19.06.2013 Views

l-Agrikultura u s-Sajd

l-Agrikultura u s-Sajd

l-Agrikultura u s-Sajd

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Ir-Raba’ Sena

Ministeru ta’

l-Agrikultura u s-Sajd

2001-2002

Rapport mill-Onor Ninu Zammit

Ministru għall-Agrikultura u s-Sajd

Ħidma biex intejbu l-kwalità

tal-ħajja tal-bdiewa u tas-sajjieda

Il-pakkett ta’ għajnuna ta’ Lm70 miljun li ħejjejna għall-bdiewa u r-raħħala

flimkien maż-Lm2.4 miljun oħra li se nibdew ngħaddu f’għajnuna lis-sajjieda

huma l-akbar prova ta’ l-impenn tal-Gvern li jsaħħaħ is-setturi tal-biedja u s-sajd.

B’hekk tkun tista’ tkompli titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-bdiewa u s-sajjieda u lfamilji

tagħhom. U dan minbarra l-għajnuna finanzjarja u teknika li għad trid

titħabbar taħt il-Programm ta’ Żvilupp Rurali.

M’hemmx dubju li dan hu l-akbar investiment li se jkun qatt sar f’dawn is-setturi

f’pajjiżna.

Għalkemm hu minnu li l-proċess li ninsabu għaddejjin bih biex nissieħbu fl-

Unjoni Ewropea tana l-ispinta biex tabilħaqq nibdew nieħdu bis-serjetà dawn iżżewġ

oqsma f’pajjiżna, dak li qed nagħmlu qegħdin nagħmluh għax tabilħaqq

nemmnu fis-sostenibbiltà ta’ dawn iż-żewġ setturi, jiġifieri irrispettivament

nidħlux jew le fl-Unjoni Ewropea.

Jgħidu x’jgħidu dawk li qed jopponu s-sħubija, il-bdiewa u s-sajjieda se jgawdu

jekk pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea. Se jgawdu għaliex parti sostanzjali

mill-fondi ta’ għajnuna li tagħti l-istess Unjoni tmur għall-agrikultura. Iżda mhux

hekk biss. Nafu wkoll li parti sostanzjali mill-għajnuna ta’ l-Unjoni Ewropea lissettur

agrikolu se tibda tmur għal proġetti ta’ żvilupp rurali.

Il-pakkett ta’ Lm70 miljun f’għajnuna li se nagħtu lill-bdiewa qed ninnegozjawh

ukoll ma’ l-Unjoni Ewropea ħalli anki din tgħinna nilħqu l-miri tagħna...dawk li lbiedja

tibqa’ ħajja u tkun sostenibbli, u li l-bdiewa jibqa’ jkollhom qligħ xieraq u

ġust. Matul din is-sena, iżda, mhux biss dan il-pakkett ħejjejna, fassalna wkoll lewwel

Pjan ta’ Żvilupp għall-gżejjer tagħna; pjan li mhux biss se jwassal għattisħiħ

tas-settur agrikolu f’pajjiżna, iżda wkoll għal investiment qawwi f’dan issettur

li bħalu qatt ma sar qabel. Pjan li bla dubju se jibbenefikaw minnu wkoll listess

bdiewa.

Iżda biex din l-għajnuna mill-Unjoni Ewropea tiġi, pajjiżna ma jistax jibqa’ barra,

imma jrid jissieħeb.

Din l-għajnuna marbuta mar-ristrutturar tas-settur agrikolu u mat-tneħħija talprotezzjoni

li ilha s-snin iżżomm lura kull żvilupp f’dan is-settur, m’hix l-unika

għajnuna li bdiet u se tkompli tingħata lill-bdiewa u lir-raħħala fis-snin li ġejjin.

Matul din is-sena huma baqgħu jibbenefikaw minn rifondi fuq il-ħlas tal-bolla u

i

minn għajnuna oħra kemm teknika kif ukoll finanzjarja ħalli jtejbu l-operat

tagħhom.

L-istess is-sajjieda. Komplejna ngħinunhom bir-rifondi fuq il-ħlas tal-bolla, bleżenzjoni

tal-ħlas tad-dazju fuq id-diesel, u b’għajnuna oħra finanzjarja biex huma

wkoll ikunu jistgħu jtejbu l-operat tagħhom.

Dak li għamilna u li se nkomplu nagħmlu hu li nassiguraw is-sostenibbiltà talbiedja

u tas-sajd, li nkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ dawk li jaħdmu f’dawn

is-setturi u tal-familiji tagħhom u li l-konsumatur ikun ipprovdut bi prodott ta’

kwalità, bi prodott safe għall-konsum, u bi prodott bi prezz kompetittiv.

Matul it-tnax-il xahar li għaddew ħdimna ħafna lejn dawn il-miri kif jidher minn

dan ir-rapport. Ħidma li saret bis-sehem u d-dedikazzjoni ta’ l-uffiċjali u limpjegati

fil-Ministeru u t-Taqsimiet li jaqgħu taħtu. Ta’ dan nirringrazzjahom.

Fl-aħħarnett, ma nistax ma niħux din l-okkażjoni biex insellem lil Franco

Serracino Inglott li miet wara marda qalila. Franco iddedika ħafna minn ħajtu

għall-agrikultura b’esperjenza li tmur lura aktar minn 30 sena. Is-settur agrikolu,

bla dubju, tilef ħabib kbir u persuna esperta fis-settur.

Ninu Zammit

Ministru għall-Agrikultura u s-Sajd

ii

WERREJ

Inkomplu nsaħħu l-biedja u s-sajd ....……………………..

Riorganizzazzjoni ………………………………………………….

Għajnuna lill-bdiewa u lis-sajjieda ……………………………….

Id-Dipartiment għall-Politika u Ippjanar ...………………

In-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-biedja ……….

Pakkett ta’ għajnuna ………………………………………………

Pjan ta’ Żvilupp Rurali għall-Gżejjer Maltin …………….……..

Għajnuna qabel is-sħubija ………………………………………..

Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u

Kontroll għall-Biedja ……………………………………….……..

Parteċipazzjoni f’fora internazzjonali dwar il-biedja …………..

It-Taqsima tas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali ...…….

Ħidma biex titjieb il-produzzjoni …………………………………

Il-qasam tat-tjur ……………………………………………………

Il-qasam tal-ħalib …………………………………………………..

Kwalitajiet oħra ta’ magħlef ………………………………………

Immaniġġjar ta’ l-iskart …………………………………………...

Għajnuna lil għaqdiet ……………………………………………...

Servizz ta’ pariri lill-bdiewa ……………………………………….

Provi dwar uċuħ tar-raba’ …………………………………………

Xogħlijiet ta’ manutenzjoni ………………………………………..

Tisbiħ ta’ postijiet pubbliċi ………………………………………...

Produzzjoni ta’ siġar tal-frott ……………………………………..

Spinta lit-tkabbir tas-siġar taż-żebbuġ ……………………………

Il-Pitkalija …………………………………………………………..

L-esportazzjoni tal-patata ta’ Malta ………………………………

Tisħiħ fil-qasam tad-dwieli u l-inbid ……………………………...

Programm ta’ għajnuniet għat-tkabbir tad-dwieli ………………

Id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti …………………….

Żrieragħ ……………………………………………………………..

Pestiċidi ……………………………………………………………...

Inizjattivi ġodda li ttieħdu …………………………………………

Fatti u ċifri ………………………………………………………….

Iċ-Ċentru tal-Bioloġija tal-Pjanti ………………………………….

Produzzjoni ta’ rootstocks fl-in vitro ……………………………...

Selezzjoni klonali u sanitarja tas-siġar tal-frott ………………….

Stħarriġ dwar dwieli lokali u s-siġar tal-frott …………………….

Testijiet għall-mard fil-pjanti ……………………………………...

Monitoraġġ ta’ mard virali ta’ kwarantena ………………………

Paġna

1

2

4

5

5

7

9

11

12

12

14

14

15

15

15

15

16

16

17

17

18

19

21

21

22

24

25

27

27

28

28

29

29

30

30

31

31

31

l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni tas-Siġar tal-Frott Irqieq ………….

Tħejjijiet għad-dianjosi tal-mard tal-batteri ……………………..

Taħriġ ta’ studenti ………………………………………………….

Kwarantina tal-pjanti ……………………………………………...

Spezzjonijiet fuq pjanti u prodotti tal-pjanti importati ………….

Spezzjonijiet fuq pjanti u prodotti tal-pjanti esportati …………..

Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti ………………………………..

Ħidma oħra …………………………………………………………

Apikultura …………………………………………………………..

Il-Laboratorju tal-Kimika …………………………………………

It-Taqsima ta’ l-Ikel u Servizzi Veterinarji ...……………. 41

It-Taqsima għall-Konservazzjoni u l-Kontroll tas-Sajd …

Sajd ………………………………………………………………….

Il-Bord dwar is-Sajd ……………………………………………….

Diesel bla dazju ……………………………………………………..

Għajnuniet oħra ……………………………………………………

Il-Pixkerija ………………………………………………………….

Taħriġ dwar sajd xjentifiku ………………………………………

Slipways ……………………………………………………………..

Parteċipazzjoni f’laqgħat internazzjonali ………………………...

L-Akwakultura ……………………………………………………..

Il-Kapitlu dwar is-Sajd …………………………………………….

32

33

33

34

34

35

35

36

38

39

43

44

44

44

45

45

45

46

46

47

48

Inkomplu nsaħħu

l-biedja u s-sajd

Dawn l-aħħar tnax-il xahar kienu perjodu mill-aktar importanti kemm għall-

Ministeru ta’ l-Agrikultura u Sajd kif ukoll għall-oqsma tal-biedja u s-sajd

f’pajjiżna. Kienu xhur ta’ ħidma u teħid ta’ inizjattivi ġodda bl-iskop li mhux

biss inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-bdiewa, tar-raħħala u tas-sajjieda u

allura wkoll tal-familji tagħhom, iżda wkoll il-kwalità tal-prodott lillkonsumatur.

Ħidma u inizjattivi b’impenn biex nassiguraw is-sostenibbiltà ta’

dawn iż-żewġ setturi tant importanti għal pajjiżna.

Dawn kienu wkoll xhur fejn komplejna bil-proċess biex fin-negozjati ta’

pajjiżna ma’ l-Unjoni Ewropea nħejju l-aħjar pożizzjoni possibbli ħalli niksbu

għal dawn iż-żewġ setturi l-aħjar kundizzjonijiet. Dan il-proċess għena nifhmu

aktar il-ħtiġiet ta’ dawn iż-żewġ setturi u wassal biex il-biedja u s-sajd se

jibdew jibbenefikaw minn ammonti kbar ta’ għajnuna li qatt fl-istorja ta’

pajjiżna ma ngħatatilhom qabel. L-istess proċess għena wkoll nagħarfu l-ħtieġa

ta’ riforma sħiħa u ristrutturar b’mod partikulari fil-qasam tal-biedja.

1

Riorganizzazzjoni

Tul l-aħħar sena saret enfasi kbira fuq ir-riorganizzazzjoni tal-Ministeru u lentitajiet

kollha li jiffurmaw parti minnu. Dan sar għaliex nemmnu li biex

ngħinu lil ħaddieħor isaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu, irridu l-ewwel nissaħħu aħna

stess.

Għaldaqstant, dan il-proċess ta’ tisħiħ fil-Ministeru sar biex il-Ministeru:

• jitħejja għal sitwazzjonijiet ġodda, u dan irrispettivament mid-dħul ta’

Malta fl-Unjoni Ewropea;

• itejjeb is-servizz tiegħu lejn il-komunitajiet agrikoli u tas-sajd; u

• jkun f’pożizzjoni li jimpjega l-aħjar esperti fis-setturi.

Bdew jissaħħu l-istrutturi tal-Ministeru billi twaqqfu tliet Taqsimiet ġodda,

b’kull waħda mmexxija minn Direttur Ġenerali gdid. It-Taqsimiet ġodda huma

responsabbli mis-servizzi agrikoli u żvilupp rurali, mill-ikel u s-servizzi

veterinarji u mill-konservazzjoni u kontroll tas-sajd.

Barra minn hekk sar eżerċizzju kumplimentari biex ikun żgurat li jkun hemm

ir-riżorsi umani meħtieġa li jiżguraw l-effiċjenza ta’ kull Taqsima u

Dipartiment fi ħdan il-Ministeru. Il-Ministeru ħejja wkoll pjan ta’ strateġija

biex ikun hemm riżorsi umani adekwati għall-istrutturi l-ġodda.

Fl-istess waqt, il-Ministeru kompla jaħdem biex jassigura s-sostenibbiltà talbiedja

u s-sajd fil-gżejjer Maltin.

Fil-qosor, fost il-ħidma tal-Ministeru f’dawn l-aħħar tnax-il xahar insibu li:

○ tfassal il-Programm ta’ Iżvilupp Rurali għall-Gżejjer Maltin;

○ tħejja pakkett speċjali ta’ għajnuna għall-produtturi fil-qasam tal-biedja, li

jammonta għal Lm70 miljun mifruxa fuq perjodu ta’ snin. Din l-għajnuna bdiet

tingħata b’seħħ minn Lulju ta’ din is-sena;

○ kienu konklużi n-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea dwar is-sajd fejn Malta

rnexxielha takkwista d-dritt li tkompli tmexxi, għal żmien indefinit, żona ta’

sajd ta’ 25 mil madwar Malta bl-iskop li tibqa’ fis-seħħ il-konservazzjoni talkwantità

ta’ ħut fl-ibħra Maltin;

○ tħejja pakkett ta’ għajnuna, fl-ammont ta’ Lm2.4 miljun, lis-sajjieda biex

ikunu megħjuna jtejbu l-operat tagħhom;

2

○ permezz ta’ negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea, minn Diċembru tas-sena l-oħra

tniżżlet għal 7.5 fil-mija l-levy ta’ 15 fil-mija fuq l-esportazzjoni ta’ ħut

imkabbar fil-fish farms. Din il-levy se titneħħa għal kollox aktar tard din issena.

Fir-rigward tal-ħut maqbud b’mezzi tradizzjonali, il-levy ta’ 15 fil-mija

bdiet titnaqqas b’5 fil-mija minn din is-sena stess;

○ kienet approvata mill-Parlament emenda tal-Ministru għall-Agrikoltura u

Sajd għal mozzjoni ta’ l-Oppożizzjoni, li permezz tagħha l-Kamra għarfet ilħtieġa

li għas-sajd tat-tonn, is-sajjieda Maltin u Għawdxin jkunu mħeġġa u

nkoraġġiti biex ikunu jistgħu jistadu b’irkaptu aktar adatt għall-qbid tat-tonn

flimkien u/jew minflok l-irkaptu użat fil-preżent;

○ inħarġu sejħiet għal offerti għat-tisħiħ tal-pixkerija;

○ sar investiment ta’ aktar minn Lm211,000 għat-tisħiħ ta’ slipways, xogħol

fuq il-breakwater f’Delimara u t-tindif tal-Menqa f’San Pawl il-Baħar;

○ tkompliet l-iskema ta’ l-eżenzjoni tad-diesel mill-ħlas tad-dazju u li permezz

tagħha s-sajjieda fl-aħħar sena ffrankaw mal-Lm115,000;

○ ngħatat għajnuna finanzjarja liż-żewġ kooperattivi tas-sajd għallintroduzzjoni

ta’ kaxxi tal-plastik;

○ tħejjiet u kienet diskussa u approvata fil-Parlament il-liġi ġdida dwar ittwaqqif

tal-Għaqdiet tal-Produtturi. L-iskop prinċipali ta’ dawn l-għaqdiet hu li

jsibu swieq għall-prodotti lokali fil-qasam tal-biedja u s-sajd, jippjanaw ilproduzzjoni

u li jsaħħu l-kwalità u l-kompetittività tal-prodotti tipiċi Maltin;

○ tlestiet u tnediet il-website tal-Ministeru – maf.gov.mt;

○ tħejja pjan ta’ azzjoni għall-immaniġġjar ta’ l-ikart fl-irziezet;

○ bdew ikunu sperimentati varjetajiet ġodda ta’ patata u ħxejjex oħra;

○ bdiewa, raħħala u sajjieda komplew jibbenefikaw minn eluf ta’ liri

f’għajnuna, kemm f’għajnuna diretta kif ukoll billi ma ħallsux interessi fuq self

sa Lm12,000 li għamlu mill-Bank. Fl-aħħar 12-il xahar din l-għajnuna

ammontat għal Lm59,863;

○ bl-għajnuna ta’ l-Unjoni Ewropea beda x-xogħol fuq sistema ta’

informazzjoni dwar il-ħamrija f’pajjiżna;

○ bdiet tkun kontrollata u ristrutturata l-produzzjoni tal-ġbejniet;

○ fil-biċċerija qed isir programm ta’ rinovazzjoni u immodernizzar. Beda xxogħol

fuq linja ġdida tal-qatla tal-majjal;

3

○ kienet diskussa u approvata mill-Parlament il-liġi ġdida dwar is-Servizzi

Veterinarji;

○ inbeda proċess biex il-kwota kollha tal-ħalib, li tammonta għal madwar 9.9

miljun gallun fis-sena, tgħaddi kollha f’idejn ir-raħħala;

○ bdiet tkun diskussa mal-Ministeru tal-Finanzi l-introduzzjoni ta’ sistema

vataġġuża ta’ taxxa (withholding tax) għall-bdiewa fejn il-bdiewa jibdew

iħallsu rata favorevoli ta’ taxxa relatata mal-valur tal-prodott li jbiegħu millpitkalija;

○ kompliet tingħata spinta lit-tkabbir tad-dwieli għall-inbid u taż-żebuġ.

