20.02.2015 Views

Il-Papa dwar il-kriżi kontemporanja taż-żwieġ u l-familja

Il-Papa dwar il-kriżi kontemporanja taż-żwieġ u l-familja

Il-Papa dwar il-kriżi kontemporanja taż-żwieġ u l-familja

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

IS-SIBT 17 TA’ MARZU 2012 • L-84 SENA • NUMRU 7,743 • lehenissewwa@vol.net.mt

LEĦEN IS-SEWWA, ISTITUT KATTOLIKU, FLORIANA • 40 ċenteżmu • €20 fis-sena

Il-Papa dwar il-kriżi

kontemporanja

taż-żwieġ u l-familja

F’indirizz li għamel lill-grupp ta’ Isqfijiet Amerikani waqt iż-żjara tagħhom f’Ruma ad limina

apostolorum, il-Papa Benedittu XVI kellimhom dwar il-kriżi kontemporanja taż-żwieġ u l-familja u

l-viżjoni Nisranija tas-sesswalità umana.

“Huwa fatt dejjem aktar evidenti”,

qal il-Papa, “li n-nuqqas

ta’ apprezzamet tal-indissolubiltà

tal-patt taż-żwieġ u ċ-ċaħda

mifruxa ta’ etika sesswali u responsabbli

u matura bbażata fuq

il-prattika tal-kastità, wasslu

għal problemi kbar soċjali li qed

ikollhom prezz immens uman u

ekonomiku.”

Waqt li fakkar dak li kien jgħid

il-Beatu Ġwanni Pawlu II li l-futur

tal-umanità jgħaddi mill-familja u

l-bżonn li niddefendu ż-żwieġ, il-

Papa semma l-kurrenti politiċi u

kulturali qawwija tal-lum li qed

ifittxu li jbiddlu d-definizzjoni legali

taż-żwieġ.

“L-isforz konxjenzjuż tal-

Knisja biex tirreżisti din ilpressjoni”,

kompla l-Papa,

“jappella għal difiża raġonata

taż-żwieġ bħala istituzzjoni

naturali ta’ komunjoni speċifika

ta’ persuni li l-għeruq tagħha

b’mod essenzjali qegħdin filkomplimentarjetà

tas-sessi u

orjentata għall-prokreazzjoni.

Ma nistgħux inqisu d-differenzi

sesswali bħala irrilevanti għaddefinizzjoni

taż-żwieġ. Meta

niddefendu l-istituzzjoni tażżwieġ

bħala realtà soċjali, flaħħar

mill-aħħar huwa minħabba

li din hi kwistjoni ta’ ġustizzja

għax dan jitlob il-ħarsien tal-ġid

tal-komunità umana kollha u

d-drittijiet tal-ġenituri kif ukoll

tal-ulied”, qal il-Papa.

Waqt li semma l-bżonn ta’

tiġdid u tisħiħ fil-programmi

ta’ tħejjija għaż-żwieġ, il-Papa

qal li l-koppji dwar il-problema

tal-koabitazzjoni ta’ spiss jidher

li “mhumiex jagħrfu li din hija

dnub gravi, biex ma nsemmux li

din tagħmel ħsara lill-istabilità

tas-soċjetà.”

Il-Papa faħħar l-isforzi tal-

Isqfijiet biex jippromwovu

ż-żwieġ. Huwa fakkar fil-bżonn li

l-komunità Nisranija tiskopri apprezzament

tal-virtù tal-kastità li

tgħinna nifhmu s-sesswalità bħala

għajn ta’ ħelsien ġenwin u titlob

kemm l-integrità tal-persuna umana

u kemm is-sbuħija tal-għotja

li ssir fiż-żwieġ.

Il-Liġi tal-Prokreazzjoni Assistita

Sar magħruf li l-Liġi dwar

il-Prokreazzjoni Assistita, jew

IVF, waslet fl-aħħar fażi tagħha.

Wara li titlesta, se titressaq għaddiskussjoni

fil-Grupp Parlamentari

u fil-Kabinett, u wara titressaq

quddiem il-Parlament.

Kien f’Ottubru 2010 li

l-Kumitat Magħżul dwar il-

Prokreazzjoni Medikament Assistita

tal-Kamra tar-Rappreżentanti

ppreżenta r-rapport tiegħu li fih

iddikjara li “żewġ deċennji wara

li twieldet l-ewwel tarbija bitteknoloġija

ta’ riproduzzjoni assistita

f’pajjiżna, dan is-settur irid

jiġi regolat b’liġi biex barra li jkun

jista’ jiġi mgħarbel minn awtorità,

ikun jista’ jiġi finanzjat mill-Istat

u b’hekk isir aċċessibbli għal koppji

infertili, irrispettivament middħul

finanzjarju tagħhom.”

Dwar il-ħolqien ta’ Awtorità

biex tirregola dan il-qasam,

il-Kumitat kien iddeċieda li din

għandha tkun awtonoma u għandu

jkollha l-funzjonijiet li “toħroġ

liċenzja lil klinika li fi spezzjonijiet

regolari jkun ġie aċċertat li qed

tosserva kundizzjonijiet ta’ Standards

of Best Practice. L-awtorità

kellha wkoll tiġbor l-informazzjoni

mogħtija lilha b’mod aggregat

regolarment mill-kliniċi awtorizzati

u tiċċertifika l-eġibbiltà ta’ koppja

biex isir l-IVF.

Paġna 24

•Editorjal

Inizjattivi

favur

il-familja

Wieħed ma jistax ma jfaħħarx

l-inizjattiva konġunta meħuda

mill-Ministeru għal Għawdex u

l-Knisja t’Għawdex għat-twaqqif

ta’ Ċentru ta’ Akkoljenza, kif

ġie rrappurtat f’dan il-ġurnal ilġimgħa

l-oħra. L-iskop ta’ dan

iċ-Ċentru huwa li jilqa’ fih

persuni jew familji li minħabba

problemi diversi jisfaw bla saqaf

fuq rashom, sakemm jinstabu

soluzzjonijiet oħra.

L-editorjal sħiħ f’paġna 2

Il-Knisja

u ż-żwieġ

omosesswali

P. Timothy Radcliffe O.P. jikteb

li l-Knisja Kattolika ma topponix

iż-żwieġ bejn persuni tal-istess

sess. Dan tqisu bħala impossibbli.

Li kien possibbli allura kien

ikollha tappoġġjah ladarba

l-Knisja tgħidilna li aħna rridu

nopponu kull diskriminazzjoni fuq

il-bażi ta’ attrazzjoni sesswali.

