03.10.2019 Views

Flimkien Ottubru 2019

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Newspaper Post

OTTUBRU 2019

Numru 179

08 - Kura, kumpassjoni,

dinjità

10 – The choice is yours

12 – Il-bieb ta’ Santiago

14 – X’tilef u x’rebaħ

15 – Jaf x’qed jagħmel

20 – Insara jew

sempliċement

Kattoliċi?

25 – Condominium

fi blokk ta’

appartamenti

Britannia Tours

Britannia Tours

BSL

… il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

Lourdes

Fl-okkażjoni

tal-Festa tal-Immakulata

Kunċizzjoni

5 - 9 ta’ Diċembru

8 ta’ Diċembru -

Festa Pubblika

MINN

¢539

Holy Land u

l-Ġordan

9 - 18 ta’ Frar

MINN

¢1639

MINN

¢579

Krakow, Polonja

Black

Forest

White

Christmas Magic

6 - 13 ta’ Diċembru

8 ta’ Diċembru - Festa Pubblika

13 ta’ Diċembru - Festa Nazzjonali

Għall-bidu tas-sena

27 ta’ Diċembru

- 3 ta’ Jannar

1 ta’ Jannar - Festa Pubblika

¢699

MINN

Prezzijiet huma bbażati f’lukandi 3 star u jinkludu t-titjiriet, return transfers u taxxi

Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930

Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt

Dun Joseph Mizzi

EDITORJAL

Ottubru Marzu 2019 • 3

SIB Bniedem ŻMIEN

aktar bniedem

F’Ottubru nfakkru Jum it-Tagħlim Nisrani u Jum

il-Missjoni. Jum it-Tagħlim Nisrani jfakkarna firresponsabbiltà

li nieħdu l-formazzjoni reliġjuża

tagħna bis-serjetà u b’impenn. Din ma tinkludix

biss it-tħejjija għall-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-

Isqof, li ħafna drabi nafdawhom f’idejn il-katekisti u

l-għalliema tal-iskola. Kull Nisrani hu msejjaħ biex

ikompli jikber fl-għarfien ta’ Kristu, biex iħobbu

iżjed, u jservih aħjar fil-ħajja ta’ kuljum. Ma nistgħux

nikkuntentaw biss bit-tagħlim li ħadna meta konna

żgħar. It-tagħlim ma jispiċċax u ma jiqafx imma

jkompli.

Magazin ta’ kull xahar maħruġ

mill-Kulleġġ tal-Kappillani

li jitqassam b’xejn lill-familji

Maltin.

Biex tirreklama u għal kull

korrispondenza

ċempel fuq 2182 8931 jew

7946 1470 jew bil-posta.

INDIRIZZ

Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani

Kurja, il-Furjana

EMAIL

flimkien@maltadiocese.org

Editur Carmel Conti

Grafika Outlook Coop

Stampar Velprint Ltd

Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

l-Editorjal mhux neċessarjament

tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali.

Anki ż-żgħażagħ u l-adulti huma msejħa biex

ikomplu japprofondixxu iżjed fis-sbuħija u

r-rikkezza tat-tagħlim Nisrani. Idea tajba tkun li

nieħdu sehem f’laqgħat u gruppi ta’ ħajja Nisranija.

Kristu huwa għana bla qies li qatt ma jiġi eżawrit.

Il-ħidma evanġelizzatriċi tal-Knisja ma tiqafx.

Permezz tal-missjunarji u l-katekisti hija tħabrek

biex twassal lil Ġesù lill-umanità kollha għax taf

li Kristu huwa l-aqwa ġid u l-aqwa għana li jista’

jkollu l-bniedem. Kristu jagħmel lill-bniedem

iktar bniedem. X’jiswielu l-bniedem li jkun jaf

fuq kollox u ma jkunx jaf lil Kristu? Għalhekk

ningħaqdu mal-Insara kollha fl-għarfien iktar

sħiħ ta’ Kristu u fit-tħabbira ta’ Kristu lilloħrajn,

għax inti u jiena għandna missjoni.

RAĠĠ DAWL

If your plan is for one year, plant

rice. If your plan is for ten years,

plant trees. If your plan is for a

hundred years, educate children.

Confucius

Jekk qed tippjana għal sena, iżra’

r-ross. Jekk qed tippjana għal għaxar

snin, iżra’ s-siġar. Jekk qed tippjana

għal mitt sena, eduka t-tfal.

Konfuċju

Jum Dinji Missjunarju – 20 ta’ Ottubru 2019

L‐edukazzjoni:

il‐fejqan

ta’ nazzjon

Mgħammdin

u mibgħuta

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

(V0/1178)

Kemm huma sbieħ fuq

il‐muntanji r‐riġlejn ta’ min

iħabbar il‐ġid, ixandar is‐sliem,

iħabbar ir‐risq u jxandar

is‐salvazzjoni ... Isaija 52:7

Jekk jogħġbok agħti mill‐qalb biex tgħinna nissapportjaw lin‐nies

ta’ Myanmar. Grazzi

SMS fuq: 5061 7374 għal donazzjoni ta’ €2.33 SMS fuq: 5061 8820 għal donazzjoni ta’ €6.99

UFFIĊĊJU MISSJUNARJU Tel: 2123 6962

www.missio.org.mt

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF

Ottubru 2019 • 5

Għas-servizz

tal-Knisja

Fil-bidu ta’ dan ix-xahar ta’ Ottubru,

l-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tifraħ bilkonsagrazzjoni

episkopali ta’ Monsinjur

Antoine Camilleri, li l-Papa Franġisku għażlu

biex ikun Nunzju Appostoliku, jiġifieri

rappreżentant tiegħu f’diversi partijiet taddinja

skont il-ħtieġa tal-Knisja.

Id-don tal-episkopat huwa don li ma

jingħatax għax dak li jkun ikun jixraqlu,

imma sejħa għal iżjed ubbidjenza u għal

iżjed servizz. Niftakru f’tant Maltin, b’mod

speċjali saċerdoti, reliġjużi u lajċi ddedikati,

li qegħdin madwar id-dinja jaqdu lill-poplu

ta’ Alla fi knejjes differenti minna u f’kulturi

differenti.

Għall-grazzja ta’ Alla, aħna għandna

diversi persuni Maltin u Għawdxin li saru

isqfijiet u li qed jaqdu pajjiżi oħra madwar

id-dinja. Aħna nixtiequ nsellmulhom f’dan

ix-xahar missjunarju, u nħeġġeġ lill-poplu

tagħna biex meta jkollna inizjattivi li huma

magħqudin mal-ġurnata missjunarja nkunu

ġenerużi ħafna.

Nitolbu bl-interċessjoni tal-Madonna tar-

Rużarju biex il-missjunarji tagħna jkunu

qawwijin u sħaħ, u jikbru fil-qdusija u flimħabba

tal-poplu tagħhom.

+ Charles J. Scicluna

Arċisqof ta’ Malta

KELMA TA’ FRANĠISKU

L-umiltà u l-ġentilezza mhumiex kwalitajiet ta’

min hu dgħajjef imma ta’ min hu qawwi.

Waħdek, meta ma jarak ħadd

Kont għadni nattendi l-iskola. Jum fost

l-oħrajn, l-għalliema tal-Maths għamlitilna

test. Meta kkoreġiet il-karti indunat li tnax

minna konna tajna l-istess tweġiba (żbaljata)

għall-istess mistoqsija. Naturalment konna

kkupjajna minn fuq xulxin.

L-għada, talbet lilna t-tnax biex nibqgħu filklassi

wara l-lezzjoni għax riedet tkellimna.

Mingħajr ma akkużat lil ħadd minna,

mingħajr għajjat, kitbet din is-sentenza fuq

il-blackboard: “Il-karattru veru tal-bniedem

jitkejjel minn dak li jagħmel meta jkun jaf

li mhu qed jarah ħadd.” Wara dan, qaltilna

nikkupjawha darba fuq il-pitazz tagħna.

Jien ma nafx x’għamlu l-ħdax l-oħra, imma

għalija dik kienet l-aktar lezzjoni importanti

li qatt tgħallimt f’ħajti. (Jerome Weidman,

Hand of the Hunter)

Claudia Cini

JUM IL-MISSJONI

Ottubru 2019 • 7

L-iskola

b’żarbun

kollu tajn

Fil-Myanmar (eks Burma), fl-Asja,

jgħixu 54 miljun ruħ. Il-belt kapitali

hija Naypyidaw, il-lingwa uffiċjali hija

l-Burmiż, u l-maġġoranza tan-nies huma

Buddisti. Sal-2012, fl-Armata kont issib tfal

suldati, li kienu jinxtraw biex jitrawmu bħala

suldati għall-prezz ta’ $40 – kemm tiswa

xkora ross jew landa petrol. Ħafna tfal oħra

kienu mġiegħla jaħdmu jew jinbiegħu.

