31.01.2015 Views

Nota: Kull grupp għandu l-bżonnijiet partikolari tiegħu u għalhekk ...

Nota: Kull grupp għandu l-bżonnijiet partikolari tiegħu u għalhekk ...

Nota: Kull grupp għandu l-bżonnijiet partikolari tiegħu u għalhekk ...

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

LAQGĦAT ISPIRATI MILL-ITTRA PASTORALI TAR-RANDAN 2012 GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ 16+

Nota: Kull grupp għandu l-bżonnijiet partikolari tiegħu u għalhekk dal-materjal ippreżentat

hawn għandu jiġi addattat skont il-bżonnijet, kwalitajiet u skont l-aħjar mod ta’ kif wieħed

jirċievi l-messaġġ. Il-linja ta’ ħsieb hija dik tal-Ittra Pastorali tar-Randan 2012 tal-Isqifijiet

tagħna. Għalhekk huwa importanti li l-leader ikun qara din l-Ittra Pastorali u rrifletta fuqha.

Matul il-preżentazzjoni ta’ dawn il-laqgħat hemm siltiet mill-Ittra. Din l-Ittra Pastorali hija

preżentata lilna biex b’mod personali niskopru l-Mulej x’irid minna, nemmnu u nikkonvertu.

Il-laqgħat ikunu aktar effettivi meta bħala leaders nippruvaw ngħixu l-Kelma qabel ma

nwassluha lil ħaddieħor.

Introduzzjoni: Aħna maħluqin biex insiru dejjem aktar nixbħu lil Alla (Ġen 1, 26) permezz talgrazzja

ta’ Alla. Fl-iskrittura, il-Mulej kontinwament jurina li aħna, maħluqa fuq is-sura u x-

xbieha tiegħu għandna libertà biex inħobbu, biex nagħżlu bejn il-ħajja u l-mewt, bejn is-

Saltna ta’ Alla u s-Saltna tat-telfien.

LAQGĦA1

Niskopru x’inhu l-eżilju.

Attivita 1: Il-bniedem eżiljat huwa iżolat

Il-leader jagħżel persuna u joħroġa barra l-grupp. Għid lill-kumplament tal-grupp biex

jifformaw ċirku u kulħadd iżomm l-id tal-persuna ta’ ħdejh biex jingħaqdu flimkien.

L-għan tal-persuna barra ċirku huwa li tipprova tidħol fiċ-ċirku. Importanti li ma tgħidx lillgrupp

li qiegħed jifforma ċirku biex ma jħallux lill-persuna tidħol. Ħafna drabi jiġri li

instintivament, il-grupp ma jħallix l-persuna tidħol ġewwa ċ-ċirku.

Ara r-reazzjonijiet li jinħolqu mill-parteċipanti u bejniethom.

Saqsi lill-parteċipanti fuq l-eżerċizzju li għadhom kif għamlu:

Issa saqsi lill-persuna li kienet barra ċ-ċirku fuq kif ħassitha u għaliex taħseb li l-grupp

ma ħallihiex tidħol ġewwa l-grupp.

Saqsi l-istess mistoqsija lill-kumplament tal-grupp fuq l-għaliex ġabu ruħhom hekk.

Kif irnexxilhom jaħdmu flimkien biex ħallew lil dik il-persuna barra mill-grupp.

Ara jekk hemmx xi reazzjonijiet oħra minn xi parteċipanti oħra.

Kompli saqsi:

1. Ġieli inti ħassejtek hekk Iżolata u eskluża

2. Ikun hemm drabi fen aħna neskludu lil xi ħadd Kif nagħmlu dan

3. Hemm persuni madwarna li jħossuhom iżolati Kif nindunaw li huma mwarrba

4. Kien hemm drabi fejn xi ħadd ma baqax jiżolak u daħlek parti mill-grupp Kif

ħassejtek

Nota: Tissejjaħ ‘eżiljat’ dik il-persuna jew poplu li ġew imkeċċija minn arthom, xi drabi dak li

jkun jitlaq ukoll b’mod volotarju u jinqata min art twelidu. Persuni tiġi eżiljati minħabba

raġunijiet differenti (Open letter to the World - Iranian Artists in Exile: http://goo.gl/RUuGy)

Din is-sena l-Ittra Pastorali tar-Randan tittratta s-suġġett tal-EŻILJU. L-isqfijiet tagħna

jispjegaw x’inhu l-eżilju kif esperjenzawh il-poplu Lhudi u kif esperjenzah Ġesu f’ħajtu. Aħna

wkoll irridu nindunaw li qegħdin fl-eżilju biex nagħrfu li rridu ninbidlu. Issa ser nitrattaw l-

Ittra Pastorali parti parti.

