wieħed: dak li niċċelebraw flimkien bil-kbir,

b’mod xieraq u dinjituż, il-Festa għażiża tagħna.

Grazzi ħafna. •

34

IL-KELMA

TAD-DIRETTUR

SPIRITWALI

DUN ĠUŻEPP SULTANA

Reġa’ wasal iż-żmien li nuru x’insarrfu: iżżmien

li fih naħsdu l-frott tas-sagrifiċċji li

għamilna matul is-sena: kulħadd skont

il-ħila, il-kapaċità u l-ħin li jkollu.

Fis-Soċjetà nsibu ħafna taqsimiet u Kumitati: kemm

dawk li qed imexxu u kemm dawk li qed jaħdmu u

jgħinu. Aħna qisna l-banda li fiha ħafna strumenti ta’

qisien u ħsejjes differenti. Għandna strumenti akbar

minn min idoqqhom u hemm oħrajn li joqgħodu fil-but.

Imma huma kollha meħtieġa u mportanti. U dan huwa

s-sabiħ, għaliex ikabbar l-għaqda u l-ħbiberija bejnietna.

Wasal iż-żmien li ningħaqdu biex niffesteġġjaw lill-

Patruna tagħna, Ommna Marija tal-Grazzji. Tajjeb li

nibdew billi nistaqsu bis-serjetà lilna nfusna, Jiena

x’festa biħsiebni norganizza? Hemm bżonn li jiena ma

nibqax biss fuq l-affarijiet esterni, imma rrid nipprepara

bis-serjetà ħalli jkolli festa li tressaqni aktar lejn Ommi

Marija u permezz tagħha lejn Binha Ġesù u rrid li din ilfesta

tkabbar l-għaqda tagħna bħala l-Familja Żabbarija,

ulied Marija.

Dan jista’ jsir billi jiena nagħmel ħilti biex nimita lill-

Madonna. Hi qaltilna “Agħmlu dak li jgħidilkom Ġesù.”

Jien tassew qed ngħix il-ħin kollu kif jixtieqni Hu? Jew

qed inħalli lil xi ħadd jew xi ħaġa oħra jmexxuni huma?

Marija, meta saret taf li Eliżabetta, il-qariba anzjana

tagħha, kienet tqila, ma qisetx is-sitwazzjoni tagħha

imma ħalliet kollox u marret tgħinha fil-ħtiġijiet tagħha

u damet magħha xi tlett xhur. Jien kemm jien lest li

nissagrifika ruħi u ħini biex ngħin lill-oħrajn? U kemm

jiena sensittiv biex ninduna meta xi ħadd ikollu bżonn

l-għajnuna tiegħi?

Ġesù, minn fuq is-salib, tahielna bħala Ommna. Jien

kemm nistmaha tassew bħala Ommi? Kemm insemmiha

dejjem bir-rispett mistħoqq? U bil-mod kif inġib ruħi u

nitkellem, nidher tassew li jiena binha u ħu Ġesù, is-

Salvatur twajjeb tagħna?

Għalhekk, ejjew nersqu dejjem aktar lejha u nirsistu biex

nimitawha ħalli bl-indħil tagħha għalina quddiem Ġesù,

aħna nkunu nistgħu niffesteġġjawha bħala dik mimlija

bil-Grazzji biex inkunu dejjem fil-grazzja t’Alla.

Fil-festa, ngħinu lil xulxin biex inġibu ruħna bħal aħwa

billi ma naqbżux il-limitu tax-xorb tagħna u nqisu kull

kelma li ngħidu. Għax daqsxejn ta’ kelma żejda tista’ tkun

il-bidu ta’ ħafna nkwiet. Jiena rrid nipprepara tajjeb għallfesta

tajba billi nieħu sehem fin-novena kompluta bilquddiesa

u t-tqarbina tiegħi u, jekk hemm bżonn, anke

billi nersaq lejn is-sagrament tal-Qrar.

Ejjew nitolbu lill-Patruna tagħna biex hija u għaddejja

mit-toroq tagħna, taqlalna l-Barka ta’ Binha Ġesù u

tbierek il-familji tagħna. Ejjew nifirħu flimkien fil-festa

tagħna u nirsistu biex inkunu tassew insara eżemplari

billi nagħmlu ħilitna biex nifirħu u nferrħu.

Viva l-Madonna tal-Grazzja u viva ż-Żabbarin li jafu

jiffesteġġjawha. •

35

SENA OĦRA

TA’ ĦIDMA

MARIO AQUILINA VIĊI-PRESIDENT

Bħalma tafu l-festa reġgħet waslet.

Nista ngħid li din is-sena hi waħda aktar

speċjali mis-snin ta’ qabel. Kienet sena

ta’ ħidma u mhux faċli li wara dawn issnin

kollha akkwistajna dak li kull Soċju

ta’ din is-Soċjetà kien jixtieq, li tinxtara

is-Sede tagħna. L-unika Soċjetà f’Ħaż-

Żabbar li minn dejjem ħaddnet l-isem

tal-Patruna tagħna, l-Madonna tal-

Grazzja.

Minn hawn nixtieq nenfasizza li ż-żmien iebes għadu

ġej u mhux għax issa akkwistajna li xtaqna ma nibqgħux

naħdmu, speċjalment fejn jidħlu l-finanzi. Għalhekk

minn hawn inħeġġeġ lil kull min jista’ biex jagħti s-sehem

tiegħu: kull donazzjoni tiġi apprezzata. Però, irridu

nħarsu ’l quddiem biex is-Soċjetà tagħna tibqa ħajja.

Kull attività li issir hi apprezzata, però l-aktar waħda li

jien involut fiha hi l-wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa, Pesah.

Kull sena tkun sfida kbira kemm għalija kif ukoll għal

sħabi. Biex tagħmel wirja ta’ livell għoli, s-sagrifiċċju hu

kbir. Fil-bidu li bdejna, bejnietna konna ngħidu li għadna

dilettanti, però illum il-ġurnata nista ngħid li sirna

nagħmlu wirja b’talent u professjoni kbira. Hu minnu li

tagħmel sagrifiċċji kbar imma meta tara l-konkorrenza

minn kull rokna tal-pajjiż tikber minn sena għall-oħra

timlik b’kuraġġ kbir li tibqa taħdem u tkabbar din il-wirja.

Il-wirja li għaddiet ħadt gost ħafna li ġew żgħażagħ u

persuni ġodda u avviċinawni li jixtiequ jkunu parti minn

dil-wirja billi jagħtu sehemhom. Malli rajt l-interess,

mill-ewwel ħadt l-inizjattiva biex nara x’ser nagħtihom

jagħmlu. Minn hawn ngħidilhom grazzi. Min qed jaqra

dan il-messaġġ inħeġġu biex jekk jitħajjar li jkun parti

mill-wirja ma joqgħodx lura imma javviċinani. Din issena

ħadna ħsieb li nżanżnu żewġ bandalori ġodda

għal quddiem is-sede tagħna, fost xogħol kbir li dejjem

nagħmlu artistikament fuq il-mejda, li kull min jattendi

minn sena għall-oħra, dejjem jibqa’ mistagħġeb kif

intlaħaq dan ix-xogħol kollu li minn sena għal oħra jiġi

mibdul kompletament, hi ħasra li dan ix-xogħol li jsir

jitgawda biss għal dawk il-ftit jiem li tkun miftuħa l-wirja.

Nixtieq inselli wkoll għall-ħabib tiegħi s-Sur Jesmond

Fenech li hu wieħed mill-pilastri f’din il-wirja li minn

sena għall-oħra dejjem jara x’ser iżid u jagħmel fil-figuri

u l-minjaturi li għandu tiegħu personali. Ngħidlu grazzi

f’ismi u f’isem is-Soċjetà tagħna. Meta tara bħal dawn

in-nies, aktar jimlini b’kuraġġ biex dak li kont bdejt ma’

sħabi tal-Kummissjoni Żgħażagħ li konna bdejna din

il-wirja iġiegħelni aktar naħdem. Nista ngħid li kont

wieħed mill-pijunieri f’Ħaż-Żabbar li daħħalt is-sengħa

tal-ismid. Bqajt nipprattika mhux ftit u fil-fatt fl-2014 ġibt

lejn is-Soċjetà l-ewwel Rekord Nazzjonali f’Ħaż-Żabbar.

Biex ma ntawwalx, nixtieq nirringrazzja lil kulħadd,

speċjalment lil sħabi tal-Kumitat Eżekuttiv li għal darba

oħra ikkonfermawni bħala Viċi-President, lis-Sotto

Kumitati u lil kull min ikun ta’ għajnuna għal din is-Soċjetà

li tant għandna għal qalbna.

Minn hawn nawgura l-festa t-tajba liż-Żabbarin

kollha. •

38

AMBIZZJONIJIET

ĠODDA

GIANLUCA TABONE PRO

Kienet mira sa mill-bidu tal-involviment

tiegħi f’dan il-każin li xi darba nifforma

parti mill-Kumitat Eżekuttiv. Wara sitt

snin involut bħala membru, u għallaħħar

snin, Uffiċċjal tar-Relazzjonijiet

Pubbliċi tal-Kummissjoni Żgħażagħ,

ġejt avviċinat mill-uffiċċjali tas-Soċjetà

biex din is-sena nidħol bħala membru

tal-Kumitat Eżekuttiv fil-kariga ta’

Uffiċċjal tar-Relazzjonijiet Pubbliċi

tas-Soċjetà. Ma kienetx deċiżjoni faċli,

partikolarment minħabba l-ammont

ta’ xogħol li rwol bħal dan jirrikjedi,

iżda bi pjaċir ilqajt din it-talba għax

tfajt quddiemi l-idejat li dejjem kelli

maż-żmien iżda li ma stajtx inwettaq

b’daqshekk effiċjenza mill-Kummissjoni

Żgħażagħ.

Tista tgħid li waħda mill-ewwel proposti tiegħi fil-Kumitat

kienet li nimmodernizzaw is-sit elettroniku tas-Soċjetà.

Din is-Soċjetà kienet l-ewwel waħda f’Malta li kellha

l-websajt uffiċjali tagħha u din ġiet irranġata u mibdulha

diversi drabi. L-aħħar aġġornament kien sar grazzi għas-

Sur Ronald Mizzi li fl-2006 ġie mniedi sit elettroniku

professjonali. Għalkemm dan is-sit kien wieħed avvanzat,

it-teknoloġija dejjem timxi ’l quddiem u ħassejt li llum

hemm lok fejn nutilizzaw aħjar l-abbiltajiet li kapaċi

joffru s-siti elettroniċi preżenti.

40

Għaldaqstant, f’Diċembru beda l-proċess biex jiġi

ntrodott sit elettroniku ġdid li nfetaħ fl-24 ta’ Diċembru

2016. F’dan is-sit wieħed jista’ jsib informazzjoni dwar

is-Soċjetà, fosthom tagħrif dwar l-istorja tas-Soċjetà,

il-Kumitat Eżekuttiv u l-Fergħat tiegħu, kalendarju blattivitajiet

li ser jiġu organizzati kif ukoll sezzjoni b’artikli

u aħbarijiet mis-Soċjetà.

F’Marzu li għadda ġiet introdotta wkoll sistema ta’ ħlas

onlajn fejn partitarji u ammiraturi tas-Soċjetà jistgħu

wkoll jagħmlu d-donazzjonijiet jew jissieħbu fl-iskema

tax-Xiri tal-Każin mingħajr ma jkollhom imorru fiżikament

il-każin. Ir-rispons kien tajjeb ħafna fejn kienu bosta

partitarji li għamlu d-donazzjonijiet tagħhom u ssieħbu

fl-iskema tax-Xiri tal-Każin. Inħeġġeġ iżjed partitarji biex

jissieħbu f’din l-iskema, skema li hi mportanti ħafna biex

il-Każin ikompli bl-operat tiegħu wara li ħallas somma

daqstant mdaqqsa biex inxtara dan il-Palazz fi Triq is-

Santwarju. Il-proċess biex tissieħeb hu faċli ferm permezz

tas-sistema ta’ pagament onlajn Paypal jew inkella bl-użu

ta’ Credit/Debit Cards. Biex tagħti d-donazzjoni tiegħek

tista tidħol fuq mmg.com.mt/donate.

Fadal ħafna ideat x’jiġu implimentati f’dan is-sit. Waħda

mill-ideat ewlenin li ser ikunu introdotti f’qasir żmien

hi l-possibilità li wieħed jixtri memorabilia tal-Każin,

fosthom CDs bil-marċi, DVDs, flokkijiet u affarijiet oħra

dirett minn fuq il-websajt. Din l-idea għandha tolqot

partikolarment lil dawk il-Baqristi jew Żabbarin li jgħixu

barra minn xtutna.

Għal din il-festa, introduċejna wkoll paġna speċifikament

marbuta mal-festa – mmg.com.mt/festa. F’din il-paġna

wieħed jista’ jsib l-informazzjoni kollha relatata mal-

Festa 2017, inkluż il-programm, souvenirs u flokkijiet li

ħarġu, ritratti, marċi u ħafna iżjed. Din kienet inizzjattiva

ġdida li saret biex in-nies ikunu iżjed infurmati bl-attività

li ssir mis-Soċjetà fil-perjodu tal-Festa. Il-Midja soċjali hi

ferm importanti wkoll biex is-Soċjetà żżomm kuntatt

mal-partitarji u l-ammiraturi tagħha. Għaldaqstant qed

ninkorporaw flimkien l-użu tas-sit elettroniku u ż-żewġ

paġni ta’ Facebook, dik tas-Soċjetà u l-oħra ta’ mmg

Promotions, b’tali mod li jikkumplimentaw lil xulxin

speċjalment meta jiġu pubblikati attivitajiet u aħbarijiet

tas-Soċjetà.

Ix-xogħol ta’ uffiċċjal tar-relazzjonijiet pubbliċi hu

ferm iktar minn sempliċiment amministrazzjoni ta’ sit

elettroniku u l-midja soċjali, iżda trid tieħu ħsieb il-kuntatt

man-nies anki fiżikament u fil-każin inniffsu, minbarra

ħafna xogħol amministrattiv li jsir biex il-Kumitat ikun

jista’ jwassal il-kelma tiegħu mal-pubbliku.

Din is-sena kienet tirrikjedi ħafna xogħol amministrattiv

partikolarment minħabba x-xiri tal-każin, xewqa li kull

Baqrist u Żabbari li japprezza l-festa tagħna, fl-aħħar

qata’. Għall-ewwel darba, introduċejna wkoll ċirkulari

elettronika li tintbagħat lis-soċji bl-attivitajiet ta’ dak ixxahar

kif ukoll b’aħbarijiet importanti tas-Soċjetà li jolqtu

lill-qarrejja ta’ din l-emejl.

Ma nistax ma nirringrazzjax lis-Sur Vince Caruana Gauci

fl-għajnuna biex ġbarna u ktibna l-informazzjoni u

l-istorja tal-każin fuq is-sit il-ġdid. Barra minn hekk nixtieq

nirringrazzja lis-Sur Fabian Fenech tal-għajnuna tiegħu

f’ħafna mix-xogħol amministrattiv li jidħol fih rwol bħal

dan.

Għandi ħafna ambizzjonijiet sabiex is-Soċjetà tagħna

tibqa miexja ’l quddiem u x-xogħol amministrattiv isir

iżjed modern u effiċjenti, u ċert li hemm ħafna oħra

li jaħsbuha bħali. Jeħtieġ li jkun hemm iżjed nies li

jagħtu l-għajnuna tagħhom fis-Soċjetà tagħna, għaliex

in-nuqqas li ġarrabna aħna d-dilettanti tal-każini filvolontarjat

kulħadd ħassu. Iżda wieħed irid jiftakar li

x-xogħol li jsir f’każin bħal dan mhux sempliċiment

armar, tiżjin, marċi u banda.

Kulħadd, inkluż jien l-ewwel wieħed, jiġġennen kif jara

l-famuża Umbrella l-Kbira tintlibes bid-drapp, jew Triq

il-Kbira tintrama bit-trofej. Iżda jeħtieġ li x-xogħolijiet

jitqassmu għaliex hemm ħafna xogħol amministrattiv

biex is-Soċjetà tkun tista topera b’mod seren mingħajr

ebda problemi jew nuqqasijiet tant li ma nistgħux

naffordjaw li kulħadd jinħela mal-istess xogħol.

Nixtieq nirringrazzja lill-membri tal-Kumitat

Eżekuttiv tal-fiduċja li wrew fija għal din is-sena,

filwaqt li nixtieq liż-Żabbarin kollha l-Festa t-tajba.

Viva l-Madonna tal-Grazzja! •

41

DAR TAGĦNA,

JEW LE?

DARREN CASSAR KURATUR

Għaddiet sena oħra u reġa’ wasal dażżmien

sabiħ għalina l-Baqristi li nkunu

qed nistennew biex niċċelebraw festa

xierqa lil Ommna tal-Grazzja.

Din is-sena għalija kienet aktar impenjattiva minn

snin oħra għax wara li ilni għal dawn l-aħħar erba’ snin

membru fil-Kumitat Eżekuttiv bħala Assistent Kuratur,

din is-sena kelli ċ-ċans u l-privileġġ li nservi lil din is-

Soċjetà fil-kariga tal-Kuratur tal-Każin. Esperjenza

li dħalt għaliha b’ruħi u b’ġismi għax ix-xogħol ta’

Kuratur ġo każin kbir bħal tagħna, jirrikjedi ħafna ħin

u mpenn, għalhekk trid issib ħin tlaħħaq max-xogħol

tiegħek, mal-familja u anke mal-każin. Bħalma jaf

kulħadd, bil-ħajja mgħaġġla li ngħixu fiha, hija diffiċli,

però ma tridx taqta’ qalbek u tipprova ssib il-ħin għal

kollox.

Din is-sena għas-Soċjetà tagħna kienet waħda storika

u mportanti ħafna. Bħalma jaf kulħadd il-ħolma li

dejjem xtaqna saret realtà, issa nistgħu vera ngħidu

li din id-dar tal-Baqristi saret verament id-dar tagħna.

Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil kull min b’xi mod

kien involut sabiex wasalna fejn wasalna għax żgur li

ma kinitx triq faċli. Biex is-Soċjetà waslet għall-pass

tax-xiri tal-każin, żgur li ma kienx possibbli li jsiru

proġetti ġodda u anke bħala manutenzjoni konna

limitati ħafna, prattikament għamilna l-bżonnijiet

urġenti biss, dan biex niffukaw il-finanzi tal-każin

fuq ix-xiri tal-propjetà u b’hekk niżguraw il-futur tas-

Soċjetà tagħna.

Kif għaddiet il-festa u nħatar Kumitat Eżekuttiv ġdid,

mill-ewwel bdejt navviċina u nistaqsi għall-persuni li

setgħu matul is-sena jtuni daqqa t’id… u nirringrazzja

l’Alla li għajnuna sibt kemm mill-Kummissjonijiet kif

ukoll minn persuni oħra. L-ewwel biċċa xogħol li sibna

ma’ wiċċna dis-sena kienet li ridna nbatlu l-propjetà

magħrufa bħala l-għassa l-antika mill-affarijiet li għal

dawn l-aħħar snin kellna ġo fiha. L-ewwel uġiegħ

ta’ ras kienet fejn ser nitfgħu dawn l-affarijiet kollha,

għax għalkemm il-każin huwa kbir, xorta fejn terfa’

l-affarijiet huwa limitat ħafna. Marbut ma’ dan il-punt

nixtieq nirringrazzja lis-Sur Fabian Fenech u xi nies

oħra li qattgħu ħafna ħin fil-maħżen ta’ taħt il-palk

tal-Blue Arena jorganizzaw biex dak li kien hemm flgħassa

l-antika setgħa jintrefa’ kif suppost, liema biċċa

xogħol ħadet ammont konsiderevoli ta’ ħin. Apparti

dan ix-xogħol li semmejt, saret ukoll manutenzjoni

tas-soqfa tal-każin u tal-faċilitajiet sanitarji, liema

xogħol kważi jsir b’mod regolari kull sena.

Xi ħaġa ġdida din is-sena kienet li l-Kumitat Eżekuttiv

iddeċieda li jaħtar lis-Sur Luciano Farrugia bħala

Direttur tas-Swali tal-każin. Dan sabiex is-swali talkażin

ikunu jistgħu jinżammu fi stat aħjar, kemm fittindif

kif ukoll fit-tisbiħ tal-istess swali. Minn hawn

nixtieq nirringrazzja lis-Sur Farrugia tad-dedikazzjoni

u x-xogħol li għamel f’dawn is-swali matul dis-sena.

42

Naħseb kulħadd jaqbel miegħi li dar kbira bħal tagħna

tinvolvi ħafna xogħol ta’ manutenzjoni u tindif regolari.

Xi ħaġa li tweġġani hi li ta’ kull sena, speċjalment

wara l-festa nsibu ma’ wiċċna ħafna ħsarat u oġġetti

mkissrin b’negliġenza. Li tweġġa l-aktar li din il-ħsara

nagħmluha aħna stess ġo darna! Issa aktar minn qatt

qabel għandna nħossuna responsabbli ta’ darna stess.

M’hemmx għalfejn li wieħed ikun membru tal-Kumitat

Eżekuttiv jew ta’ xi Kummissjoni biex jekk jara xi tip ta’

ħsara ssir ġo darna nwaqqfuha. Issa li nistgħu ngħidu

li l-każin huwa verament tagħna, ejjew nibżgħu għallħafna

xogħol li diġà sar biex b’hekk inkunu nistgħu

nibdew nutilizzaw il-flus biex ninvestu fi proġetti

ġodda ġol-każin, u l-aħwa emmnuni li pjanijiet kbar

hemm, pjanijiet ambizzjużi li żgur ser ibiddlu dan

il-palazz fl-għira ta’ kulħadd. Dan jista’ jsir biss iżda

bil-koperazzjoni u r-rieda tajba ta’ kull partitarju u

ammiratur ta’ din is-Soċjetà biex minnflok joqgħod

jinħela l-ħin induru u mmantnu xogħol li diġà sar,

nipproġettaw il-forzi tagħna fuq l-investiment għallfutur.

Nixtieq qabel nagħlaq dawn l-erbgħa ħsibijiet, nieħu

l-okkażjoni biex nirringrazzja speċjalment lill-familja

tiegħi tal-paċenzja li jieħdu bija kif ukoll nixtieq

nirringrazzja lill-Kumitat Eżekuttiv tal-fiduċja li wera

fija. Ringrazzjament imur lill-Assistent Kuratur is-Sur

Darren Zammit, lid-Direttur tas-Swali s-Sur Luciano

Farrugia u lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor sibthom

ta’ għajnuna fil-qadi ta’ dmiri bħala l-Kuratur tal-Każin.

Il-festa t-tajba lil kulħadd! •

43

TIDWIRA SERJA

MAL-ISWALI

TAL-KAŻIN

LUCIANO FARRUGIA DIRETTUR TAS-SWALI

Nixtieq nibda biex nirringrazzja lissoċji

li kellhom fiduċja fija u reġgħu

għal darba oħra afdawni biex inkun

parti mill-Kumitat Eżekuttiv. Meta

l-Kumitat beda jiltaqa’, jiena ħadt irrwol

li nieħu ħsieb is-swali tas-sular ta’

fuq tal-każin. Għall-bidu, idejna kienu

daqsxejn marbuta, peress li konna

nafu illi l-każin kien għadu mhux

tagħna, imma llum permezz ta’ ħidma

bil-għaqal tad-diriġenza tal-każin,

wasalna biex il-post sar tagħna.

issa hemm trofej, għotjiet mingħand ammiraturi talbanda

u rigali mingħand baned oħra eżebiti. Fosthom

hemm ukoll unuri ta’ meta konna nieħdu sehem fil-

Gara mużikali.

Hemm ħafna ħsibijiet u proġetti ambizzjużi li nistgħu

nagħmlu biex insebbħu aktar il-każin, iżda ovvjament

għad hemm ħafna limitazzjonijiet. Minkejja dan,

waħda mill-affarijiet li qed naħdmu fuqha, hija

li niġbru d-dokumentazzjoni kollha tal-Każin li

Minn hawnhekk bdejna naħsbu kif nistgħu ntejbu

d-dehra tas-swali. Bdejna naqalgħu, nagħżlu dak

li għandna u nifirdu t-tajjeb mill-ħażin. Rajna ftit x’

l-aħjar li jsir u x’għandna bżonn, u bil-limitazzjonijiet

kollha tagħna bdejna nduru u naraw biex nixtru xi

vetrini. B’hekk l-affarijiet dekorattivi kollha li għandna

nibdew niġbruhom u ntuhom dehra kif jixraq ġosswali.

X’ħin dort fuq il-Kaxxier u bdejt ngħidlu bi prezzijiet

li sibt, beda jipprova jillimita kemm jista’ u wara li

għamilna evalwazzjoni xierqa, il-Kaxxier tani il-go

ahead. B’sens ta’ għaqal, fittixna fuq il-midja soċjali,

sibna għamara li tgħodd għal mal-istil tas-swali li

għandna u xtrajna dak li kellna bżonn, mingħajr ħafna

infiq ta’ flus irresponsabbli. Ir-riżultat; erba’ vetrini li

jikkumplimentaw l-istil tal-każin.

Hekk kif ġibnihom il-każin, dornihom. Irtukkjajna u

sewwejna fejn kien hemm bżonn, u dawwalnihom b’xi

dawl modern. Illum il-ġurnata, wieħed jista’ jara dan

ix-xogħol personalment fis-swali ta’ fuq tal-każin, fejn

46

għandna f’idejna; jiġifieri minuti, korrispondenza,

ittri u dokumenti uffiċjali li kollha saru matul is-snin.

Nirringrazzjaw lill-ex-sidien, li kellhom dokumenti

fuq il-każin saħansitra miktuba bit-Taljan li juru

l-awtentiċità ta’ din is-Soċjetà, li dawn għaddewhom

lill-Kumitat. Uħud minn dawn id-dokumenti jġibu dati

antiki sa’ mis-seklu dsatax. Nisperaw illi ’l quddiem,

dawn id-dokumenti ikunu jistgħu jiġu eżebiti b’mod

permanenti fis-swali tagħna, kif jixraq.

