10.07.2015 Views

Omelija ta' Dun Pawl Sciberras – Agħmlu dan b'tifkira tieghi

Omelija ta' Dun Pawl Sciberras – Agħmlu dan b'tifkira tieghi

Omelija ta' Dun Pawl Sciberras – Agħmlu dan b'tifkira tieghi

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

“Agħmlu dan b’tifkira tiegħi”Tifkira tal-100 sena mill-Kungress Ewkaristiku21 ta’ April 2013 – Knisja Arċipretali tal-MostaDun Pawl Sciberras________________________________________________________________________________Il-kliem tal-konsagrazzjoni tal-Ħobż u l-Inbid fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa li s-saċerdot ilissen inpersona Christi, fil-persuna, minflok Kristu Ġesù, jintemm bl-ordni “Agħmlu dan b’tifkira tiegħi”.Hija biss tfakkira ta’ ġrajja li seħħet tant snin ilu bejn Ġesù u l-Appostli? Hija biss tifkira talokkażjoni,bħall-ewwel ballun tal-futbol, l-ewwel playstation jew l-ewwel pupa li qlajna metakonna żgħar u għamilna l-Ewwel Tqarbina? X’inkunu nfakkru f’kull ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija?Kif nagħmlu dak li nagħmlu b’tifkira ta’ Ġesù?U illum, x’qegħdin nifhmu jien u int bit-tifkira solenni u ċelebrattiva li qegħdin nagħmlu tal-Kungress Ewkaristiku li sar 100 sena ilu, bil-laqgħat ewlenin isiru f’din il-Knisja tagħna?Ħa ngħiduha mill-ewwel: it-tifkira tal-Kungress u t-tifkira ta’ dak li għamel hu, Ġesù, u li għalihaqal: “Agħmlu dan b’tifkira tiegħi”, mhumiex l-istess. Waħda hija biss il-kommemorazzjoni ta’ dakli sar 100 sena ilu. L-oħra hija li nerġgħu nagħmlu mill-ġdid dak li għamel hu fiċ-ċirkostanzi ġoddatagħna llum, kull darba li aħna niċċelebraw il-Quddiesa.Il-frażi “agħmlu dan” toħodna għal testi mit-TQ bħal f’Eż 29,35, meta Aron u wliedu ġew ordnatisaċerdoti: “Dan int tagħmel ma’ Aron u wliedu, skont ma ordnajtlek”; jew f’Num 15,11-13: “Hekkgħandkom tagħmlu għal kull offerta, għal kull ħaruf, u għal kull gidi. Ikunu kemm ikunu l-vittmi litoffru, hekk għandkom tagħmlu ma’ kull waħda minnhom. Hekk għandu jagħmel kull meta l-Poplujoffri xi sagrifiċċju lill-Mulej.”L-istess frażi nżammet ukoll fit-testi ta’ Qumran, li nstabu fid-deżert ta’ Ġuda: 1QS 2,19 jordna r-ripetizzjoni tat-tiġdid tal-Patt kull sena bil-kliem “Hekk għandkom tagħmlu”. 1QSa 2,21 għall-iklaritwali messjanika li għandha tiġi mtennija, ukoll tintuża l-frażi “Hekk għandhom jagħmlu”.Kull meta Alla jrid li jiġi mtenni xi rit ta’ ċelebrazzjoni jew rit ieħor, kull darba tintuża din ilfrażi:“Agħmlu dan b’tifkira”.Imma x’għandu jiġi mtenni jew imfakkar fil-każ tal-Aħħar Ċena ta’ Ġesù mad-dixxipli tiegħu?Żgur li mhux sempliċement IL-KLIEM ta’ tifsir għall-ġesti użati fl-Ikla sħiħa tal-Għid li Ġesù kienqiegħed jiċċelebra mal-Appostli: kieku l-frażi biex jiġi ripetut ma kienx ikun “agħmlu” imma“irrepetu jew tennu l-kliem”. Lanqas ma jirreferi għall-IKLA SĦIĦA: kieku ma kienx ikun hemmgħalfejn li l-frażi tirrepeti ruħha kemm wara l-ħobż u kemm wara l-inbid fil-każ ta’ Ġesù fl-AħħarĊena, skont l-ewwel test tat-twaqqif tal-Ewkaristija fl-1 Korintin. Kieku San Pawl fl-1Kor 11,25,