Għajnuna lill-bdiewa u lis-sajjieda

F’dan il-perjodu kompliet tingħata wkoll għajnuna lill-bdiewa u lis-sajjieda

biex itejbu l-operat tagħhom. Din l-għajnuna kienet tammonta għal Lm59,863,

li minnhom Lm14,702 kienu ħlasijiet ta’ interessi li ffrankaw il-bdiewa u ssajjieda

fuq self mill-Banek. Kien hemm fil-fatt, 271 applikazzjoni għal dan issussidju.

Mill-kumplament, Lm12,355 ingħataw lil bdiewa u Lm18,250 lil

sajjieda, filwaqt li Lm2,500 oħra ngħataw lill-Malta Wines and Vines

Association.

4

Id-Dipartiment

għall-Politika u l-Ippjanar

Id-Dipartiment għall-Politika u l-Ippjanar kompla jaħdem mill-qrib u flimkien

mas-Segretarjat Permanenti u Direttorati oħra fi ħdan il-Ministeru dwar materji

varji ta’ importanza kbira għat-twettiq tal-politika tal-Gvern dwar il-biedja u ssajd.

B’mod partikulari, matul dan il-perjodu d-Dipartiment ikkonċentra fuq numru

ta’ prioritajiet, fosthom:

- partiċipazzjoni fil-proċess tat-tħejjijiet għan-negozjati ta’

Malta ma’ l-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-biedja u s-sajd;

- l-ipprogrammar u t-twettiq ta’ politika ġdida għall-biedja

Maltija;

- għajnuna qabel is-sħubija;

- l-implimentazzjoni tas-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni

u Kontroll għall-Biedja; u

- il-partiċipazzjoni barra minn Malta f’fora internazzjonali

dwar il-biedja.

In-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea

fil-qasam tal-biedja

Kienet iffinalizzata l-pożizzjoni ta’ Malta dwar il-biedja. Id-Dipartiment

ħadem mill-qrib mal-Core Negotiating Group fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-

Direttorat għall-Unjoni Ewropea fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, proċess

li kien jitlob inizjattivi intensi ta’ riċerka, kuntatti u ħafna diskussjonijiet ma’

bdiewa, raħħala u oħrajn fis-settur bl-iskop li jkunu identifikati l-ħtiġiet tagħna

fil-qasam tal-biedja kif ukoll l-arranġamenti speċjali meħtieġa. Fil-fatt dan ilproċess,

li rrikjeda ħafna xogħol, ried jassigura li jitħarsu l-interessi nazzjonali

tal-pajjiż, b’mod partikolari dawk tal-bdiewa u r-raħħala nfushom, kif ukoll talmestjier

tal-biedja Maltija.

Issokta l-iscreening perijodiku fuq numru ta’ kapitli ta’ l-acquis. Dan hu

xogħol importanti ħafna għax b’hekk ikunu immonitorjati l-impatt u limplikazzjonijiet

fuq bażi regolari u kontinwa għas-settur matul il-perijodu

msemmi - eżerċizzju ta’ din ix-xorta ssokta fuq Kapitlu 7 (il-Biedja), Kapitlu

21 (Politika Reġjonali), Kapitlu 25 (id-Dwana), u Kapitlu 26 (Relazzjonijiet

Esterni).

5

Il-Gvern hu konxju li politika ġdida għall-biedja tagħna hi meħtieġa mhux biss

għax Malta qed tinnegozja sħubija fi ħdan l-Unjoni Ewropea imma l-aktar għax

f’dinja li tinbidel, kollox jeħtieġ jinbidel magħha. Dan ifisser li l-impenn

tagħna hu li nintroduċu l-miżuri meħtieġa biex insaħħu s-setturi tal-biedja u ssajd

kemm għall-benefiċċju tas-setturi nfushom kif ukoll għall-funzjonijiet

soċjo-ekonomiċi li dawn is-setturi għandhom f’ħajjitna u l-mod kif ngħixu.

Għaldaqstant hemm kull interess li aħna nsaħħu u nissalvargwardjaw ilmultifunzjonalità

tal-biedja tagħna.

Fuq dan l-isfond, il-Ministeru hu tal-fehma li, biex jintlaħqu dawn laspirazzjonijiet,

il-Gvern jimxi b’impenn fuq il-binarji ta’ politika li qabad,

jiġifieri:

- il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ programm speċjali

ta’ għajnuna fuq prodotti tal-biedja lokali fis-suq, magħruf

aħjar bħala Special Market Policy Programme for Maltese

Agriculture (SMPPMA) u

- il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Programm ta’

Żvilupp Rurali għall-Gżejjer Maltin.

Iż-żewġ programmi tħabbru aktar kmieni u issa bdew jitwettqu. L-iskop

ewlieni tagħhom hu li nsaħħu l-biedja u nagħmluha sostenibbli biex b’hekk

filwaqt li l-bdiewa u r-raħħala jibqa’ jkollhom dħul ġust u xieraq, ilkonsumatur

igawdi minn prodotti ta’ l-ogħla kwalità u bi prezzijiet

kompetittivi.

Il-bdiewa u r-raħħala se jirċievu Lm70 miljun f’għajnuna f’perijodu ta’ 14-il sena

6

Pakkett ta’ għajnuna

L-SMPPMA hu intiż biex fuq medda raġonevoli ta’ perijodu ta’ ristrutturar u

titjib fil-kwalità l-prodotti tal-biedja tagħna jkunu jistgħu jsiru aktar

kompetittivi fl-interess kemm tas-sostenibbiltà tas-settur u l-mestjier tiegħu kif

ukoll dak tal-konsumatur. Dan għax il-Gvern jibqa’ mpenjat li kull għan aħħari

fil-produzzjoni agrikola hu dħul ġust u xieraq għall-produttur bi prezzijiet

raġonevoli għall-konsumatur.

Kif il-Gvern wiegħed, dan il-programm telaq mill-qagħda tal-biedja fil-gżejjer

tagħna. Għaldaqstant huma proposti dawk il-miżuri kollha meħtieġa għallħarsien

tal-vijabbiltà ekonomika tas-settur tal-biedja u tal-vijabbiltà finanzjarja

tal-produttur fil-biedja Maltija.

L-istess programm jagħmel parti mill-Position Paper dwar il-biedja biex

b’hekk ikun assigurat li Malta tingħata l-aħjar kundizzjonijiet għas-settur talbiedja

tagħha. Ta’ min jgħid ukoll li dan il-qafas ta’ miżuri hu frott ta’ studji li

saru qabel, ta’ diskussjonijiet twal u intensi f’livell ministerjali u sensiela ta’

laqgħat mal-bdiewa u raħħala u l-għaqdiet tagħhom f’diversi livelli.

L-istess programm jaħseb biex tiġi adottata sistema ta’ tnaqqis u tneħħija tallevies

protettivi li jeżistu fuq l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli lokali. Dan ittnaqqis

hu programmat li jsir gradwalment fuq medda ta’ snin. Billi meta

titnaqqas il-protezzjoni għall-prodotti agrikoli lokali, dawn ma jibqgħux

kompetittivi daqs qabel, il-Programm jaħseb ukoll biex jagħti għajnuna lillprodutturi

Maltin ħalli tagħmel tajjeb għal dan. Kemm it-tnaqqis tal-levies kif

ukoll l-għoti ta’ għajnuna bdew ikunu implimentati mill-1 ta’ Lulju ta’ din issena.

Il-Programm jiffoka fuq seba’ oqsma ta’ l-agrikultura Maltija:

• it-tadam għall-ipproċessar

• il-patata

• l-inbid u d-dwieli

• il-ħalib u prodotti tal-ħalib

• il-ħaxix u frott frisk

• il-majjal

• il-bajd u l-laħam tat-tjur

Tadam għall-ipproċessar. Fil-każ ta’ dan is-settur, li hu meqjus bħala

wieħed strateġiku, kienu identifikati numru ta’ prodotti importati li jistgħu

jikkompetu mal-prodotti lokali li jsiru mit-tadam jew li jista’ jkollhom impatt

fuq l-operat. Dawn inqasmu f’żewġ kategoriji: dawk li huma sensittivi u dawk

anqas sensittivi. It-tnaqqis tal-levies fuq il-prodotti sensittivi għandu jibda jseħħ

mill-1 ta’ Jannar 2004, waqt li fil-każ ta’ dawk anqas sensittivi, it-tnaqqis beda

7

jseħħ mill-1 ta’ Lulju ta’ din is-sena. L-għajnuna lill-bdiewa li jipproduċu ttadam

għall-ipproċessar se tibda tingħata b’seħħ mill-istaġun ta’ l-ipproċessar

ta’ din is-sena. Barra minn hekk se jitħejja wkoll pakkett ta’ għajnuna biex

jittejjeb is-suq tal-prodotti lokali (marketing aid) ħalli dan il-qasam ikun jista’

jkompli miexi ’l quddiem.

Patata. Is-settur tat-tkabbir tal-patata hu wkoll ikkunsidrat bħala wieħed

strateġiku minħabba l-importanza tal-patat esportata u l-popolarità li tgawdi lpatata

fost il-konsumaturi Maltin. It-tnaqqis tal-levies f’dan is-settur beda mill-

1 ta’ Lulju 2002 u għandu jibqa’ sejjer sas-sena 2008, meta l-levy titneħħa għal

kollox. L-għajnuna lill-bdiewa li jkabbru l-patata għas-suq lokali se tingħata

fuq il-patata li tiddaħħal mill-bdiewa fil-pitkalija. Din bdiet tiġi kkalkulata mill-

1 ta’ Lulju 2002 u mistennija tibda titħallas minn Ottubru ’l quddiem. Minbarra

din l-għajnuna, il-bdiewa li jkabbru l-patata, kemm dik għas-safar kif ukoll dik

għas-suq Malti, se jgawdu minn għajnuna permanenti li titħallas fuq bażi ta’ larea

ta’ raba’ li tkun inżergħat patata matul is-sena. Din l-għajnuna tilħaq

madwar Lm9.85 kull tomna raba’.

Bħal fil-każ tat-tadam għall-ipproċessar, qiegħed jitħejja wkoll pakkett ta’

marketing aid biex jinkoraġġixxi titjib fil-preżentazzjoni tal-patata fis-suq

lokali u l-ipproċessar tal-prodott qabel ma jitpoġġa fis-suq.

Inbid u Dwieli. F’dan is-settur il-Programm jagħmel enfasi fuq il-fatt li

għalkemm l-għassara Maltin qegħdin jipproduċu nbid ta’ kwalità għolja, dan

jiġi prodott fil-biċċa l-kbira minn għeneb jew must importat. L-għan ewlieni

tal-Programm hu li kemm jista’ jkun titnaqqas din id-dipendenza fuq

għeneb/must importat billi jiżdied it-tkabbir tad-dwieli ta’ varjetajiet preġjati

mill-bdiewa Maltin. Fil-preżent ir-raba’ bid-dwieli jlaħħaq mat-320 ettaru

(2,860 tomna) u l-mira tal-Ministeru hi li dan jiżdied gradwalment sakemm fissena

2014 ikun madwar 1,000 ettaru (8,960 tomna). Għal dan l-iskop tħejjew

żewġ skemi ta’ għajnuna li mistennija jkollhom impatt pożittiv qawwi f’dan ilqasam.

Ħalib u prodotti tal-ħalib. Il-levies fuq l-importazzjoini tal-ħalib frisk u ta’

prodotti magħmulin mill-ħalib bdew jitnaqqsu mill-1 ta’ Lulju 2002, meta llevy

tnaqqset b’10 fil-mija. Matul din is-sena r-raħħala Maltin se jingħataw

kumpens għal dan fuq bażi tal-piż ta’ ħalib li jwasslu fil-Malta Dairy Products,

u r-rata ta’ dan il-kumpens tibda tiżdied kull sena hekk kif tiżdied ir-rata ta’

tnaqqis tal-levies. Dan il-kumpens beda jkun ikkalkulat mill-1 ta’ Lulju. u lewwel

pagament lir-raħħala mistenni jsir matul ix-xahar t’Awissu. Qed

jitfassal ukoll pakkett ta’ marketing aid, kif ukoll għajnuna għal titjib filkwalità

tal-ħalib Malti billi jkunu ristrutturati l-irziezet tal-produtturi tal-ħalib u

jkun ikkontrollat aħjar il-mard tas-sider fil-baqar.

Ħaxix u frott frisk. Il-levies fuq l-importazzjoni ta’ ħaxix u frott frisk bdew

jitnaqqsu wkoll b’effett mill-1 ta’ Lulju 2002. Matul din is-sena dan it-tnaqqis

8

se jkun ta’ 14 fil-mija, u jibqa’ jsir tnaqqis kull sena sakemm fl-2008 il-levies

jitneħħew għal kollox. Għaldaqstant se tibda tingħata għajnuna lill-bdiewa

f’dan is-settur. Din l-għajnuna tingħata skond il-valur tal-prodotti ta’ ħxejjex u

frott frisk li jitwasslu mill-bdiewa fil-Pitkalija, u bdiet tkun ikkalkulata mill-1

ta’ Lulju. Billi hemm il-ħtieġa li jsiru xi aġġustamenti fis-sistema tal-kompjuter

tal-Pitkalija biex ikunu jistgħu isiru l-ħlasijiet dovuti, l-ewwel pagament

mistenni jsir f’Ottubru u jkun ikopri l-perijodu Lulju – Settembru. Wara, dan ilħlas

jibda jsir kull xahar.

Laħam tal-Majjal. Il-levies fuq il-majjal importat bdew jitnaqqsu mill-1 ta’

Lulju 2002. Bħal fil-każ tas-setturi l-oħra, il-produtturi tal-majjal se jingħataw

kumpens biex jagħmel tajjeb għal dan. Matul l-2002 din l-għajnuna se tkun ta’

9ċ5 kull kilo ta’ majjal maqtul fil-biċċerija. 7ċ imorru biex jorħos il-prezz talmajjal

lill-konsumatur, 1ċ jinżamm mill-produttur biex jgħinu fir-ristrutturar

taċ-razzett tiegħu, waqt li 1ċ5 se jitqiegħdu f’fond speċjali li jkun jista’ jiġi

utilizzat mill-proċessuri tal-majjal biex itejbu l-infrastruttura tagħhom. Ilpagament

ta’ din l-għajnuna beda jsir kull ġimgħa, u matul ix-xahar ta’ Lulju

tħallsu madwar Lm60,000.

Bajd u laħam tat-tjur. Fis-settur tat-trobbija tat-tjur, kemm dawk tal-bajd kif

ukoll broilers, se jingħataw sussidji għat-tnaqqis fil-levies fuq prodotti

importati. Is-sussidju għal din is-sena hu ta’ 5ċ kull tużżana bajd u ta’ 3ċ kull

kilo laħam tat-tjur. Fil-każ tal-laħam, 2ċ qed imorru biex jorħos il-prezz lillkonsumatur

waqt li 1ċ jinżamm mill-produttur biex jgħinu fir-ristrutturar tarrazzett

tiegħu. Kemm fil-każ tal-bajd kif ukoll f’dak tal-laħam tat-tjur, issussidju

kien ikkalkulat mill-ewwel ta’ Lulju 2002, u l-ewwel pagamenti bdew

isiru f’Awissu.

Pjan ta’ Żvilupp Rurali

għall-Gżejjer Maltin

Din l-aħħar sena tibqa’ sena importanti fit-twettiq ta’ politika ġdida għallbiedja

ta’ gżiritna għax matulha saru l-formulazzjoni u t-tħejjijiet għallimplimentazzjoni

tal-Programm ta’ Żvilupp Rurali għall-perijodu 2004-2006.

Dan l-eżerċizzju kien ikkummissjonat lill-Università ta’ Cranfield fil-Renju

Unit f’Novembru tas-sena l-oħra u nofsu kien iffinanzjat taħt il-Pjan ta’

Azzjoni bejn Malta u r-Renju Unit għall-għajnuna lil Malta. Min-naħa tagħha

l-Università ta’ Cranfield ħatret numru ta’ esperti, b’esperjenza fil-privat u fissettur

pubbliku, għall-formulazzjoni tal-pjan. Fil-fatt, tmien esperti ħadmu fuq

dan il-pjan.

Il-formulazzjoni saret fuq bażi parteċipattiva għall-aħħar. Il-proċess beda

b’laqgħa fil-25 ta’ Frar ta’ din is-sena. Wara din il-laqgħa, kulħadd kien mitlub

jipparteċipa f’laqgħat oħra fuq bażi ta’ miżura rurali.

9

Għaldaqstant, saru ħames gruppi ta’ konsultazzjoni li kienu: investimenti floqsma

tal-biedja (6 ta’ Marzu 2002), is-settur ta’ l-ipproċessar u l-bejgħ ta’

prodotti agrikoli (7 ta’ Marzu 2002), il-miżura marbuta ma’ nħawi aktar

żvantaġġjati u dawk b’restrizzjonijiet ambjentali (12 ta’ Marzu 2002), liżvilupp

ta’ l-art rurali (13 ta’ Marzu 2002), u miżuri agri-ambjentali (14 ta’

Marzu 2002). Kull grupp kien taħt il-gwida ta’ espert barrani u uffiċjal tal-

Ministeru għal spjegazzjonijiet, diskussjoni, kummenti, u rapportaġġ ta’

opinjoni fi proċess ta’ konsultazzjoni. Barra dawn il-laqgħat, saru laqgħat oħra

f’livell reġjonali.