Minħabba n-nuqqas ta’ paċi, l-iżvilupp

u l-edukazzjoni baqgħu lura. Mingħajr

edukazzjoni għat-tfal, dal-pajjiż ma għandux

futur. Għalhekk, il-Knisja fil-Myanmar,

bl-għajnuna ta’ Missio, l-organizzazzjoni li

tagħti l-appoġġ uffiċjali tal-Knisja Kattolika

lill-missjonijiet barranin, qed toffri tama

ġdida billi tibni skejjel u tħarreġ għalliema,

speċjalment f’żoni remoti u żvantaġġati.

Saung Nadi Khaing għandha tliet snin

u tattendi l-Kindergarten ‘San Ġwann’

fid-djoċesi ta’ Hakha. 26% tan-nies f’din

iż-żona qatt ma rċevew edukazzjoni għax

jgħixu remoti u iżolati. Din l-iskola qed

toffri edukazzjoni għall-istudenti ta’ dawn

l-inħawi.

Missio Malta għandu proġett: li jgħin fittkabbir

tal-iskola u tinxtara karozza biex

tieħu t-tfal minn u lejn l-iskola. Se jgħin ukoll

lill-għalliema biex jirċievu t-taħriġ neċessarju

u fil-bini ta’ razzett fejn jistgħu jrabbu u

jbigħu l-qżieqeż biex isostnu l-iskola.

Saung tasal l-iskola biż-żarbun mimli tajn.

Hi u ommha jkollhom jgħaddu minn toroq

mimlijin trab u tajn, imma Saung u sħabha

ma jħabblux rashom u jneħħu ż-żarbun

qabel jidħlu fil-klassi, fejn la hemm

imwejjed u lanqas siġġijiet; kulħadd fl-art,

anki l-għalliema. Xi soqfa jqattru u t-twieqi

bil-ħġieġ imkisser, imma t-tfal xorta

ferħanin u entużjasti biex jaraw u jqallbu

fil-kotba. Għal ħafna minnhom l-iskola hija

l-uniku post fejn jistgħu jiltaqgħu malkotba.

Saung hija ffortunata għax ommha temmen

fl-importanza tat-tagħlim u twassalha

l-iskola kuljum. Sfortunatament, ħafna

ġenituri oħra jippreferu jżommu t-tfal biex

jgħinuhom fid-dar jew fl-għelieqi.

Ħafna skejjel jilqgħu fihom tfal mill-età

ta’ tliet snin sa sitt snin biss, avolja ħafna

jkunu jixtiequ jkomplu jistudjaw, imma la

hemm skejjel biżżejjed u lanqas għalliema.

Din is-sena Missio Malta se jiffoka fuq

proġetti ta’ edukazzjoni. Se jitranġaw

u jinbnew skejjel, jinxtraw kotba u

materjal ieħor tal-iskola, u jitħarrġu aktar

għalliema.

Aktar dettalji f’paġna 4 tal-Flimkien jew

www.missio.org.mt jew 2123 6962.

Il-Knisja tfakkar il-Ġurnata Missjunarja

l-Ħadd 20 ta’ Ottubru.

8 • Ottubru 2019 HOSPICE MALTA

Kenneth Delia

Kura, Kumpassjoni, Dinjità

Imwaqqfa fl-1989, Hospice Malta hija

waħda mill-pijunieri fost l-NGOs.

Din l-organizzazzjoni tipprovdi

u tippromovi kura palljativa bla ħlas

għal persuni li jsofru minn mard li

jillimita l-ħajja, bħal kanċer, Motor

Neuron Disease, u mard serju kardijaku,

respiratorju, tal-kliewi u tal-fwied. L-għan

prinċipali ta’ Hospice Malta huwa li tgħin

lill-pazjenti u l-familjari tagħhom tul ilmarda

u anki wara li l-pazjent jiġi nieqes.

Dan is-servizz jingħata minn tim

professjonali li jinkludi tobba, infermiera,

fiżjoterapisti, psikologi, social workers,

complementary therapists, iċ-Chaplain

tal-Hospice, kif ukoll numru ta’ care

assistants. Numru ta’ voluntiera jgħinu

wkoll fid-dipartimenti differenti tal-

Hospice.

Membri tal-familja ta’ John (isem fittizju

ta’ persuna vera) ċemplu għall-għajnuna

ftit wara li ħadu l-aħbar. Kellhom ħafna

mistoqsijiet: X’se jiġri? Se jkun muġugħ?

X’nistgħu nagħmlu?

L-għajnuna kienet immedjata. Ittim

professjonali kkordina pjan għal din

il-familja, b’John innifsu fiċ-ċentru ta’ din

il-kura, u s-servizz ġie pprovdut mit-tim

fid-dar tiegħu stess. Dan kien jinkludi

kontroll tal-uġigħ, self ta’ apparat (li kien

jinkludi sodda motorizzata, lifter, tagħmir

respiratorju u syringe driver), għajnuna

emozzjonali għal John u l-familja tiegħu, kif

ukoll servizz ta’ on-call għal wara l-ħin taluffiċċju.

John uża wkoll is-servizz ta’ terapija

ta’ matul il-jum.

Servizzi oħrajn ipprovduti mill-Hospice

jinkludu: servizz ta’ fiżjoterapija,

terapija kumplimentari, sessjonijiet

ta’ appoġġ spiritwali; servizz psikoloġiku;

servizz ta’ idroterapija; servizz ta’ care

assistants fid-dar meta jkun hemm bżonn;

servizz ta’ faraġ wara li l-pazjent jiġi nieqes.

Dawn is-servizzi jtejbu bil-kbir

l-indipendenza tal-pazjent u b’hekk

jippermettulhom jgħixu f’darhom stess u

mdawra mill-maħbubin tagħhom fi żmien

vulnerabbli, kif ukoll jevitaw li jidħlu l-isptar

bla bżonn.

Kull sena, aktar minn 1,000 pazjent

jibbenefikaw mis-servizzi tal-Hospice.

L-inċidenza ta’ dan il-mard qiegħda dejjem

tikber mad-dinja kollha, inkluż f’Malta.

L-appoġġ tiegħek jiżgura li Hospice Malta

tista’ tkompli tipprovdi kura palljativa bla

ħlas lil dawk kollha li jkollhom bżonnha u

li javviċinaw lill-Hospice għas-servizz.

Għal aktar informazzjoni żur https://

hospicemalta.org/ jew ċempel 21440085 jew

ibgħat email fuq info@hospicemalta.org.

What

can

you

see?

These little

hearing aids

are secretly

taking

Malta by

storm, I bet

you didn’t

notice

them?

Cleartone offer the very latest discreet hearing aid

technology that can improve your life today!

Don’t wait to hear more clearly

To see if you qualify for

Malta’s smallest hearing aid

book your FREE assessment today

Call now for FREE hearing assessment

Covering all Malta and Gozo locations

Phone 2704 0839 or 7777 1659 for nearest clinic

Special introductory offer, clinic commences

Monday 14 th – Friday 25 th October 2019

*Clinic fee may apply

10 • Ottubru 2019 RIFLESSJONI

Max Lucado

It’s a new day:

the choice is yours

It’s quiet. It’s early. My coffee is hot.

The sky is still black.

The world is still asleep.

The day is coming. In a few

moments the day will arrive.

The stillness of the dawn will

be exchanged for the noise of the day.

The calm of solitude will be replaced by

the pounding pace of the human race.

The refuge of the early morning will be

invaded by decisions to be made and

deadlines to be met.

For the next twelve hours I will be

exposed to the day’s demands. It is now

that I must make a choice. Because of

Calvary, I am free to choose. And so I

choose.

I choose love: No occasion justifies

hatred; no injustice warrants bitterness.

I choose love. Today I will love God and

what God loves.

I choose joy: I will invite my God into

my day. I will refuse the temptation to

be cynical. I will refuse to see people

as anything less than human beings,

created by God. I will refuse to see

any problem as anything less than an

opportunity to see God.

I choose peace: I will live forgiven. I

will forgive so that I may live.

I choose patience: I will overlook the

inconveniences of the world. Instead

of cursing the one who takes my place,

I’ll invite him to do so. Rather than

complain that the wait is too long, I

will thank God for a moment to pray.

Instead of clinching my fist at new

assignments, I will face them with joy

and courage.

RIFLESSJONI Ottubru 2019 • 11

I choose kindness: I will be kind to

the poor, for they are alone. Kind to

the rich, for they are afraid. And kind

to the unkind, for such is how God has

treated me.

I choose goodness: I will go without

a dollar before I take a dishonest one. I

will be overlooked before I will boast.

I will confess before I will accuse. I

choose goodness.

I choose faithfulness: Today I will

keep my promises. My debtors will

not regret their trust. My associates

will not question my word. My wife

will not question my love. And my

children will never fear that their

father will not come home.

I choose gentleness: Nothing is won by

force. I choose to be gentle. If I raise my

voice may it be only in praise. If I clench

my fist, may it be only in prayer. If I make a

demand, may it be only of myself.