L-artiklu sħiħ f’paġna 13

2 Is-Sibt 17 ta’ Marzu 2012

MAĦRUĠ MILL-AZZJONI KATTOLIKA

Editur: Kan. John Ciarlò

Direzzjoni u Amministrazzjoni:

Istitut Kattoliku, Floriana FRN 1441. Tel. 21225847 Fax. 22039207

Stampat fil-Progress Press Co. Ltd., Valletta

e-mail: lehenissewwa@vol.net.mt – website: www.u.com.mt

Prezz ta' kull kopja: €0.40

Abbonament bil-posta:

Malta u Għawdex: €20.00; Ewropa u Afrika ta’ Fuq: €45.00;

Kanada, U.S.A., Asja u l-bqija ta’ l-Afrika: €60.00; Amerika

Latina,Taiwan, Awstralja u New Zealand: €70.00

Kull korrispondenza tiġi indirizzata hekk:

LEĦEN IS-SEWWA, Istitut Kattoliku, Floriana FRN 1441

•EDITORJAL

Inizjattivi stupendi

favur il-familja li

ħaqqhom kull appoġġ

Wieħed ma jistax ma jfaħħarx l-inizjattiva konġunta meħuda

mill-Ministeru għal Għawdex u l-Knisja t’Għawdex għat-twaqqif ta’

Ċentru ta’ Akkoljenza, kif ġie rrappurtat f’dan il-ġurnal il-ġimgħa

l-oħra. L-iskop ta’ dan iċ-Ċentru huwa li jilqa’ fih persuni jew

familji li minħabba problemi diversi jisfaw bla saqaf fuq rashom,

sakemm jinstabu soluzzjonijiet oħra.

Bi pjaċir qrajna li dan iċ-Ċentru ġie inawgurat fit-2 ta’ Marzu

wara li l-Knisja t’Għawdex identifikat u offriet il-post, waqt li

l-Ministeru għal Għawdex qed jieħu ħsieb ix-xogħol ta’ ristrutturar

u mmodernizzar biex dan ikun jista’ joffri ambjent akkoljenti għal

min ikollu bżonnu.

Illum ta’ spiss jingħad li anki f’pajjiżna, bħal f’pajjiżi oħra,

hawn ċertu faqar minkejja li minn barra mhux dejjem wieħed

jista’ jintebaħ bih. Iżda tajjeb niftakru li barra l-faqar ta’ ċerti

persuni u familji minħabba nuqqas ta’ mezzi finanzjarji, jeżisti

wkoll faqar affettiv. Dan għaliex minħabba li llum qegħdin ngħixu

f’soċjetà egoista u individwalista, hawn persuni li huma neqsin millgħożża

tal-familja u li għalhekk dawn saħansitra jaslu biex lanqas

biss isibu fejn joqogħdu u jkollhom il-kenn meħtieġ li jixraq lil kull

bniedem.

Kellu raġun Mons. Isqof Mario Grech, fid-diskors tiegħu waqt

l-inawgurazzjoni ta’ dan iċ-Ċentru ta’ Akkoljenza jgħid kemm

huwa importanti li quddiem il-bniedem maħbut, misruq mill-imħabba

u mitluq maġenb it-triq, ma nibqgħux għaddejjin indifferenti. Għallkuntrarju,

huwa dmir tagħna lkoll li bħas-Samaritan it-Tajjeb, nieqfu

biex noffru kura u dar għall-kenn.

Assoċjazzjoni li tirrappreżenta lill-familji

La qegħdin insemmu dan, ma nistgħux ukoll ma nurux l-apprezzament

sħiħ tagħna u ma nappoġġjawx bħala ġurnal kattoliku li ma jonqos qatt

jiddefendi u juri l-għożża kbira li għandu jkollna lejn il-familja, għallidea

stupenda u oriġinali li ħareġ biha l-istess Mons. Isqof Mario

Grech fl-okkażjoni tal-għoti tal-Premju “Familja Qalb tad-Deheb’’ fil-

11 ta’ Frar għat-twaqqif ta’ Assoċjazzjoni tal-Familja f’pajjiżna. Dan

bil-għan li din tħares id-drittijiet tal-familja fid-diversi oqsma tal-ħajja,

bħalma huma fl-edukazzjoni, fis-saħħa, fl-ekonomija, fid-dinja taxxogħol,

fid-divertiment, fil-politika, eċċ.

Aħna naqblu ma’ Mons. Isqof Grech li wasal iż-żmien li l-familja

jkollha vuċi fid-dibattitu soċjali u politiku. Huwa kellu raġun jistaqsi:

Għaliex bħalma jeżistu l-għaqdiet li ġustament jiddefendu d-drittijiet

tal-ħaddiema, tal-konsumatur u tal-annimali, ma għandux ikollna

għaqda biex tirrappreżenta lill-familji biex tgħasses ħalli l-liġijiet

u r-regolamenti tal-pajjiż ikunu jirrispettaw id-drittijiet naturali talfamilja?

Kif fostna hawn diversi gruppi bil-għan li jagħmlu pressjoni

pubblika – bħalma huma dawk favur l-ambjent jew dawk kontra

ċ-ċensura, għaliex ma għandniex nikkunsidraw li jkollna grupp ta’

familji li jaħdem favur il-familji?

L-Isqof Grech għamilha ċara li għaqda bħal din ma għandhiex

tkun konfessjonali ladarba l-ħarsien tal-familja huwa valur lajk u

mhux wieħed reliġjuż. Għax wara kollox hija l-istess qagħda prekarja

preżenti tal-familja li turi l-bżonn ta’ ħidma koordinata favur iddrittijiet

tal-familja. U żgur li anki f’dan il-kamp, l-Insara għandhom

x’joffru ladarba l-valuri nsara dwar iż-żwieġ u l-familja jaqblu

mal-valuri umani. U dan biex il-familja tibqa’ rispettata bħala kisba

għad-dinjità tal-bniedem u għall-formazzjoni tal-ġenerazzjonijiet

futuri.

Min tassew għandu għal qalbu l-familja Maltija, inklużi l-partiti

politiċi, ma jistax jonqos li jappoġġja din il-proposta stupenda tal-Isqof

Mario Grech.

•MADWARNA

Konferenza ‘Biżżejjed

għal Kulħadd’

Saret konferenza mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni Maltija dwar l-Ilma (MWA), Flimkien

għal Ambjent Aħjar (FAA) u d-Direttorat għal Eko-Għawdex u Żvilupp

Reġjonali - (Ministeru għal Għawdex).