Mat-twettiq ta’ dan l-istadju, l-esperti bdew jaħdmu fuq il-formulazzjoni tal-

Pjan: l-ewwel qafas intemm fl-ewwel ġimgħa ta’ April waqt li r-rapport

komplut tħejja fit-tielet ġimgħa ta’ Ġunju.

Fl-istess waqt twaqqaf Steering Committee dwar il-Pjan ta’ Żvilupp Rurali. Dan

il-kumitat hu magħmul minn rappreżentanti tal-Ministeru u lorganizzazzjonijiet

kollha konċernati.

Matul il-proċess tal-formulazzjoni tal-Pjan, saru t-tħejjijiet meħtieġa biex issir

il-valutazzjoni tal-Pjan (Ex-Ante Evaluation) kif titlob il-prattika ta’

formulazzjoni ta’ pjan ta’ din ix-xorta. L-għan ewlieni ta’ eżerċizzju bħal dan

hu li ssir valutazzjoni indipendenti tal-kunċett, tar-razzjonal u l-konsistenza ta’

l-istrateġija taħt aspetti differenti, l-aktar dik ta’ l-impatti soċjo-ekonomiċi.

Wara sejħa għal offerti, l-eżerċizzju ntrebaħ mir-Regional Consulting

International Gmbtt ta’ Vienna. Kienu organizzati żewġ workshops fiċ-Ċentru

Mediterranju għall-Konferenzi: wieħed fl-4 ta’ Ġunju, u l-ieħor fit-23 ta’ Lulju

ta’ din is-sena.

Il-bdiewa jistgħu jibbenefikaw ħafna minn għajnuna li l-Unjoni Ewropea tagħti għal proġetti

narbuta ma’ żvilupp rurali

10

Ir-rapport kien mistenni jitlesta sa’ l-aħħar ta’ Awissu u r-rakkomandazzjonijiet

tiegħu jkunu integrati fil-Pjan għall-Iżvilupp Rurali. B’hekk, ix-xogħol biex

ikun finalizzat il-Pjan ta’ Żvilupp Rurali għall-gżejjer Maltin mistenni li jitlesta

sa’ l-aħħar ta’ Settembru. B’dan il-Pjan, il-Gvern qed iwettaq il-wegħdiet

tiegħu dwar l-għajnuna fuq livelli xierqa lis-settur tal-biedja u ’l dawk kollha li

qegħdin f’dan il-mestjier. Dan il-Pjan għandu jwassal għat-tisħiħ tas-settur

agrikolu f’pajjiżna.

Qed titwaqqaf unit li se tkun responsabbli mill-implimentazzjoni tal-Programm

ta’ Żvilupp Rurali kif ukoll l-organizzazjoni f’kull livell ta’ proċess talprogramm.

Se jkunu kkunsidrati għal kull miżura l-bżonnijiet ta’ ħaddiema biex tkun tista’

titwettaq kull miżura u se jittieħdu l-passi meħtieġa biex ikun hemm

koordinament siewi.

Il-unit mistennija tilħaq il-kapaċità massima tagħha lejn tmiem din is-sena biex

b’hekk tkun tista’ tifforma bħala Dipartiment.

Għajnuna qabel is-sħubija

Waqt li x-xogħol fuq il-formulazzjoni tal-Pjan ta’ Żvilupp kien miexi kif

ippjanat, il-Gvern ma tilifx żmien biex jaħseb għall-implimentazzjoni.

Għaldaqstant il-Ministeru ħaseb biex ifformula numru ta’ skemi bħala

mekkaniżmu importanti fit-twettiq ta’ pjan rurali. Dawn ilaħħqu għal €3

miljun li l-Kummissjoni Ewropea approvat bħala għajnuna ta’ qabel is-sħubija.

Il-programm taħt din l-għajnuna mistenni jitwettaq fl-2003.

L-Unjoni Ewropea approvat ukoll l-għoti ta’ €1 miljun għall-IACS, €400,000

għas-sistema ta’ informazzjoni dwar il-ħamrija, €150,000 għall-kontroll talmard

tas-sider fil-merħliet (mastitis) u €150,000 għat-twaqqif ta’ Paying

Agency.

Għal dan il-għan ukoll, id-Dipartiment tal-Politika u Ippjanar għen lill-

Kooperattiva Ċentrali tal-Bdiewa fit-twettiq ta’ żjara ta’ familjarizzazzjoni fi

Spanja. Seba’ membri anzjani ta’ din il-kooperattiva kellhom taħditiet mal-

Konfederazzjoni tal-Bdiewa Spanjoli, kif ukoll fil-Ministeru ta’ l-Agrikultura

f’Madrid. Huma kellhom diversi żjarat oħra f’Murcia, Armeria u Extramadura

ma’ bdiewa, għaqdiet tal-produtturi u kooperattivi dwar il-qagħda tal-mestjier

tar-raba’ fi Spanja.

11

Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni

u Kontroll għall-Biedja

Sar progress notevali fuq it-tħejjijiet għall-implimentazzjoni tas-sistema

integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll fis-settur tal-biedja magħrufa aktar

bħala Integrated Administration and Control System (IACS).

Fil-11 ta’ April 2002, wara laqgħat tekniċi kemm f’Malta kif ukoll f’Ruma,

kienet iffinalizzata l-approvazzjoni għall-proġett ta’ ġemellaġġ (Twinning

Project) biex jitwettaq il-proġett. Dan se jsir minn konsorzju ta’ esperti mill-

Italja, ir-Renju Unit u l-Olanda. Fil-bidu ta’ Ġunju wasal konsulent Taljan li,

flimkien mal-IACS Project Leader (Malta), se jidderieġi t-twettiq tal-proġett.

Twaqqaf Steering Committee, li diġà ltaqa’ biex jara li x-xogħol jimxi kif

suppost.

Fl-istess waqt tlesta l-proċess li permezz tiegħu kien iddiġilizzat ir-raba’ kollu

fil-gżejjer Maltin. Għaldaqstant issa għandna informazzjoni dwar in-numru ta’

l-għelieqi, il-qies tagħhom u kemm tassew hi kbira l-art għall-biedja f’Malta.

Issa tħejjew il-pjani biex jinbeda l-proċess ħalli l-bidwi jiġi abbinat ma’ l-art li

jaħdem.

Barra minn hekk, inbeda wkoll ix-xogħol fuq ir-reġistrazzjoni tal-bovini, liema

xogħol jifforma parti essenzjali tas-sistema. Sa l-aħħar ta’ Ġunju 2002 kienu

reġistrati 27 razzett minn 116 f’Malta u 45 f’Għawdex.

Din is-sistema hi l-qafas li permezz tiegħu jkunu amministrati u kontrollati lgħajnuniet

kollha lill-bdiewa u r-raħħala kemm mill-Unjoni Ewropea kif ukoll

mill-Gvern Malti. Għaldaqstant, il-Gvern qed jagħtiha l-importanza li

jixirqilha għat-twettiq tagħha.

Parteċipazzjoni f’fora

internazzjonali dwar il-biedja

F’dinja li qed kontinwament tinbidel, bl-evoluzzjonijiet u l-integrazzjoni

globali li għaddejja minnhom, il-partiċipazzjoni tagħna f’fora internazzjonali

dwar il-biedja qed issir aktar u aktar meħtieġa.

Fost l-avvenimenti importanti bħalissa hemm il-proċess ta’ negozjati għal

ftehim ġdid dwar il-biedja fost il-pajjiżi membri ta’ l-Organizzazzjoni għall-

Kummerċ Dinji, magħrufa bħala WTO.

Għaldaqstant, matul il-perijodu msemmi, id-Dipartiment ħa sehem f’dawn ilkonferenzi:

12

• Laqgħa Speċjali Informali tal-Kumitat dwar il-Biedja li saret fid-WTO

f’Ġinevra bejn l-24 u s-26 ta’ Settembru 2001.

F’din il-laqgħa kien diskuss il-programm ta’ xogħol għat-tieni fażi tannegozjati

biex jitkompla l-proċess ta’ riforma skond l-artiklu 20 tal-

Ftehim dwar il-Biedja tad-WTO ta’ l-1994.

• Ir-Raba’ Konferenza dwar Non-Trade Concerns li saret f’Ruma fil-15

ta’ Ġunju 2002.

F’din il-konferenza ġie ntenni l-punt li ‘one-size-fits-all’ ma jindirizzax

il-ħtiġiet tal-biedja ta’ kull pajjiż u għaldaqstant kull riforma filkummerċ

tal-biedja għandha tissalvagwardja l-ħtiġiet leġittimi ta’ kull

qasam tal-biedja ta’ kull pajjiż biċ-ċirkustanzi tiegħu.

13

It-Taqsima tas-Servizzi

Agrikoli u Żvilupp Rurali

Din it-Taqsima se tkun tikkonsisti minn żewġ Dipartimenti, wieħed

responsabbli mill-Agrikoltura u l-ieħor mill-Iżvilupp Rurali, u diversi units li

jaqgħu taħthom.

Permezz tad-diversi fergħat fi ħdanha, din it-Taqsima matul din is-sena

kompliet taħdem biex tgħin lill-bdiewa u lir-raħħala jtebu l-kwalità talproduzzjoni

u jdaħħlu metodi ġodda għal aktar effiċjenza u sigurtà fil-prodott li

jipproduċu.

Ħidma biex titjieb

il-produzzjoni

Il-unit tat-trobbija ta’ l-annimali kompliet bil-ħidma tagħha biex tgħin lillprodutturi

jtejbu l-produzzjoni u jsiru aktar kompetittivi. Din il-ħidma kienet

tinkludi xogħol fis-setturi kollha ta’ l-annimali bl-għajnuna tal-Qasam

Sperimentali ta’ l-Għammieri.

Fir-rigward tan-nagħaġ saru dawn l-esperimenti u t-tagħrif tagħhom ġie

mgħoddi lill-produtturi:

tagħmir artifiċjali biex jitwalu x-xhur ta’ meta n-nagħaġ jipproduċu lħalib;

inbena post attrezzat biex in-nagħaġ ikunu jistgħu jinħalbu faċilment.

Dan sar bl-anqas spejjeż possibbli u juri kif faċilment jistgħu jitjiebu lproduzzjoni

u l-iġene filwaqt li titnaqqas it-tbatija għall-produttur;

inbniet creamery żgħira fil-Kulleġġ ta’ l-Agrikoltura biex l-istudenti

jkunu jistgħu jitgħallmu dwar il-produzzjoni tal-ġbejniet u l-ġobon

f’ambjent nadif u b’faċilitajiet apposta;

intbagħtu ġbejniet fil-Laboratorju Nazzjonali biex jitkompla l-proċess

ħalli dawn il-prodotti jkunu jistgħu jilħqu l-livelli meħtieġa ta’ kwalità.

Rigward il-fniek, barra x-xogħol ta’ rutina li jsir fl-Għammieri, saru leaflets

apposta dwar marda li kienet qed toħloq ħafna mwiet.

14

Il-qasam tat-tjur

Ngħatat għajnuna lill-Kooperattiva tat-Tjur biex tkun tista’ tersaq bil-mod ilmod

ħalli ssir Għaqda tal-Produtturi. Saru spezzjonijiet fl-irziezet, flimkien

ma’ uffiċjali mit-Taqsima ta’ l-Ikel u Attività Veterinarja u saru wkoll żjarat flirziezet

biex tkompli titjieb il-produzzjoni.

Reġgħet irrepetiet ruħha l-produzzjoni tal-farawni biex din ix-xorta ta’

produzzjoni tkompli tiddaħħal fir-rutina tal-produzzjoni lokali.

Tkompla l-istħarrig dwar ir-razza magħrufa bħala t-Tiġieġa Maltija biex ikunu

mistħarrġa l-kapaċitajiet tagħha.

Il-qasam tal-ħalib

Tkomplew l-esperimenti fit-tmiegħ tal-baqar u anki ngħataw pariri lill-azjendi

li jaħdmu l-ġwież bl-iskop li jitjiebu kemm il-kwalità kif ukoll il-livell ta’

sustanzi fil-ħalib, ħalli b’hekk inqarrbu lejn standards Ewropej.

Għall-istess skop saru sforzi biex nuru kif nistgħu nilħqu l-livelli meħtieġa

f’dawk li huma mikrobi u ċelloli ta’ taħsir fil-ħalib. Għal dan l-iskop kien

stallat apparat biex jitkessaħ immedjatament il-ħalib u tfasslu kodiċi ta’ prattika

li wrew fil-prattika li hu possibbli li, b’aktar attenzjoni, jintlaħqu livelli u

standards internazzjonali. Il-produtturi tal-ħalib qegħdin jintwerew dawn issistemi

u anki jsiru żjarat fl-irziezet u jinħarġu pamphlets apposta ħalli b’hekk

tkompli titjieb il-kwalità tal-ħalib għall-benefiċċju tal-konsumatur.

Kwalitajiet oħra

ta’ magħlef

Tkompliet il-ħidma biex il-produtturi jifhmu li anki f’dan ir-rigward hemm

bżonn li jbiddlu d-direzzjoni. Jeżistu ħafna kwalitajiet oħra ta’ magħlef li

jistgħu jitkabbru lokalment mhux sempliċiment il-qamħ. Din is-sena tkabbar l-

Italian Rye Grass fix-xitwa u dan jista’ jintuża faċilment biex jirgħu n-nagħaġ

fuqu u b’hekk jonqos il-bżonn ta’ magħlef niexef. Ir-riżultati li qed jinkisbu qed

jitwasslu għand il-produtturi, jiġifieri l-bdiewa u r-raħħala, biex b’hekk isiru

aktar effiċjenti u jnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni.

Immaniġġjar ta’ l-iskart

Kienu identifikati l-problemi fir-rigward ta’ l-iskart li jipproduċu l-annimali.

Bħalissa qed issir ħidma ħalli tkun tista’ tittieħed azzjoni biex ikun żgurat li dan

l-iskart ma jibqax joħloq problemi ambjentali speċjalment bit-tniġġiż ta’ l-ilma

ta’ taħt l-art.

15

Għal dan l-iskop:

sar rapport ta’ konsulenza li wera fejn u kemm hi kbira l-problema u

x’jista jsir biex din tingħeleb;

inħolqot sistema ta’ self bla interessi (Agriplus) għal dawk li jwettqu

proġetti fl-irziezet tagħhom biex jimmaniġġjaw aħjar l-iskart;

Saru żjarat fl-irziezet biex ikun spjegat xi jrid isir;

Qed isiru tħejjijiet biex l-Għammieri ikun attrezzat u jservi ta’ mudell

f’dan ir-rigward; u

twaqqaf kumitat biex jara li jkun hemm progress f’dan ir-rigward.

Għajnuna lil għaqdiet

Tkompliet il-ħidma biex il-produtturi tan-nagħaġ u l-mogħoż ikollhom lgħaqda

tagħhom. Dawn qegħdin jitħabtu biex jaraw li dan il-prodott ikompli

jsir aktar popolari u jitjieb fil-kwalità filwaqt li l-ippakkjar ta’ dan il-prodott

beda jsir professjonalment. L-għaqda tal-prodotturi tal-fniek kompliet fil-pjani

tagħha biex tara li kull min jidħol f’din l-industrija jkun għamel kors ta’

struzzjonijiet apposta.

Servizz ta’ pariri lill-bdiewa

Il-unit ta’ l-Extension Service kompliet bil-ħidma fost il-bdiewa, raħħala u lkomunità

agrikola f’Malta. Ħidma importanti li saret matul is-sena kienet iċċensimenti

li saru b’kollaborazzjoni ma’ l-Uffiċċju Ċentrali ta’ l-Istatistika.

Membri ta’ din il-unit kienu nvoluti fiċ-ċensiment ġenerali li sar

f’Ottubru/Novembru kif ukoll dan l-aħħar f’ċensiment specjalizzat fost dawk li

għandhom is-serer.

Statistika li turi xogħol ieħor tas-sezzjoni tidher hawn taħt: -

Bdiewa li żaru l-uffiċċju 4,858

Żjarat ta’ pariri 946

Żjarat tekniċi speċjalizzati 464

Żjarat f’irziezet ta’ l-annimali 319

Ċertifikati tal-ġbejniet 196

Tikketti tal-ġbejniet 88,769

Reġistrazzjoni tal-bolla 1,014

Programmi fuq ir-radju 20

16

Provi dwar uċuħ tar-raba’

Din l-aħħar sena l-unit tat-tkabbir ta’ l-uċuħ (Crop Husbandry) fil-Qasam ta’

Riċerka fl-Għammieri kompliet bi provi u ħidma kemm fuq uċuħ fil-miftuħ kif

ukoll fis-serer. Saru provi ukoll fuq sterilizzar ta’ ħamrija b’mezzi favur lambjent

(soil solarization) kif ukoll b’sustanzi naturali biex jgħinu fit-tkabbir

ta’ pjanti (Mychorrhiza).

Fis-serer tkabbru uċuħ bi prova bħal razez ta’ tadam li jifilħu aktar għal ċerti

problemi ta’ mard u b’hekk jitnaqqas aktar il-bżonn ta’ bexx bil-kimika l-aktar

ta’ ħsara kemm għall-bniedem kif ukoll għall-ambjent.