I choose self-control: I am a spiritual

being. After this body is dead, my spirit will

soar. I refuse to let what will rot rule the

eternal. I choose self-control. I will be drunk

only by joy. I will be impassioned only by

my faith. I will be influenced only by God. I

will be taught only by Christ. I choose selfcontrol.

Love, joy, peace, patience, kindness,

goodness, faithfulness, gentleness, and

self-control. To these I commit my day. If

I succeed, I will give thanks. If I fail, I will

seek His grace. And then, when this day is

done, I will place my head on my pillow …

and rest.

12 • Ottubru 2019 STORJA TAL-ARTI

Giulia Privitelli

Il-bieb miftuħ

u l-bieb jinfetaħlek.”

Ħabbatt meta saqajja ma

“Ħabbat,

felħunix aktar. Ħabbatt

bil-ġilda ta’ sieqi mċarrta u mwaħħla

mal-qorq. Ħabbatt interter bil-ġuħ, blgħeja,

bil-ħsibijiet ta’ lejl mingħajr serħan,

waħdi f’post barrani. Ħabbatt għal

daqxejn wens, bieb wara ieħor, jum wara

ieħor, mitt kilometru, mitejn ... Nitħabat,

inħabbat, kollni tama li forsi għad jiftaħli

xi proxxmu u jilqagħni għandu, mhux għax

jitħassarni imma għax id-dehra tiegħi

tfakkru li darba anki hu u missirijietu kienu

barranin li mxew lil hinn minn darhom u

li ġew milqugħa f’art barranija. Ħabbatt,

sakemm fl-aħħar, it-tama, il-provvidenza, u

l-ġenerożità wassluni sewwa sew quddiem

il-faċċata prinċipali tal-Katidral ta’ Santiago,

quddiem il-‘Bieb tal-Glorja’.

Daqshekk għamilt inħabbat. Dan il-bieb,

maqsum fi tlieta, mingħajr ċwievet, huwa

miftuħ. Minflok iċ-ċavetta hemm għamla ta’

persuna, raġel bilqiegħda fiċ-ċentru, b’idejh

’il fuq donnu jrid jurini l-pjagi tiegħu, donnu

jrid jgħidli, “Ara, jien kelli nbati wkoll, u

batejt qablek biex dan il-bieb inti ssibu

miftuħ.”

Mad-dawra kollha hemm erbgħa u għoxrin

mużiċist, kull wieħed iżomm xi strument

medjevali: il-mużika, il-kant, għanja ta’

glorja għal kull siegħa tal-jum, għal kull

waqt fl-istorja tal-bniedem, mill-eqdem

żminijiet sal-preżent u saħansitra sal-futur.

Tassew, dawn it-tliet daħliet mimlijin

persunaġġi mit-Testment il-Qadim u mill-

Ġdid, flimkien mas-siġra ta’ Ġesse: fi kliem

ieħor, l-umanità kollha miġbura f’armonija u

rikonċiljazzjoni f’dan il-bieb.

Għal kull min mexa tul it-triq li twassal

għall-ħajja, din hija r-rivelazzjoni tal-aħħar

ktieb tal-Bibbja, iżda li hawn miktuba filġebel.

Din l-opra tas-seklu tnax hija l-viżjoni

ta’ artist – Mastru Mateo – li qed iħabbar

id-dawl li rċieva hu stess. L-iskultur, filfatt,

qiegħed lilu nnifsu sewwa sew wara

l-kolonna ċentrali, b’dahru lejna, iħares

’il ġewwa lejn l-artal, lejn id-dawl. L-artist

huwa dak li mill-weġgħat l-aktar profondi

tiegħu, minn dak il-post ta’ dlam, joħloq.

Iżda biex joħloq, l-artist ukoll kellu jagħmel

vjaġġ; vjaġġ li permezz tiegħu nkunu

nistgħu niftħu għajnejna, moħħna u qalbna.

L-arti, bħal kull ħaġa oħra li tixħet dawl fuq

is-sbuħija, hija ċavetta. Il-bieb huwa miftuħ,

u aħna mistednin nidħlu.

Bejn Jannar u Ġunju 2020, l-Istitut ta’

Formazzjoni Pastorali (PFI) qed jorganizza

kors fuq l-istorja tal-arti bħala mezz kif

wieħed jista’ jiskopri s-sbuħija tal-fidi. Għal

aktar tagħrif: http://www.maltapfi.org/.

Joyce Callus

ULIEDNA

Ottubru 2019 • 13

X’qed

iħossu?

Għaliex it-tfal, anki meta

nirrabjaw magħhom jew

nikkastigawhom, xorta jibqgħu

jħobbuna u jridu jkunu magħna?

It-tfal tant jiddependu fuqna li lesti jaħbu

l-emozzjonijiet tagħhom biex jogħġbuna.

Għax, jekk le, fejn se jmorru? Niftakru

li moħħ it-tfal jieħu bejn 18 u 25 sena biex

jiżviluppa, u mhux faċli jifhmuna. Imma

aħna suppost li nifhmuhom għax xi darba

konna żgħar u moħħna kapaċi nużawh.

Iċ-ċirku tal-imġiba jimxi hekk: ĠRAJJA – li

tnissel ĦSIEB – li tnissel EMOZZJONI – li

tnissel IMĠIBA.

Dan jgħodd għal kulħadd, imma fit-tfal,

għax immaturi, bejn pass u ieħor se jseħħu

l-iżbalji. Barra minn hekk, mhux kulħadd

jinterpreta l-affarijiet l-istess.

L-aktar ħaga importanti għat-tfal hi

li jħossuhom maħbubin. Dak hu l-kejl

tagħhom. Jekk ir-reazzjoni tal-adulti twassal

il-messaġġ li ‘qed nifhmek u nħobbok’, it-tfal

iħossuhom siguri u lesti jitgħallmu. Imma

jekk l-attitudni tal-adulti twassal il-messaġġ

bil-kontra, allura t-tfal jitħawdu u jistgħu

jimtlew bil-biża’ u l-ansjetà.

It-tfal ma jafux jesprimu l-emozzjonijiet

tagħhom. Ħafna drabi lanqas ikunu jafu jsibu

l-kelma biex ifissru l-emozzjoni li qed iħossu.

Irridu ngħallmuhom aħna.

Ngħidu aħna, meta tifel jibki, jista’ jkun

qed jesprimi emozzjoni ta’ dwejjaq, uġigħ,

biża’ jew ansjetà, eċċ. L-ewwel ħaġa li rridu

nagħmlu hi li nippruvaw nifhmu x’qed

iħoss it-tifel jew it-tifla, u mhux naqbżu

għall-konklużjonijiet tagħna għax naħsbu li

fhimna.

L-ewwel: nisimgħuhom sewwa, u minn

wiċċhom u mit-ton ta’ leħinhom ‘niġbru’ dak

li qed iħossu huma (mhux dak li qed inħossu

aħna).

It-tieni: ngħidulhom x’naħsbu aħna,

bħal, “Qisek qed tibża’ jew tweġġa’!” Dan

jgħallimhom jesprimu ruħhom. Jurihom

ukoll li qed nifhmuhom, u jgħinhom

ikomplu magħna.

It-tielet: nistaqsuhom x’jistgħu jagħmlu

jew kif jixtiequ li aħna ngħinuhom f’dik

iċ-ċirkustanza. Lil tfal taħt is-sitt snin

ngħinuhom bl-ideat, iżda tfal akbar irridu

nħalluhom jaħsbu huma.

Hekk nibnu relazzjoni ta’ stabbiltà u fiduċja

ma’ wliedna, relazzjoni li nibqgħu ngawduha

tul ħajjitna.

14 • Ottubru 2019 JOHN H. NEWMAN

Fr Geoffrey Attard

X’tilef

u x’rebaħ?

Kien jinsab waħdu f’raħal fi Sqallija, u

kien ilu tliet ġimgħat marid bid-deni.

Imma meta tela’ fuq ix-xini għal

Marsilja, meta wasal bejn Korsika u Sardinja,

ħassu jakkwista l-fejqan u l-faraġ mill-ġdid.

Hekk kiteb John Henry Newman aktar tard:

“Meta l-inqas li ħassejtni niflaħ, sibt faraġ

fil-kitba tal-versi.” Kiteb madwar tmenin

strofa li minnhom l-aktar imsemmija

baqgħu dawk il-ftit linji bl-isem Il-Kolonna

tas-Sħaba (The Pillar of the Cloud),

magħrufin ukoll bħala l-innu ‘Lead, kindly,

light’. Tnax-il sena wara, Newman, saċerdot

fil-Komunjoni Anglikana, wasal biex imidd

l-aħħar pass: dak li jħaddan il-fidi Kattolika.