Sa mit-twaqqif tagħha, il-

Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

dejjem emmnet li l-Knisja ma

tistax tgħix f’iżolament mir-realtajiet

tal-ħajja, imma trid tidħol flistorja

tal-bniedem b’mod l-aktar

sħiħ u attiv. Għalhekk fil-ħidma

tagħha, il-Kummissjoni dejjem

stinkat sabiex toħloq opportunitajiet

li jwasslu lis-soċjetà Maltija

ħalli tirrifletti fuq l-istil ta’ ħajja

li tgħix u l-għażliet li tagħmel.

Aktar minn hekk, il-Kummissjoni

taħdem ukoll sabiex toffri riflessjoni

Evanġelika dwar il-ġrajjiet li

nkunu qed nesperjenzaw u b’hekk

tgħin fit-tfassil ta’ etika ambjentali.

Wieħed mill-istrumenti li l-

Kummissjoni tuża biex tilħaq dan

il-għan hu li torganizza konferenzi.

“Biżżejjed għal Kulħadd”

hi t-tielet konferenza organizzata

mill-Kummissjoni. Din id-darba

l-Kummissjoni tellgħet il-konferenza

b’kollaborazzjoni mal-

Assoċjazzjoni Maltija dwar l-Ilma,

Flimkien għal Ambjent Aħjar

u d-Direttorat għal Eko-Għawdex

u Żvilupp Reġjonali (Ministeru

għal Għawdex). L-għan tal-konferenza

kien li jlaqqa’ flimkien lissetturi

konċernati ħalli jesploraw

aspetti partikolari tal-iżvilupp

sostenibbli, jaraw perspettivi differenti

u possibbilment joffru

soluzzjonijiet. It-temi magħżula

għall-konferenza kienu: l-ambjent

mibni, ir-riżorsi tal-ilma ħelu,

l-iżvilupp u l-insularità (b’mod

speċifiku f’Għawdex).

Il-Konferenza kienet imqassma

fuq tliet ġranet: id-9 ta’

Diċembru (Tema: Ambjent Mibni),

l-10 ta’ Diċembru (Tema:

Riżorsi tal-Ilma Ħelu) u s-17

ta’ Diċembru (Żvilupp Sostenibbli

f’Għawdex) 2011. B’kollox

ħadu sehem f’din il-konferenza ’l

fuq minn tmenin persuna li jinkludu

esperti fil-qasam tagħhom;

rappreżentanti ta’ diversi sezzjonijiet

tas-soċjetà Maltija, inklużi

periti, ekonomisti, żviluppaturi,

għalliema, kummerċjanti u professjonisti

f’diversi oqsma.

Kien hemm rappreżentanti

ta’ diversi awtoritajiet fosthom:

l-Awtorità Maltija tal-Ambjent

u l-Iżvilupp, l-Awtorità Maltija

għar-Riżorsi, Ministeru tar-Riżorsi

u Affarijiet Rurali, il-Korporazzjoni

tas-Servizzi għall-Ilma, il-

Kamra tal-Kummerċ Għawdxija.

Ħadu sehem ukoll rappreżentanti

tal-Gvern, tal-Oppożizzjoni u tal-

Alternattiva Demokratika.

Ħafna minn dawn ilparteċipanti

ħadu sehem filġurnata

li l-aktar kienet relevanti

għall-interess tagħhom, waqt li

oħrajn ħadu sehem f’aktar minn

ġurnata waħda. L-Arċisqof ta’

Malta, Mons. Pawlu Cremona u l-

Isqof ta’ Għawdex, Mons. Mario

Grech, kellmu lill-parteċipanti u

attendew għal xi sessjonijiet tal-

Konferenza.

Kull ġurnata bdiet b’numru

ta’ preżentazzjonijiet qosra minn

diversi esperti fuq it-temi li

kellhom jiġu diskussi u wara

l-parteċipanti tqassmu f’numru

ta’ workshops.

Premju Żagħżugħ tas-sena 2011

Il-Premju Żagħżugħ tas-Sena 2011 organizzat mill-Moviment Kerygma

din is-sena ntrebaħ mill-grupp taż-żgħażagħ SPYS (Salesian Pastoral Youth

Service).

Ir-rebbieħ tal-premju ġie

mħabbar mid-Direttur Ġenerali

tal-Moviment Kerygma, P.

Charles Fenech OP.

Il-preżentazzjoni tat-trofew

saret mill-E.T. Dr George Abela,

President ta’ Malta, fi tmiem

quddiesa li saret fil-knisja ta’

San Duminku, ir-Rabat, nhar il-

Ġimgħa, 2 ta’ Marzu.

Preżenti wkoll għal din iċċerimonja

kien hemm Tania

Borg, President tal-Moviment

Kerygma u n-Nutar Joseph Abela,

Chairperson tal-Bord tal-Għażla.

Il-grupp taż-żgħażagħ SPYS

inħoloq fl-1995 fuq l-ispirtu

ta’ San Ġwann Bosco, u huwa

kompost minn numru ta’ reliġjużi

u żgħażagħ lajċi b’esperjenza

bl-iskop ewlieni li jiżviluppaw

kemm il-persuna kif ukoll

komunitajiet. Dan jagħmluh

kemm fuq bażi nazzjonali kif

ukoll internazzjonali.

SPYS huwa magħmul minn

żewġ fergħat – waħda responsabbli

għall-attivitajiet lokali u l-oħra

għal inizjattivi barra minn xtutna.

Is-sezzjoni lokali torganizza

numru ta’ seminars u taħriġ,

kemm għall-membri tagħha kif

ukoll għal organizzazzjonijiet ta’

żgħażagħ oħra li huma affiljati

magħha. Huma jagħmlu wkoll

summer camps għal tfal ġejjin

minn lokalitajiet fejn hemm

bżonn ta’ aktar għajnuna. Din issezzjoni

torganizza wkoll numru

ta’ attivitajiet ta’ fund-raising

biex tiffinanzja l-attivitajiet

tagħha speċjalment il-mawriet talvolontiera

tagħha f’pajjiżi oħra.

Huma jorganizzaw ukoll

attivitajiet bħal Get Togethers

għal żgħażagħ oħra, u irtiri fost

oħrajn. SPYS għandha wkoll il-

Press Room tagħha li tieħu ħsieb

il-websajt kif ukoll itellgħu artiklu

kull ħmistax bl-isem “Quest”

f’waħda mill-gazzetti lokali u li

hija indirizzata lejn iż-żgħażagħ.