Mill-Ittra Pastorali:

Din is-sena aħna xtaqna li nirriflettu fuqhom fid-dawl ta' kelma griega

'Diaspora'. Ma nixtiqux li intkom tibżgħu minn dan il-kliem, u għalhekk

nixtiequ li nfissrulkom din il-kelma.

“Din il-kelma tfisser 'Eżilju' . Hija tindika ż-żmien meta l-Poplu Lhudi kien

qiegħed jgħix fl-Eżilju, il-bogħod minn art twelidu. Dan ġara f'żewġ

mumenti tal-Istorja tal-Poplu Lhudi.

L-ewwel wieħed kien meta kienu l-Eġittu. Din l-istorja bdiet meta Ġakobb u

t-tfal tiegħu niżlu l-Eġittu minħabba li kien hemm ħafna ġuħ u tispiċċa

madwar is-sena 1280 qabel Kristu meta permezz ta Mose' Alla ħariġhom

mill-Eġittu. Il-Lhud reġgħu rritornaw lejn l-Art Imqaddsa. Dan nstgħu

naqrawh fil-kotba tal-Esodu u tad-Dewteronomju.

It-tieni Eżilju kien meta l-poplu kollu ġie meħud ġewwa l-Babilonja fis-seklu

VI qabel Kristu. Huma damu hemmhekk 50 sena u rritornaw fis-sena 537

qabel Kristu taħt il-Persjani.”

Biex tifhem aktar x’kien l-Eżodu tal-poplu Lhudi mill-Eġittu żur: http://goo.gl/YfaEp u fuq l-

Eżilju fil-Babilonja żur: http://goo.gl/P5nsK. Sit interessanti fejn tista turi fejn qegħdin ilpostijiet

li jissemmew fil-Bibbja, żur: www.biblemap.org/

“Il-bniedem ħafna drabi ma riedx jagħraf li hu jiddependi minn Alla u hekk tilef dak li jwasslu

għall-għan propju tiegħu; u kisirha miegħu nnifsu, mill-bnedmin u mal-ħolqien kollu. Hekk ilbniedem

jinsab fih innifsu.” (Kostituzzjoni Pastorali tal-Konċilju Vatikan II - Gaudium et Spes

nr.13)

Mill-Ittra Pastorali:

Meta wieħed ikun sfurzat biex jitlaq minn daru, ma joħroġx minna bilferħ.

Madanakollu din l-esperjenza ġabrithom flimkien biex iżommu ħajja

x-xewqa li xi darba jerġgħu jmorru lejn l-għeruq tagħhom, jerġgħu jmorru

lura darhom.

“Dawn iż-żewġ rakkonti huma mumenti ta' tbatija kbira, iżda wkoll ta'

ferħ kbir. Fiż-żewġ każi kien hemm xi affarijiet li żammew ħajja fil-Poplu

ix-xewqa li jirritornaw lejn l-art tagħhom.

L-ewwel fatt kien li huma kienu jiltaqgħu flimkien u jibku dan l-eżilju. Dan

nistgħu narawh fis-salm 137: "F'xatt ix-xmajjar ta' Babel, hemm qgħadna

bilqiegħda u bkejna, aħna u niftakru f'Sijon...Kif nistgħu ngħannu l-għanja

tal-Mulej f'art barranija Tibbiesli idi l-leminija jekk qatt ninsa lilek,

Ġerusalemm!" (vv. 1.4.5). Dan kien marbut ma' xewqa kbira li xi darba

jerġgħu lura lejn l-art Imwegħda.

It-tieni fatt huwa li Alla dejjem wasslilhom il-Kelma tiegħu biex

tmexxihom. Mingħajrha ma kienx ikollhom direzzjoni. Fil-ħruġ mill-Eġittu,

Alla tahom il-kmandamenti wara li għażlu lilu biex imexxihom. Wieħed

jipprova jimmaġina x'poplu kien ikun kieku żammew dawn ilkmandamenti!”