Hawnhekk nixtieq nieħu spunt u nagħmel appell

sabiex jekk hemm min għandu xi dokumenti jew

xi affarijiet li kienu jappartjenu lis-Soċjetà, jersaq

u jroddhom lura. Tkun xi ħaġa sabiħa li jkollna

kollezzjoni tal-istorja rikka tas-Soċjetà tagħna.

Xi ħaġa oħra li qed inħarsu ’l quddiem għaliha hija

l-istrumentatura li kienet inxtrat fl-1935. Din għad

għandna parti sostanzjali minnha, però’ qiegħda fi stat

ħażin. Qed naraw u nfittxu lil min jista’ jagħtina daqqa

t’id biex nirrestawraw dawn l-istrumenti li għandhom

valur kbir għas-Soċjetà tagħna. B’hekk, ’il quddiem,

meta jkollna swali ġodda, inkunu nistgħu neżebixxu

dawn l-istrumenti antiki.

Nixtieq qabel nagħlaq dawn l-erba’ kelmiet, inserraħ

ras s-soċji u l-ammiraturi ta’ din is-Soċjetà, li għad

hemm ħafna affarijiet oħra li għandna f’moħħna li

rridu nwettqu, biex speċjalment intejbu id-dehra talkażin,

u anke jkollna iżjed spazju fejn naħdmu.

Ngħaddi biex nirringrazzja lil xi nies, fosthom

lill-membri kollha tal-Kumitat Eżekuttiv, li sibt

kollaborazzjoni kbira mingħandhom. Nista’ nsemmi

wkoll xi individwi; fosthom lis-Sur Darren Cassar, il-

Kuratur, li ħdimna ħafna id f’id, u lill-Assistent tiegħu,

is-Sur Darren Zammit u anke lis-Sur Fabian Fenech, li

kien ta’ għajnuna kbira għalija, u lil ħafna nies oħra, illi

impossibbli insemmihom kollha.

Grazzi u l-festa t-tajba. •

47

o consultancy a

stage marking s

screens

photorealistic

show design and technical

turnkey video services video content creation

architectural 3d mapping laser logo animations

stereoscopic 3d presentations video distribution

video consultancy and logistical schematics

laser stage marking systems 4K video play out

LED screens multimedia presentations projections

photorealistic 3d renders video animations

show design and technical managemen

turnkey video services video content creation

architectural 3d mapping laser logo animations

stereoscopic 3d presentations video distribution

video consultancy and logistical schematics

laser stage marking systems 4K video play out

LED screens multimedia presentations projections

photorealistic 3d renders video animations

show design and technical management

turnkey video services video content creation

architectural 3d mapping laser logo animations

stereoscopic 3d presentations video distribution

video consultancy and logistical schematics

laser stage marking systems 4K video play out

LED screens multimedia presentations projections

photorealistic 3d renders video animations

show design and technical managemen

turnkey video services video content creation

architectural 3d mapping laser logo animations

stereoscopic 3d presentations video distribution

video consultancy and logistical schematics

laser stage marking systems 4K video play out

M 7994 6762, 9940 6234, 9946 3425

E info@madaboutvideo.eu

www.madaboutvideo.eu

LED screens multimedia presentations projections

photorealistic 3d renders video animations

show design and technical managemen

turnkey video services video content creation

architectural 3d mapping laser logo animations

stereoscopic 3d presentations video distribution

video consultancy and logistical schematics

laser stage marking systems 4K video play out

LED screens multimedia presentations projections

photorealistic 3d renders video animations

show design and technical managemen

turnkey video services video content creation

architectural 3d mapping laser logo animations

stereoscopic 3d presentations video distribution

video animations

managemen

multimedia presentations projections

stage marking systems 4K video play out

video consultancy and logistical schematics

MESSAĠĠ

TAL-GĦAQDA KAŻINI

TAL-BANDA

AVV. NOEL CAMILLERI PRESIDENT GH–KB

Is-Soċjetajiet tal-baned tagħna huma

sinonimi mal-festi Maltin u dan għaliex

ma hemmx dubju li l-każini tal-banda

jgħarrfu li l-festi fil-lokalitajiet fejn

huma stabbiliti huma parti integrali

mill-fibra reliġjuża, kulturali u soċjali

ta’ pajjiżna.

L-enerġija u l-entużjażmu li jittrasmettu l-Għaqdiet

Mużikali lill-poplu kollu, fil-ħidma tagħhom biex

jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom fil-festi tagħna hija xi

ħaġa li kulħadd jammira u jirrikonoxxi. Dan jieħu xejra

akbar ta’ ammirazzjoni meta wieħed jiftakar li ħafna

xogħol li jsir huwa kollu volontarju. Il-fatt, li minkejja ħafna

diffikultajiet, l-element volontarju jibqa’ jipprevalixxi

fl-istrutturi tas-Soċjetajiet Mużikali huwa fatt li għandu

jkollu rikonoxximenti akbar minn kull ċittadin li għandu

għal qalbu l-kultura f’pajjiżna u għandu jgħin biex dan

l-element fundamentali ta’ kull Soċjetà jibqa’ b’saħħtu.

Mingħajr dubju, l-ħoss melodjuż tal-mużika tal-baned

tagħna tagħti ħajja lill-festi tagħna u dan flimkien ma’

elementi oħra importanti bħall-arti Piroteknika u l-armar

artistiku li huma kollha l-għożża ta’ ħafna. Dan kollu

jagħmel lill-festi tagħna kulturalment, soċjalment imma

mhux anqas reliġjożament parti integrali mill-kalendarju

tal-ħajja ta’ pajjiżna. Li hu żgur li s-Soċjetajiet Mużikali

jagħrfu li għandhom l-obbligu li s-sabiħ tal-festi jibqa’

jitħares u protett u dan isir b’ħafna sagrifiċċju minn min

imexxi l-każini tal-baned tagħna.

Matul il-perjodu tal-festi huwa naturali li jkun hemm

aspettattivi kbar mhux biss mill-partitarji u l-benefatturi

ta’ Soċjetà Mużikali partikolari imma anke mill-komunità

innifisha biex tara li ċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi jkunu

sbieħ. Dan kollu jpoġġi pressjoni akbar fuq id-diriġenti

tas-Soċjetajiet Mużikali biex jaraw li l-festi tagħna

jibqgħu jkunu avvenimenti importanti fil-kalendarju

kulturali u reliġjuż ta’ pajjiżna. Madanakollu, huwa

importanti li bħala Soċjetajiet Mużikali flimkien malawtoritajiet

nazzjonali u anke lokali, kemm dawk ċivili

u anke reliġjużi, naraw li l-festi tagħna, u allura l-ħidma

tal-Għaqdiet Mużikali, ma tkunx mtappna. Huwa mertu

tas-Soċjetajiet Mużikali, li kontinwament jaħdmu biex

jaraw li ma jkunx hemm eċċessi fiċ-ċelebrazzjonijiet talfesti

għaliex jagħrfu li l-eċċessi ma jagħmlux ġid, iżda

ħafna drabi jwasslu biex il-festi jintużaw għal affarijiet li

żgur kulħadd jaqbel li jagħmlu ħsara b’mod partikolari

lil dawk li jagħmlu s-sena kollha jaħdmu fl-interess tas-

Soċjetà Mużikali imma wkoll tal-komunità fejn jgħixu.

Il-festa għandha tibqa waħda li fiha l-komunità tingħaqad

biex issaħħaħ l-identità kulturali tagħha, dik reliġjuża

kif ukoll dik soċjali u anke dik bħala element familjari,

għaliex kulħadd jagħraf kemm huma importanti li

l-ġranet tal-festa jintużaw b’mod tajjeb, san u li jkunu ta’

ġid veru għal kull min jieħu sehem fihom.

Għalhekk f’isem l-Għaqda Każini tal-Banda filwaqt li

nawgura l-festa t-tajba, u nirringrazzja lil din is-Soċjetà

Filarmonika għall-ħidma tagħha, nħeġġeġ li dik ilħidma

tissarraf f’ċelebrazzjonijiet tal-festa li verament

tkun okkażjoni ta’ għaqda u li matulha nkomplu

nuru li s-Soċjetajiet Mużikali jagħrfu r-responsabbiltà

li jiċċelebraw il-festa b’maturità u b’serjetà ħalli ma

jintilifx s-sens kulturali u tradizzjonali tal-festi Maltin u

Għawdxin. •

51

KUMITAT

KUMMISSJONI

BANDA

MARIO MICALLEF CHAIRPERSON

Bil-għajnuna tal-Mulej għaddiet sena

oħra u waslet dik il-ġimgħa li fiha l-Belt

tagħna tilbes il-libsa tal-festa; ġimgħa li

fiha l-ħajja normali tinbidel fost l-oħrajn

f’xalata ta’ dwal, armar artistiku, logħob

tan-nar, ħornijiet tar-roti, qniepen u

l-ħoss inkonfondibbli tal-banda u l-marċi

brijużi jidwi fit-toroq tagħna, bl-għeluq,

il-purċissjoni bil-vara tal-Madonna tal-

Grazzja. Ġimgħa li fiha jinħasad il-frott

ta’ ġimgħat u xhur ta’ xogħol volontarju,

ħafna drabi minn ftit nies li jagħmlu

sagrifiċċji kbar sabiex jinżamm il-livell

għoli tal-festa Żabbarija.

Din is-sena l-ferħ ta’ kull soċju huwa ikbar, u bix-xieraq

għax wara ħafna taqtigħ il-qalb, il-kuntratt tax-xiri

tal-każin ġie iffirmat. Grazzi lil kull min kien involut

b’xi mod fil-kuntratt tax-xiri tal-każin li issa nistgħu

verament ngħidu li huwa ta’ kull wieħed u waħda minna.

Naturalment, ma waqafx kollox mal-kuntratt u x-xogħol

irid jibqa’ għaddej b’għaqal u għaqda aktar minn qatt

qabel. Iżda mil-lum ’l quddiem, il-futur issa jista’ jinbena

fuq pedament konkret u mhux fuq kastelli fl-arja.

MMG CHRISTMAS CONCERT

Filwaqt li l-preparamenti għax-xiri tal-każin kienu

għaddejjin fl-aqwa tagħhom, anzi bdew ikomplu

jintensifikaw wara l-festa tal-2016, il-ħidma tal-banda

tagħna ma waqfitx. Minn Ottubru bdew il-preparamenti

għall-kunċert tal-Milied li sar fit-18 ta’ Diċembru 2016. Ta’

min jinnota li dan il-kunċert tassew evolva; minn kunċert

żgħir fil-każin għal kunċert akbar fis-sala Notre Dame u

sab postu b’mod permanenti fil-kalendarju tal-banda.

L-iskop baqa’ dejjem l-istess; kunċert b’mużika relatata ma’

żmien il-festi, organizzat u eżegwit esklussivament millbandisti

tas-Soċjetà. Fl-istess waqt, il-mużika magħżula

tagħti ċ-ċans lil xi bandisti studenti fil-fażi avvanzata

tat-tagħlim mużikali biex jeżegwixxu l-kapaċitajiet

tagħhom quddiem l-udjenza preżenti. Ta’ min isemmi

biċċiet li fihom spikkaw; il-bandist Andrè Xuereb, solista

bit-Tubular Bells, fis-silta Bells Across the Meadows, ilbandista

Maria Ellul fejn interpretat Morricone’s Melody

bl-Alto Saxophone u d-duet Andrew Fenech u Nigel

Caruana li nterpretaw Due Amigos bil-kurunetta. Jien

ukoll ġejt fdat ftit battuti solo bit-trumbun flimkien ma’

xi ftit battuti oħra minn Nigel Caruana bil-kurunetta fissilta

Queen’s Park Melody. Il-kunċert sar appuntament

L-għan ta’ dan l-artiklu huwa li fih nagħtu titwila lejn ixxogħol

li twettaq matul din is-sena fis-settur tal-Banda

tal-Każin tagħna. Għalkemm il-konkorrenza għallattivitajiet

bandistiċi hija sodisfaċenti, bosta persuni

ma jirrealizzawx bl-ammont ta’ xogħol li jsir minn wara

l-kwinti biex il-kunċert jew l-attività li jkunu qed jaraw,

ikun jista’ jseħħ. Għaldaqstant dawn il-ftit kelmiet

għandhom l-għan li jwasslu għal iżjed apprezzament

lejn ix-xogħol, prattikament kollu volontarju, biex ilbanda

rinomata tagħna tibqa tferraħ lil kull min isegwiha

u tkompli tkabbar il-kultura mużikali f’Beltna.

52

Fuq wara mix-xellug: Jesmond Fenech (Rappreżentant tal-Banda),

Susan Testa (Arkivista), Francis Scicluna (Membru)

Fuq quddiem mix-xellug: Mario Micallef (Chairperson), Kevin Mizzi (Surmast Direttur)

Nieqes mir-ritratt: Nigel Caruana (Membru)

53

egolari għal żmien il-Milied u l-attendenza timlina bilkuraġġ

biex nibqgħu norganizzawh. Bħas-soltu wara

għalaqna b’festin żgħir, ippreparat mill-bandisti stess,

fejn kulħadd seta’ jgħid kelma u jaqsam l-awguri ma’

xulxin. Għal darba oħra kien suċċess kbir.

PURĊISSJONI TAL-MILIED

Is-Superjur tal-Mużew stieden lill-bandisti jakkumpanjaw

lit-tfal u l-familji fil-mixja madwar ir-raħal tagħna flimkien

max-xbiha ta Ġesù Bambin. It-temp ippermetta u

numru sabiħ ta’ bandisti daqqew diversi innijiet tal-

Milied. Il-purċissjoni tal-Bambin hija tradizzjoni ħelwa

li żera’ San Ġorġ Preca, kien jaf li d-dinja miexja lejn era

ta’ konsumiżmu fi żmien il-Milied, il-bogħod mill-Ispirtu

oriġinali, u ħalla lis-sempliċità tat-tfal u l-kant tal-Milied

jispikkaw u jagħtu faraġ lil min f’dan iż-żmien forsi jkun

għaddej minn żmien diffiċli. Ħaġa sabiħa tara anzjani li

forsi ma jistgħux joħorġu minn darhom jittawwlu minn

wara xi persjana x’ħin jisimgħu l-ħoss tal-banda ġejja, u

personalment, qisu ma ġiex Milied jekk ma nismgħax

dawk l-innijiet fit-toroq lejliet il-Milied! Il-banda tagħna

ilha sa’ mill-ewwel sena li ġiet mistiedna tagħti sehemha

f’din il-purċissjoni li baqgħet popolari f’Ħaż Żabbar.

TAGĦLIM TAL-MUŻIKA

It-tagħlim tal-mużika baqa’ jingħata b’xejn b’mod regolari

mis-Surmast direttur Kevin Mizzi u l-Assistent Surmast

Charles Wallace Suda. Din is-sena wkoll, numru sabiħ ta’

bandisti u studenti ngħataw l-opportunità li jattendu

lezzjonijiet fit-teorija tal-mużika, u f’April 2017 resqu

għall-eżami tal-London College of Music. Għaldaqstant,

is-Soċjetà tifraħ lil dawn il-Bandisti għar-riżultati

sbieħ miksuba fl-eżamijiet tat-teorija tal-mużika malistituzzjoni

msemmiha: Nigel Caruana, Omar Gialanzè,

Mario Micallef, Zachary James Mizzi, Matthias Sciriha u

Glenn Xuereb. Is-suċċess tar-riżultati jimlina bil-kuraġġ,

u l-ħsieb hu li l-lezzjonijiet jitkomplew minn Ottubru

li jmiss. Naturalment, nirringrazzjaw lis-Surmastrijiet

tagħna tal-kapaċità u l-paċenzja kbira fit-tagħlim li

dejjem juru ma’ min ikun interessat li jitgħallem.

MARĊI 2017

L-Innu Popolari tal-Banda

Maria Mater Gratiæ

Tifħir lill-Madonna tal-Grazzja

Innu Marċ lill-Patruna

Innu Marċ Kummissjoni

Żgħażagħ tal-Grazzja

Ġrajjietna

Innu Marċ Malta u Wliedha

Gabrielle

Tan-Niċ

Frans iċ-Ċikk

Blue Tooth

Piazza Castello

Ontario

Sarah. G

Tal-Ħajjat iż-Żgħir

Maria Louisa

Fiesta

Ta’ Farrell

Lady Mary

Leli l-Bliqq

George L-Ingliż

The Legend

Monique

St. Vincent

Sierita

Framarton

Agrigento

Whiskey Galore

(Fergħa Nisa 2016)

Nikita

Blue Jack

Tal-Qormija

Valley of Lions

Matthew & Julian

Emperor

The King

Pablito

Ema (Tac-Choks)

El Toro

Ernestos

Tal-Qalba

Super tal-Baqra

Umbrella Trijonfali

Danae

Każin propjetà tagħna

Il-Każin tagħna

Pacifico Scicluna

Ray Sciberras

Ray Sciberras

Ray Sciberras

Ray Sciberras

Lorenzo Gonzi

Kevin Mizzi

Kevin Mizzi

Kevin Mizzi

Ray Sciberras

Ray Sciberras

Ray Sciberras

Ray Sciberras

Elton Lee Abela

Anthony Aquilina

Anthony Aquilina

Justin Azzopardi

Justin Azzopardi

Emanuel Bugeja

Neville Pace

David Caruana

David Caruana

Vincenzo Ciappara

Andrew Coleiro

Andrew Coleiro

Andrew Coleiro

Andrew Coleiro

Andrew Coleiro

Antoine Mercieca

Kapt. John Ivan Borg

Emmanuel Fenech

Raymond Fenech

Archibald Mizzi

Archibald Mizzi

Archibald Mizzi

Archibald Mizzi

Archibald Mizzi

Ronnie Pisani

Joseph Busuttil

Mario Testa

Roderick Bugeja

Roderick Bugeja

Roderick Bugeja

Joe M. Miceli

56

BANDISTI ĠODDA

Din is-sena ser nilqgħu mal-Banda tas-Soċjetà 3 bandisti

ġodda, dawn huma:

Kostantinos Prekas – Saxophone Tenur

Xenia Saliba – Klarinett

David Scicluna - Kurunetta

Nawgurawlhom f’din l-esperjenza ġdida u nħeġġuhom

ikomplu jipprattikaw, jitgħallmu u javvanzaw fl-istudju

tagħhom.

PROGRAMM ANNWALI, SERVIZZI U

L-PROGRAMM TAL-FESTA

B’dispjaċir, din is-sena l-programm annwali li s-soltu jsir

f’Mejju ma sarx minħabba l-attività politika li l-pajjiż

kien għaddej minnha, għaldaqstant l-impenn tal-

Kummissjoni Banda huwa li dan l-appuntament annwali

ta’ mużika tematika jkompli ’l quddiem għaliex ninsabu

konxji tas-suċċess li dan il-kunċert annwali dejjem kiseb.

Il-banda tagħna ġiet għal darba oħra mistiedna tkun

impenjata f’diversi servizzi matul is-Sajf fosthom;

– Il-Ġimgħa 23 ta’ Ġunju, fil-purċissjoni tal-Qalb ta’

Ġesù f’Ħaż-Żabbar, fejn indaqqu innijiet Ewkaristiċi;

– Il-Ħadd 25 ta’ Ġunju, festa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi,

fejn wara programm qasir u marċ, akkumpanjajna

l-vara titulari ta’ San Ġorġ sal-Knisja;

– Is-Sibt 15 ta’ Lulju, marċ u programm fit-toroq ta’ Ħal-

Qormi fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Sebastjan;

– It-Tlieta 15 t’Awwissu, marċ u programm f’jum Santa

Marija f’Ħ’Attard;

– U l-Ħadd 24 ta’ Settembru, marċ u programm filfesta

tal-Madonna tal-Ġilju l-Imqabba, li ssoltu kienet

issir f’Ġunju iżda ġiet ukoll posposta minħabba

l-attivitajiet nazzjonali li seħħu aktar kmieni din issena.

Fil-mument li qiegħed nikteb dan l-artiklu ninsabu

għaddejjin bit-tħejjija u l-preparamenti għall-Kunċert

tal-festa tat-3 ta’ Settembru, fl-isbaħ teatru miftuħ ta’

Ħaż-Żabbar, il-Blue Arena. Bħas-soltu, intgħażlet mużika

varjata li tilħaq il-gosti ta’ kulħadd. Iktar dettalji jinstabu

fl-artiklu ddedikat għalih.

57

ARKIVISTA U RAPPREŻENTANT

TAL-BANDA

F’dan l-artiklu ma nistax ma nsemmix u nirringrazzja taxxogħol

siewi u tas-sagrifiċċju li jwettqu l-kollegi tiegħi,

is-Sinjura Susan Testa bħala Arkivista u s-Sur Jesmond

Fenech bħala Rappreżentant tal-Banda. Apparti

l-laqgħat mal-Kumitat li jattendu għalihom regolari

matul is-sena, ta’ min isemmi x-xogħol importantissimu,

li forsi ma tantx jidher jew aħjar li forsi l-fatt li wieħed isibu

lest, ma tantx japprezza. Il-preparamenti minn kmieni,

organizzar tal-partituri u l-libretti qabel kull kunċert,

servizz, programm, provi u kull attività li l-banda tieħu

sehem fiha, avviżi lill-bandisti, huwa kważi kollu f’idejn

dawn il-persuni, xogħol li dejjem jitwettaq bl-akbar

serjetà u dedikazzjoni.

NOTA ĠENERALI U GĦELUQ

Bħala Kummissjoni rridu nkomplu nirsistu fuq aktar

dixxiplina u rispett min-naħa tal-bandisti tagħna. Hija

ħasra li llum il-ġurnata ma tista tiġbed l-attenzjoni ta’

ħadd. Dixxiplina trid tkompli tiġi assistita mill-Kumitat

Eżekuttiv, inkella l-effett ikun dgħajjef u min irid jabbuża

xorta jsib ħajt ta’ kenn x’imkien ieħor u l-ħsara tibqa’ ssir.

Huwa fatt li bid-dixxiplina taf tbati fil-bidu, anke titlef

xi nies għax kif għidt jieħdu għalihom, imma jekk trid

tagħmel pjan fis-sod u fit-tul, dik hi l-unika soluzzjoni,

inkella ser nibqgħu nħarrġu tfal u żgħażagħ għal snin

sħaħ u nitilfuhom minħabba eżempju ħażin minn ftit

uħud li aktar jagħtu każ l-interessi personali tagħhom

milli jkunu nies biżżejjed u jroddu lura b’lealtà dak li

rċevew mis-Soċjetà. Inħossni mweġġa nara żgħażagħ

li s-Soċjetà investiet fihom snin ta’ tagħlim, strument

u exposure, kollox b’xejn u llum l-ġurnata, bla raġuni

valida, anqas biss jersqu lejn il-Każin jagħtu sehemhom

jew agħar idoqqu għal rashom. Min jimxi b’dan il-mod

ma għadux jistħoqqlu jissejjaħ bandist tas-Soċjetà

tagħna.

Min-naħa l-oħra, inħeġġeġ lill-maġġoranza tal-bandisti

ħalli nibqgħu nkunu ta’ eżempju għal xulxin billi nagħtu

sehemna dejjem b’lealtà u min għadu jistudja jitfa’

moħħu hemm, kemm għas-sodisfazzjon tiegħu u sabiex

il-banda tagħna tibqa’ tissaħħaħ b’bandisti ta’ livell. Qawl

Taljan jgħid l’abito non fa il Monaco, jiġifieri ċ-ċoqqa ma

tagħmlekx patri. Il-fatt li tilbes beritta u ġġorr strument

fit-triq mal-banda ma jfissirx li tkun espert, trid tkompli

titħarreġ. Ikun faċli li ngħidu ara kemm għandna bandisti

ġodda u noħorġu studenti mhux preparati, għannumru.

Jekk isir hekk, inkunu qed nidħqu bina nfusna u

bl-istudent innifsu; il-kwalità tal-prodott mużikali tagħna

jonqos, apparti li ’l quddiem, din tista’ taħdem bil-kontra

għax dak li jkun jaf jaqta’ qalbu jew jibda jħossu mistħi

mill-bandisti ta’ madwaru u jieqaf.

Nota oħra lis-segwaċi tal-Banda tagħna. Banda ddoqq

għall-bandisti stess ma tagħmilx sens. Inħeġġu lil dawk

is-segwaċi tal-banda, sabiex jibqgħu jagħtuna sapport

fil-kunċerti li neżegwixxu u anke fis-servizzi tagħna matul

is-Sajf. Il-preżenza tagħkom hija ta’ inkoraġġiment kbir, u

nirringrazzjawkom talli dejjem insibukom tapprezzaw ilħidma

tagħna.

Nagħlaq billi f’isem il-Kummissjoni Banda nawgura

l-Festa mill-isbaħ liż-Żabbarin kollha. •

IMPENJI TAL-BANDA 2017

23 ta’ Ġunju Qalb ta’ Ġesù Ħaż-Żabbar

25 ta’ Ġunju San Ġorġ Ħal Qormi

15 ta’ Lulju San Sebastjan Ħal Qormi

15 t’ Awwissu Santa Marija Ħ’Attard

30 t’ Awwissu Quddiesa b’Suffraġju għal Ruħ is-Soċji Mejta Ħaż-Żabbar

31 t’ Awwissu Ħruġ tal-Vara tal-Madonna tal-Grazzja min-Niċċa Ħaż-Żabbar

3 ta’ Settembru Programm Mużikali fil-Blue Arena Ħaż-Żabbar

5 ta’ Settembru Marċ fil-Festa tal-Madonna tal-Grazzja Ħaż-Żabbar

7 ta’ Settembru Marċ fil-Festa tal-Madonna tal-Grazzja Ħaż-Żabbar

8 ta’ Settembru Marċ bl-Istatwa ta’ Malta Rebbieħa Ħaż-Żabbar

9 ta’ Settembru Marċ Te Deum Ħaż-Żabbar

24 ta’ Settembru Madonna tal-Ġilju L-Imqabba

24 ta’ Diċembru Purċissjoni tal-Bambin Ħaż-Żabbar

Diċembru 2017 MMG Christmas Concert Ħaż-Żabbar

58

Joseph Vella

Kunsillier

Mob: 7930 7928

AWGURI

Fl-okkażjoni tal-festa

tal-Madonna tal-Grazzja,

Patruna tagħna

ż-Żabbarin.