Fil-lejl tat-8 ta’ Ottubru 1845, fl-eqqel ta’

maltempata kbira, is-saċerdot Passjonista

Taljan P. Domenico Barberi wasal

f’Littlemore, villaġġ ċkejken ftit ’il barra

minn Oxford. Kien f’karozzin, u kien

imxarrab għasra. Id-destinazzjoni tiegħu

kienet xi stalel mibdula fi speċi ta’ dar,

fejn il-predikatur Anglikan famuż John

Henry Newman u xi ħbieb tiegħu kienu qed

jgħixu waqt li jiddixxernu r-rieda ta’ Alla

f’ħajjithom. Waqt li P. Domenico kien qed

jipprova jnixxef ħwejġu quddiem in-nar,

Newman daħal, intefa’ f’riġlejh u talab li

jkun aċċettat fi ħdan “il-merħla waħda u

vera tar-Redentur”. Wara dan talbu jisma’

l-qrara tiegħu.

Il-qrara kompliet anki l-għada, u warajh

qerrew ukoll iż-żewġt iħbieb tiegħu.

Filgħaxija lkoll għamlu l-istqarrija tal-fidi u

rċivew il-magħmudija kundizzjonali. Fl-10

ta’ Ottubru, l-istess mejda li fuqha Newman

kien qatta’ madwar sentejn jikteb ilmanuskritt

On the Development of Christian

Doctrine serviet biex fuqha tqaddset

il-quddiesa li fiha Newman tqarben għallewwel

darba.

X’jgħidilna Newman illum? Ħajtu kienet

kollha kemm hi mixja waħda u tiftixa

għall-verità. Dam ħafna jaħsibha, bata, tilef

ħbiberiji qodma (anki ta’ oħtu stess) u mexa

fi vjaġġ interjuri qalil sa ma fl-aħħar sabha.

Imma ladarba sabha, ma kienx lest li jitlifha.

Il-fidi vera kienet għalih l-akbar teżor; ma

kien lest jibdilha ma’ xejn. Il-perseveranza,

l-onestà, it-tjubija u l-ħlewwa jibqgħu

jissemmew bħala fost l-akbar virtujiet

ta’ dan il-qaddis li b’għemilu, ħsibijietu

u kitbietu bidel għal dejjem il-wiċċ tal-

Kristjaneżmu fl-Ingilterra.

John H. Newman se jiġi ddikjarat qaddis

mill-Papa Franġisku nhar il-Ħadd 13 ta’

Ottubru f’Ruma.

JOHN H. NEWMAN

Ottubru 2019 • 15

Miktuba minn John H. Newman

God has created me to do Him some

definite service.

He has committed some work to me which

He has not committed to another.

I have my mission.

I may never know it in this life,

but I shall be told it in the next....

He has not created me for naught.

I shall do good;

I shall do His work.

I shall be an angel of peace,

a preacher of truth in my own place....

Therefore, I will trust Him.

Whatever I am, I can never be thrown away.

If I am in sickness,

my sickness may serve Him,

in perplexity, my perplexity may serve Him.

If I am in sorrow, my sorrow may serve Him.

He does nothing in vain.

He knows what He is about.

He may take away my friends.

He may throw me among strangers.

He may make me feel desolate,

make my spirits sink,

hide my future from me.

Still ... He knows what He is about.

Alla ħalaqni sabiex naqdi xi missjoni partikolari.

Huwa ħalla f’idejja xogħol li ma tahx lil

ħaddieħor.

Jien għandi l-missjoni tiegħi xi nwettaq.

Forsi qatt m’jien se nkun naf eżatt x’inhi

f’din il-ħajja,

imma żgur li se nsir nafha fil-ħajja ta’ wara....

Hu ma ħalaqnix għalxejn.

Irrid nagħmel dak li hu tajjeb;

irrid nagħmel dak li jrid Hu.

Jien se nkun anġlu tal-paċi,

predikatur tal-verità, inkun fejn inkun....

Għalhekk irrid nafdah.

Jien x’jien, jien qatt ma nista’ nintrema.

Jekk marid, jalla naqdih bil-marda tiegħi;

jekk mħawwad, naqdih bit-taħwid tiegħi.

Jekk imdejjaq, jalla jaqdih id-dwejjaq tiegħi.

Hu ma jagħmel xejn għal xejn.

Jista’ jtawwalli ħajti, u jista’ jqassarha.

Huwa jaf x’qed jagħmel.

Jista’ jeħodli lil ħbiebi.

Jista’ jqegħedni fost il-barranin.

Jista’ jippermetti li nħossni deżolat u skuraġġut,

jew jaħbi minni l-ġejjieni tiegħi.

Madankollu, jiġri x’jiġri ... huwa jaf x’qed

jagħmel.

TBATI BIEX TQUM MIS-SODDA?

Sodda li ddur sakemm int tiġi bil-qegħda u tkompli tgħinek biex tqum

bil-wieqfa. Tista tgħolli d-dahar, is-saqajn u s-saqqu b'kollox sa metru 'l fuq.

Prodott Ġermaniz tal-gћola kwalita', b'20 sena esperjenza.

Gћażla ta’ saqqijiet u soddod gћal kull bżonn anke fitted.

■ Sodda Rotoflex Basic

■ Ta' gћajnuna kbira gћall-carer

■ Saqqu TriOptima - jifrex il-piż gћal aktar kumdita'

■ Rails mal-ġenb

■ Mwassla u armata f’darek

Hemm ukoll xi sussidju li jista jingħata. Staqsina.

Ċempel 21576171 jew ibgħat email fuq info@beacon.com.mt

TBATI B’NUQQAS

TA’ SMIGĦ ?

Ħafna nies idumu biex itejbu s-smigħ tagħhom. Jagħmlu

ħajjithom aktar diffiċli għalxejn. Jekk m'intix moqdi

fis-smiegħ, kellimna.

■ Screening Test b'xejn

■ Noffru l-aqwa teknoloġija, u fuq kollox, servizz eċċezzjonali.

■ Perjodu ta' prova biex tkun ċert li mort għall-aħjar.

■ Nagħmlu viżti fid-djar ukoll.

■ Matul 21 sena, għinna mijiet ta’ nies, nagħmlu ħilitna miegħek ukoll.

■ Isma’ u gawdi d-diskors, telefon, televiżjoni, radju u mobile.

Mudell kompletament

ġewwa l-widna.

L-aktar mudell żgħir u

diskret iżda l-aktar

b’saħħtu fis-suq.

Mudell ta’

wara l-widna.

Ċkejken, pulit, diskret u

b’saħħtu, anke għal min

għandu nuqqas ta’

smiegħ serju.

Għin lilek innifsek u lil ta' madwarek.

Ċempel fuq 21576171

jew ibgħat email fuq info@beacon.com.mt

Flimkien fuq Radju Marija

Kull l-ewwel Ħamis tax-xahar fl-10am Programm dwar il-kontenut

tal-magazin Flimkien. Ikun hemm phone-ins mis-semmiegħa.

Il-programm li jmiss: il-Ħamis 3 ta’ Ottubru

Bżonn urġenti!

Għandna bżonn urġenti ta’ qaddisin, mhux

bilfors bis-suttana u l-velu, imma anki bil-jeans

u t-tennis shoes; qaddisin dilettanti tal-films,

iħobbu l-mużika, jitħalltu ma’ ħbiebhom,

jixorbu magg birra, jieklu r-wraps u l-burgers,

jisserfjaw l-internet. Għandna bżonn qaddisin

li jpoġġu lil Alla fl-ewwel post f’ħajjithom,

qabel is-suċċess fil-karriera; li jfittxu ħin

għat-talb kuljum u jgħożżu l-purità, il-kastità

u kull ħaġa sabiħa. Għandna bżonn qaddisin

għas-seklu wieħed u għoxrin bi spiritwalità

ta’ żmienna. Għandna bżonn qaddisin li

jimpenjaw ruħhom favur il-fqar, favur min

hu fil-bżonn; qaddisin li jgħixu fid-dinja, li

jafu x’qed jiġri fid-dinja, li jqaddsu lid-dinja,

li ma jibżgħux mid-dinja, li mhumiex taddinja.

Għandna bżonn qaddisin ferħana, u

mhux bil-geddum. Għandna bżonn qaddisin

li jgħixu l-Ewkaristija, li jħobbu l-isports u

t-teatru. Għandna bżonn qaddisin li jħobbu

l-ambjent, li huma ħbieb leali, li jsellmu lil

kulħadd, qaddisin b’moħħ miftuħ, soċjevoli,

normali, imma mhux superfiċjali. Għandna

bżonn qaddisin li jagħrfu x’inhi r-rieda ta’

Alla għalihom, u jagħmluha. Għandna bżonn

urġenti ta’ dan it-tip ta’ qaddisin.

Paul Pace SJ

MISSIERNA (4) Ottubru 2019 • 19

Tiġi Saltnatek

Din hija parti oħra mill-Missierna

li t-tifsira tagħha forsi ma

tinftehimx mill-ewwel. Tqanqal fina

mistoqsijiet bħal: X’Saltna hi din? Alla mhux

diġà qed isaltan? Għandu bżonn it-talb

tagħna biex “tiġi saltnatu”?