L-Eżilju ta' Ġesu'

“Ġesu' meta kien fostna, għex ukoll ġo fih innifsu din l-esperjenza tal-Eżilju.

Din l-istorja tiġi spjegata fl-Ewwel Kapitlu tal-Evanġelju ta' San Ġwann. "Filbidu

kien il-Verb, u l-verb kien ma' Alla, u l-Verb kien Alla... Kien fid-dinja, u

d-dinja saret bih, imma d-dinja ma għarfitux. Ġie f'daru u niesu ma

laqgħux" (1,10.11). Anki Ġesu' biex isalvana kellu jgħaddi minn dan l-Eżilju,

bogħod umanament mill-Missier, u miċħud mill-Poplu li ġie biex isalva.

Ġesu' ħass dan kollu fuq is-Salib: hu kien bogħod umanament minn Alla l-

Missier: 'Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni', (Mt 27,46). F'dak ilmument

ukoll ħass ukoll l-eżilju mill-poplu tiegħu li kien qiegħed isallbu.

F'din id-dieqa kollha nistgħu nifhmu aħjar dawk il-mumenti ta' meta Ġesu'

mar ifittex li jkun qrib ta' Alla l-Missier fil-mumenti tat-talb. Anki filmument

tal-mewt ta' Ġesu' nistgħu naraw it-talba tiegħu ta' ritorn għand

il-Missier wara li temm il-missjoni tiegħu: "Missier, f'idejk jien nerħi ruħi"

(Lq 23,46).

Nota: Il-leader jista’ joħroġ id-differenza bejn l-eżilju tal-Poplu Lhudi u l-eżilju intern

ta’ Ġesu. L-eżilju tal-poplu Lhudi seħħ b’effett tad-dnub meta l-poplu ċaħad lil Alla u

beda jadura allat oħra fil-waqt li kienet issir ħafna inġustizzja speċjalment ma ‘min

huwa dgħajjef. L-eżilju intern li esperjenza Ġesu, kien minħabba li hu kien qed jgħix

f’ambjent fejn kien hemm id-dnub li kien qed jiċħdu u jwarrbu.

Mill-Ittra Pastorali:

Nistgħu nifhmu ukoll għaliex Ġesu' qabel ma beda l-missjoni tiegħu jxandar

il-Bxara t-Tajba, kien għażel l-Appostli u nies oħrajn biex jgħixu f'komunjoni

miegħu. Kien isib il-ferħ tiegħu meta kien ikun imdawwar mill-appostli li

kien għażel, ikellimhom fuq Alla l-Missier, u fuq it-triq li tridna twassalna

għandu. Huwa ċar li huwa ried li aħna nkunu f'komunità għaliex ma nafux li

hu ppriedka waħdu, iżda dejjem meta imdawwar mill-appostli maħbubin

tiegħu. Huwa kien għażel id-dixxipi tiegħu qabel ma beda l-missjoni tiegħu,

u l-missjoni tiegħu saret fil-kuntest ma' dan iċ-ċirku żgħar, fejn seta' jħossu

f'ambjent li seta' jaqsam magħhom dak li kien imnebbaħ biex jgħidilhom.”

Nota: Aħna wkoll qed inħossu l-bżonn li ningħaqdu bħala grupp, biex ma nkunux waħedna,

nikbru flimkien, nagħmlu attivitajiet u ħwejjeġ sbieħ flimkien. Meta nkunu grupp mag]qud,

nistgħu nissapportjaw lil xulxin u nkunu ħbieb ta’ xulxin. Madanakollu raġuni oħra għaliex

nagħmlu grupp bejnietna biex flimkien nikbru fil-fidi tagħna, fir-relazzjoni tagħna ma’ Alla

Imħabba li tant iħobbna. F’soċjeta fejn ma tagħtix wisq importanza lil Alla, aħna inħossu l-

bżonn li ningħaqdu flimkien f’post sigur fejn nistgħu nitkelllmu uq il-fidi tagħna, nistgħu

nissapportjaw lil xulxin fil-fidi tagħna. (Clip li turi l-qawwa tat-teamwork tista’ ssibha fuq:

http://goo.gl/oe9sM )

Nikkonkludu b’talba:

Il-bniedem mhuwiex maħluq biex jgħix waħdu (Ġen 2, 18) jew iżolat. Aħna nistgħu inkunu

mdawwrin b’ħafna persuni imma trid tiġi minna li nħobbu lil dawk ta’ madwarna u li

neskludu lil ħadd. Kontinwament irridu niżviluppaw kemm ir-relazzjoni tagħna ma’ Alla u r-

relazzjonijiet ta’ bejnietna.