fejn jagħti t-tradizzjoni tat-twaqqif tal-Ewkaristija minn Ġesù, ma kienx iżid mal-ordni l-kliem “kullmeta tixorbu”: “agħmlu dan kull meta tixorbu, b’tifkira tiegħi.” Dan ifisser li l-ordni “agħmlu dan b’tifkira tiegħi” fl-Aħħar Ċena u f’kull Quddiesa jirreferi għarrittal-qsim tal-ħobż, jiġifieri għar-rit ta’ radd il-ħajr waqt l-ikla, mhux għall-bqija tal-Ikla tal-Għid.Dan ir-radd il-ħajr m’huwiex kull barka li tingħad waqt l-ikla imma l-barka speċjali li biha l-iklamessjanika kienet tinġabar u titlaqqa’. F’din il-barka speċjali Alla kien jingħata tifħir u ġieħ għallħidmata’ salvazzjoni, u fl-istess ħin talba biex din is-salvazzjoni tilħaq it-twettiq aħħari tagħha.Fil-fatt fl-1Kor 10,16, San Pawl jgħaqqad dawn iż-żewġ talbiet flimkien, b’mod li waħda tfisser lilloħra:“Il-kalċi mbierek li fuqu ngħidu l-barka mhuwiex għaqda mad-demm ta’ Kristu? U l-ħobż linaqsmu mhuwiex għaqda mal-ġisem ta’ Kristu?” L-azzjonijiet tagħna meta fuq il-kalċi bl-inbid"ngħidu l-barka" u l-ħobż "li naqsmu" huma ż-żewġ azzjonijiet li bihom inwettqu l-kmand ta’ Ġesù“agħmlu dan b’tifkira tiegħi”.Barra minhekk, San Pawl jagħtina dettall ta’ kif kienet issir l-Ewkaristija mill-Insara ta’ żmienu.Pawlu jidħol bl-awtorità tiegħu ta’ appostlu u fundatur tal-komunità ta’ Korintu biex ma jħallix iżżewġikliet li kienu jsiru bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija jiġu ċelebrati wara xulxin,minħabba l-mod ħażin u bla sens li bih kienu jsiru dawn iż-żewġ ikliet, jew imwejjed, kifisejħilhom. Skont 1Kor 11, min kien jieħu sehem, kien iġib miegħu l-ikel tiegħu, flimkien jagħmluikla profana, imbagħad wara jaqsmu l-ħobż tal-Ewkaristija. Minħabba l-firdiet u d-distinzjonijiet likienu jsiru bejn il-membri fl-ewwel ikla –għax min għandu ħafna u min m’għandu xejn– l-Ewkaristija kienet qed tiġi ċelebrata bħala ikla ta’ firda, flok ta’ għotja u ta’ mħabba li suppost hi.Il-fatt li t-tieni ikla, dik tal-Ewkaristija, dejjem kienet b’xi mod mifruda mill-ewwel ikla, anke qabelSan Pawl ordna li l-ewwel ikla ma ssirx iżjed fil-kuntest tal-ġemgħa liturġika ewkaristika, juri liminn dejjem ir-rit tal-qsim tal-ħobż (Lq 22,19) u tal-barka fuq il-kalċi bl-inbid (1Kor 11,25),kellhom importanza għalihom. Kienu riti speċjali għalihom. Dak li kien hemm speċjali fihom kienpropju l-kmand ta’ Ġesù: “agħmlu dan b’tifkira tiegħi” għar-rit tal-barka fuq il-ħobż u fuq il-kalċibl-inbid. Tant kien meqjus speċjali dan ir-rit li l-ewwel insara kienu jirreferu għall-Ewkaristijasempliċement bil-frażi “il-qsim tal-ħobż”.“Agħmlu dan b’tifkira tiegħi” huma l-kliem li bihom Ġesù ta s-setgħa lill-Appostli biex ikomplujagħmlu f’ismu dak li għamel hu fl-Aħħar Ċena tiegħu mal-Appostli. “Agħmlu din iċ-ċelebrazzjonital-barka u tal-qsim tal-ħobż u tal-inbid, biex Alla jiftakar lili, l-Messija tiegħu għalikom, billijagħmel li s-saltna tiegħu tasal aktar malajr bil-mewt li se nieħu” ... għax fil-fatt dak li kien għadukemm għamel kien li, fil-qsim tal-ħobż u fit-tqassim tal-inbid, kien qiegħed jagħti ġismu stess u l-ħajja tiegħu nnifisha lid-dixxipli tiegħu. Hija talba li ntennu s-sens tagħha anke fil-Missierna filfrażi:“Tiġi saltnatek”.2