IS-SEĦER

TAL-MUŻIKA

KEVIN MIZZI B.SC.(HONS.), M.SC., AMUSLCM, FLCM SURMAST

Il-bniedem bħal donnu ma jistax jgħix

mingħajr mużika, li fil-fatt titqies parti

essenzjali minn ħajjitna. Il-mużika

takkumpanjana f’ħafna mumenti

tal-ġurnata, kultant intenzjonalment

għax irridu u xi minn daqqiet mingħajr

lanqas biss nirrealizzaw li nkunu

esposti għaliha.

Eluf ta’ nies minn madwar id-dinja kollha jattendu

għal spettakli kbar mużikali, bħal opri u kunċerti

minn gruppi, orkestri u baned. Ħafna jassoċjawha

sempliċiment mad-divertiment. Però, il-mużika tfisser

ħafna iżjed minn hekk għall-bniedem. Biżżejjed jekk

wieħed iqis l-effett li din iġġib fuq il-burdata tagħna!

Ċerti studjużi jargumentaw li, fl-iżvilupp tal-bniedem,

il-mużika ġiet saħansitra qabel il-lingwa. L-ewwel

ħsejjes mużikali ġew ispirati mill-elementi tan-natura

bħar-riħ, ir-ragħad, it-tħaxwix tal-weraq u l-għana talgħasafar.

L-eqdem strumenti mużikali, magħmula

minn oġġetti bħal zkuk vojta, qxur tal-bebbux,

qarn jew ġild ta’ xi annimal, servew sabiex l-ewwel

bnedmin setgħu jirriproduċu ħsejjes jixbħu dak li

kienu jisimgħu madwarhom.

Meta wieħed janalizza x’inhi l-mużika mil-lenti

xjentifika isib li mhi xejn għajr vibrazzjonijiet. Kultant

anki l-oġġetti jirrispondu għal dawn il-vibrazzjonijiet,

bħal ngħidu aħna l-ħġieġ, aħseb u ara l-bniedem!

Meta tieqaf u taħseb ftit, tinduna kemm hi ħaġa

straordinarja kif sempliċi vibrazzjoni tista’ tqanqal

fina sentiment, ħsieb, memorja, emozzjoni, xi kultant

anki ewforija. Dwar din tal-aħħar, hu fatt magħruf kif

il-mużika tista’ tintuża biex tqanqal il-massa. Nistgħu

nieħdu bħala eżempju l-użu tal-marċi militari flera

Nazista. Inkella, biex ma mmorrux daqshekk ’il

bogħod, biżżejjed jekk wieħed jiftakar fl-ewforija li

tqanqal il-mużika waqt mass meeting politiku, logħba

futbol jew marċ fil-festi Maltin!

Ir-riċerka dwar dan il-potenzjal jew seħer tal-mużika

qed twassal għal avvanzi kbar, partikolarment fl-użu

tal-mużika bħala terapija. Din qed isservi t’għajnuna

kbira, minn tfal bil-kundizzjoni tal-awtiżmu sa anzjani

li jbatu bid-dimenzja. Il-mużika tgħinna anki sabiex

nikkontrollaw aħjar sentimenti ta’ biża’, niket, dieqa,

rabja u aktar. Dan għaliex il-mużika kapaċi tmiss

kemm il-moħħ kif ukoll il-qalb tal-bniedem.

Dan kollu qed insemmih mhux biss bħala tagħrif

ġenerali, iżda anki bħala inkoraġġiment għall-ġenituri

sabiex jikkonsidraw il-mużika bħala parti importanti fliżvilupp

sħiħ ta’ wliedhom. Nixtieq nieħu l-opportunità

sabiex infakkar illi ta’ kull ġimgħa, fis-sede tagħna

jingħataw lezzjonijiet kemm fit-teorija tal-mużika kif

ukoll fil-prattika tal-istrument. Min jixtieq aktar tagħrif

jista’ javviċina lili personalment inkella lil xi membru

tal-Kumitat Eżekuttiv.

Il-festa t-tajba lil kulħadd! •

60

61

BANDISTI ĠODDA

2017

62

XENIA SALIBA

Jien tfajla ta’ għoxrin sena, minn Ħaż-Żabbar u bħalissa qiegħda

nsegwi kors fil-baċellerat tal-istorja tal-arti u l-mużika fl-Univeristà

ta’ Malta. Ġejja minn familja mużikali, u l-mużika dejjem kienet għal

qalbi u ili ndoqq u nitgħallem il-pjanu minn meta kelli sitt snin.

Din is-sena ddeċidejt li nispeċjalizza l-istudji universitarji tiegħi

fil-mużika, għalhekk tħajjart nibda nitgħallem strument ġdid; ilklarinett,

taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast Wallace Suda.

Ninsab kuntenta ħafna li se noħroġ inferraħ lin-nies fit-toroq Żabbarin

għall-ewwel darba.

DAVID SCICLUNA

Jiena David Scicluna, twelidt u noqgħod Ħaż-Żabbar. Għandi 23

sena u gradwat bħala Inġinier fuq l-elettriku u l-elettronika. Bħalissa

qiegħed insegwi kors tal-masters fuq l-elettronika. Minn dejjem

kienet togħġobni l-mużika u l-ewwel li bdejt nitgħallem kien ilpjanu.

Iktar ma bdejt nikber, aktar il-mużika bdiet issir parti minni

u xtaqt naqsam it-talent tiegħi ma’ ħaddieħor. B’hekk, tlett snin ilu,

iddeċidejt li nibda nitgħallem indoqq il-kurunetta flimkien mal-

Banda tas-Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ.

Nixtieq nirringrazzja lis-Surmast Kevin Mizzi tal-paċenzja u

dedikazzjoni li juri kemm lejn is-Soċjetà kif ukoll lejn l-istudenti

individwali f’kull lezzjoni. Nixtieq nikkonkludi billi ngħid li aktar ma

nistudja u npoġġi dedikazzjoni fuq l-istrument, aktar inħossni immur

tajjeb u allavolja jiġu mumenti diffiċli m’għandekx taqta qalbek u

tkompli tirsisti biex titjieb.

KONSTANTINOS PREKAS

My name is Konstantinos and I’m coming from the beautiful country of

Greece. Greece is not really far away from Malta, and that means that

our cultures are really similar with yours, the Maltese people! I’m proud

of participating and playing the saxophone during the Zabbar feast

because your tradition is really similar to mine and also very rich!

Unfortunately, I don’t know how to speak well in Maltese because I’ve

been only for 10 months in Malta. But since I have been playing the

saxophone for a while, these 10 months have been enough for me to

become part of this magnificent band! Good luck to everyone in the

band and I wish everyone to have a good time!

63

PROGRAMM MUŻIKALI FIL-BLUE ARENA

FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA TAL-MADONNA

TAL-GRAZZJA

NHAR IL-H–ADD, 3 TA’ SETTEMBRU 2017

INNU SALVE MARIA SALVE

PACIFICO SCICLUNA

Is-Surmast Pacifico Scicluna

twieled Bormla fl-14 t’Awissu

1876 u ħalla ismu marbut

b’intimità kbira mas-Società

Filarmonica Maria Mater

Gratiæ. Mhux biss għaliex huwa

għamel aktar minn 29 sena

jidderieġi ’l Banda tas-Soċjetà,

iżda wkoll għaliex mill-pinna

tiegħu ħallielna għadd ta’ kompożizzjonijiet speċjalment

iddedikati lill-Madonna tal-Grazzja, Patruna tas-Soċjetà.

Minbarra L-Innu Popolari tal-Banda Maria Mater Gratiæ

insibu l-Innu Salve Maria Salve, fejn jispikka l-irwol talqniepen,

bis-sehem ukoll tal-kantanta Lara Refalo.

TIFĦIR LILL-MADONNA TAL-GRAZZJA

RAY SCIBERRAS

L-istorja ta’ dan l-innu tmur

lura għas-sena 1997 meta

waqt servizz tal-Banda tas-

Soċjetà fil-festa ta’ Santa Marija

ta’ Ħ’Attard, xi membri tal-

Kumitat Eżekuttiv kienu talbu

lil Mro. Ray Sciberras sabiex

jikkomponi innu popolari lill-

Madonna tal-Grazzja. Ftit tażżmien

wara, b’mod aċċidentali, is-Surmast iltaqa’ ma’

innu ta’ tifħir lill-Madonna tal-Grazzja miktub mill-Poeta

Patri Mattew Sultana O.F.M., personaġġ li kellu rabta

speċjali mas-Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ

u poeta li kien joħroġ l-aħjar kwalitajiet tiegħu meta

jfaħħar lill-Madonna tal-Grazzja. Il-versi ta’ Patri Mattew

qanqlu l-ħsieb tas-Surmast Sciberras u wara ftit tażżmien

il-mużika tlestiet sabiex dan l-innu ġie eżegwit

għall-ewwel darba fil-Programm mużikali tal-Festa tassena

1997. Din id-darba, dan l-innu tant melodjuż ser

jitkanta minn Lara Refalo.

LA GAZZA LADRA (SINFONIA)

GIOACHINO ROSSINI

La Gazza Ladra hija opra f’żewġ

atti tal-kompożitur Taljan

Gioachino Rossini, li ttellgħet

għall-ewwel darba fis-sena

1817 meta Rossini kien għad

kellu biss 25 sena. Proprju din issena

taħbat il-mitejn sena millewwel

eżekuzzjoni ta’ din l-opra

ġewwa t-teatru La Scala f’Milan.

Rossini hu meqjus fost l-aktar kompożituri popolari talopra

fl-istorja, fejn insibu li kkompona xejn anqas minn

39 opra f’perjodu ta’ dsatax-il sena, bejn l-età ta’ 18 u 37

sena. Wara, sfortunatament insibu li Rossini ftit li xejn

kompla jikteb minħabba raġunijiet ta’ saħħa. Hu miet

f’Pariġi fl-età ta’ 76 sena. L-opra La Gazza Ladra baqgħet

l-aktar popolari għas-sinfonija tagħha, fejn jispikka l-użu

tad-drums.

A NIGHT AT THE BALLET

PYOTR ILYICH TCHAIKOVSKY

Il-kompożitur Russu tal-epoka

Romantika – Tchaikovsky – għex

bejn l-1840 u l-1893. Ismu hu

sinonimu mal-mużika klassika,

b’uħud mix-xogħlijiet tiegħu

jibqgħu fost l-aktar popolari

f’dan ir-repertorju. Tchaikovsky

kien l-ewwel kompożitur Russu

li rnexxielu jispikka fuq livell

internazzjonali. Warajh insibu ismijiet oħra kbar fosthom

Rimsky-Korsakov, Rachmaninov, Stravinsky u Prokofiev.

Fost l-aktar żewġ xogħlijiet tiegħu popolari mal-baned

Maltin insibu 1812 Overture u Marche Slave. Dan

l-arranġament ta’ James Curnow bl-isem A Night at the

Ballet jiġbor flimkien temi immortali minn The Sleeping

Beauty, Swan Lake u Romeo and Juliet.

THE TEN COMMANDMENTS

ELMER BERNSTEIN, ARR. ERICK DEBS

Il-film bibliku The Ten

Commandments tal-1956 żgur li

xi darba jew oħra kulħadd sema’

bih, bl-attur ċelebri Charlton

Heston fil-parti prinċipali ta’

Mosè. Il-mużika tiegħu millpinna

tal-kompożitur Amerikan

Elmer Bernstein ma jonqosx

li tikkumplimenta dan il-film

epiku. Bernstein kien wieħed mill-aktar kompożituri

prolifiċi tas-seklu għoxrin, b’mużika għal mijiet ta’

films u produzzjonijiet televiżivi. Fost l-aktar xogħlijiet

popolari tiegħu nsibu wkoll soundtracks għall-films

The Magnificent Seven (1960) u Ghostbusters (1984).

Interessanti kif għall-film The Ten Commandments,

Bernstein adotta teknika mużikali ispirata mill-opri ta’

Richard Wagner magħrufa bħala leitmotif, fejn tintuża

frażi mużikali qasira marbuta ma’ karattru prinċipali. Illum,

aktar minn sittin sena wara, dan il-film għadu jpaxxi lilludjenzi

minkejja l-avvanzi teknoloġiċi fil-produzzjonijiet

ċinematografiċi tal-preżent.

66

UN AMORE COSÌ GRANDE

GUIDO M. FERILLI, ARR. M. MANGANI

Il-kanzunetta Un Amore Così

Grande hija bla dubju waħda

mill-klassiċi li toffrilna l-mużika

Taljana. Maħruġa fl-1976 fuq

lirika ta’ Antonella Maggio u

kompożizzjoni ta’ Guido Ferilli,

kienu diversi kantanti li tawha

l-interpretazzjoni tagħhom

fosthom Mario Del Monaco,

Claudio Villa, Luciano Pavarotti u Andrea Bocelli. Dan

l-arranġament għall-vuċi mal-banda ta’ Michele Mangani

ser jiġi interpretat mit-tenur Joseph Aquilina.

COLDPLAY CLASSICS

ARR. MICHAEL BROWN

Coldplay hu l-isem ta’ grupp

popolari Ingliż, li ilu attiv fixxena

mużikali rock sa mill-

1996. Il-grupp hu ffurmat

mill-kantant Chris Martin li

jdoqq anki l-keyboards, Jonny

Buckland fuq il-lead guitar, Guy

Berryman fuq il-bass guitar, u

Will Champion bħala drummer

u backing vocalist. Coldplay Classics hu arranġament

għall-banda ta’ Michael Brown li jgħaqqad flimkien

Clocks, Paradise u Viva La Vida, tlieta mill-ħafna suċċessi

ta’ dan il-grupp. Is-Soċjetà tirringrazzja lis-Sur Lawrence

Bugelli, Kaxxier, bħala sponsor ta’ din is-silta mużikali.

I DREAMED A DREAM

CLAUDE-MICHEL SCHÖNBERG,

ARR. MICHAEL BROWN

Il-musical Les Miserables,

b’mużika ta’ Claude-Michel

Schönberg, ittella’ għall-ewwel

darba f’Pariġi fl-1980, u ilu

jittella’ kontinwament f’West

End, Londra, sa mill-1985. Filfatt,

Les Miserables hija l-aktar

produzzjoni li ilha tittella’

kontinwament f’West End. Dan

il-musical huwa bbażat fuq in-novella ta’ Victor Hugo,

li toħodna lura fi Franza tas-seklu dsatax. Fost l-aktar

siltiet magħrufa minn dan il-musical insibu l-kanzunetta

I Dreamed a Dream, li fl-2009 kisbet popolarità millġdid

bil-verżjoni tal-kantanta Susan Boyle fil-programm

televiżiv Britain’s Got Talent. Fl-2012 Les Miserables deher

ukoll fis-swali taċ-ċinema, fejn il-karattru Fantine ġie

interpretat mill-attriċi Anne Hathaway li għalih rebħet

Academy Award bħala Best Supporting Actress. Fuq

arranġament għall-banda ta’ Michael Brown, I Dreamed

a Dream ser titkanta minn Lara Refalo.

MUSIC

JOHN MILES, ARR. PHILIP SPARKE

John Miles twieled l-Ingilterra fl-1949, u tgħallem ilpjanu

sa minn meta kellu ħames snin. Ta’ żagħżugħ kien

ikkonvinċa lil missieru biex jixtri lu kitarra, u eventwalment

irnexxielu jingħaqad ma’ band lejn l-aħħar tas-snin sittin.

Philip Sparke.

Dan il-grupp, iżda, ma damx

wisq jeżisti, u fl-1969 Miles

waqqaf il-grupp tiegħu – The

John Miles Band – fejn kiseb

diversi suċċessi matul is-snin

sebgħin. Miles baqa’ magħruf

l-aktar għas-single tal-1976 blisem

Music, li llum ser tindaqq

mill-banda fuq arranġament ta’

PETER GUNN THEME

HENRY MANCINI, ARR. JOHN IVAN BORG

Peter Gunn kienet serje

televiżiva Amerikana li ntweriet

lejn l-aħħar tas-snin ħamsin.

Din is-serje probabbilment

baqgħet l-aktar magħrufa

għall-mużika jazz mill-pinna talkompożitur

Amerikan Henry

Mancini, partikolarment is-silta

Peter Gunn Theme li permezz

tagħha, Mancini rebaħ Emmy Award u żewġ Grammys.

Fost suċċessi oħra, Mancini baqa’ wkoll magħruf għattema

tas-serje televiżiva The Pink Panther, kif ukoll Moon

River fil-film Breakfast at Tiffany’s. Fuq arranġament tal-

Maġġur John Ivan Borg, Peter Gunn Theme ser tkun

interpretata bis-sehem tas-solisti Adrian Brincat bittrumpet,

Justin Azzopardi bil-flugel horn u Emmanuel

Fenech bit-trombone.

NESSUN DORMA

GIACOMO PUCCINI, ARR. A. GIAMPIERI

Turandot hija opra fi tliet atti

ta’ Giacomo Puccini, fuq librett

bit-Taljan ta’ Giuseppe Adami u

Renato Simoni. Puccini, meqjus

minn ħafna bħala l-akbar

kompożitur tal-opra Taljana

wara Verdi, ma laħaqx lesta din

l-opra qabel miet fl-1924, però

ħalla istruzzjonijiet ċari kif xtaq

li titkompla. L-ewwel produzzjoni ta’ Turandot ittellgħet

fil-25 t’ April tal-1926 fit-Teatro alla Scala f’Milan, taħt iddirezzjoni

ta’ Arturo Toscanini. Illum ser nisimgħu biss

Nessun Dorma, waħda mill-aktar arias popolari għattenur

mill-aħħar att tal-istess opra, famuża għall-għajta

"Vincerò", li ser tiġi interpretata mit-tenur Joseph Aquilina.

lill-Madonna. •

L-INNU POPOLARI TAL-BANDA MARIA

MATER GRATIÆ

PACIFICO SCICLUNA

L-Innu tal-Banda nkiteb mis-

Surmast Pacifico Scicluna fl-

1933, u ttranġa aktar tard fissena

1949 minnu stess. Il-mużika

movimentata kkombinata

man-noti sublimi tal-Ave Maria

jagħmlu dan l-Innu wieħed

mill-isbaħ u l-aktar adattat għal

soċjetà filarmonika ddedikata

67

PROGRAMM FESTI INTERNI 2017

F’ĠIEH IL-MADONNA TAL-GRAZZJA

FIL-KNISJA ARĊIPRETALI

U SANTWARJU TA’ ĦAŻ-ŻABBAR

L-ERBGĦA, 30 T’AWWISSU

Fid-9.00pm Adorazzjoni Komunitarja li tintemm

bil-Barka Sagramentali fis-Santwarju ħalli l-festa tħalli

l-frott meħtieġ. Ilkoll imħeġġin nattendu għaliha b’mod

speċjali l-lajċi impenjati.

IL-ĦAMIS, 31 T’AWWISSU

ĦRUĠ TAL-ISTATWA MIN-NIĊĊA

F’Nofsinhar tindaqq Mota Solenni biex tħabbar ilbidu

tan-Novena. Fis-6.30pm quddiesa kantata blomelija.

Wara kant tas-Salve Regina, Antifona u Barka

Sagramentali. Fit-7.45pm iż-żewġ Soċjetajiet Mużikali

jagħmlu marċ minn Misraħ is-Sliem, Triq il-Kbira għal

Triq is-Santwarju. Fit-8.00pm isir il-ħruġ tal-istatwa tal-

Madonna tal-Grazzja fuq iz-zuntier. Issir Ċelebrazzjoni

Marjana akkumpanjata mid-daqq tal-innijiet Marjani

miż-żewġ Baned.

IN-NOVENA bi tħejjija għall-festa tibda l-Ġimgħa

1 ta’ Settembru billi is-6.00pm jingħadu r-Rużarju u

l-Kurunella, fis-6.30pm quddiesa. Il-priedki tan-Novena

jsiru mir-Rev. Dun Stephen Attard. Wara kant tas-Salve

Regina, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Fin-Novena

l-kant ikun animat mill-Kor Notre Dame u l-Cappella

Gregoriana tal-Parroċċa. Għalkemm il-ġranet se jkunu

organizzati għal diversi kategoriji, kulħadd hu mħeġġeġ

jattendi għalihom.

IL-ĠIMGĦA, 1 TA’ SETTEMBRU

L-EWWEL JUM TAN-NOVENA

Mistiedna: Kull min qed jaħdem fil-qasam Parrokkjali

u Ċivili

Fis-6.30pm quddiesa tan-novena mir-Rev. Dun Ġużepp

Farrugia għal-lajċi impenjati u l-membri tal-Għaqdiet

u Movimenti reliġjużi kif ukoll għall-membri tal-Kunsill

Lokali, Soċjetajiet Filarmoniċi, dawk politiċi, sportivi u

assoċjazzjonijiet oħra ta’ Ħaż-Żabbar. Ir-rappreżentanti

tal-għaqdiet parrokkjali u ċivili itellgħu offerta li

tirrappreżenta l-ħidma tal-għaqda tagħhom, organizzata

mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali.

IS-SIBT, 2 TA’ SETTEMBRU

IT-TIENI JUM TAN-NOVENA

Mistiedna: dawk li se jieħdu sehem fil-Pellegrinaġġi

tar-Roti u l-Muturi

Fil-5.00pm quddiesa. Fis-6.30pm quddiesa tan-Novena

mir-Rev. Dun Ġużepp Ellul għal dawk li se jieħdu

sehem fiż-żewġ pellegrinaġġi tat-tfal fit-3 ta’ Settembru

u tal-adulti fl-10 ta’ Settembru filgħodu. Mistiedna wkoll

il-familjari u l-ħbieb tagħhom kif ukoll il-Kumitat li jieħu

ħsieb iż-żewġ pellegrinaġġi.

IL-ĦADD 3 TA’ SETTEMBRU

IT-TIELET JUM TAN-NOVENA

JUM IT-TIFKIRA TAL-INKURUNAZZJONI

Fid-9.30am jibda l-pellegrinaġġ bir-roti għat-tfal minn

ħdejn il-Kappella ta’ San Ġakbu, ix-Xgħajra. Fil-11.00am

jaslu quddiem is-Santwarju fejn issir ċelebrazzjoni qasira.

Fis-6.00pm Konċelebrazzjoni mmexxija mill-E.T. Mons.

Carmelo Zammit, Isqof ta’ Ġibiltà li fiha jitfakkar is-66

sena mill-Inkurunazzjoni tal-kwadru titulari. Id-diskors

kommemorattiv isir mill-W. Rev. Kan. Luke Seguna,

Kappillan ta’ Marsaxlokk. Jitkanta t-Te Deum Laudamus,

is-Salve Regina, l-Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Jieħu sehem il-Kor Notre Dame u l-orkestra.

IT-TNEJN, 4 TA’ SETTEMBRU

IR-RABA’ JUM TAN-NOVENA

Mistiedna: Ir-residenti taż-Żoni Pastorali

Fis-6.30pm quddiesa tan-Novena mir-Rev. Dun Faustino

Ellul għal dawk li jgħixu fiż-żoni ewlenin tal-parroċċa:

Sant’Andrija, San Ġakbu x-Xgħajra, Marija Bambina,

Nażaret fl-Estate u Santa Marija organizzata mill-Grupp

tal-Lajċi taż-Żoni. Il-lajċi impenjati f’dawn iż-żoni kif ukoll

ir-residenti huma mħeġġa jattendu.

IT-TLIETA, 5 TA’ SETTEMBRU

IL-ĦAMES JUM TAN-NOVENA

Mistiedna: Kull min jaħdem fil-qasam tal-Liturġija

inkluż l-Abbatini

Fis-6.30pm quddiesa tan-Novena mir-Rev. Dun

Emmanuel Schembri għal-Letturi, Animaturi, Koristi,

70

Organisti u Ministri tat-Tqarbin. Uħud mill-abbatini

tas-Santwarju jagħmlu l-Vestizzjoni Solenni. Mistiedna

wkoll il-ġenituri tagħhom. Din tkun organizzata mill-

Kummissjoni Liturġija.

L-ERBGĦA, 6 TA’ SETTEMBRU

IS-SITT JUM TAN-NOVENA

Mistiedna: il-Morda, l-Anzjani u dawk li tilfu ’l xi ħadd

għażiż għalihom

Fid-9.30am quddiesa għall-Morda u l-Anzjani li fiha

jingħata wkoll is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda

organizzata mill-Azzjoni Kattolika Nisa.

Fis-6.30pm quddiesa tan-Novena mir-Rev. Dun Ġużepp

Galea għal dawk li tilfu ’l xi ħadd għażiż għalihom

mill-aħħar festa ’l hawn organizzata mill-Kummissjoni

Djakonija.

IL-ĦAMIS, 7 TA’ SETTEMBRU

IS-SEBA’ JUM TAN-NOVENA

Mistiedna: Il-ġenituri tat-trabi l-ġodda u l-Familji

Fil-5.00pm pellegrinaġġ tat-Trabi minn Pjazza Medjatriċi

għas-Santwarju fejn issir Ċelebrazzjoni tal-Kelma t’Alla

u t-tberik u l-preżentazzjoni tat-trabi lill-Madonna tal-

Grazzja.

Fis-6.30pm quddiesa tan-Novena mir-Rev. Dun Paul

Fenech għall-Familji kollha b’mod speċjali dawk ilkoppji

li żżewġu mill-aħħar festa ’l hawn u dawk li ġew

joqgħodu ġodda fil-parroċċa. Mistiedna wkoll dawk li

qed jiċċelebraw l-10, 25 u 50 sena ta’ żwieġ nisrani kif

ukoll il-ġenituri tat-tfal li jattendu l-klassijiet tad-duttrina

organizzata mil-Lajċi għall-Ħidma fil-Familji. Dawk li qed

jiċċelebraw xi wieħed minn dawn l-anniversarji, huma

mitlubin iċemplu 79302736.

