20.02.2015 Views

Il-Papa dwar il-kriżi kontemporanja taż-żwieġ u l-familja

Il-Papa dwar il-kriżi kontemporanja taż-żwieġ u l-familja

Il-Papa dwar il-kriżi kontemporanja taż-żwieġ u l-familja

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

2 Is-Sibt 17 ta’ Marzu 2012

MAĦRUĠ MILL-AZZJONI KATTOLIKA

Editur: Kan. John Ciarlò

Direzzjoni u Amministrazzjoni:

Istitut Kattoliku, Floriana FRN 1441. Tel. 21225847 Fax. 22039207

Stampat fil-Progress Press Co. Ltd., Valletta

e-mail: lehenissewwa@vol.net.mt – website: www.u.com.mt

Prezz ta' kull kopja: €0.40

Abbonament bil-posta:

Malta u Għawdex: €20.00; Ewropa u Afrika ta’ Fuq: €45.00;

Kanada, U.S.A., Asja u l-bqija ta’ l-Afrika: €60.00; Amerika

Latina,Taiwan, Awstralja u New Zealand: €70.00

Kull korrispondenza tiġi indirizzata hekk:

LEĦEN IS-SEWWA, Istitut Kattoliku, Floriana FRN 1441

•EDITORJAL

Inizjattivi stupendi

favur il-familja li

ħaqqhom kull appoġġ

Wieħed ma jistax ma jfaħħarx l-inizjattiva konġunta meħuda

mill-Ministeru għal Għawdex u l-Knisja t’Għawdex għat-twaqqif ta’

Ċentru ta’ Akkoljenza, kif ġie rrappurtat f’dan il-ġurnal il-ġimgħa

l-oħra. L-iskop ta’ dan iċ-Ċentru huwa li jilqa’ fih persuni jew

familji li minħabba problemi diversi jisfaw bla saqaf fuq rashom,

sakemm jinstabu soluzzjonijiet oħra.

Bi pjaċir qrajna li dan iċ-Ċentru ġie inawgurat fit-2 ta’ Marzu

wara li l-Knisja t’Għawdex identifikat u offriet il-post, waqt li

l-Ministeru għal Għawdex qed jieħu ħsieb ix-xogħol ta’ ristrutturar

u mmodernizzar biex dan ikun jista’ joffri ambjent akkoljenti għal

min ikollu bżonnu.

Illum ta’ spiss jingħad li anki f’pajjiżna, bħal f’pajjiżi oħra,

hawn ċertu faqar minkejja li minn barra mhux dejjem wieħed

jista’ jintebaħ bih. Iżda tajjeb niftakru li barra l-faqar ta’ ċerti

persuni u familji minħabba nuqqas ta’ mezzi finanzjarji, jeżisti

wkoll faqar affettiv. Dan għaliex minħabba li llum qegħdin ngħixu

f’soċjetà egoista u individwalista, hawn persuni li huma neqsin millgħożża

tal-familja u li għalhekk dawn saħansitra jaslu biex lanqas

biss isibu fejn joqogħdu u jkollhom il-kenn meħtieġ li jixraq lil kull

bniedem.

Kellu raġun Mons. Isqof Mario Grech, fid-diskors tiegħu waqt

l-inawgurazzjoni ta’ dan iċ-Ċentru ta’ Akkoljenza jgħid kemm

huwa importanti li quddiem il-bniedem maħbut, misruq mill-imħabba

u mitluq maġenb it-triq, ma nibqgħux għaddejjin indifferenti. Għallkuntrarju,

huwa dmir tagħna lkoll li bħas-Samaritan it-Tajjeb, nieqfu

biex noffru kura u dar għall-kenn.

Assoċjazzjoni li tirrappreżenta lill-familji

La qegħdin insemmu dan, ma nistgħux ukoll ma nurux l-apprezzament

sħiħ tagħna u ma nappoġġjawx bħala ġurnal kattoliku li ma jonqos qatt

jiddefendi u juri l-għożża kbira li għandu jkollna lejn il-familja, għallidea

stupenda u oriġinali li ħareġ biha l-istess Mons. Isqof Mario

Grech fl-okkażjoni tal-għoti tal-Premju “Familja Qalb tad-Deheb’’ fil-

11 ta’ Frar għat-twaqqif ta’ Assoċjazzjoni tal-Familja f’pajjiżna. Dan

bil-għan li din tħares id-drittijiet tal-familja fid-diversi oqsma tal-ħajja,

bħalma huma fl-edukazzjoni, fis-saħħa, fl-ekonomija, fid-dinja taxxogħol,

fid-divertiment, fil-politika, eċċ.

Aħna naqblu ma’ Mons. Isqof Grech li wasal iż-żmien li l-familja

jkollha vuċi fid-dibattitu soċjali u politiku. Huwa kellu raġun jistaqsi:

Għaliex bħalma jeżistu l-għaqdiet li ġustament jiddefendu d-drittijiet

tal-ħaddiema, tal-konsumatur u tal-annimali, ma għandux ikollna

għaqda biex tirrappreżenta lill-familji biex tgħasses ħalli l-liġijiet

u r-regolamenti tal-pajjiż ikunu jirrispettaw id-drittijiet naturali talfamilja?

