14.12.2012 Views

Joseph DeBono, President - Choral and Orchestral Society

Joseph DeBono, President - Choral and Orchestral Society

Joseph DeBono, President - Choral and Orchestral Society

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

TLIET ANNIVERSARJI

Michael Bonanno

Din is-sena l-Għaqda tagħna qiegħda tfakkar tliet anniversarji

importanti. Dawn huma l-15-il sena mir-restawr

ta’ l-Għajn tal-Mellieħa, u 10 snin mir-rappreżentazzjoni

storika taċ-Ċentinarju mill-Inkurunazzjoni tal-Madonna

tal-Mellieħa u ż-żjara mill-Kor u Orkestra fil-belt ta’ Adenau

l-Ġermanja.

Ċentinarju mill-Inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Mellieħa

Fis-snin disgħin, l-Għaqda tagħna ħadet il-fama li ttella

rappreżentazzjonijiet storiċi b’suċċess fosthom dak

dwar l-Assedju l-Kbir. Fl-1999 kien imiss li tiġi mfakkra

l-festa taċ-Ċentinarju tal-Inkurunazzjoni tal-Madonna

tal-Mellieħa, fejn ġiet imtella` rappreżentazzjoni storika

dwar din l-istorja fil-bitħa ta’ l-istess Santwarju. Għal

dan id-dramm, inkitbet mużika għall-okkażjoni, intużaw

persunaġġi fl-istorja b’kostumi adatti u kienu intervistati

L-iskript kien ta’ Dun Mose` Debono, id-direzzjoni kienet

f’idejn il-President ta’ l-Għaqda, s-Sur Joseph DeBono

u s-Sur Vince Zahra li ħolqu l-persunaġġi u qassmu lprogramm,

filwaqt li l-mużika tmexxiet mis-surmast Mro.

Victor Vella.

L-ewwel Żjara f’Adenau l-Ġermanja

Membri ta’ l-Għaqda żaru l-belt ta’ Adenau fil-

Ġermanja, bejn id-19 u s-27 ta’ Gunju 1999. Dawn ilmembri

tellgħu żewg programmi mużikali bis-sehem talkor

u orkestra, u żfin folkloristiku b’kostumi Maltin fil-pjazez

ewlenin ta’ Cologne u ta’ Bonn. F’Adenau, ħadna sehem

f’quddiesa ta’ l-iscouts fl-okkażjoni tal-festa ta’ San

Ġorg u tellajna programm mużikali fl-‘Open House Day’

ta’ l-isptar San Josef.

Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġwann, nhar il-Ħamis 24

ta’ Ġunju, ġiet imtella’ Akkademja Mużiko-Letterarja filknisja

ta’ San Johannes, f’Adenau stess. Il-konslu Malti,

s-Sur Kraemer, stieden lill-membri fir-residenza tiegħu

ġewwa Cologne, u ġew ospitati wkoll fl-Ambaxxata

Maltija, f’Bonn, mill-Ambaxxatur Malti għall-Ġermanja,

s-Sur Carmel Aquilina. Din iż-żjara kienet waħda memorabbli

u ta’ unur mhux biss għal dawk kollha li ħadu

sehem fiha imma wkoll għall-Mellieħa u għal pajjiżna.

L-Għajn tal-Mellieħa

Fl-24 ta’ Lulju 1994, saret l-inawgurazzjoni tax-xogħol lest

fir-restawr tal-Għajn tal-Mellieħa. Din l-għajn għandha

storja ta’ mijiet ta’ snin, u kienet taqta’ l-għatx kemm

tan-nies kif ukoll tal-bhejjem u tar-raba’. Qabel sar irrestawr,

l-għajn kien ilha fuq 30 sena abbandunata,

bla ilma, bil-ħwat tal-ħassiela kważi mirdumin. Membri

ta’ l-‘Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina’ ħadu

ħsieb ir-restawr ta’ din l-għajn li kien jikkonsisti fit-tindif

tal-kanal il-kbir, tindif u restawr tat-tliet iħwat li minnhom

kienu jixorbu l-bhejjem kbar huma u sejrin għax-xogħol

jew ġejjin lura, saru l-imwieżel li minnhom jgħaddi l-ilma

żejjed mill-ħwat għall-ħwat tal-ħassiela ftit ‘l bogħod,

ġew irrestawrati l-ħwat tal-ħassiela, ġiet iċċangjata lpjazzetta

u l-passaġġ ‘l fuq lejn il-ġibjun u sar il-pont imsaqqaf

bl-injam.

Page 13

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!