IL-ĠIMGĦA, 8 TA’ SETTEMBRU

IT-TMIEN JUM TAN-NOVENA

FESTA TAT-TWELID TAL-VERĠNI MARIJA

U L-AĦĦAR SALVE

Mistiedna: It-tfal, is-Saċerdoti u r-Reliġjużi

Fl-10.00am it-tfal kollha jinġabru quddiem il-Museum

tas-Subien minn fejn tibda mixja ferrieħa lejn il-knisja

Arċipretali bl-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja. Jieħdu

sehem numru ta’ bandisti miż-żewġ Każini tal-Banda ta’

Ħaż-Żabbar fejn issir ċelebrazzjoni Marjana organizzata

mill-Kummissjoni Kateketika.

Fis-6.30pm Konċelebrazzjoni mmexxija mill-W. Rev.

Arċipriet flimkien mar-Rev Dun Joseph Galea f’għeluq

il-25 sena mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu u mar-

Rev. P. Alfred Baldacchino OFM.Cap f’għeluq il-50 sena

mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu kif ukoll bis-sehem

tas-saċerdoti u reliġjużi li jaħdmu jew li huma millparroċċa

ta’ Ħaż-Żabbar. Jieħdu sehem ukoll ir-reliġjużi

nisa Dumnikani, Ursolini u ta’ St. Joseph. Wara kant tas-

Salve, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika bil-mużika.

IS-SIBT, 9 TA’ SETTEMBRU

ID-DISA’ JUM TAN-NOVENA

LEJLET IL-FESTA

Fit-8.30am quddiesa kantata bil-priedka tal-aħħar jum

tan-Novena. Fl-aħħar jitkanta t-Te Deum Laudamus u

l-Antifona. Huma mistiedna l-Emigranti u ż-Żabbarin

li jgħixu barra mill-parroċċa. Jieħu sehem il-Kor Notre

Dame flimkien mal-orkestra.

Fl-10.15am isir it-Tberik mir-W. Rev. Arċipriet taż-żewġ

baned Żabbarin: is-Società Filarmonica Maria Mater

Gratiæ u L-Għaqda Madonna tal-Grazzja, Banda San

Mikiel. Il-baned idoqqu flimkien l-Ave Maria u innijiet

Marjani. Fil-11.00am jibdew il-marċi tradizzjonali minn

ħdejn il-każini rispettivi tagħhom.

Fil-5.00pm quddiesa. Fis-6.15pm quddiesa li tkun

animata mill-Komunitajiet Neo-Katekumenali talparroċċa.

Fis-7.00pm ħruġ tal-purċissjoni mill-knisja Arċipretali

għall-kappella tal-Lunzjata minn fejn tibda

t-Tranżlazzjoni Solenni tar-Relikwija tal-Madonna

għas-Santwarju. Wara kant tal-Primi Vespri, Salve,

Litanija, Antifona u Barka Sagramentali.

IL-ĦADD, 10 TA’ SETTEMBRU

JUM IL-FESTA TAL-MADONNA

TAL-GRAZZJA

Il-quddies filgħodu jkun fis-6.00am, 7.00am, 8.00am

u 11.45am. Fid-9.30am Konċelebrazzjoni Solenni

mmexxija mill-E.T Mons. Paul Darmanin OFM Cap.,

Isqof Emeritu ta’ Garissa bil-paniġierku mir-Rev. Dun

Brendan Gatt.

Fin-12.30pm jasal il-Pellegrinaġġ tal-Muturi u Roti fi Triq

is-Santwarju fejn issir ċelebrazzjoni qasira.

Fil-4.45pm quddiesa. Fis-5.45pm Għasar kantat u fis-

7.00pm tibda ħierġa l-purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna

tal-Grazzja. Fl-ewwel parti tal-purċissjoni jingħad ir-

Rużarju. Imexxi r-Rev. Kan. Charles Gauci tal-Kolleġġjata

ta’ Sant Elena B’Kara. Fl-10.30pm dħul tal-purċissjoni,

kant tal-Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

IL-ĦADD, 17 TA’ SETTEMBRU

DĦUL TAL-VARA FIN-NIĊĊA

Fil-5.30pm quddiesa kantata u wara dħul tal-vara tal-

Madonna tal-Grazzja fin-Niċċa. •

71

Bajjada Street, Żabbar

Mob: 9988 7362 / 9920 5680

PROGRAMM FESTI ESTERNI 2017

SOCIETÀ FILARMONICA

MARIA MATER GRATIÆ

IS-SIBT, 12 T’AWWISSU

Fit-8.30pm Gala Dinner – Ċelebrazzjoni flimkien

għax-xiri tal-każin. Il-lejla tkun akkumpanjata millvjolinist

Mario Ciantar. Età minn 14-il sena ’l fuq.

IL-ĠIMGĦA, 18 T’AWWISSU

Fid-9.00pm 80’s Party fil-Blue Arena. Jattendi Alex

Grech.

IS-SIBT, 19 T’AWWISSU

Fit-8.30pm Launching tas-CD tal-marċi brijużi

bil-kant 2017 ġewwa l-Blue Arena. Jisserva buffet

estensiv, ikun hemm spettaklu u wara jindaqqu u

jitkantaw il-marċi l-ġodda mill-kantant Stephen

Mizzi fost il-briju tal-partitarji. Ikun hemm ukoll

għall-bejgħ s-CD il-ġdida tal-kant u l-flokkijiet ta’ din

is-sena.

IL-ĦADD, 20 T’AWWISSU

Fis-2.00pm Blue Rally fil-każin. Tindaqq s-CD talmarċi

brijużi bil-kant 2017.

IL-ĠIMGĦA, 25 T’AWWISSU

Fid-9.00pm Blue Gathering fil-Blue Arena.

IS-SIBT, 26 T’AWWISSU

Fit-8.30pm Wine Festival fil-Blue Arena. Tista’ tixtri

tazza bl-emblema tas-Soċjetà għall-prezz ta’ €15,

liema prezz jinkludi wkoll inbid free flowing matul

is-serata kollha. Ser ikun hemm spettaklu mill-grupp

D Band, kif ukoll xi sorpriżi oħra.

IL-ĦADD, 27 T’AWWISSU

Fl-5.30pm Too Blue Gathering fil-Blue Arena.

IT-TNEJN, 28 T’AWWISSU

Fis-7.30pm Seduta Ġenerali.

L-ERBGĦA, 30 T’AWWISSU

Fis-7.30pm Quddiesa fil-Blue Arena b’suffraġju

għal ruħ is-soċji mejta, bis-sehem tal-Banda.

Jiċċelebra l-quddiesa d-Direttur Spiritwali, Dun

Ġużepp Sultana.

IL-ĦAMIS, 31 T’AWWISSU

Fit-7.45pm Marċ qasir minn Banda ffurmata minn

bandisti taż-żewġ Soċjetajiet Mużikali ta’ Ħaż-

Żabbar li ser jgħaddi minn dawn it-toroq: Misraħ is-

Sliem, Triq il-Kbira għall-Pjazza ta’ Triq is-Santwarju,

sal-Knisja Parrokkjali.

Fit-8.00pm Ħruġ tal-Vara tal-Madonna tal-

Grazzja min-niċċa akkumpanjata mill-istess Banda

b’innijiet u marċi fuq iz-zuntier.

IL-ĠIMGĦA, 1 TA’ SETTEMBRU

Fis-6.00pm Party għat-tfal għall-prezz ta’ €7 fissala

tal-każin. Ikun hemm logħob għat-tfal u face

painting.

Fid-9.00pm Blue Gathering għaż-żgħażagħ fil-Blue

Arena.

IS-SIBT, 2 TA’ SETTEMBRU

Fit-8.30pm Ikla bi spettaklu ġewwa l-Blue Arena

b’riżq il-Festa. Wara jingħaqad magħna l-kantant

Stephen Mizzi sabiex flimkien nallegraw ruħna bilmarċi

tal-Festa.

IL-ĦADD, 3 TA’ SETTEMBRU

Fit-8.30pm Programm Mużikali mill-Banda tas-

Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ fl-Arena

tal-Każin. Titlifx dan l-appuntament ewlieni filkalendarju

mużikali tas-Soċjetà. Jakkumpanjaw

lill-Banda l-kantanta Lara Refalo, it-tenur Joseph

Aquilina u solisita bil-kurunetta Justin Azzopardi.

Il-Banda tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Kevin

Mizzi B.Sc. (Hons.), M.Sc., L.L.C.M, A.MusL.C.M,

F.L.C.M. Wara jkun hemm ir-riċeviment annwali

għas-soċji, soċjetajiet Żabbarin u mistednin oħra.

Waqt din l-attività ser jitbierek il-każin b’mod uffiċjali

mill-Wisq Rev. Arċipriet Dun Evan Caruana. F’din

74

l-okkażjoni titnieda wkoll il-pubblikazzjoni annwali

tas-Soċjetà għall-Festa.

IT-TLIETA, 5 TA’ SETTEMBRU

Fit-8.30pm Marċ mill-Banda tas-Società

Filarmonica Maria Mater Gratiæ li jgħaddi minn

dawn it-toroq: Triq ix-Xgħajra (Nibdew ftit l-isfel

mill-Bontà), Triq Alessio Erardi, Triq il-Kapuċċini, Triq

il-Għasel, Triq il-Ġilbiena, Triq Santa Domenika, Triq

il-Karmnu, Triq iż-Żinġla, Triq Il-Qalb Imqaddsa, Triq

l-iskola, Triq Santa Tereża u Triq is-Santwarju sal-

Każin. Kif joħroġ il-marċ jinħarqu salut u murtaletti

mill-għalqa ta’ Triq il-Labour.

L-ERBGĦA, 6 TA’ SETTEMBRU

Fid-9.00pm Attività u spettaklu uniku fil-Blue

Arena flimkien ma’ għadd ta’ sorpriżi mtella’ mill-

Kummissjoni Żgħażagħ tal-Grazzja.

IL-ĦAMIS, 7 TA’ SETTEMBRU

Fit-8.30pm Marċ mill-Banda tas-Società

Filarmonica Maria Mater Gratiæ li jgħaddi minn

dawn it-toroq: Triq is-Santwarju minn quddiem il-

Każin, Pjazza Madonna Medjatriċi, Triq Hompesch,

Triq il-Kunvent, Triq id-Dukkar, Triq Lia, Triq Tumas

Dingli, Triq Agostino Said, Triq id-Dukkar, Triq il-

Vulcan, Triq l-Iskola, Triq id-Dukkar, Triq il-Kunvent,

Triq il-Kbira, iddur mal-Pjazza ta’ Triq is-Santwarju

u lura sal-Każin. Kif joħroġ il-marċ jinħarqu salut u

murtaletti mill-għalqa ta’ Triq il-Labour.

IL-ĠIMGĦA, 8 TA’ SETTEMBRU

Fl-10.00am Festa tat-tfal b’purċissjoni bi statwa

żgħira ta’ Ommna Marija tal-Grazzji, merfugħa

mit-tfal, mill-mużew tas-subien sas-Santwarju.

Takkumpanja l-purċissjoni Banda ffurmata minn

bandisti taż-żewġ Soċjetajiet Mużikali ta’ Ħaż-

Żabbar.

Fit-8.30pm Il-Banda tas-Società Filarmonica

Maria Mater Gratiæ tagħmel il-Marċ Tradizzjonali

bl-istatwa ta’ Malta Rebbieħa.

Il-marċ se jgħaddi minn dawn it-toroq: Triq is-

Santwarju minn quddiem il-Każin, Pjazza Madonna

Medjatriċi, Triq Giovanni Bonavia, Triq l-Immakulata

Kunċizzjoni, Triq il-Kbira, Triq il-Kittien, Triq Santa

Domenica, Triq il-Kittien, Triq Espedito Catania,

Triq is-Sagħtar, Triq Bormla u Triq il-Kbira sal-Pjazza

ta’ Triq is-Santwarju fejn l-istatwa artistika ta’ Malta

Rebbieħa tittella’ fuq il-kolonna akkumpanjata bl-

Innu Marċ Malta u Wliedha tas-Surmast Lorenzo

Gonzi. Kif joħroġ il-marċ jinħarqu salut u murtaletti

mill-għalqa ta’ Triq il-Labour.

IS-SIBT, 9 TA’ SETTEMBRU

Fl-10.15am Il-Banda tas-Società Filarmonica

Maria Mater Gratiæ tieħu sehem fiċ-ċerimonja

tat-Tberik tal-Baned mill-Kappillan fuq iz-zuntier

tas-Santwarju. Kif titbierek il-Banda, tinħaraq Kaxxa

Infernali mill-għalqa ta’ Triq il-Labour. Wara, il-Banda

tinżel lura sal-Każin permezz ta’ Innijiet Marjani.

Fil-11.00am Il-Banda tas-Società Filarmonica

Maria Mater Gratiæ tagħmel il-famuż Marċ tat-

Te Deum akkumpanjat mill-Kannizzata u Briju

meraviljuż maħdum mill-membri tal-Kummissjoni

Żgħażagħ tal-Grazzja.

Il-marċ se jgħaddi minn dawn it-toroq: Triq is-

Santwarju minn quddiem il-Każin, Triq il-Kbira, Triq

il-Biċċieni, Triq Santa Domenica, Triq Santa Theresa,

Triq Lia, Triq Felice, Triq l-Iskola, Triq il-Qalb Imqaddsa

u Triq is-Santwarju sal-Każin.

Fit-8.30pm Marċ qasir u Programm Mużikali mill-

Banda San Sebastjan tas-Soc. Filar. Pinto ta’ Ħal

Qormi.

Il-marċ se jgħaddi minn dawn it-toroq: Triq is-

Santwarju minn quddiem il-Każin, Pjazza Madonna

Medjatriċi, Triq Giovanni Bonavia, Triq l-Immakulata

Kunċizzjoni u Triq il-Kbira sal-Pjazza ta’ Triq is-

Santwarju fejn jiġi eżegwit Programm Mużikali fuq

il-Planċier.

Fl-10.00pm Eternal Fire - Spettaklu ta’ Logħob

tan-Nar tal-Ajru mill-Għalqa ta’ Triq il-Labour

imtella’ mid-dilettanti tan-nar tas-Soċjetà.

IL-ĦADD, 10 TA’ SETTEMBRU

JUM IL-FESTA TAL-MADONNA TAL-GRAZZJA

Fis-6.00pm Marċ qasir u Programm Mużikali mill-

Banda Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba.

Il-marċ se jgħaddi minn dawn it-toroq: Triq il-Kbira,

Triq is-Santwarju fejn wara li ssellem lill-Madonna

tal-Grazzja bl-Ave Maria, teżegwixxi Programm

Mużikali fuq il-Planċier fil-Pjazza ta’ Triq is-Santwarju.

Wara takkumpanja lill-purċissjoni bl-istatwa tal-

Madonna tal-Grazzja sal-Knisja b’innijiet Marjani.

Meta l-vara ta’ Ommna Marija tal-Grazzji tasal

quddiem il-każin jitkanta l-innu Sultana ta’ Beltna

mill-kantanta Stephanie Zammit.

Il-Kumitat iħeġġek sabiex tipparteċipa bis-sħiħ

f’dawn l-attivitajiet u fiċ-ċelebrazzjonijiet interni

organizzati mill-Parroċċa, fis-Santwarju tal-

Madonna tal-Grazzja. •

75

OMMNA

TAL-GRAZZJA

O Marija Omm tal-Grazzja,

Ommna tagħna ż-Żabbarin.

Aħna lilek ferm inħobbu

U bik aħna ferħanin!

Ta’ kull sena festa nagħmlu

Ħalli nuru mħabbitna lejk.

Għaliex aħna l-poplu tiegħek;

Tlaqna kollox ġewwa jdejk!

Tul is-snin dejjem urejtna

Kemm ferm tħobbna u tismagħna,

Sew fl-imgħoddi u anke issa,

Dejjem tisma’ t-talb tagħna!

Minn ċkuniti dejjem tlabtek,

Dejjem ħabbejtek u nviżtajtek

Issa xjaħt u saħħti naqset,

Narak sabiħa, kif dejjem rajtek!

Narak ħanina u Omm ta’ faraġ,

Narak refuġju tagħna l-bnedmin.

Dejjem hemm lesta biex tismagħna,

Kemm jekk ferħana jew immnikktin!

Issa la ddur mat-toroq tagħna,

Issibna lkoll qed nistennew

Biex miegħek aħna lkoll nitkellmu

U bil-preżenza tiegħek nithennew!

Mary Grace Bellia

78

ŻGĦAŻAGĦ

TAL-GRAZZJA

JULIAN PAUL SCICLUNA SEGRETARJU

Fl-ewwel messaġġ tiegħi bħala

Segretarju tal-Kummissjoni Żgħażagħ

tal-Grazzja, apparti l-unur ta’ dil-kariga

li nħoss, ma nistax ma nqisx l-impenn

u r-responsabbiltà li ġġib magħha dilkariga,

f’din il-Kummissjoni Żgħażagħ

tant prestiġjuża.

Għaldaqstant l-ewwel għan tiegħi f’din il-kariga huwa

li nsostni s-suċċessi li saru fil-passat, liema suċċessi

poġġew lil din il-Kummissjoni fl-ogħla post f’Beltna u

b’hekk, jiena u sħabi, nħossu r-responsabbiltà li dawn

is-suċċessi nżommuhom u nkomplu nkabbruhom. Dan,

ovvjament, ma jsirx bil-paroli biss f’xi ktieb tal-festa, iżda

bl-għemil u l-provi, speċjalment meta l-bżonn ta’ din

is-Soċjetà Mużikali jsejjaħ u jistenna li ż-Żgħażagħ tal-

Grazzja jwieġbu b’għemilhom.

Qed ngħid hekk fid-dawl tal-mument storiku li l-każin

tagħna qiegħed jgħix dis-sena. Kienu bosta l-membri

tal-Kummissjoni Żgħażagħ li b’mod personali taw iddonazzjonijiet

tagħhom bil-qalb għall-kawża tax-xiri talkażin.

Apparti minn hekk, il-Kummissjoni ġiet involuta

b’mod dirett fl-applikazzjonijiet għall-fondi meħtieġa

mitluba lill-Bord tal-fondi għal kawżi ġusti. Il-Kummissjoni

Żgħażagħ tal-Grazzja tiftaħar b’dan is-sehem tagħha

f’dal-mument daqstant sabiħ għas-Soċjetà tagħna u

apparti dan, twiegħed is-sostenn tagħha lill-Kumitat

Eżekuttiv fit-triq twila li għad fadal biex il-każin ikun

imħallas kollu. Dan il-għan il-Kummissjoni Żgħażagħ

diġà bdiet twettqu permezz ta’ numru ta’ attivitajiet

li organizzat matul dis-sena, liema attivitajiet ħallew

ammont ta’ qliegħ sodisfaċenti. Il-ħsieb huwa li dawn

l-attivitajiet jkomplu, apparti li jiġu esplorati ideat ġodda

biex jinġabru l-fondi meħtieġa. Issa li l-każin huwa

uffiċjalment tagħna, diġà xi membri tal-Kummissjoni

Żgħażagħ bdew imiddu jdejhom fl-għajnuna tat-tisbiħ

tas-sede, fil-fatt, għal diversi ġimgħat, membri tal-

Kummissjoni Żgħażagħ taw daqqa t’id siewja lill-Kuratur

u lid-Direttur tas-Swali fix-xogħol tagħhom. Matul dan

ix-xogħol beda jsir stivar u ġbir ordnat ta’ materjal storiku

li jappartjeni għas-Soċjetà u għaldaqstant, dan ġab

interess fil-passat storiku mhux biss tal-Każin, iżda anke

ta’ din il-Kummissjoni...

Kulħadd jaf li s-sehem taż-Żgħażagħ f’din is-Soċjetà

ilu għal bosta snin, speċjalment wara l-festi ċentinarji

fl-1983, iżda b’mod uffiċjali l-Kummissjoni Żgħażagħ

tal-Grazzja twaqqfet fil-bidu tas-snin 90. Nafu li

m’aħniex l-ewwel Kummissjoni Żgħażagħ imwaqqfa

b’mod uffiċjali f’Beltna, iżda nafu wkoll li mit-twelid

ta’ din il-Kummissjoni ftit li xejn kellha kompetizzjoni

ma’ Kummissjonijiet oħra simili. Dan għall-fatt li

l-Kummissjoni Żgħażagħ tal-Grazzja kienet dejjem

il-pijuniera fl-ideat, fix-xogħol u fit-talenti li kellha fi

ħdanha: l-logħba dejjem ġiet iddettata minn din il-

Kummissjoni filwaqt li ħaddieħor kellu jiġi sfurzat isegwi

fuq il-passi tagħha. Kieku jiena nistħi noqgħod nesklama

f’kull mument li nsib li jiena bdejt intellaq l-ewwel meta

naf li min beda warajja għaddieni u mhux bi ftit. Ma

ninsewx li din il-Kummissjoni ma ħadmitx biss l-oġġetti

tal-briju li naraw fil-marċi, liema oġġetti huma, bla ebda

diskussjoni l-isbaħ f’Ħaż-Żabbar, iżda wkoll ipproduċiet

armar għat-toroq li trid vera ma tkunx tifhem biex f’xi ħin

titħajjar tmaqdru. Dan kollu sar matul iż-żmien permezz

tat-talenti tal-membri ta’ din il-Kummissjoni. Fl-ebda ħin

ma kien hemm bżonn tal-għajnuna ta’ ħaddieħor, aħseb

u ara kemm qatt ġejna darna mal-ħajt tant li kellna

nisirqu u nikkupjaw, mingħajr suċċess, disinji mingħand

il-kompetituri tagħna.

Jekk inħarsu ftit lejn ix-xogħol li sar minn din il-

Kummissjoni għall-festa li għaddiet, irnexxielna

b’suċċess intemmu x-xogħol kollu min-naħa tagħna

fuq il-pavaljuni artistiċi ta’ Triq il-Kbira, liema proġett ġie

komplut min-naħa tal-Kummissjoni Żgħażagħ f’erba’

82

Fuq wara mix-xellug: Martin Busuttil (Membru), Gianluca Tabone (PRO),

Mauro Darmanin (Membru), Giulio Bonavia (Assistent Kaxxier),

Manuel Abela (Assistent Kuratur), Chris Bonello (Membru)

Fuq quddiem mix-xellug: Mauro Xuereb (Kaxxier), Brandon Sciberras (Chairman),

Julian Paul Scicluna (Segretarju), Brandon Sladden (Vici Chairman)

Neqsin mir-ritratt: Christian Agius (Membru), Ernest Desira (Assistent Segretarju),

Carl Farrugia (Membru), Darren Sciberras (Membru)

83

84

85

ġodda minnhom għal din il-festa, għax għalkemm

kulħadd jaf li l-prijoritajiet tagħna bħalissa huma ffukati

fuq il-finanzjament tal-każin, nistħi kieku niġi jien bħala

Segretarju ta’ dil-Kummissjoni u ngħid li xogħolna matul

sena sħiħa kien biss li tajna lagħqa żebgħa friska lillkarrijiet

tal-briju u lil nofs tużżana arbli.

snin. Dan kollu sar fl-aktar żmien meta konna nidhru

dgħajfa u l-għan tagħna kien iżjed fuq il-futur tas-Soċjetà

milli fuq x’armar ġdid ħa nżanżnu. Fl-istess żmien varajna

wkoll proġett ġdid li żgur li ħadd ma stennieh: sett ta’

żewġ kolonni fil-ftuħ ta’ Triq il-Kbira, liema parti tat-triq

diġà għandha l-fama tal-isbaħ triq armata f’Beltna. Dan

il-proġett għandu l-għan li jkun il-ġawhra ta’ din it-triq u

mhux ser ikun hemm skrupli fir-rikkezzi li ser jiġu imżejna

bihom dawn il-kolonni...min ħaseb li din iż-żona kienet

konkluża, ġie mqarraq mhux ftit...stennew sorpriżi kbar!

Matul din is-sena x-xogħol fuq dawn iż-żewġ kolonni ser

jitkompla u ser inkunu f’pożizzjoni li nżanżnu elementi

Fl-ewwel jiem wara l-festa tas-sena l-oħra, l-Kummissjoni

Żgħażagħ iċċelebrat it-teħid tar-record nazzjonali tal-

Akbar Umbrella tal-Festi f’Malta. Iċ-ċelebrazzjonijiet

imħejjija kienu adegwati speċjalment fid-dawl taloppożizzjoni

u l-intoppi li sibna fit-teħid ta’ dan ir-record.

Mhux ser noqgħod nidħol fid-dettall fuq din il-kwistjoni,

għaliex din ser tiġi koperta f’iktar dettall f’artiklu ieħor.

Mat-teħid ta’ dan ir-record u bil-mod kif żvolġew

l-affarijiet, din l-umbrella reġgħet spiċċat fiċ-ċentru talattenzjoni

ta’ diversi persuni madwar Malta kollha tant

li ftit tal-jiem wara ġejna mistiedna biex din l-istruttura

tieħu sehem f’festival barra minn Beltna. Nhar is-Sibt 15

t’Ottubru 2016 il-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ

flimkien ma’ ħafna partitarji ta’ din is-Soċjetà tellgħu

din l-umbrella biex tieħu sehem fil-festival Lejl F’Casal

Fornaro ġewwa Ħal-Qormi. Il-parteċipazzjoni ta’ din

l-umbrella ntlaqgħet tajjeb ħafna u kienu mijiet il-persuni

li ġew biex jammiraw din l-istruttura unika f’Malta.