Għin liż-żgħażagħ jagħrfu fejn stajna ninqatgħu minn Alla minħabba d-dnub tagħna u fejn

ħassewhom maqtugħin u mwarbin minħabba li ġew esklużi minn ħaddieħor. Insaqsu wkoll

jekk hemm okkażjonijiet fejn aħna qegħdin neskludu lil ħaddieħor u nwarbuh.

Issa x’tip ta’ azzjoni ser jieħdu Ser ninqatgħu aktar minn Alla jew ta’ madwarna Ser infittxu

dawk il-modi li ser jgħaqduna ma’ Alla, mal-proxxmu tagħna u l-ħolqien kolllu. Ser infittxu li

nsiru aktar viċin ta’ min huwa imwarrab fil-grupp u l-komunità tagħna

Stieden liż-żgħażagħ jagħżlu ħaġa waħda li ser jagħmlu huma b’mod personali biex negħlbu

dawn is-sitwazzjonijiet li semmejna hawn fuq. Il-paċi u l-imħabba hija don ta’ Alla. Għalhekk

stieden liż-żgħażagħ joffru dawn is-sitwazzjonijiet lil Alla u jħallu mument ta’ skiet u ta’ talb.

Mużika baxxa tista’ tgħin biex toħloq l-atmosfera.

LAQGĦA 2

Għan: L-imħabba t’Alla hija d-dar fejn aħna nistgħu nirrtornaw meta nitilfu t-triq u

nispiċċaw fl-eżilju

Mill-Ittra Pastorali

“L-Eżilju tagħna

Aħna wkoll, irridu ngħixu il-fidi tagħna f'din ir-realta' tal-Eżilju.

Qegħdin ngħidu dan għaliex jekk ma nindunawx li qegħdin fl-Eżilju mhux

se jseħħ dak li aħna semmejnielkom fil-Pastorali tal-Avvent fuq il-bidla.

Iż-żmien tar-Randan huwa l-iktar żmien tajjeb biex nagħmlu din ilkunsiderazzjoni.

Ġesu' kien tkellem fuq id-damiġġani ġodda biex jintefa' fihom inbid ġdid

(Mt 9,17). Aħna nkunu d-damiġġani ġodda meta nilqgħu din r-realta'

ġdida li permezz tagħha ngħixu fl-istennija tal-ħruġ tagħna mill-Eżilju ta'

din id-dinja. Imbagħad inkunu nistgħu nilqgħu t-tagħlim ġdid ta' Ġesu',

mingħajr tfixkil.

Skont San Pawl, aħna "ċittadini flimkien mal-qaddisin u n-nies tad-dar ta'

Alla" (Efes 2,19). Il-Mulej ħalaqna għall-eternita', u x-xewqa tan-nisrani

trid tkun li xi darba huwa jilħaq dan l-għan li jgawdi lill-Mulej għalleternita'.

Sfortunatament m'għadniex nitkellmu biżżejjed fuq dan il-fatt,

iżda huwa fundamentali għall-mixja spiritwali tagħna. Jekk nagħarfu li

għadna fl-eżilju, allura ma nintrabtux wisq mal-ħwejjeġ ta' din l-art, u

nibdew naħsbu għall-ħwejjeġ li jwassluna għall-ħajja ta' dejjem.”

Għal din il-parti ser nużaw id-diska – ‘Home’ mill-grupp ‘Daughtry’ – li tittratta fuq dak ilpost

sigur fejn nista’ nirritorna wara li aħna niżbaljaw.

Ikun ta’ għajnuna kbira jekk il-lirika nippreżentawha fuq screen jew nipprintjawha u

nagħtuhom lill-parteċipanti.

Introduċi u nisimgħu d-diska. Tista’ ssibha fuq http://goo.gl/yA8OM

Il-lirika tad-diska:

"Home"

I'm staring out into the night,

Trying to hide the pain.

I'm going to the place where love

And feeling good don't ever cost a thing.

And the pain you feel's a different kind of pain.

Well I'm going home,

Back to the place where I belong,

And where your love has always been enough for me.

I'm not running from.

No, I think you got me all wrong.

I don't regret this life I chose for me.