Is-“Saltna” kienet il-qofol tal-messaġġ ta’

Ġesù. Skont il-Vanġelu ta’ San Mark l-ewwel

prietka tiegħu bdiet hekk: “Iż-żmien huwa

mitmum u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u

emmnu fl-Evanġejlu” (Mk 1:15). U darba oħra

stqarr li s-Saltna tinsab fostna (Lq 17:21).

Imma Ġesù qatt ma ta definizzjoni ta’

x’inhi s-Saltna; għażel li jitkellem dwarha

bil-parabboli: is-Saltna ta’ Alla tixbah …

żerriegħa li taqa’ fuq art differenti; ftit

ħmira li ttella’ l-għaġna kollha; xibka li fiha

jinqabad il-ħut kollu; għalqa li fiha jikbru

flimkien il-qamħ u s-sikrana sa ma jasal

il-ġudizzju aħħari.

Is-saltna hi ppreżentata bħala xi ħaġa li

kellha bidu ċkejken, misterjuż. Minn barra

tidher anqas qawwija mis-saltna ta’ Satana,

imma hi qawwija ħafna u tikber bla ma qatt

tieqaf, kuljum, lejl u nhar, anki meta l-bidwi

rieqed; tagħti frott straordinarju, anki mitt

darba aktar, meta ssib art tajba.

Is-Sultan tagħna hu ħanin u ġentili; jaħsel

riġlejn is-sudditi tiegħu; jinsisti li jibqa’

jsejħilna “ħbieb” mhux “qaddejja”; saħansitra

jsejħilna “ħuti” għax għandna l-istess

Missier.

Jixtieq bil-ħrara kollha li s-Saltna tiegħu u

l-valuri tagħha jqabbdu għeruqhom fil-qalb

ta’ kull biedem, mhux bil-forza imma b’qalb

għalkollox ħielsa. Il-Missier joffrielna lillistess

Spirtu tiegħu li ftit ftit jittrasforma

lilna u d-dinja fix-xbieha ta’ Ibnu Ġesù.

Għal San Pawl, is-Saltna mhix waħda ta’

ikel u xorb imma “ta’ ġustizzja, paċi u hena

fl-Ispirtu s-Santu” (Rum 14:17). L-ispirtu

ta’ din is-Saltna hu mfisser bl-aħjar mod

fil-Beatitudnijiet (Henjin dawk li …). Aħna

nitolbu biex is-Saltna ta’ Alla titkattar fi qlub

il-bnedmin, u biex aktar bnedmin jaċċettaw

is-sejħa urġenti li jagħmlilna Ġesù:

“Iż-żmien huwa mitmum,

is-Saltna ta’ Alla waslet;

indmu u emmnu

fl-Evanġelju.”

Maqluba għall-Malti minn Joe Huber.

20 • Ottubru 2019 INTERVISTA

Kattoliċi imma

mhux Insara?

Joe Huber jintervista

lill-Prof. Oliver Friggieri dwar diversi temi.

1. Il-Papa Franġisku spiss iċanfar lil dawk

l-Insara li huma ‘ipokriti’. X’messaġġ

tislet minn dan?

Fl-isforzi biex inkunu Nsara, aħna naslu

li nkunu Kattoliċi. B’Kattoliku nifhmu

li nkunu ċivili u ‘pożittivi’. Imma dan

huwa biss il-minimu, bħall-marka ta’ min

jgħaddi mkaxkar fl-eżami. Imma li tkun

Nisrani ma jfisser xejn inqas milli tkun eroj.

Pereżempju, Nisrani hu xi ħadd li jaħfer,

waqt li Kattoliku hu xi ħadd li għandu l-jedd

‘ipattiha’. In-Nisrani jfittex l-aħħar post,

imma l-Kattoliku... Għalija l-Vanġelu hu test

eċċellenti biex jinstabu l-opposti, jiġifieri

xi jrid Kristu versu xi nfittxu aħna bħala

minimu oppost.

Hemm l-oppost bejn il-Vanġelu u l-kodiċi

soċjali u politiċi tagħna. Aħna l-Kattoliċi

nixbhu lid-dinja, waqt li Kristu ordna

l-kuntrarju. Ili snin nistenna l-waqt li nibda

nikteb ktieb dwar l-oppost evanġeliku

evidenti, jiġifieri dak li jinqara u jiftiehem

skont grammatika normali. Mela l-Kattoliku

versus in-Nisrani huwa (fi kliem Papa li mhu

xejn diplomatiku) il-poter ekkleżjastiku

versu kull tip ta’ San Franġisk ta’ Assisi. Il-

Papa preżenti hu l-ewwel wieħed imsemmi

għal San Franġisk wara dawn is-sekli kollha.

Huwa Kristjan ‘wisq’, jiġifieri skomdu, ibleh,

fundamentalist.

2. Kif tista’ terġa’ ssir kredibbli l-Knisja

wara l-iskandlu tal-pedofilja?

Il-Knisja tikseb il-kredibbiltà mitlufa skont

kemm turi li temmen u skont kemm turi li

taf li hi dgħajfa. Il-Knisja tilfet ħafna millkredibbiltà

anki għaliex ippruvat timponi

wisq id-dehra ta’ Knisja bħala Kurja, blambaxxati

u b’dak kollu li Kristu wera li ma

jistmax. Ippruvajna niċċivilizzaw lil Kristu

– u ara x’ġara! Dawn it-temi ttrattajthom

fir-rumanzi Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri

u fit-triloġija Hekk Tħabbat il-Qalb Maltija.

INTERVISTA

Ottubru 2019 • 21

Għadni konvint, anki fl-era postmoderna,

li l-letteratura impenjata f’termini reliġjużi

u eżistenzjali tista’ tidħol fi rkejjen fejn

il-Knisja uffiċjali u diplomatika ma tistax

tidħol. Imma m’iniex ċert li l-Knisja

kurjali hi inkwetata jew ħerqana li tara

l-intellettwali bħallikieku ‘jieħdu’ l-funzjoni

tagħha.

3. Fil-Punent, inkluża Malta, l-għadd ta’

Nsara prattikanti dejjem nieżel. X’jista’

jsir biex in-‘nar’ li ġab Kristu fid-dinja

ma jintefiex?

Il-Knisja, kemm kurjali u kemm popolari,

għandha dnub wieħed ‘biss’ quddiemha, u

dan jiġbor kollox: it-telfien tal-fidi. Il-Knisja

stess tidher li għaddejja minn dan it-tunnel.

U dan jidher fil-kliem daqskemm fl-azzjoni.

Knisja li taħseb li b’San Tumas f’idejha se

tikkonvinċi lill-bniedem postmodern hi

istituzzjoni li ma fehmitx il-qofol tal-epoka,

jiġifieri: (1) hi Knisja li tippretendi li taf u

tifhem kollox u (2) hi Knisja li ma temminx

fil-lingwa ta’ Alla, il-lingwa tas-silenzju

u tal-misteru, ċjoè Knisja li trid tispjega

kollox, u tinsa li qiegħda tħabbat fuq il-bieb

tal-misteru – appuntu, Knisja Kattolika

imma mhux Nisranija. Hawn tinsab il-kriżi

tagħna. Mhux id-dnub fih innifsu imma

s-suppervja li titrabba madwaru. Dan jitlob

diskors twil u sistematiku. Lili jinteressani

ħafna, daqskemm ippruvajt nartikolah, u

kien għalxejn. Jisgħobbija li n-nuċċali tiegħi

ma jistax jara wisq nies inkwetati.

4. Fil-kuntest tal-indifferenza u

ċ-ċaħda ta’ Alla li tinħass fostna, il-

Papa Franġisku jissuġġerixxi li l-Knisja

‘toħroġ’ tfittex lill-miġruħin bilkreattività.

X’messaġġ tislet minn din

l-istedina?

Kristu nnifsu hu mgħallem mill-aqwa talkreattività,

jiġifieri tal-arti. Fil-każ tiegħu hi

22 • Ottubru 2019

INTERVISTA

l-arti tal-kelma mirquma, tal-Letterarura.

Kull reliġjon hi mibnija fuq il-kelma,

mitħaddta daqskemm imbagħad miktuba.

Kristu huwa poeta, u mhux biss poetiku.

Poeta hu xi ħadd li jitkellem bil-metafori,

u l-metafori ta’ Kristu huma wkoll

żviluppati tajjeb f’forma ta’ parabboli, jew

aħjar, allegoriji, jiġifieri stejjer li jitolbu

spjegazzjoni.

Kristu, mill-bidu sal-aħħar, hu mħaxken

bejn it-tifsira letterali u t-tifsira

metaforika. Pereżempju: huwa sultan veru

jew le? Ħaqqu li jitqies bħala ibleh jew ħati

li jistħoqq il-forka?

Kollox idur mal-kelma

‘sultan’. Hu jew mhuwiex

sultan? Id-diskors hu

metaforiku jew letterali?

Il-mistoqsija ta’ Pilatu

għadha miftuħa sal-lum.