Fl-1Kor, San Pawl jgħid: “Jien irċevejt mingħand il-Mulej it-tagħlim li għaddejt lilkom, jiġifieri, lil-Mulej Ġesù, fil-lejl li fih kien ittradut, ħa l-ħobż u wara li radd il-ħajr, qasmu u qal: “Dan hu ġismili jingħata għalikom; agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” Hekk ukoll għamel bil-kalċi wara li kiel u qal:“Dan il-kalċi hu l-patt il-ġdid b’demmi; agħmlu dan kull meta tixorbu, b’tifkira tiegħi” (1Kor 11,23-25).San Pawl kien qiegħed ifisser eżatt dak li Ġesù nnifsu fehem bil-kmand tiegħu “agħmlu danb’tifkira tiegħi” ... din it-tifkira ta’ dak li ċċelebrajt magħkom, intom tagħmluha kull darba li tfakkrul-mewt tiegħi għalikom sakemm nerġa’ niġi wara l-qawmien u t-tlugħ tiegħi fis-sema.Dan ifisser li l-mewt tal-Mulej Ġesù ma titfakkarx f’kull ċelebrazzjoni tal-ikla ewkaristika bħalaġrajja tal-imgħoddi imma bħala ġrajja eskatoloġika, bħala l-bidu ta’ Patt Ġdid. It-tifkira Lhudija(żikkoron) kienet iddaħħal lil min jiċċelebraha f’komunjoni mal-ġrajja tal-ħelsien mill-Eġittu; filkażtagħna, il-ġrajja hija l-persuna ta’ Ġesù nnifsu li jingħata għalina fuq is-salib u jqum mill-mewtbiex jagħtina ħajja ġdida għal dejjem.It-tfakkira tal-mewt ta’ Ġesù ma hix intenzjonata biex il-komunità tfakkar il-ġrajja tal-passjoni fihanfisha; imma għandha l-għan li tfakkar it-tifsira tagħha: il-mewt ta’ Ġesù minflokna u għalina(vigarja) bħala l-bidu taż-żmien ta’ salvazzjoni, u titlob għat-twettiq tagħha fiż-żmien eskatoloġiku,dak wara l-aħħar tad-dinja.Kull darba li nfakkru l-mewt ta’ Ġesù fl-Ewkaristija, il-komunità mifdija tfakkar kull darba lil Allali l-missjoni ta’ salvazzjoni għadha mhix milħuqa sakemm ma jerġax jiġi l-Mulej Ġesù, u titolbujerġa’ jibgħat lill-Messija Ġesù.Il-kmand ta’ Ġesù “agħmlu dan b’tifkira tiegħi” huwa li nwettqu dak li għamel hu fl-Aħħar Ċenakullfejn f’ismu nistgħu ngħixu ta’ nsara, u allura kulfejn inkunu.Bl-istess kliem, il-komunitajiet insara rappreżentati fir-rakkonti ta’ dan it-twaqqif tal-Ewkaristija fl-Evanġelji differenti, ikomplu jġeddu dak li għamel Ġesù fl-Aħħar Ċena, anke jekk issa Ġesùmhuwiex iżjed fiżikament preżenti fosthom biex ikomplu l-ġrajja tal-kalvarju u tal-qabar vojt fiċċirostanziġodda tagħhom.Bl-istess kliem aħna, jien u int, inkomplu kuljum, f’kull quddiesa, dak li għamel Ġesù u l-insarakollha taż-żminijiet ta’ warajh, b’mod dejjem ġdid, għalkemm inġeddu dik l-unika ġrajja tal-AħħarĊena, tal-Kalvarju u tal-Qabar vojt.Imma l-istess kliem, u l-istess ġrajja mġedda, kienu wkoll dak li fil-prattika huwa l-messaġġ talġrajjaunika tal-mixja taż-żewġ dixxipli ta’ Għemmaws. Hemmhekk, tnejn li ma kinux Appostli fiċ-Ċenaklu, imorru lura lejn darhom biex ikomplu l-ħajja ta’ kuljum tagħhom. Imma f’dik il-mixja lejndarhom u lejn il-ħajja ta’ kuljum tagħhom ma’ kinux fil-fatt tnejn ... kienu tlieta. Il-vjaġġatur lidaħal f’nofshom kien fil-fatt l-istess vjaġgatur li ftit qabel kien qal lill-Appostli: “Agħmlu danb’tifkira tiegħi”. Imma huwa wkoll l-istess vjaġġatur li jimxi magħna fi triqatna fil-ħajja ta’ kuljum3