Is-sezzjoni l-oħra, bl-isem

SPYS.int, tieħu ħsieb numru

kbir ta’ proġetti għal żgħażagħ

u tfal oħra kemm f’Malta kif

ukoll fl-Ewropa, l-Afrika u

pajjiżi oħra. SPYS.int tieħu ħsieb

il-parteċipazzjoni tal-membri

tagħha f’seminars u proġetti oħra

organizzati fuq bażi Ewropea. Hija

wkoll attiva ħafna fil-volontarjat

f’pajjiżi bħall-Ghana, l-Indja u

l-Kenja, fejn kull sena tibgħat

numru ta’ voluntiera, kemm

membri tagħha kif ukoll żgħażagħ

oħra, biex jgħinu f’komunitajiet

fqar f’dawn il-pajjiżi.

SPYS.int tieħu ħsieb il-preparazzjoni

intensa li jkun hemm

bżonn issir qabel dawn iż-żjajjar

u tgħin ukoll fil-finanzjament.

Dan it-trofew jingħata kull sena

f’ġieħ il-memorja ta’ Dr Rudolph

Saliba li kien l-ewwel President

tal-Moviment Kerygma.

Il-President Abela feraħ

lil dan il-grupp għax-xogħol

siewi li qed jagħmel b’mod

speċjali ma’ min hu batut. Huwa

inkoraġġixxa lill-membri kollha

ta’ dan il-grupp biex ikomplu

fix-xogħol tagħhom fil-kamp

tal-volontarjat.

Il-President Abela ħa

l-okkażjoni wkoll biex jifraħ

lill-Moviment Kerygma li din

is-sena qed jiċċelebra l-25 sena

anniversarju mit-twaqqif tiegħu.

Huwa faħħar ix-xogħol fejjiedi li

l-Moviment jagħmel fis-soċjetà

Maltija u awgura li l-missjoni

tiegħu titkompla fil-futur.

Is-Sibt 17 ta’ Marzu 2012

ATTWALITÀ

3

Il-konverżjoni ta’

Catherine Adair

Fil-1996, Catherine Adair bdiet tadħdem bħala medical assistant u

counsellor fi Klinika tal-Abort. Sintendi, billi l-kelma “abort” tgerrex lillklijenti,

kienu jsejħulha “planned parenthood”. Kellha uffiċċju mill-isbaħ,

tilqa’ n-nies, aktarx ommijiet żgħażagħ u tagħti hekk imsejjaħ counselling

li ma kien counselling xejn. Ix-xogħol tagħha tħajjar lill-ommijiet biex

itemmu t-tqala u turihom kemm l-intervent hu ħaġa sempliċi. Tant li huma

isejħulha “procedure”. Hekk timxi l-industrija tal-abort. Isiru sinjuri minn

fuq il-qtil tat-trabi. Imma sintendi huma qatt ma jsejħu l-abort b’ismu.

Ix-xogħol tagħha kien li tipperswadi lill-ommijiet li ma ridux tqala, u

tikkonvinċihom li dak li qed jissawwar fil-ġuf, mhix tarbija imma biss

“ċappa laħam.”

Iżda darba waħda, it-tabib,

wara operazzjoni ta’ abort qalilha

biex tidħol fil-kamra ta’ ġewwa

u tnaddaf ftit il-kamra tal-operazzjonijiet.

Għall-ewwel ma

riditx. Hi ftakret li meta kellha

19-il sena hi wkoll kienet daħlet

f’kamra bħal dik u għamlet l-abort

meta hi kellha 11-il ġimgħa tqala.

U ma riditx terġa’ ġġib quddiem

moħħha t-tifkiriet tal-imgħoddi.

Imma kellha tidħol. X’ħin daħlet

ħadet l-ikbar xokk ta’ ħajjitha.

L-ikbar xokk ta’ ħajjitha

Nisimgħu lilha tirrakkonta:

“Dħalt fil-kamra ta’ ġewwa fejn

isiru l-aborti. U għajnejja marru

dritt fuq mejda fil-ġenb, kien

hemm vażun tal-ħġieġ, u filvażun

kien hemm par idejn u par

riġlejn ċkejknin ta’ tarbija. Kien

ser iħossni ħażin, ma flaħtx nara

dawk il-biċċiet ta’ ġisem imtertaq.

U ħriġt ‘il barra u mort ngħid littabib

li ma niflaħx innaddaf dik

il-kamra. Staqsieni, “Għaliex?”

Jiena ma flaħtx ngħidlu għaliex.

Dak li rajt b’għajnejja kien xokk

kbir għalija. Ħaġa brutali. Sa

dakinhar qatt ma fhimt biżżejjed

x’ifisser tagħmel abort. Imma

f’dik il-kamra kollox kien ċar,

abort ifisser tbiċċer tarbija.”

Issa hi min jaf kemm ħadet

sehem f’rallies favur l-abort, u

kemm issieltet għad-dritt tal-mara

biex tagħmel l-abort. Iżda qatt ma

ġieha f’rasha l-abort eżattament

x’inhu. Ippruvat tinsa u tidfen dak

li rat. Ippruvat terġa’ tmur għaxxogħol

qisu qatt ma rat xejn. Iżda

kif jgħidu, id-dnub ma jorqodx u

ma jħallikx torqod. Beda jagħtiha

spiss ħmar il-lejl. Tagħmel iljieli

ma torqodx, imwerwra. “Kont inqum

ħabta u sabta nwerżaq, xħin

kienu jiġu quddiem għajnejja

dawk il-biċċiet ta’ ġisem imtertaq.”

Ma felħitx tibqa’ taħdem f’dik

il-klinika. Teoretikament baqgħet

favur l-abort. Iżda ma kellhiex

ħila tibqa taħdem f’dik il-klinika.

Kellha konflitt kbir f’qalbha.

Minn naħa waħda favur id-dritt

għall-abort, iżda min-naħa l-oħra

ma kellhiex il-kuraġġ li tara

b’għajnejha l-brutalità tal-abort.

Telqet mill-klinika u sabet xogħol

ieħor. U ħalfet li tidfen kollox

ġo fiha, u ma tgħid lil ħadd b’dak

li rat b’għajnejha fil-klinika talabort.

Wara xi żmien, iżżewġet lil

wieħed Kattoliku prattikanti.

Lit-tfal ried jgħammidhom,

kien jeħodhom il-knisja għallquddiesa.

Hi għalkemm ma tantx

kienet konvinta, kienet tmur

mal-familja l-knisja wkoll. Catherine,

meta kienet żgħira kienet

mgħammda bħala Kattolika, iżda

l-familja tagħha ma kinux prattikanti.

Għalhekk hi kienet tgħid ġo

qalbha: “Insir kollox imma Kattolika

le”. Iżda aktar ma bdiet tmur

il-knisja, aktar bdiet tinġibed lejn

il-Fidi Kattolika.