Dan kollu qiegħed insemmih f’dan ilkuntest

biex nuri sfida oħra tal-Knisja fi

żmienna: fir-riti tal-Knisja tal-lum ma

hemmx poeżija, jew poetiċità. Ħallejna

l-istinti artistiċi barra l-bieb: l-istagħġib,

id-djalogu mal-ħlejjaq kollha, u fuq kollox

is-sens tal-Misteru, li jimponi s-skiet u

mhux il-paroli.

Hawn diversi saċerdoti li huma kelliema

tajbin, mgħallmin tal-kelma, u li jafu li

n-nies li jemmnu huma nies li jibku u

jbikku, ikantaw, jitħassbu, jiddubitaw,

jemmnu, jisktu. Irrid immur il-knisja

anki biex nisma’ mużika li se tressaqni

bil-qawwa lejn Alla. Hemm ġew nibki u

nidħaq, nitriegħed u nhewden. Fil-qosor:

ma nemmnux fl-arti bħala l-lingwa ta’

Alla, bħalma ma nemmnux li l-annimali

huma wkoll kapolavuri tiegħu.

Bil-ħaqq: xi darba niddiskutu dwar

kemm hawn tfal u żgħazagħ ta’ qalb

tajba li ma jistgħux jemmnu f’Alla

ħallieq, ħanin u omnipotenti meta

ngħidulhom li l-annimali huma

maħluqin Minnu biex ibatu u jitqattgħu

biċċiet. Dan x’Alla hu, mostruż, li

bellajnielhom b’tant kalma u konvinzjoni

– u bla sentiment? Il-kawża tal-ateiżmu

hi l-antropomorfiżmu. Min jista’ jgħid

kemm nies mad-dinja kollha reġgħu

skoprew lil Alla ħanin meta raw il-filmat

tal-Papa bil-ħamiema ħierġa bejn idejh

waqt li hu jitbissmilha? Kemm hawn nies

li ma jemmnux f’Alla-Drakula u falz li

bellajnielhom!

5. Spiss f’mumenti diffiċli fis-soċjetà

kienu n-nies tal-kultura li kienu

profetiċi u mexxew movimenti ta’

qawmien, speċjalment nies tal-

Letteratura. Għadha teżisti din ilkategorija

ta’ intellettwali?

Iva, imma mill-ġdid, il-poter

ekkleżjastiku ma jemminx wisq fleffiċjenza

tal-arti. L-intellettwali lokali

huma preżenti f’kull qasam ieħor, imma

l-idea tar-rabta bejn l-arti u l-fidi mhix

applikata wisq. Mill-ġdid … ma aħniex

Insara. Kristu poeta, oratur letterarju,

kelliem mill-aqwa, intens … dan kollu hu

mwarrab.

Emmanuel Camilleri

ŻGĦAŻAGĦ

Ottubru 2019 • 23

TARBIJA QATT MHI ŻBALL

Il-film ‘Unplanned’ jirrakkonta l-ġrajja

ta’ Abby Johnson. Abby kienet studenta

fil-bidu tal-ħajja studenteska tagħha filkulleġġ.

Tħajret tidħol voluntiera mal-klinika

ta’ Planned Parenthood.

Għal Abby, in-nisa li kienu jmorru l-klinika

biex ineħħu t-tarbija minn ġufhom kienu

żbaljaw għax qatt ma kien messhom

iddeċidew li jneħħu t-tarbija. Imma darba

fost l-oħrajn spiċċat hi stess fis-sitwazzjoni

tagħhom bla ma qalet lil ħadd.

Abby kienet tieħu xogħolha b’serjetà kbira

tant li offrewlha tibda taħdem magħhom fulltime

wara li tiggradwa, u hi aċċettat avolja

kontra x-xewqa tal-familja tagħha. Maż-żmien

laħqet ukoll direttur tal-klinika. Dejjem

baqgħet tkompli tgħin in-nisa li jirrikorru

għand Planned Parenthood.

Kollox kien miexi ħarir sakemm darba waqt

il-laqgħa ġenerali annwali ħadet aħbar li ma

tantx daqqitilha. Bdiet tiddubita jekk l-għan

tal-klinika kienx verament li tgħin lil dawn

in-nisa.

Fatt kurjuż huwa li Ashley Bratcher, l-attriċi li

ħadmitha ta’ Abby, saret taf propju ftit qabel

ma bdew jiġbdu l-film li ommha stess kienet

għamlet abort meta kienet għadha teenager,

u kienet waslet fl-aħħar li tagħmel ieħor meta

kienet tqila biha stess.

Xi drabi l-abort jiġi ppreżentat bħala

soluzzjoni għal ċerti sitwazzjonijiet. Forsi

bħal Abby nistgħu naħsbu li hu neċessarju.

Din hi kwistjoni kumplessa ħafna u dan ilfilm

se jgħin fid-diskussjoni.

Aħna ż-żgħażagħ irridu nwasslu l-messaġġ

veru u sħiħ dwar din il-kwistjoni. Fin-nofs

hemm ukoll tarbija ħajja, avolja għadha

bla vuċi. Jalla ma nibżgħux niġu ttimbrati

‘antikwati’ meta nipproteġu l-ħajja ta’ trabi

innoċenti li għalkemm għadhom ma twildux

diġà huma trabi u għandhom fihom in-nifs

tal-ħajja mogħtija minn Alla nnifsu.

Le, tarbija qatt mhi żball, għalkemm xi

deċiżjonijiet li nieħdu aħna jistgħu jkunu

żbaljati.

Fl-aħħar esperjenzat xi ħaġa li tassew

ġegħlitha tistaqsi jekk kenitx qed tagħmel

sew fejn qiegħda – imma jekk tixtieq tkun taf

aktar, nissuġġerilek tara l-film.

Bħal kull film ieħor, fl-Amerika qamet

kontroversja sħiħa dwaru. Kien hemm

oppożizzjoni qawwija u akkużi dwar

ineżattezzi. Xi stazzjonijiet tat-televixin

saħansitra rrifjutaw li jġibu riklami dwaru.

Waqt il-casting, il-produtturi kellhom javżaw

lill-atturi li minħabba l-parteċipazzjoni

tagħhom f’dan il-film setgħu ma jingħatawx

rwoli f’films oħra għax jiġu bbojkottjati.

24 • Ottubru 2019

ŻGĦAŻAGĦ

Marc Pulis

Volontarjat

f’Malta stess

Waħdi ma nistax nibdel id-dinja,

imma nista’ nwaddab ġebla fl-ilma u noħloq ċaqliqa.

Ħafna żgħażagħ Maltin jagħmlu

esperjenzi ta’ volontorjat barra

minn xtutna. Uħud jagħżlu li

jibqgħu fl-Ewropa, f’postijiet bħal Napli u

Sqallija, filwaqt li oħrajn imorru f’pajjiżi

mbiegħda, bħall-Kenja u l-Indja.

Dan kollu tajjeb u bżonnjuż, naturalment,

imma f’Malta stess hawn għatx kbir għal

żgħażagħ biex jiddedikaw ftit ħin filġimgħa

għal xogħol volontarju?

Għal ħafna snin, hekk kif tibda s-sena

skolastika, grupp ta’ voluntiera jingħaqdu

flimkien biex, flimkien mal-Missjunarji

tal-Karità (is-Sorijiet ta’ Madre Tereża)

ilaqqgħu t-tfal għall-hekk imsejħa

Doposcuola.

Doposcuola, isimha magħha, issir fil-ħin

ta’ wara l-iskola. Issir tliet darbiet filġimgħa.

It-tfal li jattendu d-Doposcuola

fid-dar tas-Sorijiet f’Bormla ma jkollhomx

min jista’ jgħinhom fil-homework iddar.

Għalhekk is-sorijiet flimkien malvoluntiera

joffrulhom din l-għajnuna

imprezzabbli biex jgħinuhom itejbu

l-livell edukattiv tagħhom. Barra min

hekk, joffrulhom spazju fejn iħossuhom

siguri u komdi filwaqt li jilagħbu u jieħdu

gost ma’ sħabhom.

X’qalet Roberta G.: “Din hi t-tieni sena

tiegħi fid-Doposcuola. Meta tagħti mill-qalb

tirċievi ħafna iżjed milli tkun qed tistenna.

Bil-mod tagħhom, it-tfal japprezzaw il-ħin

li nqattgħu nagħmlu l-homework magħhom

u għalhekk hija sodisfazzjon u inċentiv biex

għal darb oħra niddedika ftit mill-ħin tiegħi

lil dawn it-tfal.”

Roberta A.: “Qatt ma immaġinajt li se nibqa’

nagħmilha sena wara oħra. Esperjenza

unika li tmisslek qalbek. Tispiċċa tirċievi

aktar milli tagħti.”

Titħajjar int ukoll tingħaqad u tkun

voluntier/a għal dan il-għan siewi? Kif

kienet tgħid Mother Teresa: “Jiena waħdi ma

nistax nibdel id-dinja, imma nista’ nwaddab

ġebla fl-ilma u noħloq ċaqliqa.”