tagħna, tant li seta’ jikkmandana, anke lilna, nagħmlu dak li għamel hu b’tifkira tiegħu. Aħna wkollinfasslu pjanijiet kbar, sbieħ, tajbin. Imma aħna wkoll niltaqgħu ma’ diżappunti li jniżżluna ’l isfel,xi kultant f’dagħbien li ma jkollna l-ebda idea kif se noħorġu minnu. Aħna wkoll nistgħu nkunu ż-żewġ dixxipli mexjin lura mimlijin diżappunti lejn il-ħajja tagħhom ta’ kuljum ta’ qabel.L-Evanġelista Luqa jgħid li wieħed mid-dixxipli kien jismu Kleofa; l-ieħor iħallih bla isem. Jista’jkun li bla isem biex kulħadd jista’ jagħtih l-isem tiegħu, biex sieħeb Kleofa jista’ jkun jismuĠużeppi, u Albert, Pawlu, Marija, Anna u int u int u int. Jekk imbagħad noqogħdu mar-rakkont tal-Passjoni tal-Evanġelista Ġwanni, weqfin ħdejn is-salib ta’ Ġesù kien hemm Ommu Marija, oħtommu, Marija ta’ Kleofa u Marija ta’ Magdala. Jista’ jkun li Marija ta’ Kleofa kienet l-istess waħdali kienet miexja ma’ żewġha Kleofa minn Ġerusalemm sa Għemmaws, fir-rakkont tad-dixxipli ta’Għemmaws. F’dak il-każ, l-Evanġelista Luqa ma jagħtiniex isimha għax kienet mara, u x-xhieda ta’mara ma kinitx tgħodd dak iż-żmien. Kulħadd, raġel jew mara, nistgħu nkunu mexjin lura għallħajjata’ kuljum u hu, Ġesù, jkun jimxi magħna ... wara li jkun ikkmandana nagħmlu dak kollu ligħadda minnu hu b’tifkira tiegħu. Ma’ Kleofa u sieħbu jew seħbitu, Ġesù l-vjaġġatur ukoll kienqiegħed iġedded dak li kien għamel fl-Aħħar Ċena. Lilhom ukoll kien qiegħed jgħidilhom “Agħmludan b’tifkira tiegħi”.Aħna wkoll bħaż-żewġ dixxipli ta’ Għemmaws, kultant nagħmlu f’moħħna li ninsew dawk ilpjanijietli fallewlna bil-kbir, inħalluhom warajna biex ma niftakruhom qatt iktar u nibdew xi ħaġagħal kollox ġdida, bil-fehma soda li ma nazzardawx aktar nidħlu f’affarijiet bħal dawk. Imma dakil-vjaġġatur għandu ħabta kif, fl-aktar mumenti meta ma nkunux nistennewhom, ifakkarna lim’aħniex iktar tnejn, imma hemm hu jagħmilhom tlieta. Hu qiegħed hemm, miexi magħna, jduqdak kollu li ngħaddu minnu aħna, għax –jaf jurina tajjeb– hu wkoll għadda minn dak kollu lingħaddu minnu aħna!Tant hu hekk, li f’dik il-mixja fakkarhom kif dak kollu li għadda minnu ma kellux propjamentjiddiżappuntahom għax setgħu jiftakruh, kieku riedu. Kien kollu hemm fl-Iskrittura, jiġifieri firrakkontital-esperjenza tal-fidi tal-Poplu tagħhom, mgħixha fid-dawl tal-Kelma, jiġifieri tar-rieda ta’Alla. Ma ammettewhx huma stess meta mbagħad għarfuh: “Ma kinitx taħraqna ġewwa fina qalbnawaqt li kien ifissrilna l-Iskrittura?” Riedu jgħidu: stajna għarafnieh mhux issa biss, meta qasmilna l-ħobż, imma anke f’dak il-ħin li kien qiegħed ifissrilna l-Iskrittura!Jekk dak il-ħin li għarfuh fil-Qsim tal-Ħobż kienu qegħdin fil-fatt jagħmlu dak li għamel fl-AħħarĊena, kienu qegħdin jagħmlu dak b’tifkira tiegħu, kif qed nagħmlu aħna issa, hawn, illum, u mittsena ilu, għaliex ma npoġġux aħna wkoll il-mistoqsija: ma tkunx taħraqna qalbna ġewwa fina waqtli Hu jkun ifissrilna l-Iskrittura? Jekk waqt kull quddiesa nagħmlu dan b’tifkira tiegħu, mhux ukollb’tifkira tiegħu li hu jkun jaqsmilna l-Kelma tiegħu ħajja, li ddawwalna, li terfagħlna ruħna ’l fuq?4