Is-sehem ta’ din l-umbrella flimkien mal-briju l-ieħor, issa

saru sinonimi mal-marċi famużi organizzati mill-Banda

tal-Grazzja bis-sehem ta’ din il-Kummissjoni. Huwa fatt

magħruf li dawn il-marċi jiġbdu lejhom eluf ta’ persuni

minn Malta kollha biex jaraw u jammiraw ix-xogħol ta’

dil-Kummissjoni. Ħaddieħor għadu jhewden li jkollu

iżjed nies preżenti għall-marċi meta llum biċċa drone

daqs kaxxa taż-żraben jikxef il-verità kollha, u bl-akbar

86

s-sehem tal-Kummissjoni Żgħażagħ fil-festa mhux

marbut biss mal-marċi fit-toroq. Ħafna jsostnu li

l-atmosfera maħluqa fil-Blue Arena, ma jbiddluha ma’

mkien. Il-Kummissjoni Żgħażagħ saret sinonima malispettaklu

li jittella’ kull sena nhar l-Erbgħa tal-festa f’dan

it-teatru. Dis-sena nwegħdu li l-ispettaklu maħsub ser

jisboq kull wieħed li qatt ittella’, kemm fejn jidħol xogħol

ta’ nar, dawl, projections u sorpriżi oħra...ix-show tal-

Erbgħa tal-Kummissjoni Żgħażagħ ma tistax titilfu. Ma

nistax ukoll ma nieħux spunt u nsemmi attività oħra tal-

Kummissjoni li issa saret parti prestiġjuża mill-kalendarju

tagħna, Zabbar Autofest, liema attività dis-sena saret

għall-ewwel darba b’suċċess filgħaxija wara li kellha tiġi

posposta minħabba attività politika fl-istess ġurnata li

kienet ippjanata preċedentement.

evidenza ngħidu b’wiċċna minn quddiem li l-akbar

attendenza għall-marċi f’Ħaż-Żabbar huwa mal-Banda

tal-Grazzja. Il-marċi ta’ din is-Soċjetà ma jattirawx biss lil

dawk il-persuni li jħobbu jkantaw u jaqbżu mal-marċi,

iżda wkoll mijiet ta’ familji li jħossuhom siguri waqt ilmarċi

tagħna, kif ukoll numru mdaqqas ta’ dilettanti

tax-xogħol tal-armar li b’mod loġiku u naturali jagħżlu

l-kwalità u jattendu għall-marċi ta’ din il-Banda. Iżda

Nixtieq nagħlaq dan il-messaġġ billi nwassal l-awgurju

tiegħi u ta’ sħabi l-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ

tal-Grazzja liż-Żabbarin kollha, speċjalment lil dawk li ser

jogħġobhom jingħaqdu magħna fiċ-ċelebrazzjonijiet li

ħejjejna għall-festa ta’ dis-sena. Bħal dejjem nappellaw

għall-kollaborazzjoni ta’ kulħadd biex b’hekk l-affarijiet

jimxu kif ippjanati. Nixtieq ukoll nirringrazzja lil

dawk kollha li jagħtu d-daqqa t’id tagħhom lil din

il-Kummissjoni fix-xogħol tagħha u anke nixtieq

nirringrazzja lil dawk ir-residenti kollha li jikkollaboraw

magħna u jieħdu paċenzja bina matul l-armar tat-toroq.

Grazzi tmur ukoll lid-diriġenti tal-Kumitat Eżekuttiv u lillmembri

kollha tat-tim li mexxew in-negozjati b’suċċess

għax-xiri tal-każin… grazzi talli b’għemilkom poġġejtu

ġebla oħra importanti fit-triq tal-futur tagħna u ta’ din

il-Banda, l-ewwel u l-unika waħda li ġġib l-isem tal-

Madonna tal-Grazzja. •

87

PROPJETARJI

TAL-AKBAR UMBRELLA

Is-Società Filarmonica Maria Mater

Gratiæ ilha mwaqqfa fil-Belt ta’ Ħaż-

Żabbar sa’ mill-1883 u għandha storja

għanja ħafna fit-tixrid tal-kultura

mużikali fil-Belt ta’ Ħaż-Żabbar. Matul

dan iż-żmien is-Soċjetà Filarmonica

Maria Mater Gratiæ kienet pijuniera fittixrid

tal-mużika u dan sar permezz ta’

għadd kbir ta’ servizzi mużikali li din is-

Soċjetà għamlet tul dawn is-snin kollha,

minn kunċerti mużikali, programmi

vokali u strumentali u ovvjament ma

jistax jonqos il-famużi marċi mat-toroq

Maltin.

M’għandniex xi ngħidu li l-marċi organizzati minn din

l-ewwel banda Żabbarija dejjem gawdew popolarità

kbira man-nies tal-lokal kif ukoll ma’ ħafna dilettanti talfesti

Maltin li jogħġobhom jiġu jgawdu din il-festa f’Ħaż-

Żabbar. Għalkemm il-bidu ta’ dawn il-marċi fit-toroq kien

wieħed sempliċi, bl-għan li fih il-banda tar-raħal issemma

leħinha fil-festa tal-Patruna tagħha, maż-żmien dawn ilmarċi

kibru u żdiedu b’tali mod li saru manifestazzjoni

ta’ lwien, briju u allegrija mill-partitarji tal-istess soċjetà

li jakkumpanjaw il-banda tagħhom matul dawn ilmarċi.

Dan il-briju mal-marċi wkoll għandu storja twila

ta’ evoluzzjoni li permezz tiegħu din is-Soċjetà spikkat

mhux ftit bħala pijuniera ewlenija fl-innovazzjoni u filmanifattura

ta’ oġġetti kreattivi oriġinali u spettakolari.

Meta nsemmu l-briju relatat mas-Società Filarmonica

Maria Mater Gratiæ, ħafna nies mill-ewwel tiġihom

f’moħħhom l-umbrella l-kbira, u dan bir-raġun

għaliex l-istorja ta’ din l-umbrella hija waħda li tqanqal

l-emozzjonijiet u li tixgħel fil-qlub tal-partitarji tal-Grazzja

l-entużjażmu u l-kburija lejn dak li kapaċi jagħmlu

l-baqristi. Iżda jekk irridu nagħmlu ġustizzja ma’ din is-

Soċjetà u nitkellmu b’mod komplut fuq l-irwol u r-rabta

tal-umbrelel mal-briju maħdum minn din is-Soċjetà,

nikkonkludu li din il-famuża umbrella l-kbira, hija biss iċċirasa

fuq kejk kbir li ilu jinħema għal għexieren ta’ snin.

Biex nibdew nitkellmu fuq l-umbrelel fil-festa Żabbarija

rridu mmorru lura fis-snin, ferm qabel l-istorja reċenti

ma’ din il-biċċa armar li tant qajmet kontroversji. Fil-fatt

l-ewwel umbrella li qatt dehret mal-marċi Maltin kienet

kreazzjoni ta’ din is-Soċjetà lura fil-marċ ta’ filgħodu tas-

90

Sibt 13 ta’ Settembru 1947. Sentejn biss wara t-tmiem

tat-tieni gwerra dinjija, meta Malta kienet għadha qed

titfarfar mit-trab tal-bombi, il-partitarji ta’ din is-Soċjetà

kienu diġà ħerqana jħarsu ’l quddiem u jivvintaw oġġetti

li maż-żmien kienu ser isiru n-norma ta’ kull marċ filgżejjer

tagħna.

Maż-żmien din l-evoluzzjoni fl-umbrelel mal-briju

tal-marċi kompliet tiżdied, biż-żgħażagħ tas-Società

Filarmonica Maria Mater Gratiæ jerġgħu jkunu huma li

jgħollu l-livell fil-gżejjer Maltin. Fil-fatt il-Kummissjoni

Żgħażagħ tal-Grazzja hija l-propjetarja tal-ewwel

umbrella kbira f’Malta, propjetarja tal-ewwel umbrella

bil-hydraulic f’Malta, propjetarja tal-ewwel umbrelel bilpittura

f’Malta u wkoll propjetarja tal-ewwel umbrelel

b’livelli differenti f’Malta. Għaldaqstant kien pass naturali

li fis-sena 2001, f’għeluq l-50 sena mill-inkurunazzjoni

tal-Inkwadru Titulari tal-Patruna ta’ din il-Banda, li

l-Kummissjoni Żgħażagħ tal-Grazzja tipproduċi l-isbaħ

u l-ikbar umbrella fil-gżejjer Maltin. Umbrella li fiha

hemm impittra l-istorja ta’ din il-Belt u l-mod intimu kif

din il-Banda Titulari hija sinonima ma’ din l-istess storja.

Il-pittura li hemm f’din il-meravilja hija spjegata, vivaċi

u turi b’mod ċar din il-mixja storika ta’ Beltna flimkien

ma’ allegorija mużikali, fuq stil neo-barokk impekkabbli.

M’għandniex xi ngħidu li din l-opra ewlenija spiċċat issors

ta’ ispirazzjoni ta’ diversi każini oħrajn tant li llum

insibu ammont konsiderevoli ta’ umbrelel kbar madwar

Malta, kollha kemm huma jsellmu lill-omm li welldet lil

din l-opra: Is-Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ.

M’għandniex xi ngħidu li din l-umbrella l-kbira nħadmet

fuq l-uniku ideal li tħaddan il-Kummissjoni Żgħażagħ

tal-Grazzja: ’jew kompletament tagħna, jew xejn.’ Il-briju

dejjem inħoloq, ġie ippjanat u nħadem kompletament

u esklussivament mill-membri ta’ din is-Soċjetà. Qatt

ma kien hemm bżonn ta’ għajnuna barranija wisq inqas

ta’ serq ta’ disinji mingħand ħaddieħor. Il-Kummissjoni

Żgħażagħ dejjem emmnet li l-qofol tas-suċċess filmanifattura

tal-briju huwa l-livell għoli ta’ kwalità

mhux l-ammont ta’ xogħol li tipproduċi; qatt ma kien

hemm il-ħsieb li jinbidel xi sett ta’ briju kollu f’daqqa

biex imbagħad isiru l-frejjeġ u ħadd ma jispiċċa jagħraf

x’suppost hemm impinġi fuq l-oġġetti, iżda dejjem sar

xogħol bi ħsieb li jkun l-aqwa, mhux biss f’Ħaż-Żabbar,

iżda f’Malta kollha, u dan il-pjan seħħ b’suċċess f’kull

biċċa briju prodotta minn din il-Kummissjoni.

Għalkemm armar ta’ briju ġdid ilu ma jiġi prodott filfesta

tagħna għal diversi snin, xorta l-partitarji jibqgħu

bi ħġarhom jiltaqgħu fil-pjazza ewlenija ta’ Ħaż-Żabbar

f’kull marċ li jsir mill-Banda tal-Grazzja, biex isegwu għall-

91

92

PROPJETARJI

TAL-AKBAR UMBRELLA

TAL-FESTI F’MALTA

93

REGOLAMENTI KIF

JIDHRU FIL-PAĠNA

UFFIĊJALI TA’

THE MALTA RECORDS

"It-tijtlu korett tar-rekord huwa.... L-ikbar Umbrella tal-festa. U

dawn huma regoli oriġinali li saru sentejn ijlu.

1. L-umbrella trid tipi armata f’post speċifiku fejn l-arblu

tagħha jista jiġi imwaħħal ġol-art kif ukoll armat fuq karru

biex tinġarr.

2. Id-disinn u sbuħija tad-drapp li jlibbes lil umbrella kif ukoll

kulur huwa irrilevanti għal dan ir-record fejn aħna nagħtu

kas qisien u volum BISS. Biex jiċċara kemm jiċċara kemm

hija kbira l-umbrella.

3. L-umbrella trid tintrama f’data speċifika li tiġi miftiema

flimkien bejn The Malta Records u l-għaqda applikata.

4. Jekk ir-riħ ma jaqbiżx il-forza 5 l-umbrella u rekord inse jista’

jitkompla, f’każ lir-riħ ikun għola minn (forza 6) id-data tarrekord

tiġi posposta għal ġurnata oħra.

5. Meta l-umbrella li tkun qed tinfetaħ ħadd ma jista’ jmissa

jew jipprova joltera xi ħaġa li tkun inqalat waqt li tinfetaħ

jekk mhux bil-permess ta’ The Malta Records. Jekk waqt li

tinfetaħ jiġru xi ħsarat u b’hekk ir-rekord ma jistax jitkompla

hekk l-umbrella tiġi SKWALIFIKATA.

6. Meta l-umbrella tkun miftuħa u tkun għaddiet 30 minuta

bija miftuħa, rappreżentant li jkun mifthiem magħna, irrid

jakkumpanjana biex ikun xhud ta’ tkejjiel ta’ din l-umbrella.

Ħadd ma jista jkellem lil ġurija ħlief dan ir-rappreżentant

waqt it-tkejjiel tal-umbrella.

7. L-umbrella ha tiġi mitkejjla billi jitkejjel il-volum tal-arja ta’

ġewwa tal-umbrella, eż. l-għoli u l-wiesgħa tal-cone, kif

ukoll ic-cylinder min taħt l-umbrella sa l-art. L-għoli jitkejjel

sa l-art sa tarmak u mhux sa fuq tal-karru li jkun qed iġorr

l-umbrella.

8. Ir-riżultat kif ukoll il-premajazzjoni jixxandar fi dħul talpurċissjoni

fil-Ħadd tal-festa jew wara.

Dawn ir-regoli ġew imfassla mill-Għaqda Madonna Tal-

Grazzja Banda San Mikiel ta’ Ħaż-Żabbar u approvati millġurija

ta’ The Malta Records."

ftuħ ta’ dawn l-opri artistiċi. Ma jistax jonqos li l-akbar

entużjażmu jinħoloq mal-ftuħ tal-umbrella l-kbira,

li qatt ma diżappuntat lill-partitarji, għaliex infetħet

prattikament ma’ kull marċ organizzat mill-Banda tagħna.

Kien minħabba dan l-entużjażmu li l-Kummissjoni

Żgħażagħ tal-Grazzja, fl-2016, f’għeluq il-ħmistax-il sena

mill-produzzjoni ta’ din l-umbrella, kif ukoll f’għeluq

l-400 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa Żabbarija, ħasbet

biex tinkuruna lil din l-umbrella bħala l-akbar waħda

fil-gżejjer Maltin u taqta’ darba għal dejjem xi diċeriji u

ħrejjef li nstemgħu maż-żmien fuq xi apparat ieħor simili.

Biex żgur ma jkunx hemm dubji fuq dan il-pass, il-

Kummissjoni Żgħażagħ qabdet arbitru imparzjali li kellu

jieħu ħsieb jaqta’ l-kundanna ta’ din l-umbrella. Il-ġurija

ta’ The Malta Records ġew avviċinati għal dan il-għan

fejn sar qbil magħhom li din l-umbrella tiġi mkejla skont

ir-regolamenti stabbiliti preċedentament mill-entità li

fetħet din il-kategorija ta’ rekords għall-ewwel darba.

Peress li s-Soċjetà tagħna diġà kellha rekord stabbilit

mal-Malta Records, il-proċedura kienet diġà magħrufa

minn qabel. Meta kien sar ir-rekord tal-ikbar inkwadru

magħmul mill-ismid, din il-kategorija kienet infetħet millkażin

tagħna, għaldaqstant, kienu saru diskussjonijiet

kontinwi sakemm ġew stabbiliti r-regolamenti speċifiċi

ta’ din il-kategorija. Il-parametri tal-ġudikatura kienu ġew

imfassla minna stess u l-ġurija tal-Malta Records kienet

qablet ma’ kull proposta li kienet saret min-naħa tagħna.

Fil-każ ta’ dan ir-rekord ġdid mill-każin tagħna relatat malumbrella

l-kbira, ma seta’ jkun hemm l-ebda diskussjoni

u tibdil fir-regolamenti dan għaliex il-kategorija kienet

diġà stabbilita. Fi ftit kliem, konna ser intelqu għall-ikbar

umbrella f’Malta fil-korsa li fassal ħaddieħor...u dan ma

kien qiegħed idejjaq lil ħadd għall-fatt li konna konvinti

mill-prodott tagħna mill-bidu tal-aħħar.

Fl-4 ta’ Ġunju 2016, fuq ftehim mal-ġurija tal-Malta

Records sar il-kejl ta’ din l-umbrella, data magħżula

apposta bil-ħsieb biex jifdal żmien biż-żejjed biex jilħaq

94

joħroġ ir-riżultat qabel il-festa u għaldaqstant issir

ċelebrazzjoni xierqa fl-anniversarju ta’ din l-umbrella.

Għalkemm il-kejl sar kif ippjanat u skont ir-regolamenti

stipulati, il-pjan li ċ-ċertifikat jinħareġ qabel il-festa

kellu jiġi pospost, tant li l-għoti taċ-ċertifikat sar nhar il-

Ħadd 2 t’Ottubru, fejn b’mod uffiċjali, l-umbrella l-kbira

maħduma kompletament mill-Kummissjoni Żgħażagħ

tal-Grazzja fl-2001 ġiet rikonoxxuta bħala l-Akbar

Umbrella tal-Festi f’Malta, b’volum totali ta’ 2,126.674m 3 .

Huwa importanti ħafna li nifhmu li l-kejl tal-ikbar

umbrella kien stabbilit fuq il-volum tal-istruttura skont

ir-regolamenti miktuba. Dan ifisser li la l-wisgħa u lanqas

l-għoli tal-umbrella b’mod individwali ma jgħoddu iżda

huma l-qisien kollha flimkien li jagħmlu l-kejl tal-volum

tal-istruttura; għalxejn kien hawn min qagħad jara kif

tidher u ma tidhirx fl-għajnejn l-istruttura, fil-wisgħa jew

fil-ftuħ tagħha: il-volum tagħha biss li kien marbut mirregolamenti...regolamenti

li fassal ħaddieħor.

L-akbar skantament kien li hekk kif ġie mħabbar dan irrekord

miksub miż-żgħażagħ tagħna, l-ammont esaġerat

ta’ prifissuri u esperti tal-briju li riedu jgħidu tagħhom

fuq din il-kwistjoni, kienet xi ħaġa li ma titwemminx.

Anke persuni li qatt ma taw każ tal-armar tal-briju jew

li saħansitra ġieli tkellmu kontra dan l-armar, fuq dan irrekord

u fuq din l-umbrella xorta kellhom xi jgħidu!

biex kulħadd ikun jista’ jneħħi xi dubji li forsi nżergħu,

intervent fuq programm televiżiv fejn ġiet imwieġba blaktar

mod dirett il-mistoqsija tal-preżentatur; liema hi

l-ikbar umbrella tal-festi fil-gżejjer Maltin, mill-ġurija ta’

The Malta Records, kif ukoll buscade ċelebrattiv madwar

it-toroq fil-jum tal-għoti uffiċjali taċ-ċertifikat.

U għalkemm dan iċ-ċertifikat fir-realtà huwa biss biċċa

karta, l-unur warajh huwa preċiżament kif kien hemm

min qal lura fl-2014: “sinifikattiv ħafna ġewwa Ħaż-

Żabbar!” •

Kulħadd ħiereġ b’teoriji, kospirazzjonijiet u qlajjiet

warrab wiċċek: biki, tgħeżżiż tas-snien u tqattih taxxagħar

fuq kull mezz ta’ kommunikazzjoni possibbli.

Il-ħasra hija li bil-medja soċjali anke persuni ta’ opinjoni

nsinifikanti jsiru pubblikaturi! U minn dawn kellna bilgzuz!

M’inix ħa noqgħod nidħol fil-mertu tal-eluf ta’

kummenti u bsaten fir-roti li ġew imwaddbin lejn dan irrekord:

li l-maġġoranza assulta tagħhom kienu frott talpartiġjaniżmu

pikuż. Iżda stennejna iżjed maturità minn

xi persuni, niftakru li llum qed ngħixu fl-2017 mhux fi

żmien il-ħaġar.

Iżda għalkemm sibna dawn l-intoppi kollha, ferm iżjed

milli stennejna, l-iżjed wara l-festa; meta kien sar ilftehim

li għandna nieħdu dan ir-rekord bil-kwiet, kollox

għadda b’wiċċ il-ġid u kif mixtieq...anzi pjuttost laħqet

kibret iżjed l-istorja, allura r-reazzjoni tagħna kienet

ikbar! Kien xieraq li għall-okkażjoni tal-għoti ta’ dan

l-imbierek ċertifikat isiru ċelebrazzjonijiet xierqa miżżgħażagħ

tal-każin… u għal darb’oħra ċ-ċelebrazzjonijiet

ma ddiżappuntawx: Konferenza fil-każin tagħna fejn

l-uffiċjali tal-Kummissjoni Żgħażagħ tal-Grazzja u

d-diriġenti ta’ The Malta Records spjegaw u ġġustifikaw

l-għoti ta’ dan ir-rekord lill-każin tagħna, dikjarazzjoni blavukat

iddoqq l-iskotti fuq l-awtentiċità ta’ din l-umbrella,

liema dikjarazzjoni qed nippublikaw ma’ dan l-artiklu

95

MY EUROPE…

OUR FUTURE

ERNEST DESIRA

Fis-Sajf tas-sena l-oħra l-Kunsill

Lokali beda jaħdem biex jikseb fondi

ewropej fuq programm ta’ Erasmus

u b’hekk talab lill-għaqdiet ta’ Beltna

biex jagħżlu żewġ rappreżentanti

għal dan il-programm. Fil-każ tal-

Għaqda tagħna, dawn ġew magħżula

bil-polza, wieħed mill-Kummissjoni

Żgħażagħ u rappreżentant ieħor

minn fost il-bandisti tas-Soċjetà. Ilmagħżula

kienu is-Sur Chris Bonello u

s-Sur Ernest Desira.

Dan il-Programm kien datat bejn l-Erbgħa, 12 u It-Tlieta

18 ta’ Lulju 2017. Fil-Ġimgħat ta’ qabel it-tluq, il-grupp

iltaqa’ biex niffamiljarizzaw ruħna flimkien u nkunu

magħrfa eżatt dwar il-programm x’jinvolvi. Il-grupp

kien jinvolvi żgħażagħ minn kull aspett tal-ħajja; kemm

ħaddiema, studenti u minn għaqdiet soċjali.

Il-ġurnata waslet u l-grupp qabad titjira lejn Bologna u

wara trejn għal Cesena. Mal-wasla tagħna iltqajna malgrupp

l-ieħor ta’ żgħażagħ minn Cesena fejn għamilna

laqgħa informali biex nintroduċu lilna nfusna u insiru

nafu aktar lil xulxin. Il-programm kien jinvolvi diversi

diskussjonijiet kemm formali kif ukoll informali, fuq ilħajja

ta’ kulljum u kif jiġu milquta iż-żgħażagħ. L-ewwel

laqgħat kienu biex nispjegaw kif jaħdem il-Kunsill Lokali

ta’ Ħaż-Żabbar u l-għaqdiet ta’ Beltna. Il-programm

kien jinvolvi diversi temi li ġew diskussi fosthom

l-immigrazzjoni, il-kultura, programmi sussidjati mil-

Ewropa, il-kunċett ta’ Smart Cities u ħafna iżjed.

Waqt li konna hemm kellna laqgħa mas-Segretarju

tal-Istat Taljan għall-Ewropa, is-Sur Sandro Gozi, u

l-ambaxxatriċi għal Malta, is-Sinjura Vannessa Frazier, li

ma’ dawn il-persuni, wassalna il-ħsibijiet u l-opinjonijiet

tagħna fuq diversi temi. Id-diskussjonijiet żvolġew tajjeb

ħafna u l-grupp kollu ta l-opinjoni tiegħu mill-aspett li

jaħdem jew jistudja fih. Matul iż-żmien li konna hemm,

il-grupp minn Cesena ħadna nżuru diversi postijiet ta’

kultura li għandu l-lokal u dawn vera kienu ta’ interess

għalina. Wara l-laqgħat li kellna wasalna għall-aħħar

ġurnata fejn wassalna l-konklużjonijiet ta’ dak li ħdimna

fuqu ż-żewġ lokalitajiet flimkien matul dawn il-laqgħat

u minn hemm wittejna t-triq għal meta żgħażagħ minn

Cesena jiġu jżuruna hawn Malta. Meta jkunu hawn

Malta, iż-żgħażagħ minn Cesena ser ikollhom diversi

laqgħat mal-grupp tagħna wkoll biex nkomplu naħdmu

fuq dak li bdejna f’Cesena. Il-Grupp skedat li jkun f’ Malta

fil-ġimgħa tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja.

Il-konklużjonijiet ta’ din l-exchange, il-Kunsilli Lokali

taż-żewġ lokalitajiet ħa jippreżentawhom fil-Kunsill tal-

Ewropa biex b’hekk, imbagħad il-ħsibijiet tagħna jkunu

waslu għand it-tmexxija tal-Grupp Ewropew. •

97

98

99

KONTINWITÀ

GĦALL-FERGĦA NISA

ROSANNE GAUCI SEGRETARJA

Sena oħra għaddiet qisha ħolma

u erġajna wasalna għall-aħħar

preparamenti għal Festa oħra. Festa

li bħal kull sena ġġib magħha ħafna

ċelebrazzjonijiet… u xogħol!

Din hija l-ħames sena tiegħi fil-kariga ta’ Segretarja tal-

Fergħa Nisa. Bħal kull sena komplejna l-ħidma tagħna

fuq il-passi tas-snin ta’ qabel fejn l-iskop ewlieni huwa

l-ġbir ta’ fondi. Bqajna norganizzaw parties tat-tfal, coffee

mornings, high teas u diversi lotteriji. Bħas-sena l-oħra

erġajna ħdimna spalla ma’ spalla mal-Kumitat Eżekuttiv

u l-Kummissjoni Żgħażagħ f’xi attivitajiet li għamilna

bejnietna. Iżda għalkemm sar impenn sħiħ min-naħa

tagħna, konna xi ftit diżappuntati minn attendenzi

daqsxejn fqar xi kultant. Dejjem tispiċċa tara l-istess uċuh

għall-attivitajiet u tibda tistaqsi, imma fejn jistaħbew

matul is-sena dawk in-nies li tara fil-ġimgħa tal-festa?!

Iżda minn hemm u minn hawn, dejjem wasalna. Imma

kieku jsir ftit sforz mill-partitarji kollha kieku l-affarijiet

ikunu ħafna aħjar, speċjalment meta noħorġu niġbru

l-fondi bieb bieb, fejn nittama li speċjalment din is-sena

aktar minn qatt qabel, il-partitarji tagħna jkunu ftit aktar

ġenerużi magħna għax apparti l-ispejjeż kbar li ġġib

magħha l-festa, issa nistgħu ngħidu li l-ħolma tax-xiri

tal-każin saret realtà, propju fid-9 ta’ Ġunju li għadda.

Għalhekk minn hawn nappella għall-ġenerożità għax

is-Soċjetà għandha bżonn ħafna flus. Iżda ejja ma

naqtgħux qalbna u nkomplu naħdmu flimkien aktar

minn qatt qabel.