Id-Doposcuola ssir kull nhar ta’ Tnejn

mill-5:30pm sas-7pm, u l-Erbgħa u l-

Ġimgħa mill-4pm sas-7pm.

Għal aktar informazzjoni:

Marc 7904 2587 jew Roberta 7905 5966.

Nutar Dott. Ryan Caligari

IN-NUTAR

Ottubru 2019 • 25

Il-condominium

Iż-żieda ta’ blokki ta’ appartamenti

fl-aħħar snin ħolqot il-bżonn li

r-relazzjonijiet legali bejn min jgħix filblokk

jiġu regolarizzati.

Il-liġi dwar il-condominium daħlet fis-seħħ

fl-2001 u tapplika meta żewġ persuni jew

iktar jużaw u jgawdu l-partijiet komuni ta’

blokk ta’ bini. Il-partijiet komuni huma dawk

il-partijiet li għandhom l-iskop li jintużaw

mis-sidien tal-appartamenti kollha, bħal

bibien ta’ dħul komuni, intrati u lifts, anki

jekk xi wieħed mis-sidien ma jagħmilx użu

minnhom.

Din il-liġi tapplika f’każ ta’ appartamenti,

penthouses u kumplessi ta’ garaxxijiet. F’każ

ta’ maisonettes (fejn hemm biss it-tgawdija

ta’ servitujiet li jinkludu l-mogħdija ta’

katusi, pajpijiet, drains, cables u t-tqegħid

ta’ tankijiet tal-ilma fuq il-bejt tal-blokk)

ma għandhomx jitqiesu bħala parti millcondominium,

u allura f’dan il-każ din il-liġi

ma tapplikax.

B’din il-liġi, il-condomini (is-sidien talappartamenti

u l-penthouses) għandhom

ċerti dmirijiet u drittijiet rigward il-partijiet

komuni tal-blokk. Il-condominus ma

jistax jirrinunzja għall-jeddijiet li jkollu

fil-partijiet komuni, jiġifieri kull sid huwa

obbligat iħallas l-ispejjeż marbutin malpartijiet

komuni anki jekk ma jużahomx

jew ma joqgħodx fl-appartament. Ukoll,

ma jistax ibigħ sehmu mill-partijiet komuni

b’mod separat mill-appartament jew millpenthouse

li għandu, u lanqas ma jista’

jagħmel xi xogħlijiet fil-proprjetà tiegħu

li b’xi mod jikkaġunaw ħsara fil-partijiet

komuni.

Generalment, l-obbligi tal-condominus

joħorġu mill-kuntratt ta’ bejgħ stess, bħal:

• Is-sidien tal-appartamenti u

l-penthouses fil-blokk ma jistgħux

jingombraw u/jew iħammġu l-partijiet

komuni tal-blokk, u lanqas iħallu skart

fil-partijiet komuni.

• Il-faċċata tal-appartament trid tinżamm

uniformi mal-kumplament tal-faċċata

tal-blokk. Il-partijiet ta’ barra tal-blokk

ma jistgħux jinżebgħu ħlief bl-istess

skema tal-kuluri preżenti, sakemm ma

jkunx hemm il-kunsens tas-sidien kollha

tal-blokk.

• Ma jistax isir inxir ta’ ħwejjeġ b’mod

li jidher mill-faċċata jew minn barra,

u lanqas ma jistgħu jitwaħħlu aerials

tat-televixin (portable jew mod ieħor),

inklużi satelliti, li jidhru minn barra.

L-Amministratur: Meta jkun hemm erba’

condomini jew aktar, il-liġi tirrikjedi li jinħatar

amministratur tal-blokka tal-appartamenti

permezz ta’ laqgħa bejn il-condomini (li

għandha ssir mill-inqas darba fis-sena).

Il-funzjonijiet tal-amministratur jinkludu:

li jesegwixxi d-deċiżjonijiet tal-laqgħa talcondomini;

jiżgura l-osservanza tal-liġi bejn

il-condomini; jiġbor il-kontribuzzjonijiet

mingħand il-condomini; iwettaq dawk l-atti

li jistgħu jeħtieġu għall-preservazzjoni u

l-protezzjoni tal-partijiet komuni. F’każ

ta’ suspetti raġonevoli ta’ irregolaritajiet

gravi min-naħa tal-amministratur, wieħed

jew iktar mill-condomini għandu dritt

jirreferi l-kwistjoni tar-revoka tal-ħatra talamministratur

għall-arbitraġġ.

26 • Ottubru 2019 LOGĦOB

Claudia Cini

Mimdudin

1. Pinna li dari kienu jbilluha fil-klamar (5)

3. Pereżempju tal-armla, tal-qara’ bagħli,

tal-qara’ aħmar (5)

6. Partikolarment (11)

8. Dagħbien, irdumijiet, postijiet fondi u

mudlama (7)

12. Ħut bi strixxi fuq daharhom, b’għajnejhom

kbar (7)

15. Bħall-knisja ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta (3,8)

16. Simbolu tat-tama (5)

17. Din dejjem tinbiegħ kollha! (5)

Tisliba

1 2 3 4 5

6 7

8 9 10

11 12 13 14

Weqfin

1. Ħażin fit-togħma (5)

2. L-akbar waħda fost il-gżejjer Griegi (5)

4. Mattia ----- pitter is-saqaf ta’ San Ġwann (5)

5. Kittieb, oriġinatur (5)

7. Resident; mil-lokal (7)

9. Mingħajr (3)

10. “Ma jarax ----ponta ta’ mnieħru!” (3)

11. Tajra ta’ billejl b’wiċċha ċatt (5)

12. Ħofor wiesgħa fil-ħamrija madwar zokk ta’

siġra lesti għat-tisqija (5)

13. Ikħal, ċelesti (5)

14. Meta jkollok din fuq l-istonku jfisser li tkun

qed tinkwitak xi ħaġa (5)

15

16 17

Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

Irbaħ pizza għal tnejn

mingħand Saracino’s Café

(Triq il-Kbira, Ħ’Attard, 21422995)

billi twieġeb tajjeb sal-15 tax-xahar.

Ibgħatha hekk: Flimkien, Tisliba,

P.O. Box 1, il-Furjana.

Rebbieħ/a tax-xahar l-ieħor:

J. Fabri, Paola

Soluzzjoni Tisliba tax-tax-xahar l-ieħor

Mimduda: 1. SUFAN, 3. SALIB, 6. ADOLEXXENTI, 8. KREMUŻI, 12. ABBANDU, 15. ARTIFIĊJALI,

16. ELLAR, 17. STIMA.

Weqfin: 1. SWABA, 2. FLOKK, 4. LENTI, 5. BNINA, 7. XEMXATI, 9. RIB, 10. ŻID, 11. AGAPE,

12. ARTAL, 13. UŻATI, 14. FTILA.

Sudoku

Imla l-vojt kollu b’mod li l-kolonni, il-linji u kull

kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin-numri 1 sa 9.

Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar hekk:

Flimkien, Sudoku, P.O. Box 1, il-Furjana.

Premju: żewġ kotba ġentilment mogħtija

minn Merlin Publishers (Blata l-Bajda).

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

1 4 2 9 8 6 5 3 7

8 5 6 7 3 2 9 1 4

9 7 3 5 4 1 6 8 2

5 2 9 1 6 7 8 4 3

6 3 4 2 9 8 1 7 5

7 1 8 4 5 3 2 9 6

4 8 1 3 2 5 7 6 9

3 6 5 8 7 9 4 2 1

2 9 7 6 1 4 3 5 8

3 4 2

1 6 4 3

2 5 7 1

1 7 2 4

2 9 7 6

4 5

6 4 3 1

8 7 5 6

9 3 7

Rebbieħ/a

tax-xahar l-ieħor: F. Gatt, Ħal Tarxien

Id-dar egħi, mal-familja, indipenden

Ċemplilna għal kwotazzjoni bla

obligazzjoni illum fuq 21 524 888

Tista' kkwalifika għas-sussidju mill-Gvern

133, Mdina Road, Zebbug, ZBG 9015, Malta

Mobile: (+356) 99 242 320

Email: info@stairsindependent.com

Web: www.stairsindependent.com

28 • Ottubru 2019 GĦALINA T-TFAL

FEJN HUMA L-OĦRAJN?

Nhar il-Ħadd 13 ta’ Ottubru fil-vanġelu se nisimgħu

dwar il-miraklu li għamel Ġesù meta fejjaq numru

ta’ lebbrużi. Fil-ġenb issib il-kliem eżatt tal-vanġelu

ta’ dakinhar kif irrakkuntat minn San Luqa. Aqrah

sew biex tkun tista’ twieġeb u timla l-kaxex kollha.

Ibgħatha hekk: Flimkien, Għalina t-Tfal, P.O. Box 1,

Floriana. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ ktieb

għat-tfal ġentilment mogħti minn HORIZONS.