But these places and these faces are getting old,

So I'm going home.

Well I'm going home.

The miles are getting longer, it seems,

The closer I get to you.

I've not always been the best man or friend for you.

But your love remains true.

And I don't know why.

You always seem to give me another try.

So I'm going home,

Back to the place where I belong,

And where your love has always been enough for me.

I'm not running from.

No, I think you got me all wrong.

I don't regret this life I chose for me.

But these places and these faces are getting old,

Be careful what you wish for,

'Cause you just might get it all.

You just might get it all,

And then some you don't want.

Be careful what you wish for,

'Cause you just might get it all.

You just might get it all, yeah.

Oh, well I'm going home,

Back to the place where I belong,

And where your love has always been enough for me.

I'm not running from.

No, I think you got me all wrong.

I don't regret this life I chose for me.

But these places and these faces are getting old.

I said these places and these faces are getting old,

So I'm going home.

I'm going home.

Diskussjoni fil-grupp il-kbir:

Fid-diska hemm numru ta’ temi li Daughtry jsemmi għal diversi drabi.

X’inhuma xi wħud mit-temi li qbadtu mid-diska ( Xi wħud mit-temi li tkun qed tistenna

huma: home, safety, burnout)

Mistoqsijiet:

Taħsbu li aħna l-bnedmin nagħżlu toroq li joħduna l-bogħod mid-dar Għaliex

Għaliex ma jiddispjaċihx mill-ħajja li għażel

Nota: Fil-lirika ninnotaw li Daughtry donnu qed jgħid li għalkemm huwa ma jidispjacihx millħajja

li għażel, huwa xorta jrid imur id-dar. Għal ħafna nies, it-tfulija tagħhom u l-‘għeruq’

tagħhom għandhom effetti profondi fuq l-identita tagħhom u għalhekk tirrapreżenta post

sigur.

Hawnhekk jistgħu jinqasmu fi gruppi żgħar biex jiddiskutu u wara jerġgħu jinġabru flimkien:

Mistoqsijiet għad-diskussjoni:

Issa ninġabru f’ċirku u qabel ma nibdew, tistedinhom jgħidu memorja li weħlet ma’

moħħhom ta’ meta kienu għadhom żgħar.

Mistoqsijiet:

X’inhuma dawk l-affarijiet li jagħmlu d-dar sigura

X’ħabbejt mid-dar inti u tikber

Hawn xi ħadd li jixtieq li l-mod kif kiber id-dar kien differenti Għaliex

Nota: Ħafna minna għandna affarijiet mill-ħajja tad-dar tagħna li nħobbu, imma hemm wkoll

xi affarijiet li aħna nixtiequ nbiddlu, xi drabi, oħrajn jixtiequ li qas għadhom jgħixu id-dar. Se

nħarsu lejn storja li Ġesu qal fuq persuna li kien fl-istess sitwazzjoni.

Aqra s-silta: Lq 15, 11-24

Mistoqsijiet:

Għaliex it-tifel ried jitlaq mid-dar

Taħseb li kienet raġuni tajba Għaliex

B’differenza minn Daughtry, it-tifel induna li qed jgħix fil-miżerja u li għażel l-eżilju mid-dar

ta’ Missieru. Iddispjaċih għal dak li għamel f’ħajtu, u dan xtaq li jmur ‘f’postu’. Huwa

irrealizza li l-imħabba ta’ missieru hija biżżejjed.

Kif taħseb li ħassu l-Missier meta ra lil Ibnu ġej lura”

Kif taħseb li l-iben iż-żgħir ħassu meta irċieva l-grazzji minflok il-kundanna minn

missieru

Mill-Ittra Pastorali:

F’dan ir-Randan qed nipproponu li naraw x’inhu l-eżilju tagħna; jekk

għadniex fih u jekk aħniex se niddeċiedu li nirritornaw lejn il-Mulej.

L-eżilju huwa dak kollu li jbegħdna minn Alla. Kulħadd għandu tiegħu,

imma nistgħu insemmu ftit eżempji. Meta taħseb li dak li tiddeċiedi inti

huwa tajjeb jew ħażin bla ma tagħmel l-ebda rabta tal-Kelma ta’ Alla.