Il-ġmiel tal-Quddiesa

Hija bdiet tissaħħar wara

l-ġmiel tal-Quddiesa u kienet

tħobb iżżur l-istatwi. Kienet

tissaħħar wara l-liturġija. Iżda kien

hemm xi ħaġa li kienet iżżommha

lura. Billi fiż-żgħożija tagħha hija

dejjem kienet “femminista” u min

jaf kemm ħadet sehem f’kampanji

favur il-kontraċettivi u favur l-

abort, hija bdiet issibha bi tqila li

tidħol fil-Knisja Kattolika li tant

kienet kontra l-abort. Kienet qed

issibha bi tqila li taċċetta t-tagħlim

tal-Knisja.

Ġesù kien qed jaħdem fiha

Iżda l-grazzja bdiet taħdem

fiha. Bdiet titlob, tipprattika d-

devozzjonijiet tal-Knisja, u fuq

kollox bdiet idduq il-ħlewwa tal-

Quddiesa u tifhimha aktar. “Ġesù

beda jagħtini l-grazzja li nħoss

il-preżenza tiegħu fil-Quddiesa u

bdejt nifhem li jridni nidħol fil-

Knisja tiegħu.”

Imbagħad, ħaġa tal-għaġeb,

bdiet tħoss il-bżonn li tmur tqerr,

tiftaħ qalbha ma’ xi konfessur

u tirrikonċilja ruħha ma’ Alla.

Għall-ewwel bdiet tibża’ millqrar.

Beżgħet tikxef id-dnubiet

tal-ħajja tagħha l-imgħoddija filklinika

tal-abort, kemm ħajret

ommijiet biex wettqu l-abort.

Marret xi 10 sibtijiet wara xulxin

biex tqerr … iżda kien jonqosha

l-kuraġġ u terġa’ lura. Sakemm

darba, fir-Randan tal-2009, għallewwel

darba resqet lejn il-ħniena

t’Alla fil-qrar. Hi stqarret kollox.

Liema ferħ ħasset f’qalbha! Liema

paċi tal-qalb xħin dnubietha

kollha ġew maħfura!

Fuq talba tal-konfessur, wara

l-qrara, ferħana se ttir, hi marret

fil-bank u bdiet tirreċta ir-Rużarju,

il-ħames posti tad-Dawl. “Minn

dakinhar bqajt ngħid ir-Rużarju

kuljum. Qatt ma fallejtu.”

L-Ewkaristija

U issa bdiet tixxennaq għall-

Ewkaristija. Wara kors ta’ tagħlim

Kattoliku resqet lejn l-Ewkaristija

fl-Għid tal-2009. “L-Ewkaristija

imlietli qalbi. Kemm kelli biża’

matul is-snin ta’ qabel! U issa

x’rigal mill-isbaħ irċevejt! Il-

Knisja kemm tagħtina doni kbar!

Ħassejtni twelidt mill-ġdid. Alla

baqa’ jitfa’ fuqi l-barka u l-grazzji

tiegħu b’elf mod.”

Issa saret Pro-Life

“Darba waqt il-Quddiesa,

il-Mulej fetaħli moħħi u urieni

s-sbuħija tat-tagħlim tal-Knisja

dwar il-qdusija tal-ħajja. Il-Mulej

neħħieli l-għamad minn quddiem

għajnejja, erġajt ftakart f’dawk

it-trabi maqtula fil-klinika talabort.”

Issa bdiet timpenja ruħha

biex ixxerred it-Tagħlim Kattoliku

favur il-Ħajja. Bdiet tieħu sehem

fi Pro-Life Rallies u titkellem

dwar il-kruha tal-abort u dwar ilqdusija

tal-ħajja.

L-industrija tal-abort tinqeda

b’ħafna ġideb. Żgur li l-aqwa

xhieda kontra l-abort hija ta’

dawk li kienu jaħdmu f’din l-industrija.

Ix-xhieda ta’ Catherine

qed ikollha impatt enormi fuq

l-opinjoni pubblika. Hija tgħid:

“Dak li jgħidu l-abortisti huwa

gidba mill-bidu sal-aħħar. L-abort

huwa qtil ta’ tarbija ħajja.”

“Dawk li jafu l-verità

għandhom id-dmir li jitkellmu

ċar,” tgħid Catherine.

12 Is-Sibt 17 ta’ Marzu 2012

•WARA L-PROPOSTA TAL-GVERN INGLIŻ

Qegħdin inġibu din l-Ittra Pastorali tal-Isqfijiet tal-Ingilterra u Wales li nqrat fil-knejjes il-Ħadd li għadda. L-Isqfijiet ħassew li

għandhom jiktbu din l-Ittra wara li l-Gvern Ingliż iddeċieda li jbiddel id-definizzjoni legali taż-żwieġ

La l-Knisja u lanqas l-Istat ma

għandhom is-setgħa li jbiddlu

l-għarfien fundamentali taż-żwieġ

Din il-ġimgħa l-Gvern ta’ Koalizzjoni huwa

mistenni li jippreżenta consultation paper fuq

il-bdil propost fid-definizzjoni legali taż-żwieġ

sabiex jiftaħ l-istituzzjoni taż-żwieġ għal rabtiet

bejn persuni tal-istess sess.

Illum irridu nqegħdu quddiemkom

il-viżjoni Kattolika tażżwieġ

u d-dawl li din titfa’ fuq l-

importanza taż-żwieġ fis-soċjetà

tagħna.

L-għeruq tal-istituzzjoni tażżwieġ

qegħdin fin-natura tagħna.

Aħna ġejna maħluqa bħala raġel

u mara, u fin-natura tagħna hemm

miktub dan il-mudell ta’ komplimentarjetà

u fertilità. Dan

il-mudell huwa bir-raġun affermat

minn ħafna tradizzjonijiet

reliġjużi oħra. It-tagħlim nisrani

jimla dan il-mudell u jirrivela t-

tifsira l-aktar profonda tiegħu,

iżda la l-Knisja u lanqas l-Istat

ma għandhom is-setgħa li jbiddlu

dan l-għarfien fundamentali tażżwieġ

innifsu.

Lanqas ma din hi sempliċi

materja ta’ opinjoni pubblika. Ladarba

nifhmuh bħala impenn għal

tul il-ħajja bejn raġel u mara, u

għall-ħolqien u t-trobbija tat-tfal,

iż-żwieġ huwa espressjoni talumanità

fundamentali tagħna. Ilpożizzjoni

tiegħu fil-liġi hija l-frott

prudenti tal-esperjenza, għall-ġid

tal-miżżewġin u l-ġid tal-familja.

B’dan il-mod, is-soċjetà tweġġaħ

il-koppja miżżewġa bħala l-għajn

u l-gwardjana tal-ġenerazzjoni li

ġejja. Bħala istituzzjoni, iż-żwieġ

huwa fil-bażi tas-soċjetà tagħna.