Huwa u sejjer lejn

Ġerusalemm, Ġesù għadda

minn bejn is-Samarija u

l-Galilija. Kif kien dieħel

f’raħal, iltaqgħu miegħu

għaxart irġiel morda billebbra.

Waqfu ’l bogħod

minnu, għollew leħinhom

u qalulu: “Ġesù, Mgħallem,

ikollok ħniena minna!” Kif

rahom, qalilhom: “Morru

uru rwieħkom lill-qassisin.”

U ġara li, huma u sejrin,

fiequ mill-marda tagħhom.

Wieħed minnhom, kif ra

ruħu mfejjaq, raġa’ lura

jgħajjat u jfaħħar lil Alla,

inxteħet wiċċu fl-art

f’riġlejn Ġesù u raddlu ħajr.

Issa dan kien Samaritan.

U Ġesù qabad u qal: “Mhux

l-għaxra fiequ mil-lebbra?

Fejn huma d-disgħa l-oħra?

Ma kien hemm ħadd

minnhom li raġa’ lura biex

jagħti glorja lil Alla ħlief

dan il-barrani?” Imbagħad

qallu: “Qum, mur; il-fidi

tiegħek salvatek.”

(Lq 17:11-19)

1 2 3

10

5

9

7

Mimdudin:

1. Ġesù qal lir-raġel, “Qum, mur;

il- ---- tiegħek salvatek.”

5. Kemm-il lebbruż fejjaq Ġesù?

6. Ġesù qalilhom biex imorru

juru ruħhom lill----------.

9. Fejn kien sejjer Ġesù meta

għamel dan il-miraklu?

10. L-irġiel morda talbu lil Ġesù

biex ikollu ------ minnhom.

It-tweġiba tax-xahar l-ieħor: 3, 1, 5, 6, 7, 8, 4, 2.

Rebbieħ: H. Fenech, Ħaż Żebbuġ

6

4

8

Weqfin:

2. Kemm minnhom ma reġgħux lura

biex jirringrazzjawh?

3. Din il-ġrajja tgħallimna li lil Alla

għandna ngħidulu ------.

4. Minn fejn kien ir-raġel li reġa’ lura

biex jirringrazzja lil Ġesù?

7. Kemm-il raġel reġa’ lura biex

jirringrazzjah?

8. Minn liema marda fejjaqhom Ġesù?

John Sultana

RIĊETTA

Ottubru 2019 • 29

Ravjul

Aħna ngħidulu ‘ravjul’. U meta

nirreferu għal waħda (jew għal

wieħed minnhom) ngħidu

‘ravjula’. Imma bit-Taljan, fejn oriġina

r-ravjul, jgħidulhom raviolo (singular) u

ravioli (plural).

L-ewwel darba li jissemmew kien fisseklu

erbatax minn ċertu Francesco

di Marco, neguzjant Venezjan. Imma

l-oriġini tar-ravjul tinsab ‘imgeżwra’

fil-leġġenda, bħalma l-istess kelma

‘ravioli’ innifisha hawn min jgħid li

ġejja minn ‘riavvolgere’ (tgeżwer, to

wrap). Madankollu, aktar probabbli li

l-isem ġej minn ċertu kok Ġenoviż li

jingħad li vvintahom u li kunjomu kien

propju Ravioli.

Jidher li r-ravjul bil-qara’ aħmar

oriġina f’Mantova, fil-Lombardija.

F’diversi bliet u rħula Taljani hemm

it-tradizzjoni li f’Lejlet il-Milied jieklu

ravjul bil-qara’ aħmar.

Dan it-tip ta’ ravjul huwa interessanti

minħabba l-bilanċ bejn il-ħlewwa

tal-qara’ aħmar u l-imluħa tal-ġobon

Parmiġġjan jew Pecorino. Bliet

oħra bħal Cremona, Reggio-Emilia,

Parma u Brescia kollha għandhom ilvarjazzjonijiet

tagħhom ta’ dan il-platt.

Ravjul bil-qara’

aħmar, butir u ġobon

Mili tal-qargħa: 500g qara’ aħmar;

mgħarfa kurrat u ftit noċe muskata.

L-għaġina: 2 kikkri u nofs dqiq; ftit melħ;

4 bajdiet imħabbta u bajda biex twaħħal

l-għaġina ma’ xulxin.

Zalza: 125 gr butir ħelu, ġobon Pecorino

maħkuk u kurrat.

Metodu: Poġġi l-qargħa ħamra f’dixx

fil-forn (180°C) għal siegħa. Ħalliha

tiksaħ, neħħilha xi żerriegħa u għaffiġha

b’furketta. Żid il-kurrat u n-noċe muskata.

Ħawwad id-dqiq b’furketta mal-erba’

bajdiet. Agħġen għal xi 5 minuti u ħalliha

toqgħod. Iftaħ kwart tal-għaġina b’lembuba

sakemm issir irqiqa. Iftaħ kwart ieħor

ftit ikbar. Fuq l-ewwel għaġina miftuħa

poġġi mgħarfa bil-mili tal-qargħa ħamra

kull 5 ċentimetri f’ringieli ħdejn xulxin.

Dellek bejn il-mili bil-bajda mħawda u

poġġi l-għaġina miftuħa l-oħra fuqha u

agħfas b’subgħajk bejn il-mili. Aqta’ fi

kwadretti żgħar u kompli bl-għaġina l-oħra

u l-mili. Għalli r-ravjul għal xi 4 minuti u

ħallih joqtor. Saħħan fuq nar baxx il-butir

sakemm jiskura ftit u itfgħu fuq ir-ravjul.

Xerred il-ġobon u sebbaħ bil-kurrat.

Kulhom sħan.

30 30

Ottubru 2019

• Ottubru 2019

POSTER

Tista’ mara tinsa

t-tarbija tagħha,

u ma tħennx

għal bin ġufha?

Imqar jekk din tinsa,

jien ma ninsiek qatt!

(Isaija 49:15)

Mibgħuta minn Mariella Zammit.

Ibgħat sentenzi mill-Bibbja li jfissru

ħafna għalik (tibgħatx stampi):

Flimkien, Poster,

Kurja tal-Arċisqof, Il-Furjana

jew email: flimkien@maltadiocese.org

Flimkien Ottubru 2019

Gawdi dak li ħdimt għalih tul ħajtek!

Ħruġ ta’ Bonds

Bond b’rendiment ta’

Bond ieħor b’rendiment ta’

3.75% 4.6%

għal perjodu ta’

5 snin

li jimmatura fl-2023

għal perjodu ta’

10 snin

li jimmatura fl-2028

ß Investiment minimu ta’ €3,000

ß

ß

Timberland Invest Ltd ġiet maħtura bħala distributriċi tal-bonds maħruga

f’Malta minn Timberland Securities Investment plc.

L-investiment fil-bonds għandu jkun ibbażat fuq id-dettalji sħaħ tal-Prospett

Ċemplilna fuq

2090 8100

Dan ir-riklam huwa mmirat lejn klijenti li qed javviċinaw jew li laħqu l-età tal-irtirar.

Timberland Securities Investment plc. (inkorporata f’Malta b’uffiċċju reġistrat f’171, Old Bakery Street, Valletta) hija

l-kumpanija li ħarġet il-bonds ai termini tal-Prospett, datat 23 ta’ Novembru 2018, approvat mill-Awtorità tas-Suq Finanzjarju

f’Liechtenstein u ippassportjat f’Malta. Timberland Invest Ltd (b’uffiċċju tan-negozju f’Aragon Business Centre, Dragonara

Road, San Ġiljan, STJ 3140) hija regolata mill-MFSA taħt l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment u ġiet maħtura bħala d-distributriċi

ta’ dawn il-bonds f’Malta.

Jekk tinvesti f’dawn il-bonds, mhux se jkollok aċċess għall-flus tiegħek qabel id-data tal-maturità. Madankollu, tista’

tittrasferixxi jew tbigħ il-bonds tiegħek, dejjem skont it-termini tal-prospett. Il-valur tal-investiment tiegħek jista’ jitla’ kif ukoll

jinżel, u tista’ titlef ftit mill-ammont, jew l-ammont kollu, li inti tkun investejt. Aktar dettalji jinsabu f’dan il-Prospett, li jista’

jinkiseb mingħajr ħlas, waqt ħinijiet normali tal-ftuħ, mill-uffiċċju tan-negozju ta’ Timberland Invest Ltd f’San Ġiljan, jew missit

elettroniku: https://www.timberland-malta.com.

FEELING FREE AT HOME

invest in comfort and safety for yourself or your parents

Exclusive local distributors of

Stair Lifts, Recliners & Scooters

Tel: +356 21 252206

Email: info@liftservices.com.mt

Up to €5000

in government grants

Website: www.liftservices.com.mt

*subject to eligibility, terms and conditions

Lifts Services Ltd , Factory A25F

Marsa Industrial Park, Marsa, Malta

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!