Tkabbru wkoll fażola, bettieħ, u fjuri kif ukoll numru ta’ ponsjetti u xtieli oħra.

Xogħol ieħor li sar fuq ucuħ tar-raba’ kien jinkludi provi ta’ tkabbir ta’ diversi

prodotti bi prova bħal ma huma razez ġodda ta’ patata għall-esportazzjoni,

basal, tadam, qargħa bagħli żgħir u qamħirrum (sweet corn).

Xogħlijiet ta’ manutenzjoni

Il-unit tal-manutenzjoni kienet involuta f’diversi proġetti u xogħlijiet minbarra

l-ħafna xogħol regolari ta’ tiswija ta’ ħsarat li jinqalgħu regolarment, kif ukoll

xogħol normali ta’ manutenzjoni. Sar ix-xogħol ta’ tħejjija biex ħarġu u

ngħataw erba’ tenders għat-tisħiħ ta’ l-infrastruttura taċ-Ċentru għar-Riċerka u

l-Iżvilupp fl-Għammieri. Dawn kienu għall-kostruzzjoni ta’ service duct u lkisi

mill-ġdid tat-triq prinċipali fl-Għammieri. Stimi proġettati huma

Lm19,807, Lm19,475 u Lm19,775 rispettivament. Is-sejħa l-oħra kienet għallkostruzzjoni

ta’ kamra għal sub-station u switch room ta’ l-elettriku.

Xogħol ieħor li jinsab fi stat avvanzat hu l-ħruġ ta’ tender oħra għall-bini ta’

sular ieħor fi Block B u qed isiru wkoll tħejjijiet biex ikun modifikat l-

Administration Block A.

Il-unit ħadmet ukoll fuq żewġ tenders oħra għal xogħol bil-gabjuni jew

Terramesh: waħda għall-bini ta’ ħajt ta’ lqugħ f’Wied il-Qlejgħa, magħruf

aħjar bħala Chadwick Lakes, in-naħa tal-Pont ta’ Slampa u l-oħra għall-bini

mill-ġdid ta’ triq rurali li ġġarrfet, bis-sistema ta’ Green Terramesh, li hi

sistema ta’ ħamrija li hi rinfurzata bix-xibka. Dan ix-xogħol sar f’Wied Ħaż-

Żrum limiti ta’ Ħad-Dingli.

Saret ħidma sħiħa mill-istess unit biex jissewwew ħafna ħsarat tal-ħitan tassejjieħ

anki fil-Buskett, kif ukoll twessiegħ ta’ toroq għall-aċċess tal-bdiewa.

B’kollox saru 1,062 metri kwadri (796 metri kubi) ta’ ħitan u tas-sejjieħ.

Inbeda ukoll xogħol ta’ tiswija u restawr fuq żewġ ħitan antiki tas-sejjieħ fiċ-

Ċentru għall-Kura tal-Pjanti f’Ħal Lija.

17

Il-unit tar-raba’ u l-ilma għandha numru mhux ħażin ta’ responsabbiltajiet li

huma importanti għall-biedja Maltija. Fost dawn hemm ir-reġistrazzjoni tarraba’

(kitba ta’ raba’); ħarsien tal-liġi tal-ħamrija; stimi ta’ ħsarat fir-raba’;

konsultazzjoni kontinwa u ta’ kuljum ma’ l-Awtorità ta’ l-Ippjanar dwar

żvilupp rurali; għoti ta’ konkos lil toroq u mogħdijiet tal-bdiewa; attendenza

ta’ spiss il-qorti sew bħala xhieda u sew bħala kontribut ta’ membri fil-Bord

tal-Qbiela tar-Raba’; u pariri dwar problemi legali sew dwar ir-raba’ u sew

dwar l-ilma. Din ta’ l-aħħar tieħu parti kbira mix-xogħol ta’ amministrazzjoni

f’din is-sezzjoni peress li l-bdiewa jirrikorru kuljum u kontinwament għal dawn

il-pariri.

Matul l-aħħar sena nksew 35 triq tal-bdiewa b’area ta’ 29,400 metru kwadru.

Friegħi oħra ta’ din il-unit huma reklamazzjoni (land reclamation);

distribuzzjoni ta’ l-ilma ta’ l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f’San Antnin, Wied

il-Għajn; u l-mixtla tas-siġar tal-frott ħielsa mill-mard f’San Vinċenz de Paul.

Tisbiħ ta’ postijiet pubbliċi

Matul l-aħħar sena l-Urban Rural and Landscaping Unit kompliet bix-xogħol

tagħha ta’ tisbiħ u manutenzjoni tal-ġonna u diversi postijiet pubbliċi, arterji

prinċipali, kif ukoll il-ħarsien tal-ġonna nazzjonali.

Il-unit għandha 36 kuntratt ta’ manutenzjoni mal-Kunsilli Lokali u seba’

kuntratti ma’ aġenziji differenti. Id-dħul minnhom ilaħħaq għal Lm10,000 fixxahar.

Saru diversi xogħlijiet fi proġetti fosthom il-kontinwazzjoni ta’ xogħol ta’

restawr tal-ġibjun, tas-Sienja, bdil tal-paviment fir-razzett fejn hemm il-mużew

tal-għodod u bdil tal-kanali ta’ l-ilma, kollha fi Ġnien Romeo Romano, Sta

Venera.

Ħaddiema mill-Urban Rural and Landscaping Unit qed jiżbru s-siġar. L-istess Taqsima tieħu

wkoll sehem f’kampanji bl-iskop li tikber l-imħabba lejn is-siġar fost it-tfal

18

Fil-Ġonna tal-Buskett qiegħed isir xogħol minn ħaddiema tad-Dipartiment ta’ l-

Agrikultura fuq restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ.

Fil-Ġonna ta’ San Anton sar xogħol ta’ restawr fuq ħitan u bdil tal-qsari talġebel,

kanali ta’ l-ilma, irranġar ta’ passaġġi, u bini mill-ġdid tat-toilets. Fil-

Ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq fil-Belt Valletta, flimkien mal-Proġett għar-

Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u l-Furjana, sar programm ta’ irranġar ta’

pavimenti u mmodernizzar tas-sistema ta’ l-ilma.

Fil-Ġonna ta’ Hastings beda x-xogħol ta’ bini tal-ħajt ta’ barra u restawr tal-bini

tal-borduri.

Il-Ġonna ta’ l-Argotti u fi Ġnien San Filippu fil-Furjana sar restawr fuq il-vaska

u mili tal-konok bil-ħamrija . Hemm il-ħsieb li fil-futur qrib ikunu restawrati lħitan

wara li diġà tfassal programm.

Xogħlijiet oħra jinkludu l-żbir ta’ siġar fit-toroq prinċipali, tħawwil fuq bażi

regolari ta’ xtieli u pjanti f’ġonna, central strips u kull fejn meħtieġ, tisqija

f’siti tal-Gvern, u l-provvista ta’ ilma għat-tisqija lill-Kunsilli Lokali kif ukoll

lill-pubbliku in ġenerali.

It-Taqsima tieħu sehem ukoll u tgħin bis-sħiħ f’kampanji biex tikber l-imħabba

lejn is-siġar b’mod speċjali fost it-tfal.

Produzzjoni ta’ siġar tal-frott

L-iskop li għalih saret il-mixtla ta’ San Vinċenz de Paul hu li tipproduċi xitel

tas-siġar tal-frott ċertifikati ħielsa mill-mard (virus and disease free) lill-bdiewa

u dawk kollha interessati.

Din il-mixtla għandha medda ta’ madwar 86 tomna u l-ħidma li qed issir fiha hi

immirata lejn:

l-introduzzjoni ta’ varjetajiet ġodda b’saħħithom ta’ frott,

il-kontroll ta’ mard eżistenti f’dan is-settur,

it-tkabbir, il-produzzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-frott,

l-estensjoni ta’ l-istaġun tal-frott billi jiddaħħlu varjetajiet li jagħmlu

frott aktar bikri jew aktar imwaħħar mill-varjetajiet li għandna fil-gżira

bħalissa.

Il-kontroll fuq il-mard f’din il-mixtla jsir kontinwament minn esperti f’dan ilqasam

li jagħmlu testijiet sew tal-ħamrija kif ukoll tas-siġar fil-laboratorji fiċ-

Ċentru tal-Biloġija tal-Pjanti f’Ħal Lija.

19

Din is-sena, wara li ġiet solvuta l-problema ta’ l-ilma għat-tisqija, il-mixtla ta’

San Vinċenz bdiet taħdem fuq il-produzzjoni tad-dwieli sew tal-mejda kif ukoll

ta’ l-inbid.

Mir-rekords ta’ bejgħ ta’ dwieli jidher li hawn domanda qawwija għax-xitel

tad-dwieli sew tas-selvaġġ kif ukoll imlaqqma.

L-istaff ta’ din il-mixtla qegħdin jagħmlu sforzi kbar biex ikabbru l-vitikoltura

f’Malta. Għalhekk qiegħed ikun ppjanat biex nibdew nipproduċu primarjament

is-selvaġġ tad-dwieli li mingħajr ħafna problemi nistgħu nibdew nipproduċuh fi

kwantitajiet kbar; u dwieli mlaqqma b’varjetajiet skond l-esiġenzi tal-pajjiż..

Għall-ewwel darba din is-sena il-mixtla qed tipproduċi ’l fuq minn 20,000 xitla

tas-selvaġġ tad-dwieli biex jinbiegħu f’Jannar li ġej.

Il-produzzjoni tas-siġar tal-frott u dwieli f’dawn l-aħħar erba’ snin kienet

tammonta għal:

Siġar tal-frott

Dwieli

1999 2000 2001 2002

2,410

Nil

4,300

2,160

Bejgħ ta’ dwieli slavaġ u mlaqqma bejn 1999/2000 u l-2001/2001

60000

50000

40000

30000

20000

10000

0

Nil

1999 2000 2001

20

Nil

5,340

23,940

Grafted Vines

Vine Rootstock

Bejgħ ta’ siġar tal-frott bejn 1999/2000 u l-2001/2002

18000

16000

14000

12000

10000

8000

6000

4000

2000

0

Fruit Trees

1996 1997 1998 1999 2000 2001

Fruit Trees

Spinta lit-tkabbir tas-siġar taż-żebbuġ

Matul dawn l-aħħar sentejn beda jsir xogħol intensiv fl-istess mixtla għallproduzzjoni

bl-eluf tas-siġar taż-żebbuġ. Inbnew kostruzzjonijiet meħtieġa u

beda jinżera u jitlaqqam ix-xitel taż-żebbuġ.

Għall-ewwel darba f’din il-mixtla, din is-sena hemm aktar minn 4,000 xitel

kbar ta’ varjetajiet varji ta’ żebbuġ biex jinbiegħu lill-bdiewa. Bħal kull pjanta

f’din il-mixtla, dawn ix-xtieli huma ċertifikati ħielsa minn kull mard u virus.

Bir-ritmu li mexjin din iċ-ċifra għad tkompli tikber biex taqdi l-ħtiġiet lokali.

Il-Pitkalija

Matul din is-sena l-Pitkalija f’Ta’ Qali kompliet bil-ħidma tagħha biex tkun

tista’ taqdi aħjar il-funzjoni tagħha bħala ċentru għall-bejgħ tal-prodotti

mkabbra mill-bdiewa.

Bejn Settembru 2001 u l-aħħar ta’ Lulju ta’ din is-sena daħlu 23,943,417-il kilo

ta’ ħxejjex u frott frisk. Dawn ġabu prezz ta’ Lm4,606,995. Filwaqt li l-prezz

medju għall-ħaxix frisk kien ta’ 19ċ45, il-prezz medju għall-frott kien ta’

27ċ14.

21

Matul is-sena tlesta x-xogħol fuq it-tqegħid tal-fiber optic cable biex b’hekk

kienet stabbilita komunikazzjoni diretta mill-pitkaliji kollha mal-Blokk

Amministrattiv. Matul din is-sena tqabbad ukoll l-APS Bank ma’ dan il-Blokk

permezz ta’ l-istess sistema.

F’Lulju ta’ din is-sena ħarġet sejħa għal offerti biex issir manutenzjoni littoroq

fil-Pitkalija.

Issaħħet is-sistema ta’ street lighting f’kull parti tal-Pitkalija.

Fid-dawl tal-problema li minn żmien għal żmien ikun hemm xi xerrejja li

jidħlu fil-Pitkalija qabel il-ħin stipulat tad-dħul, ittieħdu l-passi kollha

meħtieġa biex nagħlqet kull fetħa fil-fence u l-ħitan li jdawru l-Pitkalija għal

kontroll aħjar. Qegħda ssir aktar sorveljanza mill-uffiċjali tas-sigurtà minħabba

x-xerrejja biex jaraw li x-xerrejja jobdu r-regolamenti dwar ħinijiet. Hemm ilħsieb

ukoll li jkunu stallati security cameras fil-Pitkalija biex jitnaqqas dan labbuż.

Twaqqaf ukoll Steering Committee for the Pitkali Change Management

Programme biex jiddiskuti u jiddeċiedi dwar miżuri u inizjattivi li jistgħu

jittieħdu ħalli l-Pitkalija tkun tista’ tiffunzjona b’aktar effiċjenza u biex ilprodott

jitwassal għand il-konsumatur fl-aħjar kundizzjoni. Dan il-kumitat hu

magħmul minn rappreżentanti mill-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u Sajd, mit-

Taqsima għas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali, mill-Kooperattiva tal-

Bdiewa, mill-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa, mill-General Retailers and Traders

Union (GRTU) u oħrajn.

L-esportazzjoni tal-patata ta’ Malta

Il-Gvern din is-sena reġa’ kellu sehem sħiħ fl-esportazzjoni tal-patata mkabbra

mill-bdiewa Maltin.

Sa minn żmien ilu, il-patata dejjem kienet ikkunsidrata bħala wieħed millprodotti

agrikoli ewlenin għall-bdiewa Maltin. Infatti l-produzzjoni annwali ta’

dan il-prodott tilħaq mat-30,000 tunnellata li minnhom bejn 6,000 u 7,000

tunnellata jkunu esportati lejn l-Ewropa. Matul iż-żmien, il-bdiewa Maltin

għarfu jisfruttaw il-kundizzjonijiet favorevoli tal-klima u ta’ l-art biex ikabbru

prodott bnin u bikri li jissodisfa lill-konsumatur Ewropew, partikolarment dak

Olandiż u li għalih iħallas prezzijiet ogħla minn dawk li jiksbu ta’ oriġini oħra.

Bil-ħsieb li jsaħħaħ din l-attività kummerċjali tant importanti għall-bdiewa

lokali, il-Ministeru ta’ l-Agrikultura u Sajd deherlu li kien jinħtieġ aġġornament

tas-sistema minħabba l-esiġenzi attwali konsegwenza ta’ l-iżvilupp kontinwu li

jseħħ fl-ekonomija tas-swieq. Għal dan l-iskop sa mis-sena li għaddiet inbeda

proċess ta’ żvilupp fejn beda xogħol importanti biex fi żmien qasir il-patata ta’

22

Malta tkun ċertifikata skond il-kundizzjonijiet ġodda dwar kontroll ta’ kwalità

li kienu introdotti fis-swieq Ewropej.

Il-parteċipazzjoni tal-bdiewa fin-negozju tal-patata ta’ Malta għas-safar dejjem

kienet il-mira ta’ diversi amministrazzjonijiet u fil-fatt kien għal din ir-raġuni li

fl-1988 kien iffurmat l-Agricultural Export Marketing Board u inkluda fih

bdiewa u rappreżentanti tagħhom. Matul iż-żmien il-bdiewa bdew juru xxewqa

biex eventwalment ikunu huma n-negozjanti ta’ ħwejjiġhom u hekk

ikun ta’ gwadann aktar għalihom. Il-Ministeru, konvint mill-abbiltà tal-bdiewa

Maltin, beda ħidma għal tibdil radikali fl-immaniġġjar ta’ dan in-negozju biex

jissodisfa x-xewqat ta’ dawk li jkabbru dan il-prodott.

Patata mkabbra f’Malta tasal fl-Olanda fejn għadha popolari ħafna fost l-Olandiżi

Għal dan l-iskop, id-Dipartiment ta’ l-Agrikultura bil-għajnuna ta’ l-

Agricultural Export Marketing Board ikkonkluda ftehim biex wara li l-kuntratt

oriġinali għas-safar tal-patata ġie modifikat a favur l-interessi tal-bdiewa

Maltin, kien estiż sas-sena 2003 biex jiskadi flimkien ma’ dak tal-patata tażżriegħ.

Dan sar biex matul dawn is-sentejn ta’ transizzjoni jitwettaq programm

ta’ tħejjija u jsiru provi adegwati u bis-serjetà qabel ir-responsabbiltà ta’ dan innegozju

tkun fdata lil xi Għaqda tal-Produtturi jew esportaturi prospettivi oħra.

Din is-sena kienu esportati 6,140 tunnellata patata ta’ Malta li 352 tunnellata

minnhom kienu varjetajiet Ditta, Arielle, Berber u Laura. Dawn il-varjetajiet

tkabbru għall-ewwel darba hawn Malta bl-iskop li jkunu esplorati swieq ġodda

għall-prodott Malti. Il-qliegħ mill-esportazzjoni kollha ippermetta ħlas wieħed

nett ta’ Lm11.30 kull qantar lill-bdiewa għall-varjetajiet kollha. Barra minn

hekk esportaturi prospettivi ħadu l-opportunità li joffri l-kuntratt il-ġdid biex

għamlu esportazzjoni bi prova li laħqet 163 tunnellata oħra.

