14.12.2012 Views

Joseph DeBono, President - Choral and Orchestral Society

Joseph DeBono, President - Choral and Orchestral Society

Joseph DeBono, President - Choral and Orchestral Society

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

SFIDI LI SE JINBIDLU F’OPPORTUNITAJIET

Robert Cutajar, Sindku

Ħidmet l-Għaqdiet Mużikali fil-Mellieħa dejjem kienu

ta` kontribut fil-mixja `l quddiem tul is-snin tar-raħal

tagħna. F`dan is-sens, l-Għaqda Korali u Orkestrali

Maria Bambina mhix eċċezzjoni anzi wieħed irrid

jammira l-impenn tal-membri tagħha li fl-aħħar xhur

daħlu għal sfida li jien konvint li se tkun qed trendi

f`opportunitajiet u aktar ħidma sfieqa fil-Mellieħa.

Il-bini mill-ġdid tal-każin tal-għaqda huwa pass fiddirezzjoni

t-tajba fejn b`mod għaqli, d-direzzjoni ma`

beżgħetx tieħu dawk id-deċiżjonijiet xierqa għax

jien ċert li żammet f`moħħha li s-sagrifiċċji tal-lum ser

ikunu żgur is-sodisfazzjonijiet ta` għada. Ir-riżultati filqasam

mużikali biċ-ċertifikati miksuba mill-istudenti

fi ħdan l-Għaqda huma xhieda tal-missjoni li din

l-għaqda qed twettaq fil-Mellieħa. Huwa l-obbligu

tagħna bħala Kunsill li dan nirrikonoxxuh u safejn

huwa possibbli nkomplu nagħtu s-sapport tagħna filħidma

li għaqdiet u soċjetajiet bħall-Għaqda Korali

u Orkestrali ‘Maria Bambina’qed iwettqu fil-Mellieħa.

Ninsabu mill-ġdid f`dawn il-jiem ta` Festa fejn

bħala poplu Mellieħi wieħed maqgħud flimkien

niċċelebraw il-jum tat-twelid ta` Ommna Marija

Bambina. Huma ġranet li jerġgħu jikkonfermaw ilkwalitjaiet

sbieħ li dan il-poplu huwa mogħni bihom.

Fuq kollox tispikka l-għaqda, għaqda li matul is-sena

ħidmet il-Kunsill Lokali flimkien mal-għaqdiet tal-lokal,

inkluż din l-għaqda, kompliet tgħin biex din tkompli

toħrog fil-beraħ. Anke hawn ippermettuli nieħu din

l-okkażjoni biex f`isem sħabi l-kunsilliera nirringrazzja lil

din is-socjeta’ għall-fatt li kull meta ġiet mitluba dejjem

laqgħet bi pjaċir l-istedin tagħna bħala Kunsill

u pparteċipat fl-attivitajiet li tellajna. Ma nistax ma

nsemmix ukoll il-biċċa xogħol tajba li din l-għaqda

qed twettaq f`waħda mill-attrazzjonijiet prinċipali fillokal

tal-Mellieħa, ix-xelters tal-Gwerra , wara li dawn

ftit tas-snin ilu kienu ġew devoluti mill-Gvern lill-Kunsill

Lokali.

Nagħlaq dawn il-kelmtejn qosra tiegħi billi filwaqt li

nawgura lill-membri kollha li jiffurmaw din is-Soċjeta`

l-isbaħ xewqat għall-Festa ta` Marija Bambina

nkompli nħeġġeġ lill-poplu Mellieħi japprezza dejjem

il-ħidma tal-għaqdiet tagħna fil-Mellieħa u

jkunu dejjem parteċipi fl-attivitajiet li huma jtellgħu.

Il-preżenza tagħna ċert li tkompli timla b`aktar

kuraġġ lil dawn in-nies membri fid-diversi għaqdiet

fir-raħal tagħna, li b`mod volontarju qed jagħtu

ħinhom u saħħithom biex ikomplu jsaħħu fost l-oħrajn

il-valuri sbieħ li ħallewlna l-antenati tagħna apparti li

noħorgu aktar fil-beraħ il-karatteristiċi tagħna bħala

poplu.

Page 7

Partiċipazzjoni mill-membri tal-Għaqda waqt il-festa tal-Ħġejjeġ ta’ San Ġwann 2009, li tifforma

parti mill-ftehim kulturali mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa

Page 7

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!