Hemm ħafna raġunijiet għaliex

in-nies jiżżewġu. Għall-parti l-

kbira tal-koppji, hemm għarfien

istintiv li l-istabilità taż-żwieġ

tipprovdi l-aħjar kuntest għattkabbir

tar-relazzjoni tagħhom

u għat-trobbija ta’ wliedhom.

Is-soċjetà tirrikonoxxi ż-żwieġ

bħala istituzzjoni importanti għal

dawn l-istess raġunijiet sabiex tkabbar

l-istabilità fis-soċjetà u biex

tirrispetta u tappoġġja l-ġenituri

fil-ħidma kruċjali li wieħed ikollu

t-tfal u li jrabbihom sew kemm hu

possibbli.

Il-Knisja tibda minn dan l-

apprezzament li ż-żwieġ huwa

istituzzjoni naturali u anki l-Knisja

tirrikonoxxi ż-żwieġ ċivili.

B’danakollu, l-għarfien Kattoliku

taż-żwieġ, jgħollih għal livell

ġdid. Kif jgħid il-Katekiżmu:

“Ir-rabta taż-żwieġ, li biha raġel

u mara flimkien iwaqqfu komunità

ta’ ħajja għal għomorhom u

li min-natura tagħha tfittex il-ġid

tal-miżżewġin u wkoll it-tnissil

u l-edukazzjoni tal-ulied, għallimgħammdin

ġiet mgħollija minn

Kristu l-Mulej għad-dinjità ta’

Sagrament” (para 1601).

Dan il-kliem xi ftit astratt huwa

rifless b’mod imperfett fl-esperjenza

tal-koppji miżżewġa. Aħna

nafu li fil-qalba ta’ żwieġ tajjeb

hemm ir-relazzjoni ta’ qawwa

meraviljuża u ta’ għana għallkoppja,

għal uliedhom, għaċ-ċirku

usa’ ta’ ħbieb u qraba u soċjetà.

Bħala sagrament dan hu lok fejn

tnixxi l-grazzja divina. Tassew, iżżwieġ

huwa qsim fil-misteru talistess

ħajja t’Alla, it-tnixxija ma

taqta’ qatt u perfetta tal-imħabba

bejn il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu

s-Santu.

Aħna nafu wkoll li bħalma

l-imħabba ta’ Alla hija kreattiva,

hekk ukoll l-imħabba tar-raġel u

tal-mara hija kreattiva ta’ ħajja

ġdida. Fl-essenza tagħha hija

miftuħa biex tilqa’ ħajja ġdida,

lesta biex tħobb u tikkura dik ilħajja

fil-milja tagħha, mhux biss

f’din id-dinja, iżda wkoll fl-eternità.

Din hija viżjoni għolja u nobbli,

għaliex iż-żwieġ huwa vokazzjoni

għolja u nobbli. Mhux faċli

li wieħed iħaddnu. Iżda aħna ċerti

li Kristu huwa fil-qalba taż-żwieġ,

għaliex il-preżenza tiegħu hija rigal

żgur ta’ Alla li huwa mħabba,

li ma jridx għall-imħabba bejn

ir-raġel u martu ħlief li jsibu l-

milja tiegħu. Għalhekk l-isforz ta’

kuljum li jitlob iż-żwieġ, il-ħafna

modi li fihom il-ħajja fil-familja

tkissirna u tiffurmana mill-ġdid,

hija qsim fil-missjoni ta’ Kristu,

dik li jagħmel viżibbli fid-dinja

l-imħabba kreattiva u li taħfer ta’

Alla.

B’dawn il-modi aħna nifhmu

ż-żwieġ bħala sejħa għall-qdusija

għar-raġel u għal martu, bl-ulied

li jagħrfuhom u jħobbuhom bħala

don ta’ Alla, bil-fedeltà u bil-permanenza

bħala l-limiti li joħolqu

l-ispazju sagru tiegħu. Iż-żwieġ

huwa wkoll xhieda kruċjali fissoċjetà

tagħna li tikkontribwixxi

għall-istabbiltà tiegħu, il-kapaċità

tiegħu għall-kompassjoni, għallmaħfra

u l-futur tiegħu b’mod li

ebda istituzzjoni oħra ma tista’

tagħmel.

Waqt li qegħdin inpoġġu quddiemkom

dawn il-ħsibijiet dwar

għaliex iż-żwieġ huwa daqstant

importanti, aħna rridu wkoll nirrikonoxxu

l-esperjenza ta’ dawk

li sofrew il-weġgħa ta’ luttu jew

ta’ tkissir ta’ relazzjoni u l-kontribut

tagħhom lill-Knisja u lissoċjetà.

Ħafna joffru eżempju

kbir ta’ kuraġġ u fedeltà. Ħafna

jippruvaw jagħmlu l-aħjar li

jistgħu f’sitwazzjonijiet diffiċli

u komplessi. Aħna nittamaw li

dawn ikunu dejjem milqugħa u

megħjuna biex iħossu ruħhom

membri apprezzati tal-komunitajiet

parrokkjali tagħna.

Ir-raġunijiet mogħtija mill-

Gvern tagħna għaliex irid ibiddel

id-definizzjoni taż-żwieġ

huma dawk tal-ugwaljanza u

d-diskriminazzjoni. Iżda l-liġi

preżenti tagħna ma tiddiskriminax

inġustament meta tirrikjedi

kemm lir-raġel kif ukoll lill-mara

għal żwieġ. Din sempliċement tirrikonoxxi

u tħares in-natura distintiva

taż-żwieġ.

Meta wieħed ibiddel iddefinizzjoni

taż-żwieġ ikun

qed jagħmel pass profondament

radikali. Il-konsegwenzi

għandhom issa jittieħdu bis-serjetà.

Il-liġi tgħin biex infasslu u

niffurmaw il-valuri soċjali u kulturali.

Bidla fil-liġi b’mod gradwali

u inevitabbli tittrasforma

l-għarfien tas-soċjetà tal-iskop

taż-żwieġ. Din tirriduċih għal

impenn ta’ żewġ persuni involuti.

Allura ma jkun hemm ebda

għarfien tal-komplimentarjetà tarraġel

u l-mara jew li ż-żwieġ huwa

intenzjonat għall-prokreazzjoni u

l-edukazzjoni tat-tfal.

Aħna għandna dmir illum

għan-nies miżżewġa u għal dawk

li jiġu warajna, li nagħmlu dak

kollu li nistgħu biex niżguraw li t-

tifsira vera taż-żwieġ ma tintilifx

għal ġenerazzjonijiet futuri.