Jien nista ngħid li kbirt u trabbejt il-każin. Niftakar tfuliti

meta wieħed miz-zijiet tiegħi kellu l-bar u jien dejjem niġi

man-nannu l-każin u niġri ġol-Blue Arena. Dejjem kont

nara kif ser ngħin b’xi mod għax din is-Soċjetà inħobbha

100

Mix-xellug: Antoinette Scerri (Membru), Charmaine Meli (Membru),

Caroline Attard (Kaxxiera), Rosanne Gauci (Segretarja), Maxlene Spiteri (Membru)

Neqsin mir-ritratt: Doreen Grixti Spiteri (Membru), Naomi Meli (Membru),

Judith Spiteri (Chairperson)

101

wisq anke meta ma kontx involuta f’xi kummissjoni.

Kont membru tal-Kummissjoni Żgħażagħ tal-Grazzja u

fil-preżent membru tal-Fergħa Nisa u din is-sena wkoll

għall-ewwel darba qiegħdha nagħmel parti mill-Kumitat

Eżekuttiv, fil-kariga ta’ Assistenta Segretarja u ta’ dan

nixtieq nirringrazzja lis-Segretarju Eżekuttiv tas-Soċjetà,

is-Sur Charles Micallef tal-fiduċja li wera fija. Inħobb

inkun involuta f’ħafna affarijiet ġol-każin, anke fejn jidħlu

l-finanzi, l-ġbir ta’ riklami u affarijiet oħra. Naħdem ma’

kulħadd u nisma’ il-pariri siewja u ideat ġodda mingħand

kulħadd biex dejjem is-Soċjetà tagħna timxi ’l quddiem.

Nittama li l-Festa li qiegħda fil-qrib għandha tressaq

aktar lejn xulxin lilna bħala Kumitat u Sotto-Kumitati

flimkien biex inkunu ta’ eżempju lejn il-bosta partitarji

tagħna, biex flimkien niċċelebraw dan iż-żmien tas-sena

li tant inkunu ilna naħdmu għalih u nistennew. Għallbosta

huwa żmien ta’ ċelebrazzjonijiet kemm għallfesta

interna u kemm għall-festa esterna li hekk għandu

jkun. M’għandna qatt ninsew li dan huwa l-isbaħ żmien

li ningħaqdu lkoll flimkien ħalli lkoll niffesteġġjaw lill-

Patruna tagħna, Ommna Marija tal-Grazzja, Marija

Omm il-ħniena. Għandna nifirħu mal-oħrajn imma

dejjem noqgħodu attenti biex ma noffendu lil ħadd,

speċjalment waqt il-marċi. Niftakru dejjem li din hija

l-festa ta’ Ommna Marija u għandna niċċelebrawha biddinjità

li jixirqilha.

Nixtieq nagħlaq billi nirringrazzja minn qalbi lill-membri

kollha tal-Fergħa Nisa, lill-Uffiċjali tal-Kumitat Eżekuttiv

Is-Sur Joe Saliba, is-Segretarju s-Sur Charles Micallef, il-

Kaxxier is-Sur Lawrence Bugelli, lis-Sur Ronald Mizzi li

ħadmu lejl u nhar biex il-ħolma li l-Każin isir tas-Soċjetà

setgħet issir realtà, lill-kumplament ta’ sħabi tal-Kumitat

Eżekuttiv, il-Kummissjoni Żgħażagħ, lis-Surmast u lillbandisti

kollha, lid-diversi benefatturi u sponsors u

fl-aħħar u mhux l-anqas lir-raġel tiegħi għas-sapport

kontinwu tiegħu u l-paċenzja li jieħu bija.

Il-festa t-tajba liż-Żabbarin kollha. Viva l-Madonna

tal-Grazzja. •

102

104

105

TIFKIRIET 1992

FRANS SCICLUNA PRESIDENT ONORARJU

GARA MUŻIKALI 1992

Minn din il-paġna ser nipprova nġedded xi memorji li

seħħew 25 sena ilu, fl-1992. Ser nibda b’dawk tal-banda,

fejn is-Soċjetà tagħna rebħet il-Gara Mużikali li kienet

tiġi organizzata mill-Għaqda Każini tal-Banda. Is-Surmast

Ray Sciberras kien jgħallem il-prattika u anke it-teorija

fil-Każin. F’April tal-1992, is-Soċjetà resqet 10 studenti

biex jikkompetu f’kategoriji b’eżamijiet fil-prattika u fitteorija.

Ir-riżultat kien ta’ sodisfazzjon kbir għall-fatt li

s-sena ta’ qabel konna ressaqna aktar studenti u ġejna

fit-tieni post, imma dik is-sena partikolari ksibna marki

għoljin u ġejna fl-ewwel post. Għalhekk irbaħna x-shield

li żammejna għal sena. Minbarra hekk, żewġ studenti

kisbu trophy personalment. Natascha Mallia ġiet l-ewwel

fil-prattika b’marka ta’ 94% u Jonathan Abela li ġie fittieni

post fit-teorija b’marka ta’ 89%. Iż-żewġ każi kienu

fl-eżamijiet tat-tieni grad. Din il-preżentazzjoni saret

wara programm mill-Banda taż-Żgħażagħ tal-Każini

tal-Baned fis-sala Robert Sammut, il-Furjana. Is-Soċjetà

tagħna kellha ħames bandisti li daqqew f’dan il-kunċert.

Dawn kienu: Natascha Mallia, Jonathan Abela, Jesmond

Fenech, Marco Fenech u Mark Magro.

KUNĊERT STRUMENTALI

Attività kbira oħra tal-banda kien il-Kunċert Strumentali

mtella’ fl-Istitut Kattoliku, l-Furjana, nhar il-Ħadd 10 ta’

Mejju 1992. Il-programm tal-Banda Maria Mater Gratiæ

kien jikkonsisti f’erba’ xogħolijiet u żewġ innijiet:

Overture – La Forza del Destino – Giuseppe Verdi

Rondo – Dance of the Goblins – Ray Sciberras

Soundtrack – Paint your Wagon – F. Loewe & A. Pervin

Selection – Cavalleria Rusticana – Pietro Mascagni

Il-banda għalqet il-kunċert bl-innu tal-Banda ta’ Pacifico

Scicluna u bl-Innu Malti.

Xi siegħa u nofs qabel dan il-programm, ħadet sehem

ukoll il-Banda Queen Victoria taż-Żurrieq li eżegwiet

programm simili. Din kienet okkażjoni sabiħa fejn

involvejna l-bandisti tal-post ġo teatru, speċjalment

L-għaxar studenti tagħna li ġabu l-akbar total ta’ marki

rebbieħa tax-Shield

Fuq mix-xellug: Brian Abela – Trumpet, Jonathan Abela – Trombone

Nofs mix-xellug: Kevin Mizzi – Euphonium, Chris Spiteri – Kwartin,

Jesmond Fenech – Clarinet, Ivan Magro – Clarinet.

Isfel mix-xellug: Lawrence Camilleri – Euphonium, Natascha Mallia –

Flute, Marco Fenech – French Horn

Assenti: Ivan Muscat – Clarinet

106

lis-solisti. Il-Banda tagħna kienet taħt id-direzzjoni tas-

Surmast Ray Sciberras u kif kien mistenni, l-eżekuzzjoni

kienet eċċellenti. Is-Surmast Sciberras kien ilu sentejn

magħna u kien għadu kif kiseb id-Diploma F.L.C.M. u

diġà kien jidher li għad ikun Surmast komplut. Għal

dan il-kunċert kellna attendenza numeruża fosthom

il-President ta’ Malta Dr. Ċensu Tabone, li f’kelmtejn

tal-għeluq faħħar l-inizjattiva u l-iskopijiet taż-żewġ

Soċjetajiet Mużikali li pparteċipaw.

FTEHIM BEJN IŻ-ŻEWĠ BANED

ŻABBARIN

It-tifkira li jmiss hija l-25 sena mill-ftehim storiku dwar

il-festa bejn iż-żewġ Baned ta’ Ħaż-Żabbar. Mhux ser

inġedded it-tifkiriet negattivi tas-sentejn ta’ qabel fejn

il-festa ma spiċċatx kif kien mixtieq minħabba diżgwid

u pika żejda bejn iż-żewġ każini. Però dejjem tajjeb li

niftakru fl-iżbalji tal-imgħoddi biex ma jerġgħux isiru filfutur

għax aħna dgħajfa, n-nies jinbidlu u faċli ninsew.

F’Diċembru 1991 ħa l-pussess bħala Kappillan ġdid Dun

Kalċidon Vassallo. Tlett xhur wara, fi Frar 1992, Dun Kalċ

wera x-xewqa li jibdew isiru taħditiet bejn iż-żewġ każini

biex nirranġaw xi differenzi bejnietna u forsi nibdew

nagħmlu festa aktar ċivili. Naħseb li din kienet waħda

mir-raġunijiet li kellna Kappillan ġdid. Il-Kumitati qablu

fuq dan u nħatru rappreżentanti minn kull Soċjetà, li

jien kont wieħed minnhom, u bdejna niltaqgħu għand

il-Kappillan. Iltqajna kważi kull ġimgħa u magħna l-Viċi,

Dun Karm Busuttil u l-ispettur Michael Cassar.

Dan il-ftehim kellu jwassalna kif norganizzaw il-festa

ġurnata b’ġurnata, t-tnejn flimkien u ninfurzawh b’att

notarili skont il-liġi. Ma kien hemm xejn faċli għal ħadd,

ġieli weħilna fuq punti u aġġornajna għall-ġimgħa

ta’ wara, ġieli ħsibna li mhux ser naslu u ġieli qabżitlu

l-Kappillan ukoll. F’kelma waħda tawwalna għal aktar

minn tlett xhur biex seta’ jiġi finalizzat dan il-ftehim.

Tgħallimna li l-ebda każin ma jista’ jagħmel festa waħdu.

Min hu supperv jaħseb li l-kulur tiegħu biss għandu jeżisti

u m’għandux post għal ħaddieħor, aktarx qalbu sewda u

ma jafx jifraħ. Grazzi lill-Madonna tal-Grazzja li waslitna

għal dan il-ftehim u prosit għar-rieda tajba ta’ kulħadd

għax gawdejna dan il-ftehim u nispera li nkomplu għal

tul ta’ żmien.

TIŻJIN FIL-MILIED

Is-sena 1992 bdiet bil-faċċata tal-każin tagħna armata

b’mod speċjali għall-aħħar, dan għaliex kienet saret

biċċa xogħol oħra kbira u artistika fil-jiem tal-Milied. Joe

Fenech, li fit-tlett snin ta’ qabel kien rebbaħna l-ewwel

premju fit-tiżjin tat-toroq, ħaseb biex jarma presepju filfaċċata

tal-każin.

Il-Kumitat qabel ma’ din l-idea u mal-faċċata beda

x-xogħol ta’ presepju ġgantesk maqlugħ ’l barra, fittieni

sular. Dan ix-xogħol kien oriġinali għall-aħħar, bilpersonaġġi

ta’ daqs normali u kien jinvolvi ħafna armar

u dawl. Dan kien tassew sabiħ u ġibed ħafna nies u birraġun,

kien reġa’ rebaħ fl-ewwel post fil-kompetizzjoni

tal-isbaħ faċċata fil-Milied, flimkien ma’ premju ieħor

għall-oriġinalità.

ATTIVITAJIET SOĊJALI

Hemm aktar tifkiriet li għalqu 25 sena, iżda nixtieq

nispiċċa b’attivitajiet soċjali li kienu saru f’dik is-sena. Dik

is-sena saret kompetizzjoni tad-darts u tal-billiards fejn

kien iżżanżan pannu ġdid. Sar ukoll league tal-futbol

4-a-side li ntlagħab fl-Arena tal-Każin. It-team rebbieħ

kien Pinboċċ filwaqt li fit-tieni post kien ġie t-tim Playben.

Bħala banda żanżanna l-Innu Marċ lill-Padruna ta’ Ray

Sciberras u kien beda jsir xi ġbir ta’ flus biex jinxtraw sett

timpani. Kien żmien sabiħ u movimentat ħafna. Fil-bar

tal-każin li kien għand Joe u Giovanni Bezzina, kien qed

isir xogħol ta’ tisbieħ li għadu jitgawda sal-lum.

Mix-xellug: David Brincat, Emmanuel Farrugia, Anthony Mizzi,

Mario Gialanze, Richard Micallef, Kevin Falzon, Giovanni Pace u

Denis Camenzuli.

Nawgura l-festa t-tajba liż-Żabbarin kollha. •

107

PROFIL

CHRISTOPHER

J. ZARB

Christopher J Zarb huwa artist stabbilit

u attiv b’diversi esibizzjonijiet u unuri

fil-qasam tal-arti viżwali. Minn kmieni

kien jipproduċi xogħlijiet li jistimulaw

l-immaġinazzjoni u l-emozzjonijiet. Blebda

influwenza diretta, ix-xogħlijiet

tiegħu huma kreazzjoni tal-viżjoni

personali tiegħu stess. B’għażla limitata

ta’ kuluri, huwa jesprimi emozzjonijiet

b’elementi drammatiċi biex joħloq ilviżjoni

tas-suġġetti tiegħu.

gradwa mill-Università ta’ Malta fl-2001. Għal diversi snin

ħadem bħala artist diġitali f’diversi setturi ma’ kumpaniji

lokali u barranin fejn mexxa diversi proġetti f’dan ilqasam.

Ix-xogħlijiet tiegħu jinsabu f’diversi kollezzjonijiet privati,

sew lokali kif ukoll barra minn xtutna, kif ukoll fil-Heritage

Malta.

www.chriszarb.co.nf •

Dan l-artist esperimenta b’diversi media matul ilpassaġġ

artistiku tiegħu, però huwa l-iktar magħruf

għax-xogħlijiet biż-żejt fuq it-tila. Ix-xogħlijiet tiegħu

jiddependu fuq l-espressjonijiet tal-figura tal-bniedem,

is-sagru, il-mitoloġija u d-dinja tal-illużjoni. Emozzjonijiet

differenti u sitwazzjonijiet paradossali huma inkorporati

fix-xogħlijiet tiegħu, fejn il-gratifikazzjoni u l-melankoniku

jistgħu jinħassu f’miżuri ugwali.

Dan l-artist wera x-xogħlijiet tiegħu f’diversi esibizzjonijiet

kollettivi kif ukoll f’erba’ esibizzjonijiet individwali.

L-ewwel wirja tiegħu fl-2005 ġewwa ir-Razzett tal-

Markiż Mallia Tabone, il-Mosta, kienet intitolata Sole

Imagery. Contemplation ittellgħet fl-Uffiċċju Prinċipali ta’

Heritage Malta, Valletta ta’ dik l-istess sena. It-tielet wirja

individwali intitolata Reveries saret Le Meridien Phoenicia

Hotel f’April 2006. Madwar għoxrin biċċa xogħol ġdida

ġew esibiti fir-raba’ wirja individwali tiegħu, intitolata The

Weight of Emptiness, ħames snin wara, ġewwa r-Razzett

tal-Markiż Mallia Tabone, il-Mosta.

Christopher J Zarb joqgħod il-Mosta u miżżewweġ

b’żewġt itfal. Għal perjodu ta’ snin studja l-arti figurattiva

fl-Iskola tal-Arti l-Belt Valletta u Targa Gap il-Mosta. Huwa

110

Trasport ta’

Torba, Ramel,

Żrar, Bricks,

Ġebel, Scrap eċċ

GĦALL-IFJEN ARMAR

ĠO ĦAŻ-ŻABBAR…

M’HEMMX FEJN IDDUR,

GĦAND TAL-ILJUN TRID TMUR!

114

115

116

SPARATURA

FUQ IL-PLATTINI

PROGRAMM TAN-NAR 2017

IT-TLIETA 5 TA’ SETTEMBRU

8:00, 12:00, 20:30

Ħruq ta’ bomba u murtaletti

IL-ĦAMIS 7 TA’ SETTEMBRU

8:00, 12:00, 20:30

Ħruq ta’ bomba u murtaletti

IL-ĠIMGĦA 8 TA’ SETTEMBRU

8:00, 12:00

Ħruq ta’ bomba u murtaletti

20:30

Ħruq ta’ bomba u murtaletti kkuluriti

IS-SIBT 9 TA’ SETTEMBRU

Filgħodu mal-bidu tal-marċ tradizzjonali

tat-Te Deum: ħruq ta’ bomba, kaxxa

nfernali tal-bomba u sett murtaletti.

22:00

ETERNAL FIRE

Ħruq ta’ murtali, beraq ikkulurit

bil-logħob, murtali tal-kulur u kaxxa

ikkumlikata bi sfejjer, blalen u murtali talkulur.

WARA S-SENA ĊENTINARJA

Sena tgħaddi bħal żiffa u wara s-suċċess

tal-Festi Ċentinarji fejn il-Grupp tal-

Armar kien attiv tista’ tgħid f’kull attività

prinċipali tal-Parroċċa, middejna

għonqna mill-ewwel għax-xogħol u

bdew mill-ewwel il-preparamenti għallfesta

ta’ din is-sena, iżda mhux biss.

FESTI TAL-MILIED

Għall-festi tal-Milied, il-Grupp tal-Armar organizza kors

tal-presepji għat-tfal u l-kbar biex inkomplu ngħaddu

lill-ġenerazzjonijiet li telgħin din it-tradizzjoni sabiħa.

Minbarra dan, ġie armat presepju fil-maħżen, xogħol

il-membri stess, li ġie ikklassifikat fit-tielet post filkompetizzjoni

nazzjonali organizzata mill-Ministeru

għall-Kultura.

ĦADD N-NIES U R-RANDAN

Għal Ħadd n-Nies u r-Randan, il-Grupp tal-Armar u

s-Sotto-Kumitat taż-żgħażagħ ħaseb biex jaħdem żewġ

slaleb kbar b’dawl LED, wieħed biex jintrama fil-mina

ta’ Hompesch u l-ieħor fuq il-portiku tas-Santwarju, fuq

disinn ta’ membru tal-kumitat stess u xogħol fl-injam

tas-Sur Godwin Xuereb u Frans Gafa’. Dan ix-xogħol

sar bil-għajnuna tal-Kunsill Lokali u ġie milqugħ tajjeb

ħafna. Din is-sena wkoll saret wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa

bl-isem ta’ Servus, li kienet tikkonsisti f’ċenaklu fuq stil

Lhudi, platti bis-smid u oġġetti oħrajn relatati mal-

Ġimgħa Mqaddsa maħduma mill-istess membri.

ARMAR GĦALL-FESTA TITULARI

L-attenzjoni prinċipali tagħna tibqa’ il-festa titulari

f’ġieħ il-Madonna tal-Grazzja u l-ħidma tista’ tgħid li

tibda immedjatament kif ikun daħal l-armar lura flimħażen

tagħna. Matul din is-sena komplejna proġetti li

kienu diġà mibdija, kif ukoll bdejna xi oħrajn ġodda, bi

prijorità tingħata lit-toroq u l-pjazez minn fejn tgħaddi

l-purċissjoni. Saret ukoll manutenzjoni fuq l-erbgħa

arbli tal-bjut tas-Sala Notre Dame u taċ-Ċentru Santa

Bernadetta.

PROĠETT TAR-RESTAWR

TAL-ISTATWI TAL-ANĠLI

Bi pjaċir inħabbru li l-proġett

ta’ restawr tal-anġli tad-dawra

taz-zuntier riesaq lejn it-tmiem,

bl-aħħar tnejn ikunu lesti aktar

tard din is-sena. Il-finanzjament

għar-restawr ta’ dawn l-aħħar

tnejn ġie mill-Ministru għall-

Affarijiet Ewropej, l-Onor.

Helena Dalli. Nirringrazzjawha

ta’ din l-għajnuna. B’dan il-proġett lest, fis-snin li ġejjin

l-attenzjoni tagħna tkun tista’ ddur fuq il-pedestalli taddawra

taz-zuntier.

TRIQ BAJADA, SAN DUMINKU U

TRIQ L-INKURUNAZZJONI

Fi Triq Bajada qed ikompli x-xogħol tal-isfumar talpavaljuni

l-ġodda, xogħol l-artist Jeremy Cachia. Dan

il-proġett qed nittamaw li nagħlquh is-sena d-dieħla

bl-isfumar tal-aħħar tnejn. Ovvjament jiddependi ħafna

kemm nsibu għajnuna mir-residenti ta’ din it-triq.

120

Għal Triq San Duminku, inħadmu sett pummelli għallpavaljuni

fuq it-torn minn Godwin Xuereb, li ġew indurati

mill-membri tal-kumitat stess. Minbarra dan ix-xogħol

qed jinħadmu par brazzi fl-stainless steel għall-anġli li

żżanżnu għall-festa tas-sena l-oħra. Dawn il-bnazzi ġew

iddisinjati mill-artist Silvio Pace u nħadmu b’tant reqqa

minn Joseph Saliba.

Ix-xogħol fuq is-sett il-ġdid tal-pavaljuni għal Triq

l-Inkurunazzjoni, disinn tal-artist Silvio Pace, ser ikun lest

kollu din is-sena. Il-ħjata tagħhom qed issir minn Bernard

Attard filwaqt illi l-isfumar qed isir mill-artist Redrian

Micallef. Għal din it-triq, minn fejn tgħaddi l-purċissjoni

qed naħdmu wkoll fuq proġett sabiħ li l-ewwel fażi

tiegħu ser tiġi mżanżna fil-ġranet tal-festa ta’ din is-sena.

IL-PEDESTALL IL-KBIR

Wara li s-sena l-oħra ġie mżanżan

l-ewwel fażi ta’ pedestall millisbaħ

għall-Pjazza Medjatriċi,

din is-sena komplejna l-iskultura

tal-bsaten tiegħu u sal-festa

l-iskultur Joseph Bugeja ser

ilestilna l-iskultura fuq żewġ

bsaten prinċipali oħra li ġew

mħallsa mit-tabib Josie Muscat

u s-Sinjura tiegħu Franca.

Tifhmu li dan hu xogħol bl-idejn u jirrikjedu ħafna ħin

u spejjeż. Għalhekk nappellaw għal aktar għajnuna

mingħandkom biex ix-xogħol jibqa’ għaddej b’dan irritmu

li qbadna. Ma’ dan ix-xogħol ukoll, Leli Mallia u

Vince Cutajar ħadu ħsieb li jirranġaw il-mod kif titla’

l-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja fuq din il-kolonna

b’metodu aktar sigur.

ID-DAWRA TAZ-ZUNTIER

Din is-sena ser inkunu qed inżanżnu l-ewwel tnejn minn

sett ta’ tmien bandalori ġodda għad-dawra taz-zuntier

tas-Santwarju. Dan il-proġett kien ilu fi ħsiebna għax

xtaqna li f’din il-pjazza prinċipali quddiem s-Santwarju

jkollna fost l-isbaħ armar. B’disinn tal-artist Għawdxi

Manuel Farrugia, ħjata ta’ Alfred u Sharon Bonnici u

sfumar ta’ Ryan Stivala, dawn il-bandalori ser jagħtu

dehra aktar rikka fil-post ċentrali tal-festa. Il-pittura ser

tkun tal-artist Manuel Farrugia stess.

BIEB HOMPESCH

Minħabba xogħlijiet ta’ restawr fuq il-Mina ta’ Hompesch

mhux ser ikun possibbli li din tintrama għall-festa bħassnin

li għaddew. Filwaqt li nilqgħu bil-ferħ id-deċiżjoni li

jsir dan ir-restawr, ninsabu kommessi li ladarba jsir dan

ir-restawr ta’ Bieb Hompesch, id-daħla għal Beltna terġa

tkun imżejna kif jixraq għall-okkażjonijiet tal-Festa, il-

Milied, ir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa.

APPELL

Minkejja li l-Kumitat Grupp tal-Armar huwa kompost

minn ħames membri u s-Sotto-Kumitat taż-Żgħażagħ

minn tmien membri oħra, id-determinazzjoni u l-ħeġġa

tagħna hija kbira biex inkomplu nżejnu kif jixraq ittoroq

u l-pjazez prinċipali għall-festa titulari. Fl-istess

ħin nappellaw lil dawk kollha li jistgħu jagħtu daqqa t’id

sabiex jersqu mingħajr mistħija lejn il-maħżen tal-armar

matul dawn iż-żminijiet ta’ tħejjija għall-festa u anke

matul is-sena. L-esperjenza ġewwa l-maħżen hija waħda

pożittiva għax wieħed ikun jista’ jitgħallem anke snajja u

jagħmel ħbieb ġodda.

Nieħdu l-okkażjoni sabiex nirringrazzjaw lill-artisti

kollha li naħdmu magħhom, lil dawk li jagħtu ftit minn

ħinhom jew jisilfuna xi apparat fosthom lil Ivan Camilleri

ta’ IVCS Lifts, Robert Lia – Malta Tiles, Giulio Bonavia,

Lizio Sciberras, Vince Cutajar, Lawrence u Luke Pullicino.

Grazzi kbira liż-żewġ Soċjetajiet Mużikali kif ukoll lis-

Sindku u l-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar għall-kooperazzjoni

sħiħa tagħhom, lil dawk li jgħinuna finanzjarjament fillotteriji

u l-ġbir li jkollna jew li jattendu għal xi attivitajiet

ta’ fundraising li jkollna minn żmien għal żmien.

Grazzi lir-residenti tat-toroq fejn narmaw għall-għajnuna

u l-paċenzja li jieħdu, lill-membri kollha u lill-familjari

tagħna u l-Arċipriet Dun Evan Caruana li jagħtuna

sostenn u inkoraġġiment matul is-sena kollha. Inħarsu ’l

quddiem għall-festa tal-2018 fejn ser infakkru it-30 sena

mit-twaqqif tal-Grupp tal-Armar.

Le ma nsejniHiex; l-akbar grazzi lill-Omm u Medjatriċi tal-

Grazzja li tħarisna fit-toroq waqt li nkunu qed narmaw

bi tħejjija għall-festa tagħha u matul is-sena kollha. Bilkooperazzjoni

u l-għajnuna ta’ kulħadd biss nistgħu

nagħmlu festa kbira u devota.

NAWGURAWLKOM IL-FESTA T-TAJBA.