Kif fostna hawn diversi gruppi bil-għan li jagħmlu pressjoni

pubblika – bħalma huma dawk favur l-ambjent jew dawk kontra

ċ-ċensura, għaliex ma għandniex nikkunsidraw li jkollna grupp ta’

familji li jaħdem favur il-familji?

L-Isqof Grech għamilha ċara li għaqda bħal din ma għandhiex

tkun konfessjonali ladarba l-ħarsien tal-familja huwa valur lajk u

mhux wieħed reliġjuż. Għax wara kollox hija l-istess qagħda prekarja

preżenti tal-familja li turi l-bżonn ta’ ħidma koordinata favur iddrittijiet

tal-familja. U żgur li anki f’dan il-kamp, l-Insara għandhom

x’joffru ladarba l-valuri nsara dwar iż-żwieġ u l-familja jaqblu

mal-valuri umani. U dan biex il-familja tibqa’ rispettata bħala kisba

għad-dinjità tal-bniedem u għall-formazzjoni tal-ġenerazzjonijiet

futuri.

Min tassew għandu għal qalbu l-familja Maltija, inklużi l-partiti

politiċi, ma jistax jonqos li jappoġġja din il-proposta stupenda tal-Isqof

Mario Grech.

•MADWARNA

Konferenza ‘Biżżejjed

għal Kulħadd’

Saret konferenza mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni Maltija dwar l-Ilma (MWA), Flimkien

għal Ambjent Aħjar (FAA) u d-Direttorat għal Eko-Għawdex u Żvilupp

Reġjonali - (Ministeru għal Għawdex).

Sa mit-twaqqif tagħha, il-

Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

dejjem emmnet li l-Knisja ma

tistax tgħix f’iżolament mir-realtajiet

tal-ħajja, imma trid tidħol flistorja

tal-bniedem b’mod l-aktar

sħiħ u attiv. Għalhekk fil-ħidma

tagħha, il-Kummissjoni dejjem

stinkat sabiex toħloq opportunitajiet

li jwasslu lis-soċjetà Maltija

ħalli tirrifletti fuq l-istil ta’ ħajja

li tgħix u l-għażliet li tagħmel.

Aktar minn hekk, il-Kummissjoni

taħdem ukoll sabiex toffri riflessjoni

Evanġelika dwar il-ġrajjiet li

nkunu qed nesperjenzaw u b’hekk

tgħin fit-tfassil ta’ etika ambjentali.

Wieħed mill-istrumenti li l-

Kummissjoni tuża biex tilħaq dan

il-għan hu li torganizza konferenzi.

“Biżżejjed għal Kulħadd”

hi t-tielet konferenza organizzata

mill-Kummissjoni. Din id-darba

l-Kummissjoni tellgħet il-konferenza

b’kollaborazzjoni mal-

Assoċjazzjoni Maltija dwar l-Ilma,

Flimkien għal Ambjent Aħjar

u d-Direttorat għal Eko-Għawdex

u Żvilupp Reġjonali (Ministeru

għal Għawdex). L-għan tal-konferenza

kien li jlaqqa’ flimkien lissetturi

konċernati ħalli jesploraw

aspetti partikolari tal-iżvilupp

sostenibbli, jaraw perspettivi differenti

u possibbilment joffru

soluzzjonijiet. It-temi magħżula

għall-konferenza kienu: l-ambjent

mibni, ir-riżorsi tal-ilma ħelu,

l-iżvilupp u l-insularità (b’mod

speċifiku f’Għawdex).

Il-Konferenza kienet imqassma

fuq tliet ġranet: id-9 ta’

Diċembru (Tema: Ambjent Mibni),

l-10 ta’ Diċembru (Tema:

Riżorsi tal-Ilma Ħelu) u s-17

ta’ Diċembru (Żvilupp Sostenibbli

f’Għawdex) 2011. B’kollox

ħadu sehem f’din il-konferenza ’l

fuq minn tmenin persuna li jinkludu

esperti fil-qasam tagħhom;

rappreżentanti ta’ diversi sezzjonijiet

tas-soċjetà Maltija, inklużi

periti, ekonomisti, żviluppaturi,

għalliema, kummerċjanti u professjonisti

f’diversi oqsma.

Kien hemm rappreżentanti

ta’ diversi awtoritajiet fosthom:

l-Awtorità Maltija tal-Ambjent

u l-Iżvilupp, l-Awtorità Maltija

għar-Riżorsi, Ministeru tar-Riżorsi

u Affarijiet Rurali, il-Korporazzjoni

tas-Servizzi għall-Ilma, il-

Kamra tal-Kummerċ Għawdxija.

Ħadu sehem ukoll rappreżentanti

tal-Gvern, tal-Oppożizzjoni u tal-

Alternattiva Demokratika.