Rev. V. Nichols

Rev. P. Smith

Is-Sibt 17 ta’ Marzu 2012

13

•IŻ-ŻWIEĠ OMOSESSWALI

Il-Knisja Kattolika u

ż-żwieġ bejn persuni

tal-istess sess

Patri Timothy Radcliffe O.P., ex-Ġeneral tad-Dumnikani

Il-Knisja Kattolika ma topponix iż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Dan

tqisu bħala impossibbli. Li kien possibbli allura kien ikollha tappoġġjah

ladarba l-Knisja tgħidilna li aħna rridu nopponu kull diskriminazzjoni fuq

il-bażi ta’ attrazzjoni sesswali.

Il-kwistjoni mhix dwar drittijiet

ta’ persuni omosesswali, iżda

l-veritá tal-għaġeb tal-umanitá

tagħna li hija li aħna annimali:

annimali razzjonali skont innies

tal-Medju Evu, annimali

spiritwali miftuħa biex naqsmu

l-ħajja ta’ Alla.

Fis-sagramenti, id-drammi

fundamentali tal-ħajja ta’ ġisimna

huma mbierka u jsiru miftuħa

għall-grazzja t’Alla: it-twelid u

l-mewt, l-ikel u x-xorb, is-sess

u l-mard. San Tumas t’Aquino

jgħid li l-grazzja tipperfezzjona

n-natura u mhux teqridha.

Differenza sesswali

Iż-żwieġ huwa mwaqqaf fuq

il-fatt glorjuż tad-differenza

sesswali u l-fertilità potenzjali.

Mingħajr din ma jkunx hemm

ħajja fuq din il-pjaneta, l-ebda

evoluzzjoni, ebda persuna, ebda

futur. Iż-żwieġ huwa istituzzjoni

plastika u jieħu kull xorta ta’

forma, mill-alleanza tar-razez

permezz ta’ bdil tal-għarusa salimħabba

romantika moderna.

Aħna wasalna biex naraw li

dan jimplika l-imħabba ugwali

u d-dinjità tar-raġel u l-mara.

Iżda kullimkien u deejjem dan

jibqa’ mwaqqaf fuq l-unjoni

fid-differenza tar-raġel u

l-mara. Permezz ta’ ċerimonji u

s-sagrament, dan jingħata tifsira

aktar profonda li għall-Insara

tinkludi l-unjoni ma’ Alla u malumanità

fi Kristu.

Dan mhux biex nuru b’mod

ikrah l-imħabba impenjata ta’ nies

tal-istess sess. Anki din għandha

tiġi apprezzata u appoġġjata li

għalhekk mexxejja reliġjużi saru

jappoġġjaw unjoni ċivili bejn

persuni omosesswali. Alla talimħabba

jista’ jkun preżenti f’kull

imħabba vera.

Idgħajjef iż-żwieġ

Iżda gay marriage (żwieġ bejn

persuni tal-istess sess) huwa

impossibbli għaliex dan jipprova

jdgħajjef iż-żwieġ mill-bażi

tiegħu fil-ħajja bioloġika tagħna.

Li kieku nagħmlu dan, inkunu

niċħdu l-umanità tagħna. Li

kellna nagħmlu dan inkunu bħal

nippruvaw nagħmlu torta talġobon

mingħajr ġobon, jew inbid

mingħajr għeneb.

Sa mill-bidu, il-Kristjaniżmu

ddefenda s-sbuħija u d-dinjità talħajja

tal-ġisem tagħna, imbierka

minn Alla li ħa l-ġisem u d-demm

bħalna. Din dejjem kienet tidher

xi ftit skandaluża għal bnedmin

spiritwali li jaħsbu li rridu neħilsu

mir-realtajiet imħawda tal-ġisem.

Għalhekk il-Knisja kellha topponi

l-Gnostiċiżmu fit-tieni seklu, il-

Maniteriżmu fir-raba’ seklu, il-

Katariżmu fis-seklu tlettax. Dawn

ilkoll jew kienu jiddisprezzaw

il-ġisem jew iqisuh bħallikieku

mhux importanti.

Aħna wkoll, bħallikieku

influwenzati mill-Katariżmu,

għandna tendenza li naħsbu li

aħna mħuħ fil-gaġġa tal-ġisem,

fatati f’magni. Ħabib ftit ilu qalli:

“Jien ruħ, iżda għandi ġisem”.

Iżda t-tradizzjoni Kattolika dejjem

insistiet fuq l-unità fundamentali

tal-persuna umana. San Tumas

t’Aquino qal: “Jien m’iniex ir-ruħ

tiegħi”.

Lynne Featherstone, l-Equalities

Minister, għandha raġun tgħid li

l-Knejjes ma għandhomx id-dritt

esklużiv li jiddeterminaw min jista’

jiżżewweġ – iżda lanqas l-Istat

ma għandu, għaliex sempliċement

ma nistgħux niddeċiedu b’xi att

mentali jew legali x’għandu jfisser

li tkun bniedem.

Iċ-ċiviltà tagħna tiffjorixxi biss

jekk tagħraf id-don tal-eżistenza

tal-ġisem tagħna, li tinkludi

l-kreattività tal-għaġeb taddifferenza

sesswali, mgħollija ’l

fuq fl-imħabba.

Jekk nagħtu għarfien formali

għal din permezz tal-istituzzjoni

taż-żwieġ bl-ebda mod ma nkunu

nnaqqsu l-barkiet li jwasslulna

persuni omosesswali.

Patri Timothy Radcliffe O.P.

24 Is-Sibt 17 ta’ Marzu 2012

•ANNIVERSARJU

Ċelebrazzjoni tas-60 anniversarju

mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tal-Arċisqof

Emeritus Ġużeppi Mercieca

Nhar il-Ħamis, 8 ta’ Marzu, L-Arċisqof Emeritus Mons. Ġużeppi

Mercieca mexxa konċelebrazzjoni ta’ radd il-ħajr flimkien mal-Arċisqof

Mons. Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Francis

Adeodato Micallef O.C., u għadd ta’ saċerdoti, fl-okkażjoni ta’ għeluq

is-60 sena tas-saċerdozju tiegħu fil-Katidral tal-Imdina. Preżenti għal din

il-konċelebrazzjoni kien hemm il-President ta’ Malta Dr George Abela.

Fl-omelija tiegħu, Mons. Mercieca

qal li f’għeluq is-60 sena

tas-saċerdozju tiegħu, jiftakar ilferħ

tal-ġenituri tiegħu meta qalilhom

li kien qed iħoss is-sejħa

tas-saċerdozju, kif ukoll il-ferħ

li kien ħass fit-8 ta’ Marzu 1952

meta kien ġie ordnat saċerdot

mill-Isqof Mons. Ġużeppi Pace.