VIVA L-MADONNA TAL-GRAZZJA. •

121

122

TAGĦRIF DWAR STRUMENTI

IT-TIMPANI JEW

KETTLEDRUMS

CAROLINE U MARIO MICALLEF

It-timpani huma strumenti li jagħmlu

mal-familja tal-perkussjoni li ħafna

drabi jissejħu l-kettledrums. L-ewwel

indikazzjoni li għandna ta’ dan

l-istrument hi li kien jintuża mil-Lhud

f’ċermonji reliġjużi fiż-żmien antik

ħafna. Id-daqs kien pjuttost żgħir

b’dijametru ta’ 22cm u kien jinġarr malqadd

tal-mużiċist. Aktar tard insibu li

mas-seklu tnax dan l-istrument kien

infirex mal-Ewropa kollha.

Dan l-istrument kien jiġi użat ta’ spiss mill-Musulmani,

Ottomani u Mongoli fil-gwerer tagħhom sa mis-seklu

12. Il-ħoss qawwi kien ifixkel liż-żwiemel tal-kavallieri

fil-kruċjati u joħloq tensjoni lil min ikun qed jiġi assedjat

ġewwa xi Forti. Nistgħu nimmaġinaw lill-Maltin, flimkien

mal-kavallieri, magħluqin wara il-ħitan ta’ Sant’Anġlu

jisimgħu d-damdim kontinwu ta’ dan l-istrument millgħadu,

effett tassew differenti minn dak li jħalli fuqna

illum il-ġurnata!

124

Kien fis-seklu ħmistax li delegazzjoni Ungeriża immarċjat

f’Pariġi quddiem ir-Re Karlu VII ta’ Franza, b’ settijiet ta’

timpani kbar armati fuq iż-żwiemel. Din id-daħla f’Pariġi

għenet sabiex it-timpani malajr ħadu posthom fil-familja

tal-istrumenti militari Ewropej. Waqt battalja, kienu

jintużaw ukoll bħala sinjal flimkien mat-trumbetta. Dawn

l-ewwel timpani kienu jiġu f’pari u baqgħu jintużaw hekk

sas-seklu ħmistax. Matul il-ftit sekli li ġew wara, ħarġu xi

varjazzjonijiet u l-aristokrazija użathom bħala strumenti

ta’ sinjalar flimkien mat-trumbetta. Kienu strumenti ta’

ċertu preġju komparati mal-fifra u t-tamburi żgħar li

kienu jintużaw mill-popolin.

Meta ġie aktar żviluppat l-użu tal-porvli, it-timpani ma

kienux meħtieġa iktar għas-sinjalar iżda baqgħu jintużaw

bħala strument mużikali. Fl-era Barokka kien l-ewwel

strument ta’ perkussjoni uffiċjali fl-orkestra. Beethoven

kien l-ewwel kompożitur li esplora l-kapaċità tat-timpani

fil-kitba mużikali tiegħu. Wagner u Berlioz żiedu l-mod

kif jindaqqu billi użaw aktar settijiet ta’ timpani flimkien,

fosthom Ir-Requiem ta’ Berlioz fejn jintużaw 16-il timpani,

li jindaqqu minn 10 timpanisti. Maż-żmien l-użu kompla

infirex u kienu jiġu użati għall-festivals u f’mużika sagra u

eventwalment fil-mużika moderna sal-lum.

– Il-kelma "timpani" ġejja mill-kelma Latina tympanum

li tfisser "ċilindru tal-idejn."

– Tradizzjonalment, it-timpani huwa magħmul minn

folja tar-ram, iffurmata fi skutella li sservi bħala

r-resonatur tal-istrument. Kien ikollu ġilda talmogħża

jew tal-għoġol mġebbda fuq ċirku imsejjaħ

counterhoop imbagħad jiġi mwaħħal mal-iskutella

tar-ram. L-iskutella tar-ram tkun mibnija fuq saqajn

(stand) iżda l-iskutella ma tmissx l-istand sabiex ma

tnaqqasx fil-vibrazzjonijiet li jaffetwaw il-ħoss.

– Il-ġilda tal-għoġol li tkopri l-iskutella tissejjaħ il-vellum.

Għal waqt xi preżentazzjoni jew kunċerti, it-tensjoni

għandha tkun perfettament uniformi u sintonizzata

minħabba li l-bidliet fl-umdità u fit-temperatura jistgħu

jirriżultaw f’bidliet mhux mixtieqa fl-intonatura.

– Timpani moderni jiġu intunati bl-użu ta’ pedala

apposta li tirranġa l-anelli tal-ġbid (li torbot ilcounterhoop

mal-iskutella).

– Il-Mallets jew l-istikek li jintużaw biex idoqqu bihom

it-timpani għandhom diversi daqsijiet u piżijiet, b’kisi

u tulijiet ta’ manku differenti. Kull stikka speċifika

tipproduċi ħoss differenti. Sa qabel is-seklu 19 kien

jintuża tip wieħed. Illum hemm ħames kategoriji

differenti ta’ stikek għat-timpani, dawn jinkludu l-hard,

il-medium hard, s-soft, tal-flanella, u tal-injam (dawn

tal-aħħar kienu popolari fl-era Barokka).

– Ġeneralment il-manku tal-istikka ikun tas-sufra jew

tal-injam u miksi bil-feltru.

– It-tipi ta’ timpani: Dawn jinkludu d-D kettledrum

(kettledrum bass), G kettledrum (kettledrum il-kbir),

is-C kettledrum (kettledrum iż-żgħir), l-F kettledrum

(kettledrum għoli), A Kettledrum (kettledrum għoli), u

Kettledrum B.

– Mhux it-timpani kollha huma magħmula mil-ġilda

tal-għoġol jew tal-mogħża. Illum xi wħud qed isiru

bl-irjus magħmula mill-plastik, li jservu aktar fit-tul

u taffettwahom inqas it-temperatura u l-umdità

mill-ġilda tal-annimali. Madankollu ħafna mużiċisti

professjonali jippreferu li t-timpani ikollhom l-irjus bilġilda

tal-annimali minħabba li t-ton ikun isbaħ.

– Hemm żewġ metodi komuni kif jinżammu l-istikek

jew mallets tat-timpani: il-qabda Ġermaniża u l-qabda

Franċiża. Il-qabda Amerikana tgħaqqad it-tnejn.

– Is-settijiet tat-timpani l-aktar komuni għandhom erba’

tnabar, imma dawk is-settijiet li għandhom ħamsa,

ma humiex ikkunsidrati bħala standard.

– It-timpani intużaw ukoll fil-mużika rock-n-roll minn

gruppi bħal The Beatles, Led Zeppelin, Queen,

Emerson u Lake & Palmer.

It-timpani huwa wieħed, jekk mhux l-aktar, strument li

jinstema’ f’orkestra, għalhekk min idoqqhom għandu

responsabbiltà kbira u jrid dejjem ikun fil-ħin malmużika.

Apparti minn hekk, irid ikollu widna sabiex ikun

intunat mal-kumplament tal-istrumenti. Għaldaqstant

mhux kull perkussjonista huwa kapaċi jdoqq dan

l-istrument. •

125

J o s e p h C a m i l l e r i

WHOLESALER

WINE & SPIRIT

mob: 9916 7439

TAGĦRIF DWAR KOMPOŻITUR

250 SENA MILL-MEWT TA’

GEORG PHILIPP TELEMANN

KEVIN MIZZI

Georg Philipp Telemann kien

kompożitur Ġermaniż tal-era Barokka li

għex bejn l-1681 u l-1767. Ismu llum ilġurnata

forsi ma tantx għadu popolari,

wisq anqas mas-segwaċi tal-baned

peress li l-mużika tiegħu rarament ġiet

traskritta għall-istrumenti tal-banda.

Fil-fatt, l-uniku xogħol li jiġini f’moħħi bħalissa hu Sonata

in Fa Minore għall-fagott, li ġie traskritt bħala solo piece

għall-euphonium mal-pjanu. Madankollu, Telemann kien

u għadu wieħed mill-aktar kompożituri prolifiċi fl-istorja.

Telemann kien kontemporanju ta’ Bach u Handel, u

jidher li kienu ħbieb sew ukoll, tant illi Bach qiegħed

lil Telemann parrinu ta’ wieħed minn uliedu, u Handel

jidher li kien jafu personalment ukoll. Ix-xogħlijiet

tiegħu kienu meqjusa importanti anki fi żmienu, mhux

biss fil-Ġermanja iżda wkoll mal-Ewropa kollha. Filfatt

insibu li kemm Bach kif ukoll Handel kienu jixtru

l-pubblikazzjonijiet ta’ Telemann sabiex jistudjawhom.

Fil-karriera mużikali tiegħu Telemann irnexxielu jibqa’

jikber, għalkemm mhux l-istess nistgħu ngħidu għallħajja

personali tiegħu li ma kienet faċli xejn, bl-ewwel

mara tmut ftit xhur biss wara li żżewġu. Mat-tieni waħda

ftit li xejn kellu xorti lanqas, minħabba relazzjonijiet oħra

barra ż-żwieġ, filwaqt li din akkumulat djun kbar millogħob

sakemm spiċċat biex telqitu.

Ir-repertorju mużikali ta’ Telemann jiżboq it-3,000

kompożizzjoni, li jinkludi ’l fuq minn 1,000 kantata. Dan

juri kif ħajtu qattagħha prattikament jikteb! Madwar

nofs ix-xogħlijiet tiegħu sfortunatament jinsabu mitlufa,

u ħafna ilhom ma jindaqqu sa mis-seklu tmintax. Fl-istil

tiegħu Telemann baqa’ fuq quddiem nett tal-iżviluppi

mużikali fi żmienu, u l-mużika tiegħu hi meqjusa

ħolqa importanti bejn l-epoka Barokka u dik Klassika,

għalkemm hu qatt ma adotta kompletament l-ideoloġija

Klassika. Fil-fatt, l-istil tiegħu baqa’ relattivament

kumpless kemm fil-kontrapunt kif ukoll armonikament,

u kien iqis il-mużika kontemporanja ta’ żmienu bħala

simplistika wisq.

Telemann miet fl-età ta’ 86 sena. Il-mużika tiegħu

eventwalment twarrbet xi ftit għaliex bdiet tinħass

inferjuri għal dik ta’ Handel u Bach. L-interess għaxxogħlijiet

tiegħu tqanqal mill-ġdid fil-bidu tas-seklu

għoxrin, fejn anki nġabru nnumerati f’katalgu. •

129

FRAŻIJIET

RONALD MIZZI

Fis-snin kollha li qattajt u għadni nqatta’

viċin il-ħajja fil-Każin tal-Banda, sa

minn dejjem affaxxinajt ruħi b’diversi

frażijiet li jintużaw b’mod normali u

frekwenti, hekk li jistgħu jitqiesu bħala

parti integrali mill-ħajja ta’ kuljum

f’Każin tal-Banda. Għal min hu familjari

mal-andament ta’ Każin tal-Banda, dan

il-lingwaġġ isir wieħed normali; iżda

għal xi ħadd li ġej minn barra, ċerta

frażijiet jistgħu ikunu sorprendenti

jekk mhux tad-daħk. Ħafna frażijiet

jirrelataw mal-Banda u l-proċessi kollha

li jduru magħha; oħrajn jirrelataw malamministrazzjoni

tal-Każin, filwaqt li

oħrajn jirriflettu l-lat aktar soċjali li joffri

l-istess Każin.

Il-maġġoranza jinftiehmu mal-Każini kollha, huma fejn

huma, u m’humiex marbutin ma’ xi Każin partikolari. Hija

biex ngħid hekk lingwa universali tal-Każini. Illum ħsibt li

ta’ min inwassal ftit minnhom. Fil-fehma tiegħi, uħud jafu

anke jkunu xi ftit jew wisq umoristiċi.

Ħa nibda bil-kelma kunċert: Għall-bandisti din il-kelma

tfisser strettament rehearsal. Jien għandi d-dubji tiegħi

kemm din il-kelma tintuża sew, peress li l-probabbiltà hi

li l-kelma hi mislufa mill-kelma Ingliża Concert jew mit-

Taljan Concerto, u allura tirrelata mal-attività mużikali

li tkun ser tittella’, aktar milli għall-provi li jsiru bħala

preparamenti għaliha. B’xi mod, aħna drajna li meta xi

ħadd jgħidlek biex tattendi għall-kunċerti, ikun qed

jitolbok biex tattendi għall-provi. Sakemm wieħed ma

jinterpretahiex bħala kun ċert u allura pprattika!

Fil-fatt, l-attività mużikali per se, bil-lingwa tal-Każin tal-

Banda, ħafna drabi nirreferu għaliha bħala l-Programm

Mużikali, u mhux il-Kunċert. Din il-frażi nistqarr li qatt

ma niżlitli, u fil-fatt kont dejjem nara kif il-“programm

mużikali” nagħtih titlu, biex nirreferi għalih b’dak il-mod.

X’se jgħaddi? Din frażi oħra ħelwa li għal ħafna forsi ma

tfisser xejn, imma li għal min hu bandist jew surmast

jifhem mal-ewwel li min qed jistaqsiha, qed jirreferi

għar-repertorju li s-surmast ikun għażel li jindaqq waqt

xi “programm mużikali”. X’se jgħaddi? Ħa jgħaddu l-1812

ta’ Tchaikovsky.

Kif se jħabbtu? Kemm-il darba tisma’ din il-frażi millbandisti

waqt xi kunċert (provi). Ikunu qed jirreferu għattemp

li jkun ser jadotta s-surmast. Bit-“tħabbit” nifhmu

l-movimenti tal-bakketta. “Se jħabbtu in uno”.

Minn hawn nieħu spunt li forsi għal ħafna hu sorprendenti.

Minkejja li l-ħakma Ingliża tista’ tgħid li xprunat sew

il-moviment bandistiku f’Malta u l-iżvilupp tal-Każini

tal-Baned, it-Taljan għadu jintuża sew fl-espressjonijiet

mużikali fil-Każini tal-Baned. Ibda min noti – Do, Re, Mi,

Fa, Sol, La, Si, Do, u kompli bit-tempijiet (in uno, in due),

u frażijiet oħra bħal rallentando, accellerando, crescendo,

fortissimo, adagio, solo, u ħafna oħrajn. Donnu l-kwistjoni

tal-lingwa fid-dinja mużikali tal-Każini tal-Baned Maltin,

intrebħet sew mit-Taljan!

Għandek parti? Meta xi ħadd jistaqsik hekk, la jkun qed

jgħidlek biex tattendi xi party u lanqas jekk hux ħa tieħu

sehem f’xi dramm. Lanqas ma tkun qed issir referenza

għall-parti tiegħu jew tagħha kif ġieli nisimgħu flaħbarijiet

(raġel ġie arrestat wara li kixef il-parti tiegħu).

Il-kelma parti hi fil-qosor għal partitura (oħra mit-Taljan)

li tfisser il-karta jew karti li fuqhom hemm il-mużika

miktuba u li minn fuqhom trid taqra u ddoqq (score).

Fil-marċ tat-triq, il-parti nirreferu għaliha ġeneralment

bħala l-librett – dak il-ktejjeb li l-bandisti jżommu fuq il-

132

leġiju ċkejken ta’ mal-istrument biex minn fuqu jdoqqu

l-marċi mitluba.

Inqalbu! Frażi oħra ħelwa li smajniha kemm-il darba,

ħafna drabi b’sodisfazzjon jekk tingħad lejn xi Banda

“opposta”. Dan għaliex meta Banda tinqaleb, ikun ifisser

li t-temp tal-Banda jkun mar il-baħar, u finalment, ilkatubier

jaqta’ qalbu li jżomm kontroll, iħabbat tnejn,

u jwaqqaf il-Banda ħesrem. Fid-dinja mużikali, dan

ikun sagrileġġ u meta tigri, tnissel elf tbissima u elf

imbarazzament – skont fuq liema naħa tkun.

Qed jimmarka! Forsi ħafna tinnutaw li qabel jibda xi

marċ, tisimgħu żewġ taħbitiet żgħar fuq il-katuba. Dan

ifisser li ser jibda l-marċ li jmiss u allura hu mistenni

li l-bandisti, jaqtgħu l-paroli, jitfgħu l-istrument ma’

ħalqhom u jkunu lesti biex jattakkaw kollha f’daqqa!

Inkella, l-Banda tibda zoppa u tirriskja li tinqaleb!

X’ġej? Mistoqsija li tisma’ ħafna mill-bandisti meta

jisimgħu l-katubier jimmarka, u ma jkunux għadhom

sabu l-marċ li jkun imiss mill-librett tagħhom. Ħafna

drabi, dan mhux għax ikunu qed iparlaw, imma għax

fil-festa jkun hemm ħafna storbju…wieħed allura jrid

jifhem u jagħder, u jirrepeti n-numru. X’ġej? Is-seven.

Ramm quddiem! Meta f’xi marċ tal-festa (aktarx ilmarċ

il-kbir) tingħata l-ordni biex l-istrumenti tar-ramm

(brass instruments) jintefgħu quddiem biex isemmgħu,

bil-klarinetti jiġu rrelegati għall-fillieri ta’ wara. Din tmur

kontra l-formazzjoni standard tal-Banda – imma fil-festa,

tista’ tikser elf regola.

Aqtgħu seconda! Mela normalment, il-marċ Malti

jkun fih introduzzjoni, passaġġ tan-nofs u dak li nafuh

bħala it-trio, li normalment tkun l-aktar parti popolari

mal-partitarji għal xi taqbila jew tnejn. Normalment ittrio

jkun repetut darbtejn, imbagħad ikun hemm dik li

tissejjaħ bħala replica, sabiex wieħed jerġa’ jibda t-trio

mill-bidu, hekk li l-melodija prinċipali tindaqq għal erba’

darbiet konsekuttivi. Meta naqtgħu seconda, ir-replica

ma ssirx u hekk it-trio jiqsar bin-nofs. Dan normalment

isir għax ikun sar il-ħin biex jew jispiċċa l-marċ jew inkella

biex tara tisraqx li ddoqq marċ ieħor u taqta’ x-xewqat

tal-partitarji. Interessanti li biex il-bandisti jkunu jafu

li l-marċ ħa jinqata’ seconda, il-katubier jagħti żewġ

taħbitiet f’daqqa li trid toqgħod attent għalihom għax

jekk ma tismagħhomx, tirriskja li tibqa’ sejjer waħdek. La

tkun tal-ewwel u lanqas tal-aħħar!

Frażijiet ħelwin oħra huma aktar relatati mat-tagħlim

tal-mużika li jseħħ fil-Każin. Ibda bil-frażi klassika – mar

jitgħallem il-Banda, flok ngħidu li mar jitgħallem ilmużika,

daqslikieku l-istudent mar jitgħallem l-ismijiet

tal-Bandisti bl-amment u mhux mar jitgħallem il-mużika

u li jdoqq strument tal-Banda. Ngħidu wkoll li dak

ħareġ, b’referenza għal dawk l-allievi li jkunu ngħataw ilpermess

li jingħaqdu mal-Banda wara li jkunu tħarrġu.

Għal min ma jafx jaħseb li t-tali jkun telaq mill-Każin u

mhux li effettivament ingħaqad mal-Banda. Li alliev

ikun lesta l-Bona, ifisser ukoll li jkun wasal għat-tieni fażi,

dik li jingħata l-istrument wara li jkun xebgħa jgħaddi

s-solfeġġ biċ-ċapċip.

Fil-Kumitat, li hu l-ogħla organu tas-Soċjetà, ukoll

jingħaddu frażijiet ħelwin. Waħda li tibqa’ f’moħħi hi

tellgħuh għall-vetting, b’referenza għal xi persuna li

tkun applikat biex issir membru (soċju). Qabel tingħadda,

ftit jafu li jittella’ ritratt tagħha għall-“iskrutinju” (vetting)

tal-Kumitat. Wieħed jista’ jimmaġina biss il-kummenti…

Frażi oħra li tintuża spiss (għad li forsi naqset millpopolarità

kemm ilu li t-Tikka żarma mill-Kumitat) hi out

of order. Din ma tintużax għal xi appliance li tkun marret,

imma għal xi ħadd li jkun qabeż barra mis-suġġett

tad-diskussjoni u li b’mod “diplomatiku” għall-aħħar il-

President jew xi ħadd mill-Kumitat, jitolbu jagħlaqlu

għax ma jkunx jaf x’qed jgħid!

Hemm diversi frażijiet oħra li però jintużaw fi proċessi

amministrattivi normali fejn jidħlu kumitati jew bordijiet,

u m’humiex ristretti għal Każin tal-Banda bħal quorum,

agenda, min jipproponi u min jissekonda, two-thirds

tal-voti, naġġornaw, u oħrajn. Kollha għandhom ilkuntest

ta’ kif jintużaw.

Mil-lat soċjali imbagħad, ħafna mill-espressjonijiet

tismagħhom fil-Bar tal-Każin. Hawn ukoll mhux

neċessarjament huma limitati għall-Każini tal-Baned,

imma tismagħhom spiss. Għamlilna wieħed, għamlilna

drink, għamel ieħor, jiġifieri għamel round ieħor. Hawn

tista’ jekk trid tinqeda bis-sinjali wkoll – kemm tgħolli

tikka jdejk u tagħmel nofs ċirku fl-arja. Jekk il-Barman

ikun tal-mistier, jifhem li trid tordna round ieħor u bla ma

joqgħod jistaqsik, iġib l-ordni li hemm bżonn għax ikun

jaf kull wieħed u waħda x’qed jixorbu. Naħseb li taqblu

miegħi li din hi xena komuni fil-Każin tal-Banda. Xi wħud

jużaw il-kelma jagħlef (bħall-annimali) b’referenza għallappetizers

li ġentilment joffri l-Barman.

Nittama li dawn il-frażijiet għoġbukom u nisslulkom

tbissima lejn il-ħajja unika, għad li ħelwa, tal-Każin tal-

Banda.

Il-festa t-tajba lil kulħadd. •

133

Il-ħobża favorita tiegħek,

l’għażla naturali

Trade enquiries: 2248 3600 / jespers@danishbakery.net

danishbakery.net

SHAKIN

MUSIC ENTERTAINMENT

For Weddings

& all Occasions

Mob: 9945 0847

Tel: 2780 1844

E-mail: shakinsteph@gmail.com

: shakinstephengalea

: shakinmusicentertainment

Convent Street, Zabbar (Opposite Playing Field)

Tel: 984 1844

OPEN FROM MONDAY TO SUNDAY FROM 17:00 till LATE

“IMBAGĦAD QAL LID-DIXXIPLU:

’HEMM HI OMMOK’.” (ĠWANNI 19:27)

IL-MADONNA FIL-BIBBJA

FR CHARLES BUTTIGIEG

FL-ANTIK TESTMENT

Sa’ mill-eternità Alla għażel biex tkun Omm Ibnu, waħda

minn ulied Iżrael, tfajla Lhudija minn Nażaret: xebba

mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David u

din ix-xebba iġġib l-isem ta’ Marija. La darba l-Madonna

għandha s-sehem uniku tagħha fil-pjan tas-salvazzjoni,

allura l-Bibbja titkellem kontinwament dwar Marija u

dan insibuh jekk niflu sewwa l-ewwel ktieb tal-Bibbja,

mill-ktieb tal-Ġenesi u nibqgħu sejrin sal-aħħar ktieb, dak

tal-Apokalissi. Għalhekk ikunu qegħdin jiżbaljaw dawk li

jsostnu li l-Bibbja tagħtina ftit tagħrif dwar il-Madonna.

Infatti fil-ktieb tal-Ġenesi, insibu l-ewwel aħbar

tas-salvazzjoni (Ġen 3:15), hemm il-Madonna diġà

msemmija, “Talli għamilt hekk, misħut int… U jien

inqajjem mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek

u nisilha, u hi tisħaqlek rasek...” Dawn il-kelmiet huma

meqjusin bħala l-Protovanġelu, iġifieri l-ewwel vanġelu,

l-ewwel aħbar tajba li turi r-rebħa fuq il-ħażen u lill-

Madonna bħala l-Eva l-ġdida. Minbarra dan, fl-Antik

Testment insibu persunaġġi nisa li jħabbru minn qabel ilfigura

ta’ Marija, per eżempju lil Sara, l-mara ta’ Abraham;

Mirjam, oħt Mosè, Debora, waħda mill-imħallfin, omm

Sansun; Anna, omm il-profeta Samwel, ir-reġina Ester,

Ġuditta u Rut. Il-missjoni ta’ Marija tħejjiet mela biex

ngħidu hekk minn diversi personaġġi fl-Antik Testment.

Insibu diversi profeziji dwar Marija fl-Antik Testment

b’mod partikolari l-profezija marjana per eċċellenza dik

ta’ Isaija f’7:14: “Araw, ix-xebba titqal u tiled u ssemmih

Għimmanu-el, Alla magħna”. Nistgħu ngħidu għalhekk li

fl-Antik Testament kien hemm dak il-ġamar li kien qed

jinħema fl-istorja u li sar dawl għad-dinja kollha f’Marija.

FIL-ĠDID TESTMENT

Il-vanġeli jippreżentawlna lil Marija mill-ewwel bħala

tfalja, ta’ madwar ħmistax-il sena. Hekk naqraw filmument

importanti tat-tħabbira tal-anġlu Gabrijel

kif irrakkontat fil-vanġelu ta’ Luqa f’kap 1:27: “xebba,

mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David.

Dix-xebba kien jisimha Marija”. It-twelid tal-Madonna

huwa rrakkontat fil-Protovanġelu ta’ Ġakbu (ara Prot. Jas.

2:3 u 1 Samwel 1:5-6). Bħal Samwel meta kienet żgħira

trabbiet fit-tempju (ara Prot. Jas 13:3).

L-anġlu li jsellem lil Marija, b’tislima partikolari: “mimlija

bil-grazzja” sabiex tilqa’ bil-ferħ il-missjoni fdata lilha. Ilvanġeli

jippreżentawlna lill-Madonna, fit-tħabbira ta’

Gabrijel, fit-twelid ta’ Ġesù f’Betlehem, fil-ħajja tagħha

136

ġewwa Nażaret u fuq kollox il-preżenza tal-Madonna filministeru

pubbliku ta’ Kristu li tibda, biex ngħidu hekk,

mit-tieġ ta’ Kana tal-Galileja, li jilħaq il-qofol tiegħu, flikbar

siegħa ta’ Kristu li skont San Ġwann hija s-siegħa

tas-salib għaliex hija s-siegħa tal-glorja: “Mara, hemm hu

ibnek” (Ġw 19:26).