Ħafna minn dawn ilparteċipanti

ħadu sehem filġurnata

li l-aktar kienet relevanti

għall-interess tagħhom, waqt li

oħrajn ħadu sehem f’aktar minn

ġurnata waħda. L-Arċisqof ta’

Malta, Mons. Pawlu Cremona u l-

Isqof ta’ Għawdex, Mons. Mario

Grech, kellmu lill-parteċipanti u

attendew għal xi sessjonijiet tal-

Konferenza.

Kull ġurnata bdiet b’numru

ta’ preżentazzjonijiet qosra minn

diversi esperti fuq it-temi li

kellhom jiġu diskussi u wara

l-parteċipanti tqassmu f’numru

ta’ workshops.

Premju Żagħżugħ tas-sena 2011

Il-Premju Żagħżugħ tas-Sena 2011 organizzat mill-Moviment Kerygma

din is-sena ntrebaħ mill-grupp taż-żgħażagħ SPYS (Salesian Pastoral Youth

Service).

Ir-rebbieħ tal-premju ġie

mħabbar mid-Direttur Ġenerali

tal-Moviment Kerygma, P.

Charles Fenech OP.

Il-preżentazzjoni tat-trofew

saret mill-E.T. Dr George Abela,

President ta’ Malta, fi tmiem

quddiesa li saret fil-knisja ta’

San Duminku, ir-Rabat, nhar il-

Ġimgħa, 2 ta’ Marzu.

Preżenti wkoll għal din iċċerimonja

kien hemm Tania

Borg, President tal-Moviment

Kerygma u n-Nutar Joseph Abela,

Chairperson tal-Bord tal-Għażla.

Il-grupp taż-żgħażagħ SPYS

inħoloq fl-1995 fuq l-ispirtu

ta’ San Ġwann Bosco, u huwa

kompost minn numru ta’ reliġjużi

u żgħażagħ lajċi b’esperjenza

bl-iskop ewlieni li jiżviluppaw

kemm il-persuna kif ukoll

komunitajiet. Dan jagħmluh

kemm fuq bażi nazzjonali kif

ukoll internazzjonali.

SPYS huwa magħmul minn

żewġ fergħat – waħda responsabbli

għall-attivitajiet lokali u l-oħra

għal inizjattivi barra minn xtutna.

Is-sezzjoni lokali torganizza

numru ta’ seminars u taħriġ,

kemm għall-membri tagħha kif

ukoll għal organizzazzjonijiet ta’

żgħażagħ oħra li huma affiljati

magħha. Huma jagħmlu wkoll

summer camps għal tfal ġejjin

minn lokalitajiet fejn hemm

bżonn ta’ aktar għajnuna. Din issezzjoni

torganizza wkoll numru

ta’ attivitajiet ta’ fund-raising

biex tiffinanzja l-attivitajiet

tagħha speċjalment il-mawriet talvolontiera

tagħha f’pajjiżi oħra.

Huma jorganizzaw ukoll

attivitajiet bħal Get Togethers

għal żgħażagħ oħra, u irtiri fost

oħrajn. SPYS għandha wkoll il-

Press Room tagħha li tieħu ħsieb

il-websajt kif ukoll itellgħu artiklu

kull ħmistax bl-isem “Quest”

f’waħda mill-gazzetti lokali u li

hija indirizzata lejn iż-żgħażagħ.

Is-sezzjoni l-oħra, bl-isem

SPYS.int, tieħu ħsieb numru

kbir ta’ proġetti għal żgħażagħ

u tfal oħra kemm f’Malta kif

ukoll fl-Ewropa, l-Afrika u

pajjiżi oħra. SPYS.int tieħu ħsieb

il-parteċipazzjoni tal-membri

tagħha f’seminars u proġetti oħra

organizzati fuq bażi Ewropea. Hija

wkoll attiva ħafna fil-volontarjat

f’pajjiżi bħall-Ghana, l-Indja u

l-Kenja, fejn kull sena tibgħat

numru ta’ voluntiera, kemm

membri tagħha kif ukoll żgħażagħ

oħra, biex jgħinu f’komunitajiet

fqar f’dawn il-pajjiżi.

SPYS.int tieħu ħsieb il-preparazzjoni

intensa li jkun hemm

bżonn issir qabel dawn iż-żjajjar

u tgħin ukoll fil-finanzjament.

Dan it-trofew jingħata kull sena

f’ġieħ il-memorja ta’ Dr Rudolph

Saliba li kien l-ewwel President

tal-Moviment Kerygma.

Il-President Abela feraħ

lil dan il-grupp għax-xogħol

siewi li qed jagħmel b’mod

speċjali ma’ min hu batut. Huwa

inkoraġġixxa lill-membri kollha

ta’ dan il-grupp biex ikomplu

fix-xogħol tagħhom fil-kamp

tal-volontarjat.

Il-President Abela ħa

l-okkażjoni wkoll biex jifraħ

lill-Moviment Kerygma li din

is-sena qed jiċċelebra l-25 sena

anniversarju mit-twaqqif tiegħu.

Huwa faħħar ix-xogħol fejjiedi li

l-Moviment jagħmel fis-soċjetà

Maltija u awgura li l-missjoni

tiegħu titkompla fil-futur.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!