Huwa kompla jgħid: “Kien

il-bidu ta’ triq twila, bit-tlugħ

u l-inżul tagħha. li fiha l-Mulej

ried ukoll li jiena nirċievi l-milja

tas-saċerdozju bl-ordinazzjoni

episkopali. Kienet triq li jiena fittixt

li ma ninsa qatt li l-vokazzjoni

hija don kbir ħafna u ta’ responsabbiltà

partikulari, għaliex inissilha

Alla u hija rigal tal-imħabba

ta’ Alla.”

Mons. Mercieca rringrazzja

lil Alla “tar-rigal kbir li tajtni bilvokazzjoni

saċerdotali minkejja

ċ-ċokon u d-dgħufija tiegħi.

Grazzi tal-għajnuna kollha li inti

tajtni matul is-60 sena li għaddew

u tal-grazzji kollha tiegħek filfrott

tal-ħajja saċerdotali tiegħi.

Nitolbok tibqa’ tgħinni

ħalli nkun saċerdot skont

ir-rieda tiegħek.”

Huwa kompla jirringrazzja

lil dawk kollha

li l-providenza t’Alla

qegħditlu fit-triq tassaċerdozju

tiegħu, fosthom

lill-ġenituri tiegħu u

lil dawk kollha li ħadem

magħhom fid-diversi

stadji ta’ servizz li l-Knisja

fdat f’idejh matul is-60

sena ta’ saċerdozju .

Mons. Arċisqof Emeritus

Mercieca stieden lis-saċerdoti

u lil dawk kollha preżenti biex

ilkoll ifittxu li jifhmu dejjem

aħjar x’jitolbu l-Mulej u l-Knisja

mis-saċerdot. Huwa fakkar li l-

presbiteri huma kkonsagrati biex

jipprietkaw l-Evanġelju, jirgħu

l-fidili u jiċċelebraw il-kult divin

bħala saċerdoti veri, iwasslu

l-ministeru tar-rikonċiljazzjoni

u tal-faraġ lill-fidili niedma jew

morda u jwasslu lil Alla l-Missier

il-ħtiġijiet u t-talb tal-fidili.

Huwa sostna li jekk l-għana

tal-Knisja ma jkunx Kristu,

ċertament il-Knisja tkun fqira u

sterili. Jekk il-Knisja ma tkunx

tirrifletti s-sbuħija unika ta’ wiċċ

Kristu, il-Knisja ma jkollhiex

sbuħija. Huwa temm ifakkar

dak li kien qal il-Papa Benedittu

XVI f’April 2010, meta ħeġġeġ

lis-saċerdoti Maltin “biex bħala

mudell li jispirana fil-missjoni

tagħna fost il-poplu t’Alla

inżommu lil San Ġorġ Preca li

kien saċerdot ta’ umiltà, tjubija,

ġentilezza u ġenerożitá mhux tassoltu,

profondament dedikat għattalb

u mħeġġeġ ħafna biex jikkomunika

l-veritajiet tal-Vanġelu”.

Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni,

inqara dan il-messaġġ tal-Papa

Benedittu XVI lil Mons.

Arċisqof Emeritus Ġużeppi

Mercieca: “Fl-okkażjoni sabiħa

tas-Sittin Anniversarju mill-Ordinazzjoni

Saċerdotali tar-Rev.

mu Ġużeppi Mercieca, Arċisqof

Emeritus ta’ Malta, inrodd ħajr

lil Alla għal tant grazzji li xerred

fuq il-Knisja permezz tal-karitá

pastorali u l-ministeru dedikat

tal-Arċisqof.

Nitlob l-Ispirtu s-Santu biex

ikompli jsostni lill-Arċisqof Mercieca

b’fidi qawwija u mħabba

ġeneruża. Waqt li nafda lill-

Eċċellenza Tiegħu fl-interċessjoni

ta’ San Ġorġ Preca u l-kura

ħelwa ta’ Marija, Omm il-Knisja,

kordjalment nagħti l-Barka Apostolika

tiegħi.

Il-Vatikan 8 ta’ Marzu 2012.”

Il-Liġi tal-Prokreazzjoni Assistita

Paġna 1

Sar magħruf l-Ministeru

tal-Ġustizzja beda jaħdem fuq

il-leġislazzjoni tal-Artificial Reproduction

Technology (ART)

u kif se jiġu regolati l-isptarijiet

f’Malta li se jibdew jipprovdu din

it-teknoloġija.

Meta sptar ikollu l-liċenzja

meħtieġa, il-Gvern irid jara min

fuq l-iskema nazzjonali tas-saħħa,

se jkun intitolat u x’tip ta’ servizz

se jkun intitolat għalih għal dak li

għandu x’jaqsam l-ART.

Fid-dawl tat-teknoloġija

riproduttiva, il-Knisja tinsisti fuq

il-ħtieġa li din tiġi ggwidata minn

ċerti valuri fundamentali biex jiġu

evitati abbużi serji. Fid-dokument

Donum Vitae (Ir-Rigal tal-Ħajja),

il-Knisja tgħallem li l-użu tatteknoloġija

riproduttiva huwa

moralment ġustifikat sakemm

il-ħajja, l-integrita u d-dinjitá talpersuna

jiġu mħarsa.

Il-ħajja umana tesiġi rispett

u dinjità sa mill-bidunett tależistena

tagħha u għalhekk l-

embriju f’ebda stadju tal-iżvilupp

tiegħu m’għandu jitqies bħala

xi ħaġa jew xi oġġett li, wara li

jintuża għal skopijiet ta’ esperimentazzjoni,

jintrema bħallikieku

kien xi biċċa materjal bioloġiku.

Il-metodi tal-prokreazzjoni

artifiċjali m’għandhomx jiġu

applikati fejn hemm indikazzjoni

li t-tarbija li se titwieled tkun

imċaħħda minn ambjent xieraq

fejn tista’ tiżviluppa l-kwalitajiet

psikoloġiċi, emozzjonali u morali

tagħha. Kull tarbija għandha dritt

titnissel u titwieled fiż-żwieġ u

miż-żwieġ u kull indħil ta’ persuna

barranija bejn il-koppja

miżżewġa huwa vjolazzjoni talgħaqda

u tal-fedeltà taż-żwieġ.

Waqt li l-Knisja tifhem ixxewqa

naturali tal-koppja li

jkollha tarbija tagħha, iżda tinsisti

li din ix-xewqa u l-ansjetà

m’għandhomx inessu lill-koppja

li mhux dak kollu li qed toffri

t-teknoloġija medika huwa

moralment tajjeb.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!