23

Minn dan kollu wieħed jikkonkludi li minkejja d-diffikultajiet kollha li nqalgħu

minħabba l-introduzzjoni ta’ varjetajiet ġodda, tibdil fis-sistema għallesportazzjoni

tal-prodotti agrikoli, eċċ, ir-riżultati miksuba huma ta’

sodisfazzjoni kbir u ta’ inkoraġġiment għall-ġejjieni għal dawk li jkabbru lpatata.

It-tabella t’hawn taħt tkompli tikkonferma s-suċċess li nkiseb din is-sena

meta mqabbel ma’ dawk ta’ l-aħħar seba’ snin.

Prezz/Qantar

Sena Tunellaġġ Pagamenti Alpha Sante` Medja/Qantar

Lm Lm Lm Lm

1995 6,305 985,303 * 13.49

1996 3,906 616,835 * 12.53

1997 7,567 964,877 * 10.22

1998 7,004 880,993 * 9.88

1999 7,079 958,357 10.50 14.20 10.75

2000 6,540 893,978 10.23 13.39 10.85

2001 6,067 928,084 11.27 14.00 12.14

2002 6,140 874,230 11.30 11.30 11.30

* prezz skond meta kienet imsiefra

Din is-sena kienu esportati wkoll bi prova 10 tunnellati basal lejn l-Olanda, u

madwar 20 tunnellata tadam imkabbar fis-serer lejn il-Belġju.

Tisħiħ fil-qasam tad-dwieli u l-inbid

Din l-aħħar sena reġgħet twaqqfet il-unit tal-vitikultura u l-enoloġija u bdiet ixxogħol

tagħha bħala fergħa uffiċjali fit-Taqsima għas-Servizzi Agrikoli u

Żvilupp Rurali.

Fil-21 ta’ Ġunju daħlet fis-seħħ il-liġi il-ġdida dwar l-inbid. Qed jitfasslu u

mistennija jidħlu fis-seħħ sa tmiem din is-sena regolamenti sussidjarji dwar linbejjed

ta’ kwalità prodotti f’reġjun speċifiku jew aħjar dawk ta’

Denominazzjoni ta’ Oriġni Kontrollata (DOK), u regolamenti dwar labelling u

dwar id-definizjonijiet tal-prodotti li ġejjien mill-għenba.

Ix-xogħol li sar minn din il-unit jinkludi l-ġustifikazzjoni taż-żewġ punti li ġew

negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea fis-settur ta’ l-inbid. Dawn huma:

♦ iż-żieda fl-oqsma mħawla bid-dwieli għal riserva nazzjonali ta’ elf

ettaru; u

♦ l-użu ta’ zokkor (enrichment) fil-każ ta’ nbejjed minn għeneb talvarjetajiet

indiġeni (Ġellewza u Girgentina).

24

Il-pjan tal-Gvern hu li t-tkabnir tad-dwieli f’pajjiżna jiżdied għal madwar 1,000 ettaru ta’ art

biex b’hekk l-inbid kollu prodott f’Malta jibda jsir kollu minn għeneb imklabbar f’Malta. Għal

dan l-iskop il-Gvern se jagħti għajnuna kbira lil min ikabar id-dwieli

Tħejja wkoll dokument li jiġbor fih il-karatteristici tat-tkabbir u t-tagħsir ta’ lgħeneb

f’Malta kif ukoll informazzjoni ġenerali dwar il-klima u l-ħamrija ta’

Malta.

Bħala membri ġodda ta’ l-Office International de La Vigne et du Vin (OIV)

uffiċjali xjentifiċi ta’ din il-unit ħadu sehem fix-xogħlijiet ta’ l-esperti f’Pariġi

kif ukoll fis-Sbatax-il Kungress Dinji tal-Għeneb u l-Inbid u fit-82 Assemblea

Ġenerali ta’ l-OIV li saret fi Bratislava.

Bl-iskop li tkompli tissaħħaħ din il-unit saru l-arranġamenti meħtieġa biex

ikunu impjegati żewġ uffiċjali xjentifiċi oħra. Barra minn hekk tħejjew żewġ

proġetti ta’ ġemellaġġ ma’ l-Unjoni Ewropea. Wieħed minn dawn il-proġetti se

jieħu ħsieb il-bżonnijiet tal-unit b’risq l-obbligi li Malta se jkollha fis-settur talvitikultura

vis a vis l-Acquis ta’ l-UE. Dan l-ewwel proġett kien aċċettat u se

jitmexxa mill-Italja li se tibgħat esperti minn ħafna setturi speċjalizzati.

Programm ta’ għajnuniet

għat-tkabbir tad-dwieli

Bl-għajnuna ta’ l-Extension Services, il-unit ħejjiet u bdiet twettaq il-programm

ta’ għajnuniet finanzjarji għall-iżvilupp tad-dwieli f’Malta. Dawn l-għajnuniet

jinqasmu fi tliet kategoriji:

Għajnuna permanenti ta’ €1,000 kull ettaru għal min ikabbar id-dwieli;

25

♦ Għotja ta’ €10,000 kull ettaru għat-tkabbir ta’ dwieli;

♦ Skema ta’ l-AGRIPLUS fejn bidwi jista’ jieħu self mingħajr interessi.

Il-Winery tal-Buskett kienet identifikata bħala wieħed mill-postijiet ideali biex

’il quddiem il-unit tkun tista’ taħdem minn hawn. Għal dan l-iskop tħejjew

pjanti biex dan il-bini jinbidel f’winery sperimentali moderna kif ukoll uffiċċini

amministrattivi. Il-pjanti kienu sottomessi lill-Awtorità ta’ l-Ippjanar u l-

Ambjent.

26

Id-Dipartiment

għas-Saħħa tal-Pjanti

Id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti, li issa ilu aktar minn sena jiffunzjona,

jintegra fih dawk l-aspetti kollha meħtieġa għas-saħħa tal-pjanti, miż-żrieragħ u

l-ħamrija li jinżergħu fiha sa dianjożi tal-mard u nsetti.

Bħala sehem kollettiv tal-units li jiffurmaw dan id-Dipartiment matul din issena

tnediet il-website tad-Dipartiment bl-indirizz www.planthealth.gov.mt.

Din il-website toffri informazzjoni vasta dwar is-sistemi adottati mit-taqsimiet

differenti tad-Dipartiment, kif ukoll il-liġijiet rilevanti (dik tal-Kwarantina tal-

Pjanti kif ukoll dik dwar il-Pestiċidi). Apparti minn fuljetti li wieħed jista’

jikseb mill-fergħa tal-Kwarantina tal-Pjanti, din il-website hi mimlija

informazzjoni utli għall-importaturi tal-pjanti u l-pubbliku ġenerali. Din tagħti

wkoll l-aħħar qagħda dwar il-proċess f’dan is-settur biex ikunu adottati

standards internazzjonali.

Id-Dipartiment beda jipparteċipa fil-Kummissjoni dwar il-Ħarsien ta’ l-Ikel

(Food Safety Commission) li twaqqfet riċentement. Matul din is-sena saru

żewġ żjajjar (Peer Reviews) minn uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dawn iżżjajjar

li saru fi Frar u f’Lulju analizzaw il-kapaċità tad-Dipartiment biex jilħaq

il-livelli meħtiega fl-Unjoni Ewropea.

Il-proposta mħejjija mid-Dipartiment għall-proġett ta’ għajnuna mill-Unjoni

Ewropea (full twinning) f’dan is-settur kienet aċċettata mill-Komunità

Ewropea. Dan il-proġett se jsarraf biex id-Dipartiment ikun jista’ jagħti

servizz aħjar lill-bdiewa kif ukoll ħarsien aħjar ta’ l-ikel għall-konsumatur.

Permezz ta’ dan il-proġett l-Unjoni Ewropea se tagħti €850,000 bħala

għajnuna. Dan il-proġett se jibda jitwettaq f’Ottubru li ġej.

Żrieragħ

Kienu finalizzati l-pjanti għall-bini ta’ laboratorju ġdid għal dan is-settur u

nħarġet ukoll sejħa għal offerti. L-apparat li bih se jkun mgħammar dan illaboratorju

ġdid se jkun finanzjat mill-Unjoni Ewropea.

Beda xogħol ukoll fuq il-liġi dwar il-żrieragħ u ċ-ċertifikazzjoni tal-pjanti.

Għal dan il-għan inġieb espert b’għajnuna mill-Unjoni Ewropea.

27

Pestiċidi

Matul din is-sena twettaq programm ta’ monitoraġġ dwar il-fdalijiet ta’

pestiċidi fl-ikel. Kull xahar ittieħdu kampjuni minn fuq is-suq biex fuqhom

isiru testijiet fl-laboratorji akkreditati. S’issa ma nstabet l-ebda traċċa ta’

pestiċidi ’l fuq mil-limitu massimu ta’ dawn il-pestiċidi.

Matul din is-sena tkompliet it-tħejjija tar-Regolamenti li jikkontrollaw l-użu

tal-pestiċidi. Dawn ir-regolamenti se jservu biex ilaħħmu l-Att dwar il-Kontroll

tal-Pestiċidi li kien ppubblikat f’Jannar 2001. Għal dan l-iskop intalbet lgħajnuna

ta’ l-Unjoni Ewropea li bagħtet żewġ esperti, wieħed f’April u ieħor

f’Lulju.

F’Marzu ta’ din is-sena ngħata bidu għar-reviżjoni tas-sistema ta’ reġistrazzjoni

tal-pestiċidi. Fost l-oħrajn kien rivedut programm elettroniku li hu maħsub biex

iżomm statistika dwar il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni u bejgħ ta’

pestiċidi, kwantitajiet u dettalji dwar ammonti ta’ pestiċidi. Dan il-programm

hu mistenni li jgħin biex jinkiseb tagħrif fuq xejriet fl-użu tal-pestiċidi u wkoll

biex tkompli tingħata informazzjoni aġġornata lill-bidwi. It-tlestija ta’ dan ilprogramm

waslet fl-aħħar fażi tagħha u hu mistenni li l-istess programm

jikkumplimeta d-diversi obbligi li l-liġi tal-pestiċidi tesiġi fuq id-Dipartiment.

Beda l-proċess li fi ftit taż-żmien ieħor se jkunu ngaġġati tliet spiżjara biex

jagħmlu xogħol fuq il-pestiċidi. Dawn se jkunu fuq ir-reġistrazzjoni, levalwazzjoni

u l-monitoraġġ tal-pestiċidi. Hu maħsub li dawn l-uffiċjali ġodda

se jingħatalhom taħriġ kemm lokali kif ukoll barra minn Malta.

Inizjattivi ġodda li ttieħdu

F’Lulju ta’ din is-sena ngħata bidu għal sensiela ta’ esperimenti fiċ-Ċentru tar-

Riċerka u Żvilupp fl-Għammieri. Dawn l-esperimenti huma mistennija li

jwasslu tagħrif dwar l-effiċjenza ta’ sistemi alternattivi għall-użu tal-Methyl

Bromide fl-isterilizzar tal-ħamrija. Id-Dipartiment tas-Saħħa tal-Pjanti qed

jgħin billi jagħti pariri dwar it-tfassil ta’ dawn l-esperimenti kif ukoll flanalizzar

tal-ħamrija biex joħorġu r-riżultati tan-nematodi.

Bħala parti mill-għajnuna li d-Dipartiment joffri lill-pubbliku, saret enfasi

speċjali fuq ix-xandiriet permezz tar-radju. Ta’ kull ġimgħa għadd ta’ uffiċjali

ħadu sehem f’taħdidiet fuq ir-radju fejn qed jitwassal tagħrif siewi u

interessanti dwar diversi suġġetti li jvarjaw minn aħbarijiet lokali u barranin

marbuta mas-suġġett, pariri lill-bdiewa dwar tkabbir ta’ prodotti u suġġetti

oħrajn.

28

Tkompla wkoll is-sehem tad-Dipartiment fil-pubblikazzjoni Biedja u Sajd

permezz ta’ artikli miktuba mill-uffiċjali u kienet introdotta paġna speċjali

dwar l-aħbarijiet mid-Dinja tal-Ħarsien tas-Saħħa tal-Pjanti.

Fatti u ċifri

Numru ta’ kampjuni analizzati għall-mard ta’ pjanti: 223

Numru ta’ testijiet li saru fuq dawn il-kampjuni: 510

Numru ta’ spezzjonijiet li saru għand il-pubbliku: 129

Bħal fis-snin li għaddew il-laboratorju tal-Bioloġija kompla bis-sistema ta’

reġistrar tal-kampjuni. Matul din is-sena bdew jinżammu rekords aktar

dettaljati għal skop ta’ traceability. Dan għandu jgħin fil-proċess ta’

akkreditazzjoni tal-laboratorju u b’hekk titjieb il-kwalità tas-servizzi offruti.

Fi Frar ta’ din is-sena, erba’ uffiċjali fid-Dipartiment żaru l-Laboratorji Ċentrali

tax-Xjenza fl-Ingilterra fejn ħadu sehem f’kors dwar il-ġbir ta’ kampjuni u ħruġ

ta’ liċenzji għall-importazzjoni ta’ materjal infettiv. Dan il-kors kompla jgħin

fil-proċess ta’ taħriġ kontinwu li jgħaddu minnu l-uffiċjali fi ħdan id

Dipartiment tas-Saħħa tal-Pjanti.

Bħal fis-snin li għaddew, id-Dipartiment ħa sehem fil-Green Week. Għallokkażjoni

ta’ din is-sena ingħatat attenzjoni speċjali dwar il-kontroll tal-mard

fil-ħamrija. Suġġetti oħrajn kienu jinkludu ċ-ċertifikazzjoni ta’ materjal ta’

pjanti ħielsa mill-mard.

Iċ-Ċentru tal-Bioloġija tal-Pjanti

F’Mejju ta’ din is-sena, iċ-Ċentru tal-Bioteknoloġija tal-Pjanti kien inkorporat

fl-istess unit li fiha tinsab ukoll il-Unit tal-Kwarantina tal-Pjanti li tinsab f’Ta’

Qali. Kien deċiż ukoll li l-faċilitajiet fi ħdan il-laboratorju tad-dianjosi li jinsab

fiċ-Ċentru jiġu mtejba biex fiċ-Ċentru jibdew isiru wkoll testijiet għad-dianjosi

tal-mard tal-batteri fil-pjanti.

Ix-xogħol li sar matul din is-sena jirrifletti l-iskopijiet ewlenin ta’ dan iċ-

Ċentru:

produzzjoni ta’ rootstocks permezz tal-mikropropagazzjoni;

produzzjoni ta’ pjanti ornamentali u ndiġeni;

is-Selezzjoni Klonali u Sanitarja ta’ varjetajiet lokali tas-siġar tal-frott;

xogħol biex ikun eliminat mard virali minn varjetajiet ta’ dwieli lokali;

testijiet biex ikun identifikat il-mard virali tal-pjanti u l-effett tagħhom fuq

il-produzzjoni agrikola lokali;

monitoraġġ tal-mard virali ta’ kwarantina;

implimentazzjoni ta’ l-iskema taċ-ċertifikazzjoni; u

tħejjijiet għad-dianjosi tal-mard tal-batteri.

29

Produzzjoni ta’ rootstocks fl-in vitro

L-iskop prinċipali tal-laboratorju ta’ l-in vitro hu t-tkabbir ta’ rootstocks

(GF677 u Myrobalan 29C) tas-siġar tal-frott irqieq mingħajr mard. Dan

qiegħed isir taħt l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni tas-Siġar tal-Frott. Materjal

ċertifikat inġieb miċ-Centro di Ricerca e Sperimentazione in Agricoltura ta’

Locorotondo fl-Italja u wara li ġie immultiplikat fl-in vitro u akklimatizzat fisserra,

dan ġie iċċertifikat mill-Uffiċjal inkarigat.

It-tkabbir tal-pjanti fl-in vitro jinvolvi xogħol konsiderevoli fil-laboratorju.

Kull pjanta li tkun prodotta tinżamm fil-laboratorju għal perijodu ta’ madwar

disa’ xhur. Kull pjanta trid tkun trasferita kull tliet ġimgħat minn media

nutrittiva għal oħra. Minn Settembru tas-sena l-oħra sa Lulju ta’ din is-sena

kienu ittrasferiti fil-laboratorju ta’ l-in vitro madwar 97,500 pjanta tal-GF677 u

76,500 pjanta tal-Myrobalan 29C.

Madwar 36,000 GF677 u 13,000 Myrobalan 29C inħarġu mil-laboratorju u

kienu trasferiti fis-serra ta’ l-akklimitazzjoni biex ikunu adattati għallkundizzjonijiet

ta’ barra. Madwar 2,660 Myrobalan 29C u 12,454 GF677 laħqu

l-kwalità meħtieġa u nħarġilhom iċ-ċertifikat li huma mingħajr mard. Matul din

is-sena saru wkoll stħarriġ u esperimenti diversi biex jitjieb il-kontenut talmedia

nutrittiva u l-metodi ta’ mikropropagazzjoni biex tiżdied il-produzzjoni.