Insemmu wkoll l-episodju taż-żjara tagħha għand

Eliżabetta ġewwa Għajn Karim, vjaġġ ta’ madwar 130

kilometru: “F’dawk il-ġranet, Marija qamet u marret

tħaffef lejn l-għoljiet f’belt tal-lhudija, daħlet għand

Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta…Marija baqgħet għand

Eliżabetta għal xi tliet xhur u mbagħad reġgħet lura lejn

darha” (Lq 1:39-56). Għandna t-tislima ta’ Santa Eliżabetta

lill-Madonna: “imbierka inti fost in-nisa u imbierek il-ftott

tal-ġuf tiegħek”, u l-innu ta’ tifħir li joħroġ minn fomm

Marija: il-Magnificat. Insemmu hawnhekk l-aħħar ktieb

tal-Bibbja, l-Apokalissi ta’ San Ġwann, fejn f’kap 12:1,

naraw il-Madonna liebsa x-xemx: “U deher sinjal kbir

fis-sema: Mara, liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha, u

b’kuruna ta’ tnax-il kewkba fuq rasha”.

jew is-sellum li jara Ġakobb fil-ħolma, tiela mill-art għassema

u l-anġli telgħin u neżlin minnu. Hawnhekk naraw

ukoll ix-xbieha ta’ Marija li bħal sellum tgħaqqad l-art

mas-sema. Permezz tal-Madonna, Alla jinżel jiltaqa’ malbniedem.

Interessanti li Marija hija mxebbħa mas-siġra taqbad bla

ma tinħaraq fl-episodju fejn Mosè jiltaqa’ ma’ Alla kif naraw

f’Eżodu 3:2-5. San Girgor Nissenu jgħidilna hekk: “Kif fuq

il-muntanja l-għollieq kien jaqbad bla ma jinħaraq, hekk

ukoll il-Verġni Marija welldet lil Dak li hu dawl u baqgħet

verġni. Dan huwa s-simbolu tal-Immakulata Kunċizzjoni

SIMBOLIŻMU BIBLIKU DWAR MARIJA

Ma nistgħux inħallu barra hawnhekk f’dan l-istudju

bibliku marjan, is-simboliżmu bibliku dwar Marija.

L-ewwel li ser insemmu hija l-arka tal-Patt il-Qadim

bħala x-xbieha tal-ġuf ta’ Marija (Foederis Arca). Naraw li

Alla ordna lil Mosè: “fl-arka qiegħed ix-xhieda miktuba li

ser nagħtik. Hemm jien niltaqa miegħek u nkellmek….

U nagħtik liġijiet għal ulied Israel” (Eżodu 25:31-32). Filġuf

ta’ Marija: “il-Verb sar bniedem u għammar fostna

(Ġwanni 1:14). F’2 Samwel 6:11-12 naraw li l-arka kienet

inżammet għal tliet xhur f’dar Għobed-edom, hekk ukoll

Marija fil-Ġdid Testment iddum tliet xhur għand il-qariba

tagħha Santa Eliżabetta. Għandna wkoll il-ħolma tal-

Patrijarka Ġakobb f’Ġenesi 28:12-13, fejn naraw it-taraġ

137

kif imfisser fil-pittura ta’ Nicolas Froment tal-1476 li tinsab

fil-Kattidral ta’ Saint Sauveur f’Aix en Provence. Insibu

ukoll l-isħaba bħala figura tal-preżenza t’Alla, l-isħaba li

takkompanja lill-poplu lhudi fid-deżert (ara Eżodu 40:34),

issa fil-Ġdid Testment takkompanja lil Marija kif naqraw:

“Il-Qawwa tal-għoli tgħattik…” (Lq 1:35). Il-Madonna

hija mxebbħa mal-ġnien, anzi mal-għalqa tad-dwieli (il-

’kerem’, il-karmelu), kif insibu fil-Ktieb tal-Bin Sirak 24:23-

25: “Jien bħal dielja, irmajt żraġen il-ġmiel tagħhom, jien

l-Omm tal-Imħabba sabiħa fejn tinsab kull grazzja”. Il-

Madonna hija marbuta mas-siġra jew mar-rimja ta’ Ġesse

kif raffigurat fil-pittura ta’ Geetgen tot Sint Jans tal-1490

li tinsab fir-Rijksmuseum ta’ Amsterdam. Il-Madonna hija

tassew dak il-ġnien tassew sabiħ: Tota pulchra es Maria.

Il-Madonna hija wkoll imxebbħa mal-muntanja, il-post

viċin ta’ Alla, għaliex tassew fil-pjan tas-salvazzjoni

l-Madonna għandha post tassew qrib ta’ Alla. Marija

hija s-Sinaj il-Ġdida għax hekk kif il-poplu ta’ Iżrael wiled

f’riġlejn il-muntanja Sinaj hekk ukoll il-Knisja mwaqqfa

minn Kristu titwieled f’Marija. Il-Knisja Biżantina tqabbel

din l-għolja tas-Sinaj ma’ Marija mimlija bl-Ispirtu

s-Santu. Esikju ta’ Ġerusalemm (miet 459) u Ruman

l-Għannej (miet 560) jirreferu s-Salm 68 proprju għall-

Madonna: “Għax tħares bl-għira, għolja ta’ ħafna qċaċet,

lejn l-għolja li Alla għażel b’għamartu? Fiha għoġbu

joqgħod il-Mulej għal dejjem.” San Efrem (miet 373)

jikteb: “Bħal fuq il-muntanja Sinaj jiena lqajtek fija, u

ma ġejtx maħruqa bil-qawwa tan-nar vjolenti: għaliex

inti ordnajt lil dak in-nar biex ma jagħmilli l-ebda ħsara;

u l-fjamma tan-nar li s-serafini ma jistgħux jaraw, ma

ħarqitnix”. Anke t-tempju sabiħ ta’ Salamun huwa xbieha

ta’ Marija li ssir it-tempju majestuż tal-Mulej. Il-Maġisteru

tal-Knisja dan l-aħħar seklu u nofs ta mportanza kbira littagħlim

dwar il-Madonna kif insibu fl-Ittra Appostolika

Ineffabilis Deus tal-Papa Piju IX; l-Ittra Enċiklika Octobri

mense tal-Papa Ljun XIII; l-Ittra Enċiklika Ad diem illum

tal-Papa Piju X; l-Itta Appostolika Inter sodalicia tal-Papa

Benedittu XV; l-Ittra Enċiklika Lux veritatis tal-Papa Piju XI;

l-Enċiklika Haurietis aquas u l-Kostituzzjoni Appostolika

Munificentissimus Deus tal-Papa Piju XII; l-Ittra Enċiklika

Grata recordatio tal-Papa Ġwanni XXIII; il-Kostituzzjoni

Dommatika Lumen Gentium tal-Konċilju Vatikan II;

l-Eżortazzjoni Appostolika Marialis cultus u l-Eżortazzjoni

Appostolka Signum magnum tal-Papa Pawlu VI u

l-Enċiklika Redemptoris Mater u l-Ittra Appostolika

Rosarium Virginis Mariae tal-Papa Ġwanni Pawlu II.

KONKLUŻJONI

Fl-Iskrittura Mqaddsa naraw b’mod ċar lil Marija bħala

Omm, dik l-Omm li qalet ’Iva’ għas-salvazzjoni talbnedmin

kollha. San Iljun il-Kbir jgħid li Marija tiżboq ilmeravilji

kollha (ara Omelija 30, 4). Għalhekk importanti

li nirrikorru fit-talb tagħna lejn Marija permezz tattalb

fosthom ir-Rużarju, Sliema, l-Angelus, il-Via Matris

Dolorosae, l-Ora della Desolata, il-Planctus Mariae, l-Ora

della Madre, l-Akathistos flimkien mat-talb li nsibu filliturġija

orjentali bħal: Apolitikion, Katbismata, Ipakoi,

Exapostilaria, Stichbera u fil-festi marjani fil-litruġija u

fid-devozzjonijiet. Hija dik l-Omm li dejjem trid tara lil

uliedha jifirħu flimkien; “Billi ma kienx fadal iżjed inbid,

Omm Ġesù qatlu: “M’għandhomx inbid.” Fuq kollox għax

hija Omm trid tgħaqqadna lkoll flimkien fit-talb: “U lkoll

qalb waħda kienu jitolbu …ma’ Marija, omm Ġesù”. Ejjew

għalhekk nirrikorru għand din l-Omm tagħna tas-sema

tħares lill-ġnus kollha u hija turina t-triq u twassalna żgur

għand Ġesù (bil-grieg: Hodigitria). •

Biblijografija

BERTETTO, D., Maria la serva del Signore, Napoli 1988.

De Fiores, S., Maria nel mistero di Cristo e della Chiesa, Roma 1995.

Muzj, M.G., “Madre di Dio ’Roveto ardente’”, in Riparazione Mariana 1 (1992).

O’CARROLL, M., Theotokos. A Theological Encyclopedia of the Blessed Virgin

Mary, Washington – Delaware 1982.

PASSARELLI, G., L’icona della Madre di Dio, con inno Akathistos, Milano 1992.

Quarles, C.L. “The Protoevangelium of James as an alleged parallel to creative

historiography in the synoptic birth narratives”, in Bulletin for Biblical Research

8 (1998) 139-149.

Sendler, E., Le Icone Bizantine della Madre di Dio, Milano 1995.

STACPOOLE, A. (ed.), Mary’s Place in Christian Dialogue, Middlegreen (U.K.)

1982.

ZUFFI, S., Episodi e personaggi del Vangelo, I Dizionari dell’Arte 4, Milano 2002.

140

JOSETTE BUGEJA, TIED INSURANCE INTERMEDIARY

46C, Triq il-Mina ta’ Ħompesch, Ħaż-Żabbar ZBR 9016

Tel: +356 2180 8174 / +356 9989 3139

amaxjbugeja@gmail.com / gasanmamo.com

GasanMamo Insurance Ltd. hi awtorizzata mill-MFSA

KELMTEJN DWAR

ĦAŻ-ŻABBAR

SCOUT GROUP

MARCO CASSAR GROUP SCOUT LEADER

Huwa ta’ pjaċir tiegħi li għal darb’oħra

ġejt mistieden minn din l-Għaqda

Mużikali sabiex naqsam magħkom ftit

ħsibijiet u nformazzjoni ġenerali dwar

il-Grupp tal-Iscouts Żabbari.

Meta ndividwu jiddeċiedi li jsieħeb lit-tfal tiegħu ġo

grupp jew għaqda bħal ngħidu aħna mal-grupp tagħna,

wieħed ikun xi ftit anzjuż għaliex ma jkunx jaf fejn ser

jibgħat lit-tfal u x’ser isib. Ma jkunx jaf dwar l-esperjenza

sabiħa jew kerha li ser jgħaddu minnha waqt li jattendu

kamp ta’ tlett ijiem jew sebat ijiem. Xi wħud jibdew

jistaqsu, hija worth it li ddaħħal it-tifel/tifla tiegħi f’dan

il-grupp, x’ser jiggwadanjaw, x’ser jitgħallmu, jew kif

l-iscouting ser jaffetwalhom ħajjithom?

Mela ejjew flimkien naraw kif dawn il-mistoqsijiiet

ikunu mwieġba minn kamp li jkun organizzat mil-grupp

tagħna waqt il-vakanzi li jkollhom it-tfal.

Kamp mill-grupp tagħna jkun organizzat bejn 3 u 7

t’ijiem. Kamp huwa l-aktar ħaġa pjaċevoli fil-ħajja ta’

Il-Grupp fl-2017.

Tagħlim u prattika tal-ewwel għajnuna.

scout. Waqt kamp inti ser tgħix barra, fin-natura, fl-arja

pura, madwar l-għoljiet, siġar, għasafar, insetti u baħar.

Waqt kamp ikollok id-dar għal dawk il-ġranet waqt

il-kamp tal-canvas, fejn tipprepara u ssajjar għalik u

tesplora l-ambjent ta’ madwarek. Dan kollu jġib is-saħħa

u l-kuntentizza mal-membri.

Titgħallem tkun taf kif tibni tinda għalik u għal sħabek, kif

tibni u tixgħel u tieħu ħsieb nar, kif issajjar l-ikel tiegħek,

kif torbot l-injam flimkien sabiex tagħmel pont jew raft,

kif tagħti l-ewwel għajnuna lil xi ħadd li jkun weġġa, kif

issib triqtek lura lejn id-dar mingħajr ma jkollok bżonn ta’

għajnuna mingħand ħadd kemm bil-lejl kif ukoll matul

il-gurnata u ħafna u ħafna affarijiet oħra.

Fl-Iscouting immorru nimxu fl-għelieqi, nesploraw

postijiet ġodda, u widien. Dan isaħħa lill-membru

tagħna, jkollu aktar karattru sod u jkun espost li jegħleb

l-elementi kollha tan-natura bħal xita, bard, kesħa u

sħana. Imma ovvjament sabiex tieħu aktar gost waqt ilkamp

u l-hike inti trid tkun taf kif tagħmilhom sew. Dawn

l-iskills it-tfal jiġu ppreparati għalihom waqt il-laqgħat li

jkunu organizzati darba fil-ġimgħa matul is-sena.

144

Hike fil-kampanja.

Għalhekk f’ħajtek dejjem għandek tkun preparat b’dan

il-mod sabiex tgħix ħajja aktar kuntenta, komda u anqas

stressanti. L-Iscouting jagħmel differenza lill-individwi

ta’ madwarna li ngħixu f’komunità u lis-soċjetà ta’

madwarna. Il-membri tagħna jieħdu azzjoni billi jagħtu

servizzz lil ħaddieħor imma jkunu jridu jagħtu aktar.

Wara li qrajt ftit dwar l-Iscouting in ġenerali, ħeġġeġ

lit-tifel/tifla tiegħek sabiex jingħaqdu ma’ waħda missezzjonijiet

tal-grupp. Tħallix għall-aħħar għax il-lista ta’

stennija biex wieħed jingħaqad mal-grupp tagħna hija

kbira mhux ħażin.

Saqsi għal aktar tagħrif dwar il-Grupp Żabbari billi

tikkuntattja lil xi wieħed/a mill-leaders tagħna, jew

tiġi waqt il-laqgħat fil-Kwartieri kull nhar ta’ Erbgħa, u

Ġimgħa fi Triq Alessio Erardi, Ħaż-Żabbar kif ukoll tista’

tibgħat email fuq zabbarscoutgroup@gmail.com u

żżur il-pagna fuq facebook ta’ Żabbar Scout Group.

F’ismi, f’isem sħabi l-leaders u f’isem il-kumitat talġenituri,

nawgura festa kif jixraq lill-Patruna tagħna,

Ommna tal-Grazzji, kif ukoll il-festa t-tajba lil kulħadd. •

Il-grupp li pparteċipa fil-kamp ta’ Ġunju

145

ŻABBAR

ST. PATRICK FC

ALFRED ATTARD U LAWRENCE BUGELLI

nħeġġiġkom sabiex tkunu aktar wara t-tim u l-klabb talfutbol

ta’ Ħaż-Żabbar. Klabb li qiegħed jagħmel sagrifiċċji

kbar, issa aktar minn qatt qabel, biex iżomm kuntenti

u magħquda liż-Żabbarin speċjalment liż-żgħażagħ

Żabbarin. Nixtieq minn hawn nagħmel appell sinċier lejn

kull Żabbari ta’ rieda tajba, biex nara aktar entużjażmu fi

ħdan it-tim tas-St.Patrick’s.

Għeżież Żabbarin,

Ġejt mitlub biex nikteb messaġġ qasir fl-okkażjoni talfesta

Żabbarija, tant għal qalb il-Maltin kollha u bil-wisq

iżjed għażiża għalikom iż-Żabbarin. Naf sew kif ħafna

persuni li jgħixu hawn Malta, iħobbu jiċċelebraw din ilfesta.

Nistqarr magħkom li minn qiegħ qalbi nammira

lil kull wieħed u waħda minnkom li tant tirsistu biex

tibqgħu iġġeddu u tkabbru din il-kultura tal-festi, tant

għażiża għalina l-Maltin.

Ma nistax nikteb f’dan il-ktieb, u qabel ma nawguralkom

l-isbaħ xewqat għal festa mill-aqwa, ma nibdiex billi

Nieħu gost li, għalkemm f’dawn iż-żminijiet tal-Festa

tal-Madonna tal-Grazzja, inkunu ser nibdew il-logħob

kompetittiv, xorta nara lill-plejers tagħna jieħdu

sehem attiv fil-festa u fiċ-ċelebrazzjonijiet kbar li din

iġġib magħha, inkluż il-marċijiet li torganizzaw b’tant

professjonalità. Dan għaliex kif għidt qabel, it-tim tagħna

huwa fil-maġġoranza tiegħu kompost minn plejers

Żabbarin bħalkom.

Mela filwaqt li nieħu gost f’isem il-klabb ta’ Żabbar

St.Patrick’s narakom aktar attivi warajna, nieħu din

l-okkażjoni biex nawgura lilkom kollha soċji, partitarji u

dilettanti tas-Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ,

festa mimlija ferħ, hena, kuntentizza u għaqda f’ġieħ il-

Patruna tagħna, l-Madonna tal-Grazzja.

Insellmilkom,

ALFRED ATTARD Coach

146

Ħbieb,

Jien nixtieq ningħaqad ma’ seħibna l-coach, sabiex

nagħmel appell qawwi liż-Żabbarin kollha ħalli ma

jinsewx lil dawn iż-żgħażagħ li qed jagħmlu ġieħ lil Ħaż-

Żabbar. Irridu niftakru li s-sena l-oħra l-età medja filgrupp

kienet ta’ 23 sena u minn 20 plejer, 15 minnhom

kienu prodott tan-Nursey. Din qiegħdha tħalli l-frott

meħtieġ sabiex dejjem ikollna plejers fl-ewwel tim li

jkunu Żabbarin (jew min-Nursery).

Fit-2 diviżjoni, dawn iż-żgħażagħ tawna ferħ u

sodisfazzjon f’kull logħba li kellna, kultant kontra

avversarji aħjar minna. Għalhekk nixtiequ bħala kumitat,

li din is-sena, s-sapporters jagħtuhom iżjed kuraġġ,

peress li issa l-ġlieda hi kbira, fl-1 diviżjoni. Din hi diviżjoni

li ma taħfirx: jew tilgħab sew jew inkella tmur il-baħar,

jekk tfalli logħba wara l-oħra.

Il-problemi fil-futbol huma dejjem il-finanzi, għaliex jekk

ma jkunx hemm finanzi, ma jiġux plejers tajbin u jekk

ma jkollokx plejers tajbin, ma tirbaħx u ma tagħtix pjaċir

lis-sapporters tiegħek. It-tim magħqud tagħna mmexxi

minn Alfred Attard u l-Assistenti tiegħu, s-sena l-oħra

xejnu din id-diċerija fil-futbol, għaliex mingħajr ħlas,

irnexxilhom jitilgħu għal diviżjoni superjuri.

Bħala kumitat nixtiequ minn qalbna nitolbu lill-partitarji

li tal-anqas jattendu u jagħmlu kuraġġ lil dan it-tim,

jingħaqdu mas-Supporters Club u jissapportjaw lil dan ittim.

Jien bħala kaxxier, ovvjament dejjem neqred għallflus

u ser nibqa’ neqred sakemm nibqa’ nara f’dawn iżżgħażagħ

it-tama li isem Ħaż-Żabbar jerġa’ jkun fost

l-aħjar fil-futbol Malti.

Il-festa tasal għal ħafna nies li iżda jkunu impenjati u

nifhimhom, iżda nixtieq nitlobhom ħalli jsibu mument

qabel jibdew il-marċi sabiex nhar il-Ġimgħa 8 ta’

Settembru fis-6pm, jitilgħu Victor Tedesco Ground,

il-Ħamrun, ħalli jaraw x’inhu jiġri fit-training grounds ta’

Ħaż-Żabbar u min huma dawn il-plejers qalbiena.

Jiena nixtieq insellem lil Dr. Josie Muscat li kien xprun u

blata bħala President tal-klabb għaliex dejjem emmen

f’dawn il-plejers però issa ma jistax ikompli minħabba

impenji oħrajn. Ringrazzjament speċjali jmur lillmoħħ

wara n-Nursery kbira u sabiħa li għandna, Joe

Baldacchino, li b’sagrifiċċju kbir, anki a skapitu tal-familja,

nazzarda ngħid, tarah kuljum hemm fit-Training Complex.

Ma jistax jonqos li ma nsemmix lil Chris Saliba,

s-Segretarju l-ġdid, li bl-imħabba lejn it-tim ta Ħaż-

Żabbar jiġi għal-logħob u għas-seduti mix-Xemxija. Ilmembri

tal-kumitat ukoll ma jistgħux jintesew li wkoll

jagħmlu ċerti sagrifiċċji. Hemm ukoll is-Supporters Club

immexxi minn Angelo Scicluna (Ta’ Sister) li kellhom

sehem importanti f’din il-promozzjoni. B’mod speċjali,

iżda, nixtieq nirringrazzja lil Carmelo Cassar (il-globu),

lil Silvio Cassar (ta’ Bondin) u lil Mario Agius (il-garru) talpaċenzja

kbira li jieħdu u l-ħin li joffru għal Ħaż-Żabbar

mingħajr l-ebda talba ta ħlas.

NARAWKOM ĦBIEB U COY (COME ON YELLOWS!)

Lawrence Bugelli

147

LISTA TA’ REKLAMI

A & S Billboards, signs, events 23

Ahead Stationery 96

Airmaster 127

Anthony's Wrought Iron Works 112

Antonella's Jewellery 126

APE Centre 50

AroMantra 141

Automax 37

Banju Boutique 16

Banka tal-lottu 85 79

Beautimport Ltd. 141

Bibas 118

Bontà

qoxra

BoV 8

Britess Unisex Salon 79

Burnout Tyre Service 79

Camilleri Marble Works Ltd. 68

Candypop 36

Cardini Restaurant 12

Centro Moda 119

Chain supermarket

qoxra

Check In 143

Cikli Plasterer 34

Cintju Agricultural Services 18

Compeduc Computers 44

Concorde 111

Connect Express Couriers 138

CopyQuick 112

Crystal Palace Confectionery 117

Cutajar Hifi & Video Centre 59

Danish Bakery 134

Darren ta' Bahbah 113

Divine Beauty Salon 36

Domen 108

Don Berto Restaurant 81

Dr. Stephen Spiteri 27

Dylan's Garage 36

Eda Kebab & Pizza House 143

ESL Gross Market 72

Eurobridge 30

Fava Auto Dealers 45

Fenbros Store Ltd. 15

Firm Frank Attard 14

Fotoline 141

Fotomond 23

Frida Transport 49

Frutti di Mare 48

GasanMamo Insurance 142

General Maintenance 145

Glenn Bedingfield 19

Gold Lady Jewellery 37

Golden 7 Barber Shop 123

Grabiel Restuarant 128

Grazzja Store 108

Growing Owls Childcare Centre 139

Gugina Auto Dealer 145

Headline Boutique 37

Helena Dalli 24

House Proud Stores 39

I Mix cocktails 26

Ice William Borg 22

Il-Ministru Joe Mizzi 22

It-Tapizzar 19

Ivan L-Ixmat Crane Hire 50

J & P Grech 14

Jade's 118

Jason Buhagiar Pools 113

JNCD Toys 127

Jodcel 103

Joseph Camilleri - wholesaler 128

Joseph Vella 59

Julio Vella Funeral Services 77

KHS 89

Kirsten Hairstylist 48

Kristal Kleen Discount Store 64

Laferla Insurance 76

Lantas Highup Service 113

Lantas Petshop 50

Liftman Malta 126

Look New Hairdressing Salon 39

Lorraine's Health & Beauty 32

Louis Cassar Tile Layer 128

Lowla store 130

Mad About Video 49

Malta Tiles 31

Mapfre Middlesea Insurance 8

Mario Fenech upholstery 65

Mario Lia Funeral Director 103

Maxims Pizzeria & Pastizzeria 39

Maypole Bakery Zabbar 72

Melitaunipol Insurance Borkers 134

Mevlana Kebab, Pizza, Grill 32

MMG Bar 80

mmg hall 68

Montenegro 143

Mr. Pizza 109

Mucho Gusto 138

Newborns 32

Newwes Funeral Services 88

Newwes Weddings 122

Nexos Lighting & Vision 44

Paul Mallia flowers & Veg 103

Pebbles 18

Peppi Primavera 76

Peppin Transport 15

Pizza Petrus 131

Pizza Star Take Away 135

PL Bar - Angelo Scicluna 45

PN Zabbar 113

Polyplumb 65

Pulis Agricultural Machines 73

Raphael Xerri

qoxra

Ray Abdilla tal-patata 55

Rokku Auto Dealer 13

Setronics 109

Shakin Music Entertainment 135

Shapes 108

Silvio Calleja 54

Simon & Daniel 77

Southern Fried Chicken 73

St. James Hospital 69

Str82d point transport 26

Sunray Butcher 102

Ta' Grezzju Florist 109

Ta' Kalc Bakery 139

Tal-Grazzja Pastizzeria 117

The BBQ Take Away 48

The Kop Side Take Away 123

Toni's Wines & Spirits 117

Tony's Photo Studio 57

Top electronics 27

Twice as Nice 64

Yaya's Bargain Shop 142

F’isem il-President u l-Kumitat tas-Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ nixtieq nirringrazzja pubblikament lil dawk kollha li rreklamaw f’dan ilktieb

li ta’ kull sena jinħareġ mis-Soċjetà fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Grazzja. Din il-pubblikazzjoni hi ta’ livell għoli ħafna u interessanti u

għaldaqstant għandha sservi ta’ pubbliċità tajba għal min jirreklama f’dan il-ktieb.

Nirringrazzja għal darb’oħra lil kull min għamel dan u minn hawn inħeġġeġ sabiex tagħmlu użu mill-prodotti u s-servizzi offrutri minn dawk li rreklamaw

f’din il-pubblikazzjoni. Grazzi mill-qalb.

Lawrence Bugelli, Kaxxier

148

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!