Meta taħseb li f’ħajtek m’għandekx bżonn lil Mulej Ġesu u lill-Knisja li

ħallilna Hu, ħlief meta tiltaqa’ ma’ xi emerġenza (mard, funeral,

problema). Meta tintilef fil-ġirja għall-affarijiet materjali bla ma tagħti

każ l-etika u l-ġustizzja. B’mod ġenerali nistgħu ngħidu li nkunu fl-eżilju

spiritwali meta f’ħajjietna npoġġu fil-ġenb il-kmandamenti ta’ Alla.

Il-Kelma ta’ Alla wrietna li fl-eżilju, il-poplu l-magħżul intebaħ li flok

akkwista ħafna liberta’ minn Alla, sar ilsier tiegħu innifsu u ta’ oħrajn.

Bosta bnedmin, anke fi żmienna għandhom din l-esperjenza. Jaħsbu li

jekk jitilqu lil Alla jsiru aktar liberi u jagħmlu li jridu. Fil-fatt isibu li dan

mhux veru. U ħafna drabi f’din is-sitwazzjoni ta’ miżerja, ħafna jintebħu

kemm għandhom bżonn ta’ Alla u jerġgħu jduru lejH.

Ir-Randan huwa ż-żmien meta aħna iktar nasħbu biex nagħżlu li

nħarsu 'l quddiem lejn is-Saltna mwegħda minn Ġesu' lilna lkoll. Il-ħsieb

fuq il-Misteru tal-Għid - il-Mewt u l-Qawmien ta' Ġesu' - fir-Randan

għandu jkun dejjem quddiem għajnejna.

Ir-Randan jibda jkollu iktar sens bħala għażla tat-triq li teħodna

barra milll-Eżilju. Il-ħin tat-talb iktar mis-soltu; ir-rażan mill-affarijiet

purament materjali, inkluż is-sawm minn dak kollu li jxaqlibna lejn ilmaterjaliżmu;

il-Qari tal-Kelma ta' Alla li fiha t-triq għall-art imwegħda;

is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni (il-Qrar) li jgħinna nifhmnu iktar ittajjeb

u l-ħażin fil-ħajja tagħna; li wieħed jersaq iktar lejn l-Ewkaristija,

huma kollha sinjali ta' bniedem li mhux biss għażel li joħrog mill-Eżilju,

iżda li beda jimxi t-triq li tgħinu jidħol fil-fond fil-ħajja u fil-kultura

nisranija.

Nerġgħu ninġabru fi grupp wieħed u ngħallqu dil-parti billi noħorġu l-messaġġ ta’ din l-

attivita:

Il-messaġġ prinċipali ta’ din is-silta huwa li Alla huwa bħal Missier tal-istorja Anke meta aħna

nisfrattaw, għax aħna uliedu, aħna dejjem għandna l-għażla li nduru lejn id-dirgħajn miftuħa

tiegħu. Għalhekk il-mistoqsija prinċipali hija: Qed tagħżel li tkun il-bin/bint ta’ Alla billi tafda

f’Ġesu li jsalvak Jekk le, f’dil-minuta, se nagħtik ċans biex jekk trid tagħmel dan. Jekk inti t-

tifel/ t-tifla ta’ Alla, inti twarrabt mid-dar, u issa inti trid terġa’ lura għal dik l-imħabba li ser

tkun dejjem tkun biżżejjed għalik Jekk iva, jien ser nagħtik daċ-ċans biex tagħmel dan.

Nagħlqu b’mument ta’ talb:

Agħti liż-żgħażagħ ċans biex jafdaw f’ Ġesu, u biex jerġgħu jikkommettu l-ħajja tagħhom lil

Alla billi jerġgħu jmorru d-dar.

Issa għaddi karta u biros biex iż-żgħażagħ jiktbu fuqha ittra lil Alla l-Missier, jirringrazzjawh

għa dan iċ-ċans li jagrfu l-imħabba kbira tiegħu mhux issa biss imma għal dejjem.

Jirringrazzjawh ukoll ħalli jduru lejn darhom u jirċievu l-imħabba li hi biżżejjed għal kulħadd.

Niġbru kollox billi nikkonkludu:

Illum tkellimna fuq l-imħabba ta’ Alla li hijal-vera dar tagħna fejn aħna nistgħu dejjem

indudru meta nisfrattaw jew noħorġu mit-triq it-tajba. Għalhekk ejjew niftakru li l-Missier

tagħna tas-sema huwa dejjem hemm, b’dirgħajh miftuħa, dejjem lest li jilqana.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!