Il-parti l-kbira tar-rootstocks li jiġu prodotti permezz tal-mikropropagazzjoni

jingħataw lin-nursery San Vinċenz de Paul. Matul din is-sena ta’ ħidma, iċ-

Ċentru tal-Bioteknoloġija tal-Pjanti ta 6,600 GF677 u 2,870 Myrobalan 29C lil

din in-nursery. Dawn kienu kollha ċertifikati li huma mingħajr mard. Xi

rootstocks (348 GF677 u 277 Myrobalan 29C) inbigħu direttament lill-bdiewa

miċ-Ċentru.

Matul din is-sena tkabbru wkoll, permezz tal-mikropropagazzjoni, għadd ta’

pjanti ornamentali u ndiġeni. It-tabella ta’ hawn taħt turi n-numru ta’ pjanti li

ġew prodotti bejn Settembru 2001 u Lulju 2002.

Iż-Żagħrun (Cratageus monogyna) 1,100

Begonia rex 750

Kalanchoe spp. 80

Selezzjoni klonali u sanitarja

tas-siġar tal-frott

Matul din is-sena tkompla l-proġett ta’ selezzjoni klonali u sanitarja ta’

varjetajiet tas-siġar tal-frott Maltin. Din l-inizjattiva tinvolvi l-identifikazzjoni

ta’ varjetajiet lokali ta’ dwieli, siġar tal-frott irqieq u siġar taċ-ċitru. Xogħol

ieħor jinvolvi l-kura tal-varjetajiet lokali tas-siġar tal-frott mill-mard virali u

30

stħarriġ u studju dwar kif dan il-mard qiegħed jinfluwenza l-kwalità u lkwantità

tal-prodott agrikolu lokali. Dan ix-xogħol għalhekk qiegħed joffri lpossibbiltà

li nipproteġu l-uċuħ agrikoli lokali mill-mard u għalhekk intejbu lekonomija

agrarja f’Malta.

Stħarriġ dwar dwieli

lokali u s-siġar tal-frott

Matul din is-sena tkompliet tinġabar informazzjoni kemm pomoloġika kif ukoll

sanitarja ta’ varjetajiet lokali tad-dwieli li kienu identifikati għal dan il-proġett.

B’kollox kienu identifikati 54 dielja, li jikkorrispondu għal għoxrin varjetà

differenti. Dawn qegħdin jinżammu fl-iscreenhouses fiċ-Ċentru tal-

Bioteknoloġija tal-Pjanti.

Wara diversi testijiet li saru nstab li l-varjetajiet lokali kienu kollha nfettati

minn xi virus. Għalhekk matul din is-sena saret il-kura ta’ dawn il-kloni millmard

virali permezz ta’ l-użu tal-kultura fl-in vitro (sanitation). Madwar 115-il

pjanta li jikkorrispondu għal disa’ kloni differenti kienu ippropagati permezz

ta’ l-in vitro. Bħalissa qegħdin isiru aktar testijiet fil-laboratorju biex isir

magħruf jekk is-sanitation ħadmitx fuq dawn il-kloni.

Komplew isiru wkoll surveys fl-għelieqi biex ikunu identifikati l-karatteristiċi

pomologiċi u sanitarji tal-ħamsin siġra tal-ħawħ li ntagħżlu għal dan il-proġett.

Pjanti eżemplari (mother plants) tal-varjetajiet magħżula tlaqqmu, kemm bilbrokk

kif ukoll bil-qoxra, fuq ir-rootstock GF677 u GF305 u qegħdin jinżammu

fis-serra.

Testijiet għall-mard fil-pjanti

Madwar 95 kampjun ta’ prodotti agrikoli diversi (patata, tadam, dwieli eċċ)

kienu analizzati fil-laboratorju tal-viroloġija. Dawn inġabru minn bdiewa

diversi jew minn prodotti impurtati waqt spezzjonijiet li saru minn uffiċjali li

jaħdmu fid-Dipartiment jew inġiebu mill-bdiewa nfushom.

Matul din is-sena sar ukoll survey għall-mard tal-viruses fil-patata (Potato

Virus M, Potato Virus X, Potato Virus A, Potato Virus S, Potato Virus Y u

Potato Leafroll virus). Kienu analizzati madwar 350 kampjun miġbura minn

Malta u Għawdex.

Monitoraġġ ta’ mard

virali ta’ kwarantena

Matul din is-sena reġgħu saru surveys għall-mard ta’ kwarantena, Citrus

Tristeza virus (CTV) u Plum Pox virus (PPV). Dawn is-surveys isiru ta’ kull

31

sena biex tkun studjata l-preżenza ta’ dawn iż-żewġ patoġeni fil-prodott

agrikolu Malti jew fi prodotti li jkunu impurtati f’pajjiżna. Dan qiegħed isir

biex id-Dipartiment tas-Saħħa tal-Pjanti jkun f’pożizzjoni li jimplimenta lobbligi

msemmija fid-Direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea dwar il-Fitosanità (Dir.

2000/29) biex Malta tista’ tkun iddikjarata ‘Żona Protetta’ għal dan il-mard ta’

kwarantena.

Ħaddiema mid-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti jittestjaw is-siġar għal xi mard

Matul din is-sena, bħas-snin ta’ qabel, saru wkoll spezzjonijiet fl-għelieqi għal

sintomi ta’ dawn il-mard, kif ukoll inġabru kampjuni biex ikunu analizzati

kemm fis-serra dianjostika permezz ta’ testijiet bioloġiċi, kif ukoll fillaboratorju

permezz ta’ testijiet seroloġici u bl-użu tal-bioloġija molekolari.

Matul din is-sena kienu analizzati madwar 1,495 siġra taċ-ċitru għas-CTV u

madwar 200 siġra tal-frott irqieq għall-PPV. Bħas-snin ta’ qabel ir-riżultati

kienu kollha negattivi.

L-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni

tas-Siġar tal-Frott Irqieq

Matul din is-sena saru surveys u testijiet fuq il-mother blocks tas-siġar tal-frott

irqieq li hemm fin-nursery ta’ San Vinċenz de Paul. Kienu analizzati madwar

540 siġra, kemm b’testijiet fil-laboratorju (ELISA), kif ukoll permezz ta’

testijiet bioloġici li saru fis-serra dianjostika. Dawn it-testijiet isiru ta’ kull sena

bħala parti mill-implimentazzjoni ta’ l-Iskema taċ-Ċertifikazzjoni.

32

Tħejjijiet għad-dianjosi

tal-mard tal-batteri

Fil-bidu tas-sena 2002 kien deċiż li t-testijiet għall-mard tal-batteri fuq il-pjanti

jkunu trasferiti mil-Laboratorju tal-Bioloġija fl-Għammieri għaċ-Ċentru tal-

Bioteknoloġija tal-Pjanti. Għalhekk matul din is-sena beda jsir xogħol ta’

ippjanar biex ikunu identifikati l-apparat u l-kimika meħtieġa biex jibdew isiru

dawn it-testijiet.

Taħriġ ta’ studenti

Matul din is-sena studenti mid-Dipartiment tal-Biologija u l-Istitut ta’ l-

Agrikultura ta’ l-Università ta’ Malta u mill-Kulleġġ ta’ l-Agrikultura tħarrġu

fil-metodi differenti li jintużaw għall-analiżi tal-mard tal-viruses. Matul din issena

tlestiet teżi universitarja taħt is-superviżjoni ta’ l-istaff taċ-Ċentru tal-

Bioteknoloġija tal-Pjanti.

Matul din is-sena kienu wkoll organizzati żjarat għall-istudenti mill-Università,

skejjel u Istituti oħra.

It-taqsima tal-kwarantina tal-pjanti f’Ta’ Qali

33

Kwarantina tal-pjanti

Il-Unit tal-Kwarantina tal-Pjanti tagħmel kemm xogħol amministrattiv kif ukoll

xogħol ta’ spezzjonijiet. Dan il-qasam qiegħed jikkonforma mal-liġi lokali talkwarantina

kif ukoll mal-ħtiġiet tas-sistema ta’ kwarantina fil-pajjiżi membri fl-

Unjoni Ewropea.

Din il-fergħa tieħu ħsieb ir-reġistrazzjoni tal-pjanti u prodotti tal-pjanti u l-ġbir

tal-ħlasijiet fuq l-importazzjoni.

Bdiet issir ukoll ir-reġistrazzjoni ta’ l-importaturi u l-produtturi. Din is-sistema

tirrikjedi ħafna xogħol qabel ma tista’ tibda tidħol fis-seħħ. It-tħejjija tinvolvi

ġbir ta’ informazzjoni fuq kull importatur, mhux biss dettalji personali imma

wkoll dettalji ta’ importazzjoni tiegħu kif ukoll mingħand min iġib ix-xogħol.

Tħejja wkoll fuljett informattiv dwar l-Att tal-Kwarantina tal-Pjanti għall-użu

ta’ l-importaturi, bl-isem ta’ Tagħrif Ġenerali għall-Importatur tal-Pjanti u

Prodotti tal-Pjanti.

Bejn Ottubru tas-sena l-oħra u Mejju ta’ din is-sena, l-aġenti barranin

mingħand min l-importaturi jġibu l-prodotti tagħhom, bdew jiddaħħlu

f’database bid-dettalji personali u l-prodotti li għandhom għall-esportazzjoni.

Din il-parti tas-sistema hi importanti biex wieħed ikun jista’ jagħmel kuntatt

ma’ l-aġenti f’każ li wieħed isib xi nsetti jew organiżmi oħra li jġarrbu ħsara

fuq il-pjanti jew prodotti mnissla minnhom. Il-fuljett kif ukoll in-numru ta’

reġistrazzjoni ntbagħtu lill-importaturi f’Lulju u Awissu ta’ din is-sena.

Spezzjonijiet fuq pjanti u

prodotti tal-pjanti importati

L-ispettorat hu fid-dover li jispezzjona konsenji ta’ pjanti u prodotti tal-pjanti

li jkunu importati f’Malta biex ikun hemm kontroll fuq id-dħul ta’ xi

organiżmu li jista’ jġarrab ħsara fuq il-pjanti u prodotti tal-pjanti lokali.

L-aktar frott li jkun impurtat matul is-sena hu l-banana, it-tuffieħ u l-għeneb. Ilfrott

taċ-ċitru jkun impurtat meta titneħħa l-levy fuqu. Matul is-sena jkun hemm

ukoll importazzjoni kbira ta’ xitel żgħir, pjanti tad-dar kif ukoll fjuri

speċjalment fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, fix-xahar ta’ Novembru u dati oħrajn

partikolari. Jidħol ukoll b’ammonti konsiderevoli l-għalf ta’ l-annimali li xi

kultant ikun ukoll ri-esportat.

F’dan il-perjodu kienu impurtati dawn il-kwantitajiet ta’ pjanti u prodotti talpjanti:

34

Kategorija tal-Pjanti

u Prodotti tal-Pjanti

Frott u ħxejjex

Pjanti u Bċejjeċ

(Cuttings)

Żrieragħ u Basal

Spezzjonijiet fuq pjanti u

prodotti tal-pjanti esportati

Pjanti u Prodotti tal-Pjanti Piż jew

Ammont

Entries

Ċitru 7,345 t 994

Frott ta’ l-Għadma 497 t 860

Frott Eżotiku 735 t 1,801

Frott Ieħor 18,049 t 1,638

Ħxejjex 932 t 2,937

Ħxejjex Aromatiċi 15 t 672

Patata 7,436 t 338

Oħrajn 2,617 t 558

Pjanti tad-Dar 432,631 355

Siġar 26,872 190

Bċejjeċ 3,500 1

Pjanti żgħar 3,654,295 540

Oħrajn (Bamboo, eċċ) 28 t/ 2,070 9

Fjuri 1,133,752 1,423

Żerriegħa 403 t 177

Żerriegħa ta’ l-għasafar 1,972 t 78

Faqqieħ 2,607 t 90

Kompost 1,672 t 87

Basal (tubers) 1,602,510 183

Għalf ta’ l-annimali 190,620 t 242

Qabel xi pjanti jew prodotti tal-pjanti jkunu esportati jew ri-esportati, lispettorat

jeżamina l-konsenja u joħroġ ċertifikat għall-esportazzjoni jew riesportazzjoni.

Kien hemm 64 spezzjoni fuq oġġetti għall-esportazzjoni u żewġ

spezzjonijiet fuq oġġetti biex ikunu ri-esportati. F’dan il-perjodu kienu

esportati dawn il-kwantitajiet ta’ pjanti u prodotti tal-pjanti: żrieragħ (43 t),

Ketchup tat-tadam (81 t), Pjanti Sukkulenti (296), patata (6,305 t) u oħrajn lejn

pajjiżi Ewropej, l-Istati Uniti u l-Ġappun. Kienu ri-esportati, lejn il-Libja, qamħ

(16,470 t) u ċiċri (66 t).

Saru wkoll testijiet fuq prodotti agrikoli li ngħataw lill-pubbliku, kif ukoll

spezzjonijiet għand bdiewa jew f’inħawi milquta mill-mard.

Liġi dwar il-Kwaratina tal-Pjanti

F’dawn l-aħħar tnax-il xahar daħlet fis-seħħ il-Liġi dwar il-Kwaratina tal-

Pjanti. Il-liġi se taħseb għall-introduzzjoni tal-passaporti tal-pjanti, infurzar tażżoni

protetti, traceability tal-pjanti u prodotti mnissla minnhom, l-esportazzjoni

35

tal-patata, il-Border Inspection Posts, Vademecum Fitosanitarju, u Pjani u

Protokolli għal azzjoni immedjata f’każ ta’ tixrid ta’ organiżmi li jġarrbu ħsara

fuq pjanti jew prodotti mnissla minnhom.

Ħidma oħra

Matul ix-xhur sħan ta’ Settembru u Ottubru tas-sena l-oħra, kien hawn

infestazzjoni mhux tas-soltu ta’ xagħat (caterpillar) li kien qiegħed jagħmel

ħsarat konsiderevoli f’diversi prodotti agrikoli bħall-patata, tadam, krisantemi,

u oħrajn. Dan ix-xagħat li jiżviluppa f’baħrija hu magħruf bil-Malti bħala

Melvizza tal-Mediterran, u bl-Ingliż bħala Cutworm.

Saru diversi esperimenti biex ikun evalwat liema hu l-aħjar kontroll għal dan linsett

qerriedi. Fost insettiċidi li kienu ippruvati nstab li dan ix-xagħat hu

suxettibbli għal lufenuron u l-chloropyiphos-methyl, u l-aħjar riżultati nkisbu

meta dawn is-sustanzi jkunu applikati b’intervall ta’ madwar ġimagħtejn. Barra

minn hekk kien stabbilit ukoll li din il-baħrija hi attirata ħafna għad-dawl

artifiċjali filgħaxijiet. B’hekk dawk il-bdiewa li kellhom din il-problema kbira,

setgħu jixgħelu dawl filgħaxijiet u japplikaw l-insettiċidi direttament fuq ilbaħrija.

Dan il-metodu ta riżultati tajbin ħafna wkoll.

Xogħol ieħor importanti li sar kien jitratta dwar tip ta’ baħrija oħra magħrufa

bħala Susa tal-Patata u Potato tuber moth bl-Ingliż. Dan l-insett għamel ħsarat

kbar f’dawn l-aħħar sentejn. Probabbli l-ħsarat kbar li għamel kienu dovuti

għan-nuqqas ta’ xita li kien hawn fil-gżejjer Maltin. Dan l-insett hu l-aktar

magħruf bħala susa fuq il-faxxina u t-tuberi tal-patata, iżda l-ħsara li għamel

kienet ukoll fuq it-tadam.

Fix-xhur tas-sajf ħafna mill-produzzjoni tat-tadam tmur għall-għasir, u

minħabba l-fatt li dan id-dudu tas-susa jkun fil-frotta tat-tadam ħafna mit-tadam

ma setax ikun ipproċessat għall-għasir. B’hekk kienet studjata l-bioloġija ta’

dan l-insett lokalment u sar stħarriġ intensiv biex isir magħruf x’informazzjoni

teżisti dwaru fil-kumplament tal-Mediterran. Saru diversi spezzjonijiet kemm

f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Wara dan ix-xogħol kollu, instabu diversi metodi

ta’ kif wieħed jista’ jevita li jdaħħal dan l-insett fuq l-użu tar-raba’ tiegħu, u

metodi ta’ kontroll jekk dan l-insett ikun diġà stabbilit fuq l-uċuħ tar-raba’

maħdum.

Din l-informazzjoni kollha kienet ippubblikata fil-Biedja u Sajd f’suppliment

ta’ erba’ faċċati bit-titlu ta’ ‘is-Susa tal-Patata fuq it-Tadam fil-Gżejjer Maltin’.

Kienu stampati aktar minn 4,000 kopja ta’ dan il-fuljett biex jitqassmu lillbdiewa,

lill-kooperattivi u lil dawk kollha li għandhom l-industrija tat-tadam

għal qalbhom. Barra minn dan, saru żewġ laqgħat għall-bdiewa, waħda f’Malta

u oħra f’Għawdex, biex dan it-tagħrif jitwassal b’mod interrattiv u

f’diskussjoni. Saru wkoll diversi taħditiet fuq ir-radju biex din l-informazzjoni

tasal għand kull min kellu bżonnha.