Allura jekk hu jridna nagħmlu dan b’tifkira tiegħu waqt il-qsim tal-ħobż u l-qsim tal-Kelma tiegħu,u dan għamlu waqt li miexi magħhom fit-triq tal-ħajja ta’ kuljum tagħhom, lilna wkoll hekk iridnanagħmlu dan b’tifkira tiegħu? Fil-Qsim tal-Ħobż? u fil-Qsim tal-Kelma? u fil-ħajja ta’ kuljum?Għalhekk l-Ewwel Qari ta’ llum jirrakkuntalna ġrajja waħda biss mill-vjaġġi ta’ Pawlu u Barnaba.Ma kienx qal “Agħmlu dan b’tifkira tiegħi” lilhom direttament Ġesù għax ma kinux tnejn mill-Ħdax miġbura ma’ Ġesù fl-Aħħar Ċena. Imma kienu tnejn minn dawk li lilhom ukoll tassew qasamil-Kelma biex huma jaqsmuha ma’ oħrajn. U dawk li qasmuha magħhom sabu fiha l-ħajja ta’dejjem.U fl-Evanġelju Ġesù, ir-ragħaj it-tajjeb, dak li lill-Appostli qalilhom jagħmlu dak li għamel hub’tifkira tiegħu, jgħid lin-nagħaġ tiegħu, lilna lkoll li nqisuh ir-ragħaj tagħna, li min jisma’ leħnu,jisma’ kelmtu, jkollu fih il-ħajja ta’ dejjem. Kelmtu tagħti l-ħajja. Imma kien hu wkoll li qal:“Ġismi hu l-ħobż għall-ħajja ta’ dejjem”.Allura bil-kmand “Agħmlu dan b’tifkira tiegħi” kien qiegħed jifhem iktar minn mod wieħed kif dikit-tifkira nwettquha. Bil-Qsim flimkien tal-Ħobż Ewkaristiku f’kull Quddiesa, l-ewwelnett. Immafl-istess Ewkaristija aħna naqsmu wkoll il-Ħobż l-ieħor tal-Kelma, dak li bħal Ġismu jagħtina l-ħajja. Jekk il-ħobż ħaj li hu Ġismu stess irejqek fil-vjaġġ tal-ħajja, il-ħobż tal-Kelma tiegħu jgħidlekminn fejn tgħaddi, kif tgħaddi, kif ma taqtax qalbek; idawwallek it-toroq u l-irkejjen mudlama talvjaġġtiegħek. Ġismu u Kelmtu ... għandna bżonnhom daqs il-ħobż u l-ilma fil-vjaġġ tal-ħajjatagħna!Mhux ta’ b’xejn li l-Konċilju Vatikan II, li tiegħu qegħdin nagħmlu t-tifkira tal-50 sena tiegħu, fiddokumentdwar ir-Rivelazzjoni u l-Kelma ta’ Alla, jgħid: “Il-Knisja dejjem tat qima lill-IskritturaMqaddsa kif tat lill-istess Ġisem tal-Mulej billi qatt ma naqset, l-aktar fil-liturġija mqaddsa, li tieħul-għajxien bil-ħobż tal-ħajja mill-mejda tal-kelma ta’ Alla u tal-Ġisem ta’ Kristu, u tagħtih lillfidili”.It-tifkira, il-Memorjal, huwa s-sies tal-fidi tagħna. Mhux għalhekk li s-sejħa għas-smigħ hija l-kmand li tant jidwi fil-Kelma ta’ Alla miktuba: “Isma’ Iżraël”; “Ftakar x’għamel il-Mulej Allamiegħek; fakkru lil uliedek”. Mhux għalhekk li l-Għid kien u għadu msejjaħ il-Memorjal, it-tifkiral-aktar kbira?! Mhux għalhekk li San Pawl iħeġġeġ lir-Rumani u lilna: Il-fidi mis-smigħ u s-smigħmill-Kelma ta’ Kristu”?! It-tfakkir ta’ dak li għadda, ta’ dak li għamel Ġesù u li ordnalna nfakkruhuwa x-xmara li tisqi l-preżent u li ssuqna lejn dak li ġej, lejn il-futur.Allura kif nagħmlu jien u int dak li għamel Hu hawn illum u kull fejn inkunu? Għax jekk lill-Appostli qalilhom biex jagħmluh b’tifkira tiegħu, kien jaf li ma kinux se jibqgħu dejjem fiċ-Ċenaklu. F’dak il-kmand hemmhekk fiċ-Ċenaklu kien hemm ukoll iż-żewġ dixxipli ta’ Għemmaws,kien hemm Pawlu jaqsam il-Ħobż fi Troas u f’Korintu mal-insara tal-Komunitajiet tiegħu; kienhemm dawk li 100 sena ilu ċċelebraw b’tant dekor u devozzjoni u solennità l-Ewkaristija bħala l-5