36

Bejn is-26 ta’ Novembru u t-2 ta’ Diċembru, id-Dipartiment ħa sehem filħames

edizzjoni tal-Ġimgħa ta’ Xjenza u Teknoloġija f’Bay Street. Għal dan ilgħan

u biex l-attività ssir bl-aktar mod professjonali, saru tliet posters kbar.

Tnejn minn dawn il-posters jitrattaw 21 insett li jgħixu fil-gżejjer Maltin u li

jagħmlu ħsarat konsiderevoli f’diversi prodotti agrikoli. Il-posters juru l-insetti

individwali u l-ħsara li jagħmel, u fejn kien possibbli ritratt ta’ l-istadju larvali.

Barra minn hekk ingħatat informazzjoni dwar kull insett.

It-tielet poster jitratta l-kontroll bioloġiku u naturali ta’ wħud minn dawn linsetti

qerrieda. Dan ix-xogħol intlaqa’ tajjeb ħafna mill-pubbliku u

speċjalment mit-tfal ta’ l-iskejjel (’il fuq minn 4,000 tifel u tifla) li żaru listand.

Fid-dawl ta’ dan is-suċċess, il-Ministeru ta’ l-Agrikultura u Sajd

iffinanzja l-produzzjoni ta’ dawn il-posters f’format ta’ A2 biex jitqassmu fliskejjel

u għand il-bdiewa ħalli tibda bil-mod il-mod kampanja edukattiva f’dan

il-qasam daqshekk importanti.

F’Marzu, uffiċjal intbagħat biex attenda workshop ta’ jumejn organizzat mill-

European and Mediterrean Plant Protection Organisation (EPPO). Dan ilworkshop

kien jitratta dwar tip ta’ insett qerriedi ħafna li jagħmel ħsara fil-frott

u jixbaħ ħafna lid-dubbiena tal-frott. Dan l-insett, magħruf bħala Bactrocera

zonata, kien instab biss fl-Orjent, iżda dan l-aħħar instab ukoll f’Iżrael u fl-

Eġittu. Minħabba li dan l-insett hu ta’ ħsara kbira għall-industrija taċ-ċitru,

kienu diskussi l-aħjar metodi ta’ kif wieħed jista’ jikkontrolla dan l-insett u kif

dan l-insett ma jitħalliex ikompli jinfirex mal-Mediterran.

Matul dan il-perijodu ħarġet tender biex jinxtara mikroskopju mgħammar

b’diversi faċilitajiet. B’dan l-apparat sofistikat hu maħsub li diversi proġetti

fuq insetti ta’ importanza fil-kwarantina tal-pjanti, insetti li jagħmlu ħsara fuq luċuħ

tar-raba’ u nsetti li jistgħu jintużaw għall-kontroll bioloġiku jiġu studjati,

u t-tagħrif miġbur jingħata lill-bdiewa u lil dawk kollha interessati biex dejjem

inkunu aġġornati ma’ l-aħħar żviluppi f’dawn l-oqsma.

Qiegħed isir studju dettaljat dwar tip ta’ susa li qegħda tagħmel ħsara kbira fuq

siġar tat-tut u siġar taċ-ċawsli. Dan l-insett li probabbli li ddaħħal f’Malta

aċċidentalment mill-Afrika, sab ambjent adatt għat-tkattir tiegħu. Fil-preżent

qiegħed isir studju biex isir magħruf liema huma l-aħjar metodi ta’ kif tista’

tkun kontrollata u stabbilita eżatt il-firxa ta’ dan l-insett.

Fil-bidu ta’ Ġunju, beda proġett ġdid ma’ l-Organizzazzjoni Dinjija ta’ l-Ikel

(FAO). Dan il-proġett hu mifrux ma’ ħdax-il pajjiż fir-reġjun tal-Mediterran,

fosthom Malta. Il-proġett, magħruf bħala Integrated Production and

Protection Management for Greenhouse Crops, hu ssussidjat mill-FAO.

Minħabba l-għanijiet ta’ dan il-proġett, intbagħat Malta Dr Andreas

Papasolomontos, konsulent mal-FAO, biex ikunu diskussi u stabbiliti l-aħjar

metodi ta’ kif il-proġett jiżvolġi ruħu f’Malta.

37

Wara sensiela ta’ taħditiet u spezzjonijiet li saru għand diversi bdiewa, kien

stabbilit li tnejn minn dawn ikollhom kariga ta’ pilot growers. Ix-xogħol ta’

dawn ikun biex bdiewa oħra jkunu jistgħu jaraw it-teknika li tintuża ħalli

prodotti agrikoli mkabbra fis-serer ikunu megħjuna bl-anqas mod possibbli ta’

pestiċidi. B’hekk dawn il-pilot growers ikunu megħjuna finanzjarjament mill-

FAO biex jinxtraw diversi affarijiet għal dan il-proġett, per eżempju xibka fina

biex ma jitħallewx jidħlu nsetti fis-serra, sterilizzazzjoni tal-ħamrija permezz

tax-xemx, użu ta’ naħal għad-dakra ta’ prodotti mkabbra fis-serer u użu ta’

affarijiet oħra naturali li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. Dawn il-metodi jkunu

b’hekk jistgħu jiġu mgħoddija lil bdiewa oħra biex jintużaw aktar fi gżiritna.

Apikultura

F’Novembru tas-sena l-oħra żar Malta Dr Medwin Bew, id-Direttur tal-Bee

Unit fil-Laboratorji Ċentrali tax-Xjenza (CSL) f’York, l-Ingilterra. Dan lespert

ġie b’talba tal-Ministeru ta’ l-Agrikultura u Sajd u bl-għajnuna tal-

Kummissjoni Għolja Ingliża f’Malta. Hu għamel numru ta’ żjarat lil dawk li

jrabbu n-naħal u saru wkoll żewġ laqgħat fl-Extension Service tal-Mosta,

waħda mal-Kumitat ta’ l-Għaqda tat-Trobbija tan-Naħal, u oħra ma’ dawk li

jrabbu n-naħal f’Malta. Mir-rapport li kiteb Dr Bew, deher ċar li din lindustrija

għandha ħafna vantaġġi fil-gżejjer Maltin u jrid isir kull sforz biex

jintużaw dawn il-vantaġġi għal aktar produzzjoni tal-għasel Malti.

Il-unit kienet involuta fi 72 spezzjoni għand dawk li jrabbu n-naħal f’Malta u

tnejn f’Għawdex. Barra minn dawn saru wkoll spezzjonijiet fuq 89 kaxxa ta’

bumble bees importati mill-Olanda. F’Diċembru tas-sena l-oħra, ħames kolonji

ta’ naħal f’Wied Inċita nqerdu minħabba l-marda ta’ l-American Foulbrood. Listess

mard instab f’Jannar u fi Frar fil-Magħtab u l-Baħrija. Il-Ministeru

pprovda numru ta’ kolonji tan-naħal għal dawk li tilfu ħafna min-naħal

minħabba l-mard ta’ l-American Foulbrood.

F’Marzu ta’ din is-sena tnieda kors ta’ tagħlim għal persuni li għandhom

interess li jibdew irabbu n-naħal. Madwar 20 persuna attendew dan il-kors.

Uffiċjal xjentifiku ntbagħat fil-Laboratorji Ċentrali tax-Xjenza f’York għal sitt

xhur biex jitħarreġ bl-aktar mod professjonali dwar it-trobbija u l-mard tannaħal,

produzzjoni ta’ għasel bnin u t-tfaqqis ta’ irġejjen.

F’Mejju, bl-inizjattiva tad-Dipartiment u bil-kollaborazzjoni ta’ madwar 20

pajjiż ieħor, tħejja rapport dettaljat dwar kif tista’ titjieb il-produzzjoni u jiżdied

il-bejgħ ta’ għasel pur fl-Ewropa. Fost diversi xogħlijiet hemm kif tista’ tiżdied

il-produzzjoni ta’ għasel bnin, testijiet biex ikun aċċertat li m’hemmx sustanzi

ħżiena fl-għasel, ħarsien ta’ mard tan-naħal u kif dan il-mard ikun evitat u

38

trattat, u l-impatt fuq l-ambjent naturali. Dan il-proġett tħejja għas-VI

Framework Programme ta’ l-Unjoni Ewropea.

Qed issir analiżi tal-ħamrija bħala parti mill-proġett MALSIS għall-iżvilupp ta’ sistema ta’

informazzjoni dwar il-ħamrija

Il-Laboratorju tal-Kimika

F’Marzu ta’ din is-sena, ingħata bidu għall-proġett MALSIS għall-iżvilupp ta’

sistema ta’ informazzjoni dwar il-ħamrija. Dan il-proġett qed ikun iffinanzjat

parzjalment mill-iskema LIFE tal-Kummissjoni Ewropea. Il-proġett qed isir

bl-għajnuna teknika ta’ esperti Ingliżi mill-Istitut Nazzjonali għar-Riċerka dwar

il-Ħamrija ta’ l-Università ta’ Cranfield.

F’Jannar intagħżel u kien approvat il-proġett MEDCOASTLAND-NET li fih il-

Laboratorju tal-Kimika qed jipparteċipa bħala membru.

F’Lulju kien iffirmat il-kuntratt tal-proġett biex tkun elaborata kodiċi ta’

prattika tajba dwar il-biedja – good agricultural practice (il-CoGAP). Dan hu

proġett tat-tip Twinning Light, u l-kuntratt ta’ assistenza teknika ngħata lillesperti

Ġermaniżi mill-Ministeru tal-Protezzjoni tal-Konsumatur, Ikel u

Agrikultura tal-Ġermanja.

Sar tisħiħ ta’ l-uffiċċji tal-Laboratorju tal-Kimika.

Qed jinħoloq arkivju tal-ħamrija fejn il-kampjuni li qed jinġabru minn Malta u

Għawdex ikunu jistgħu jinħażnu għal tul ta’ żmien f’kundizzjonijiet stabbli.

Tnieda programm ta’ titjieb tas-sistema ta’ kwalità tal-Laboratorju tal-Kimika.

39

In-numru ta’ testijiet fuq kampjuni ta’ ħamrija, ilma tat-tisqija u materjal ieħor

matul il-perjodu Settembru 2001 sa Lulju 2002 mil-Laboratorju tal-Kimika

kien kif jidher hawn taħt:

Tip ta’ kampjun Numru ta’ Numru ta’

kampjuni

testijiet

Ħamrija, total, li

minnhom:

266 3,256

Kampjuni ta’ rutina

Stħarriġ dwar l-imluħa

220 1,568

fil-ħamrija

Stħarriġ dwar l-użu tal-

42

42

fertilizzanti

4

0

Għalf għall-bhejjem 21 78

Ilma tat-tisqija: 329 1,273

Ilma tat-tisqija 266 1,210

Ilma msaffi tad-drenaġġ 63 63

TOTAL 1,211 7,490

40

It-Taqsima ta’ l-Ikel u

Servizzi Veterinarji

It-Taqsima ta’ l-Ikel u Servizzi Veterinarji kompliet taħdem biex tassigura li lprodotti

tal-laħam għall-konsum ikunu ta’ kwalità għolja u mingħajr ebda

periklu għas-saħħa tal-bniedem. Fl-istess waqt kompla għaddej il-programm ta’

rinovazzjoni u immodernizzar għall-benefiċċju tal-konsumatur.

L-aktar proġett ambizzjuż li t-Taqsima kellha matul din is-sena hu t-tisħiħ tallinja

tal-qatla tal-majjal fil-biċċerija. Dan il-proġett jikkonsisti fl-estensjoni tallinja

biex fiha jkun jista’ jinqatel u jitlesta majjal għall-ħwienet tal-laħam

b’aktar effiċjenza u f’anqas ħin. Filwaqt li fil-preżent jistgħu jinqatlu bejn 100

u 120 majjal fis-siegħa, bit-tkabbir li qed isir se jkunu jistgħu jinqatlu madwar

150 majjal fis-siegħa. Minbarra li kien hemm il-ħtieġa li l-makkinarju jkun

rinovat, dan it-tkabbir kellu jsir ukoll peress li għalqet biċċerija privata li kienet

toqtol il-majjal.

Dan il-proġett hu stmat li se jiswa mat-Lm300,000.

Fl-istess waqt komplew ikunu rinovati ċ-chillers.

Minħabba dawn iż-żewġ proġetti, inħarġet ukoll offerta għall-provvista u

tqegħid ta’ madum fis-sala tal-qatla u madwar il-kuriduri fejn jinbiegħu lmajjal

u ċ-ċanga.

Kuntratt ieħor li ngħata din is-sena kien dak għall-bini ta’ sular addizzjonali fuq

l-uffiċini ta’ l-Amministrazzjoni tal-Biċċerija u Servizzi Veterinarji. Dan hu

stmat li se jiswa mat-Lm78,000. Dan is-sular se jintuża minflok l-uffiċini

preżenti minħabba li dawn il-kmamar se jiżdiedu mal-laboratorju u għalhekk illaboratorju

se jkun estiż b’madwar għaxart ikmamar oħra. Minn mindu sservizz

veterinarju beda jinkludi wkoll l-ikel, ix-xogħol fil-laboratorju żdied u

għalhekk inħasset il-ħtieġa li jitkabbar.

Infatti l-programm ta’ sorveljanza għal kontaminanti fl-ikel ta’ oriġini ta’ lannimali

kien estiż ukoll għal-laħam tal-fniek, ħalib u għasel.

Rigward il-laboratorju, ħarġu kuntratti għal safety system fil-laboratorju. Peress

li qegħdin isiru testijiet regulari għat-tħaris mill-marda tal-BSE, ħarġet ukoll

sejħa għal offerti għax-xiri ta’ Safety Cabinet.

41

Programm ieħor li nbeda hu t-twaħħil ta’ marki ta’ identifikazzjoni fuq ilbovini

kollha ta’ Malta. L-iskop ta’ dan l-eżerċizzju hu li jkun introdott ilkunċett

ta’ traceability Il-parti komputerizzata ta’ dan il-programm qed issir

bl-għajnuna ta’ espert barrani.

Proġetti oħrajn li mistennija jinbdew fix-xhur li ġejjin jinkludu l-bini tal-Border

Inspection Posts fl-Ajruport, fil-Port Ħieles, u f’Zammit Dock (il-Port il-Kbir).

Il-pjanti u t-talba għall-permessi meħtieġa diġà ntbagħtu għand l-Awtorità ta’ l-

Ippjanar u l-Ambjent. Dawn il-proġetti huma stmati li se jiswew mal-miljun

lira.

L-iskart tal-biċċerija flimkien ma’ l-iskart ta’ l-ajruport, annimali li jinġiebu

mejta u skart ieħor dejjem kien ta’ inkonvenjent kemm għas-saħħa tal-poplu kif

ukoll għall-ambjent. Għalhekk hu ipproġettat li jsir inċineratur fil-futur qrib

biex fih jinħaraq dan l-iskart.

Fir-rigward tal-ġenetika tal-majjal, it-Taqsima bdiet taħdem fuq proġett biex irrazzett

ta’ Kemmuna jispiċċa u minfloku jinbena ieħor f’Malta. B’hekk ilprodutturi

tal-majjal jeħilsu mill-ispejjeż żejda ta’ għexieren ta’ liri fis-sena fuq

trasport ta’ materjal lejn u minn Kemmuna.

It-Taqsima kienet involuta fit-tħejjija tal-liġi ġdida dwar is-Servizzi Veterinarji

li kienet diskussa u approvata fil-Parlament lejn tmiem is-sena l-oħra. Din illiġi

hi ntiża biex ikunu assigurati proċeduri ta’ food safety fil-proċess kollu talproduzzjoni

tal-laħam li jibda mit-trobbija tal-bhejjem sa meta l-prodott jasal

għand il-konsumatur.

F’Marzu ta’ din is-sena ntlaħaq ftehim mal-Kooperattiva tal-Produtturi tal-

Ħalib (KPH) u l-Malta Dairy Products (MDP) li s-sistema ta’ sussidju

magħrufa bħala Beef Intervention Scheme (skema bbażata fuq piż – Kg – ta’

laħam li jmur għall-ipproċessar) tispiċċa u minflokha tidħol skema magħrufa

bħala Dairy Compensation Scheme, li hi bbażata fuq l-ammont ta’ ħalib li rraħħal

jipprovdi skond il-kwota tiegħu. Din l-iskema bdiet tiddaħħal f’Awissu

ta’ din is-sena.

42

It-Taqsima

għall-Konservazzjoni

u l-Kontroll tas-Sajd

Il-funzjonijiet primarji tat-Taqsima għall-Konservazzjoni u l-Kontroll tas-Sajd

huma li tirregola u tamministra s-setturi tas-sajd u l-akwakultura u l-attivitajiet

kollha relatati magħhom. It-tekniċi ta’ din it-Taqsima jagħtu pariri u għajnuna

lil kull min jitlobha. Din it-Taqsima tipprova toħloq dik l-atmosfera fejn tkun

garantita għażla vasta ta’ ħut bi prezz raġonevoli lill-konsumatur waqt li jkun

imħares id-dħul xieraq tas-sajjieda, tal-fish farmers u tal-ħaddiema l-oħra li

jaħdmu f’dawn iż-żewġ setturi. L-operat kollu għandu jkun intiż li jħalli mpatt

pożittiv fuq l-ambjent kif ukoll biex is-sajd fl-ibħra ta’ madwarna jkun

immaniġġjat b’mod sostenibbli.

Ir-rappreżentanti taż-żewġ kooperattivi tas-sajd jiffirmaw il-ftehim biex joħorġu sejħa waħda

flimkien dwar il-bejgħ u l-esportazzjoni tat-tonn

matul l-istaġun tat-tonn ta’ din is-sena

It-Taqsima tat is-sehem sħiħ tagħha biex iż-żewġ kooperattivi tas-sajd

f’pajjiżna jilħqu ftehim ħalli, għall-istaġun tat-tonn ta’ din is-sena, joħorġu

flimkien sejħa waħda għal offerti f’isem is-sajjieda kollha. Barra minn hekk

interveniet ukoll ma’ l-Awtoritajiet Tuneżini dwar problemi waqt is-sajd għallampuki

f’ibħra internazzjonali.

43

Flimkien mal-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni, ittieħdu passi biex

spotter planes ma jitħallewx jittajru minn Malta matul l-istaġun tat-tonn.

Sajd

In-numru ta’ sajjieda reġistrati ma’ din it-Taqsima hu:

Full timers 394

Market Fishermen 251

Part timers 1,547

In-numru ta’ qxur tal-baħar registrati ma’ din it-Taqsima hu:

Taħt l-ittra F: 314

Taħt l-ittra MF: 266

Taħt l-ittra PTF: 1,270

Fil-perijodu bejn Settembru tas-sena l-oħra u Lulju ta’ din is-sena, millpixkerija

nbiegħu 742,767 kilogrammi ta’ ħut għall-valur ta’ Lm1,394,941.

Matul l-istess perijodu kienu esportati 171,453 kilogrammi ta’ ħut selvaġġ

(maqbud mis-sajjieda), għall-valur ta’ Lm407,973.

Inqabdu 174,453 kilogramm tonn u kienu esportati 149,951 kilogramm. It-tonn

kollu kien spezzjonat biex ikun żgurat li l-prodott ikun ta’ kwalità superjuri.

Din is-sena r-rimjiet tal-kannizzati ntefgħu fid-19 ta’ Awissu kemm għassajjieda

Maltin kif ukoll għal dawk Għawdxin.

Il-Bord dwar is-Sajd

Dan il-Bord iltaqa’ madwar għaxar darbiet biex jiddiskuti diversi regolamenti

fosthom dwar il-bastimenti tas-sajd, il-pixkerija, l-irkapti u materji oħra. S’issa

l-Bord qabel dwar u lesta r-regolamenti dwar il-bastimenti tas-sajd. Dawn irregolamenti

se jintbagħtu lill-Avukat Ġenerali. Bħalissa, mijnbarra xogħol

ieħor, il-Bord beda jiddiskuti l-Fish Market Regulations.

Diesel bla dazju

Matul l-aħħar tnax-il xahar reġa’ kien estiż il-ftehim dwar il-provista tad-diesel

bla dazju lis-sajjieda. Dan il-ftehim jipprovdi biex kull sajjied full-time

jingħata kwota ta’ allokazzjoni ta’ diesel bla dazju skond il-qabda tal-ħut li

jkun iddikjara fis-snin ta’ qabel. Dan ifisser spiża anqas mis-sajjieda ta’ bejn

wieħed u ieħor Lm115,000 fuq l-allokazzjoni ta’ diesel duty free.

44

Għajnuniet oħra

Barra l-irranġar ta’ parati, l-għoti ta’ konkos fi slipways u d-diesel bla dazju ssajjieda

jingħataw ukoll ħlas ta’ nofs il-bolla tan-National Insurance u l-użu

tal-Cold Stores b’xejn.

Iż-żewġ kooperattivi tas-sajd ngħataw faċilitajiet finanzjarji biex setgħu

jintroduċu l-kaxxi tal-plastik li huma konformi internazzjonalment, kif ukoll

biex itejbu l-faċilitajiet ta’ friża li jistgħu jagħtu lill-membri tagħhom.

Il-Pixkerija

Is-sorveljanza ta’ Uffiċjal fil-Pixkerija qed tiggarantixxi kompetizzjoni ġusta u

li l-prodott ikun wieħed tajjeb għall-konsum.

Ir-riforma amministrattiva fit-taqsima tas-sajd għadha għaddejja. Sar tindif ta’

maħżen ħdejn il-Cold Store biex jitkabbru l-faċilitajiet li diġà qed ikunu offruti.

Ħarġu u se joħorġu t-tenders meħtieġa għat-tisħiħ tal-Pixkerija u għal xogħol

fuq bini antik li jinsab viċin il-Pixkerija biex jinbidel f’Ċentru Amministrattiv

ta’ din t-Taqsima. Inxtara u tqiegħed f’postu l-hardware għall-Fish Marketing

Scheme filwaqt li wasal fl-aħħar l-ittestjar tas-software.

Qed tinġabar data dwar il-catch effort permezz ta’ kampjuni li jittieħdu kull

xahar mill-flotta Maltija tas-sajd taħt 10 metri.

Taħriġ dwar sajd

xjentifiku

Il-kors fit-Taħrig fuq Sajd Xjentifiku li jwassal għal Higher National Diploma

ġie fi tmiemu fil-15 ta’ Ġunju ta’ din is-sena wara sentejn ta’ lezzjonijiet u

tagħlim ieħor relatat. Tmien studenti Maltin attendew dan il-kors. Kors ieħor

għandu jibda f’Ottubru ta’ din is-sena u diġà bdew jintlaqgħu lapplikazzjonijiet.

Qed jingħażlu wkoll il-Module Leaders u l-Lecturers.

Bdew u qed jitkomplew fiċ-Ċentru korsijiet għall-bejjiegħa tal-ħut fejn qed

ikun spjegat lilhom kif għandu jinżamm il-ħut taħt kundizzjonijiet aktar iġeniċi

biex jiżguraw li l-prodott ikun tajjeb għall-konsum.

Dan kollu hu konferma ta’ l-impenn ta’ dan il-Gvern fil-qasam ta’ ledukazzjoni

u t-taħriġ serju bl-iskop li pajjiżna jkollu l-kapaċità

amministrattiva ta’ kwalità għolja f’dan is-settur kemm lokali kif ukoll

internazzjonali.

45

Slipways

F’din l-aħħar sena ntefqu Lm14,000 fuq il-manutenzjoni u xogħlijiet oħra

f’diversi slipways f’lokalitajiet varji. Tlestiet ukoll l-ewwel fażi tal-proġett talmanutenzjoni

ta’ l-istruttura tal-break water sekondarju ta’ Delimara. Dan ixxogħol

sewa madwar Lm186,000. Sar ukoll xogħol ta’ dredging tal-Menqa

f’San Pawl il-Baħar li sewa madwar Lm11,000.

Hu maħsub li jsir refurbishment u upgrading tas-sit bejn il-slipway il-kbira

f’Marsaxlokk u s-slipway tal-RAF, limiti ta’ Belen. Dan ix-xogħol għandu

joffri faċilitajiet aħjar kemm għall-ipparkjar tal-bastimenti kif ukoll għal

xogħlijiet ta’ manutenzjoni ta’ diversi bastimenti f’daqqa. L-applikazzjoni għal

dan ix-xogħol tinsab għand l-Awtorità ta’ l-Ippjanar u l-Ambjent.

Parteċipazzjoni f’laqgħat

internazzjonali

Kien ippreżentat id-dokument intitolat General Review of Blue Fin Tuna

Farming in the Mediterranean Area lill-working group ta’ l-ICCAT/GFCM.

Delegati minn diversi pajjiżi attendew din il-konferenza internazzjonali li saret

f’Malta bejn il-15 u d-19 ta’ April 2002.

Uffiċjali minn din it-Taqsima qed jattendu u jieħdu sehem attiv f’diversi

laqgħat internazzjonali li jsiru minn fora u aġenziji internazzjonali. Fost dawn

ta’ min wieħed isemmmi:

Attendenza f’Settembru għas-26 laqgħa tal-GFCM f’Ischia.

Preżentazzjoni ta’ dokument xjentifiku dwar l-iSciaena Umbra (il-gurbell)

fil-kungress ta’ CIESM li sar f’Monaco f’Settembru. Dan kien l-ixjeħ

gurbell li qatt inqabad.

Attendenza fl-Islanda bejn l-1 u t-3 ta’ Ottubru 2001 għall-konferenza tal-

FAO dwar Sajd Responsabbli.

Saret preżentazzjoni ta’ dokument xjentifiku kif ukoll rapport dwar Malta

fil-laqgħa tal-SCRS-ICCAT li saret f’Madrid bejn is-7 u t-13 ta’ Ottubru

2001. Billi d-data ta’ qbid tal-Blue Fin Tuna ġiet riveduta, kien hemm

indikazzjonijiet li l-kwota ta’ qbid għal Malta kienet se tiżdiet.

Indikazzjoni pożittiva ta’ dan ingħatat lir-rappreżentanta Maltija waqt laħħar

laqgħa li saret f’Lulju.

Rappreżentant ta’ din it-Taqsima attenda l-laqgħa annwali tal-MEDITS li

saret fi Spanja bejn il-15 u t-18 Novembru.

It-Taqsima kienet rappreżentata wkoll għat-tnedija tal-proġett MED sud

MED li saret waqt laqgħa f’Tunes bejn it-28 u d-29 ta’ Novembru.

Waqt laqgħa li saret fil-Kwartier Ġenerali tal-FAO f’Ruma bejn il-5 u l-10

ta’ Novembru 2001, kienet ipproċessata d-data dwar il-pilot study talcatch

assessment scheme.

46

Fi Frar ta’ din is-sena, it-Taqsima ħadet sehem attiv fil-Workshop dwar irriproduzzjoni

tat-tonn fil-konferenza DOTT (Domestication of Thunnus

thynnus) li saret Kartaġni fi Spanja bejn l-1 u t-8 tax-xahar.

Ingħatat preżentazzjoni dwar statistika tas-sajd fil-EUROSTAT fil-

Lussemburgu bejn it-18 u l-20 ta’ Frar 2002.

Dokument xjentifiku dwar Distribution of Demersal Gears in Maltese

Waters and the Relative Abundance of Demersal Resources in the Areas

kien ippreżentat f’workshop internazzjonali li sar fil-kwartier tal-FAO

f’Ruma bejn is-17 u d-19 ta’ Marzu 2002.

It-Taqsima kienet rappreżentata wkoll f’working group tas-Scientific

Advisory Committee on Demersals fil-FAO bejn l-20 u t-22 ta’ Marzu

2002 u f’konsultazzjoni teknika dwar l-istatus u t-trends tal-ħut selvaġġ flistess

sedja mill-25 sad-29 ta’ Marzu 2002.

Kien ippreżentat l-aħħar rapport dwar ħut kbir (Large Pelagics) f’laqgħa li

saret f’Malaga bejn il-11 u l-15 ta’ Marzu 2002. Laqgħa simili saret flistess

post bejn l-24 u t-28 ta’ Ġunju 2002.

Bejn l-1 u l-4 ta’ Mejju 2002, uffiċjali mit-Taqsima ħadu sehem

f’workshop ta’ l-IUCM/EBCD fl-Estonja dwar ir-riforma tal-Common

Fisheries Policies.

Kien ippreżentat rapport dwar l-iżviluppi fis-sistema Maltija ta’ listatistika

f’laqgħa tal-GFCM Scientific Advisory Committee li saret

f’Barċellona bejn is-6 u l-10 ta’ Mejju 2002.

L-istudji dwar l-impatt tas-sajd Malti fuq klieb il-baħar u l-ispeċi ta’

ħamiem tal-baħar kien ippreżentat fl-laqgħa tal-COPEMED/RACSPA li

saret f’Majorca bejn it-23 u s-26 ta’ Ġunju 2002.

Din l-attività kollha flimkien mal-ġbir dejjiemi ta’ l-istatistika tifforma parti

integrali biex ikunu jistgħu jissawru regolamenti u policies ġodda għallimmaniġġjar

tal-ħut fl-ibħra Maltin għall-ġid kemm tas-sajjieda Maltin u lkonsumatur

Malti.

L-Akwakultura

Għadu għaddej xogħol kemm ta’ manutenzjoni u ta’ tisħiħ fiċ-Ċentru Malti

għat-Taħriġ fix-Xjenzi tal-Ħut (MCFS). Dan qed isir l-aktar biex iċ-Ċentru

jdur lejn ir-riċerka u l-iżvilupp biex tinstab varjetà akbar ta’ speċi, varjetà aktar

ta’ ikel (nutrition) u metodi aħjar u titjib fit-teknoloġija tat-trobbija tal-ħut.

L-istaff professjonali ta’ din it-Taqsima dejjem offra s-servizzi tiegħu lillfishfarms

u lit-tuna penners. Huma jieħdu sehem attiv f’diskussjonijiet li jsiru

bejn l-awtoritajiet konċernati dwar applikazzjonijiet ġodda fl-akwakultura,

kemm ta’ fish farms u kemm ta’ tuna penning. Ħadu sehem ukoll fiddiskussjonijiet

dwar il-Policy Guidelines ta’ l-industrija ta’ l-Akwakultura.

Tħejja dokument bl-isem ta’ Draft National Policy in Aquaculture.

47

Iċ-Ċentru laqa’ fih studenti minn diversi skejjel statali, tal-Knisja u privati,

Primarji u Sekondarji għal dawra qasira biex jiksbu tagħrif dwar din l-industrija

kif ukoll biex titrabba namra għal din ix-xjenza. Uffiċjali miċ-Ċentru jagħtu

lectures dwar l-Akwakultura lil studenti li qed jattendu korsijiet fil-Kulleġġ ta’

l-Agrikultura.

Kien rivedut u iffirmat il-protokoll ma’ kumpannija Ingliża biex isiru provi fuq

il-ħut b’vaċċini kontra l-Pasteurellosis u mard ieħor ikkawżat mill-bacteria.

Kien konkluż il-Manual for Diagnosis of Noda Virus Infection ta’ l-OIE bissehem

ta’ l-istaff xjentifiku ta’ din it-Taqsima.

F’livelli lokali u internazzjonali kienu organizzati attivitajiet marbutin ma’

studji u riċerka biex jitjiebu l-kwalità u l-effiċjenza f’dan iċ-Ċentru. Fost dawn

ta’ min isemmi:

Attendenza fil-laqgħa annwali tas-SIPAM li saret f’Ruma.

Attendenza fis-Simpożju Larvi 2001 fil-Belġju bejn t-3 u s-7 ta’ Settembru

2001.

Esperimenti mal-kumpannija Trouvit ta’ Spanja, l-Università ta’ Plymouth

u EWOS.

Esperimenti li għadhom qed isiru mal-AVL.

Attendenza fl-International Symposium on Fish Nutrition li sar f’Rhodi

fil-Greċja bejn il-31 ta’ Mejju u d-9 ta’ Ġunju 2002. Kienu ippreżentati

tliet xogħlijiet f’din il-konferenza.

Saru laqgħat preliminari bi tħejjija għall-Kungress Annwali ta’ l-EAFP li

se jsir f’Malta s-sena d-dieħla.

Il-Kapitlu dwar is-Sajd

F’Ġunju ta’ din is-sena kienu konklużi n-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea dwar

il-Kapitlu dwar is-Sajd. Saru diversi laqgħat mas-sajjieda Maltin u Għawdxin

fejn ingħatat spjegazzjoni dwar l-immaniġġjar taż-Żona ta’ 25 mil nawtiku

madwar Malta li kienet aċċettata bħala Żona ta’ Konservazzjoni mill-Unjoni

Ewropea. Saru mad-disa’ laqgħat f’Malta u Għawdex.

Kien pubblikat fuljett li ntbagħat lis-sajjieda kollha biex permezz tiegħu jifhmu

fiex jikkonsisti l-immaniġġjar taż-żona ta’ konservazzjoni kif ukoll dwar ilprogramm

ta’ għajnuna li l-Gvern ħabbar li se jagħti lis-sajjieda kemm biex

isaħħu l-operat tagħhom kif kemm fid-dawl taż-żona ta’ konservazzjoni li

Malta innegozjat ma’ l-Unjoni Ewropea kif ukoll fid-dawl ta’ regolamenti

ġodda li se jsiru dwar id-dgħajjes tas-sajd.

Din l-għajnuna se tkun tammonta għal Lm2.4 miljun u se tkun mifruxa fuq

perjodu ta’ 18-il xahar.

48

Il-fuljett li nħareġ mit-Taqsima għall-Konservazzjoni u l-Kontroll tas-Sajd biex tfiehem

lis-sajjieda fiex jikkonsisti l-immaniġġjar taż-żona ta’ konservazzjoni

Tħejjew u kienu sottomessi diversi dokumenti b’konnessjoni man-negozjati

dwar is-sajd.

Uffiċjali minn din it-Taqsima huma involuti f’laqgħat ma’ Uffiċjali ta’

Dipartimenti oħra biex jiżguraw li d-deċiżjonijiet li jittieħdu ma jkunux ta’

detriment la għall-ħidma ta’ Dipartimenti oħra, la għall-ambjent u wisq anqas

għall-għajxien tal-ħaddiema fiż-żewġ setturi.

Fid-dawl tal-liġi l-ġdida dwar is-sajd għadha għaddejja ħidma intensiva biex iżżewġ

fergħat ta’ din it-Taqsima jkunu strutturati biex ikunu jistgħu jilqgħu

għall-isfidi, id-doveri u d-dmirijiet ġodda li timponi din il-liġi. Dawn l-isfidi

huma riżultat tal-ħtiġiet lokali kif ukoll dawk internazzjonali.

49

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!