qofol tal-ħajja nisranija ... Kien hemm jien u int, anke aħna. Anke jien u int hawn illum iridnangħidu lill-oħrajn: “Ħudu, dan hu ġismi, dan hu demmi”. Jiġifieri dak li jagħmel lili dak li jien: ilħintiegħi, il-ħbiberija tiegħi, l-attenzjoni tiegħi, il-widna u l-qalb li lesta tisimgħek, il-kompetenzitiegħi, ir-responsabbiltajiet tiegħi, is-sensittività tiegħi, il-ferħ tiegħi, il-maħfra tiegħi ... kolloxinqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħek, biex ma nfittixx x’se nieħu minnek imma kif nista’ nkunlekta’ għajnuna, int min int. Hekk għamel hu, u hekk ordna lili u lilek nagħmlu: “Agħmlu dan b’tifkiratiegħi”.Hija din l-Ewkaristija li toħloq il-familja ta’ dawk li jemmnu. Hija din l-Ewkaristija li toħloq,tagħmel u tibni lill-Knisja. Hija din it-tifkira li riedna nagħmlu b’tifkira tiegħu, biex imbagħad ikunhemm sens ukoll li aħna nfakkru l-ġrajja tal-Kungress mitt sena ilu. “Agħmlu dan b’tifkira tiegħi”,illum, hawn, int u jien, u kull fejn inkunu.6

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!