14.12.2012 Views

l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana - Cancer Screening

l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana - Cancer Screening

l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana - Cancer Screening

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana

MALTESE

Ktejjeb ta’ l-Informazzjoni

Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana

Għarfien:

Il-Gvern Awstraljan jixtieq jirrikonoxxi Il-kontribuzjonijiet importanti u s-sapport ta’ Medicare

Australia u tan-National Bowel Cancer Screening Program Advisory Group, inklużi l-istati u

t-territorji, biex jitwaqqaf dan il-Programm.

Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana - Ktejjeb ta’ l-Informazzjoni

ISBN: 1-74186-606-5

Online ISBN: 1-74186-607-3

Publications Number: P3 - 3865

Pubblikazzjonijiet fuq il-karta

© Commonwealth of Australia 2008

Jeddijiet miżmuma. Barra mill-użu permess mill-Att tal-Jedd ta’ l-Awtur 1968, l-ebda parti ma

tista’ tkun riprodotta bl-ebda proċess mingħajr il-kunsens bil-miktub mill-Commonwealth.

Talbiet u mistoqsijiet dwar ir-riproduzzjoni u l-jeddijiet għandhom ikunu indirizzati lill-

Commonwealth Copyright Administration, Attorney General’s Department, Robert Garran

Offices, National Circuit,Barton Act 2600 jew impustati fuq http://www.ag.gov.au/cca

Siti ta’ l-Internet

© Commonwealth of Australia 2008

Jeddijiet miżmuma. Tista’ tniżżel, turi, tipprintja u tirriproduċi dan il-materjal mingħajr tibdil

fil-forma (billi żżomm dan l-avviż) għall-użu personali, mhux kummerċjali, tiegħek biss jew

biex tużah fl-organizzazzjoni tiegħek. Barra mill-użu permess mill-Att tal-Jedd ta’ l-Awtur

1968, il-jeddijiet l-oħrajn kollha huma miżmuma. Talbiet u mistoqsijiet dwar ir-riproduzzjoni

u l-jeddijiet għandhom Ikunu indirizzati lill-Commonwealth Copyright Administration,

Attorney General’s Department, Robert Garran Offices, National Circuit, Barton ACT 2600 jew

impustati fu http://www.ag.gov.au/cca

Dan il-ktejjeb ta’ l-informazzjoni ma jistax ikun

komprensiv għal kollox u huwa mifhum bħala gwida

biss. M’għandux jieħu post il-parir mediku individwali u

jekk ikollok xi tħassib dwar saħħtek jew mistoqsijiet oħra

għandek tqajjimhom mat-tabib tiegħek.

Ktejjeb ta’ l-Informazzjoni

Programm

Nazzjonali

ta’ l-Iskrining

tal-Kanċer fil-Musrana

Kif huma protetti d-dettalji personali

u l-privatezza tiegħek…

Id-dettalji tan-nies li jkunu mistiedna biex jieħdu sehem

fil-Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana

jkunu mniżżlin fir-Reġistru tal-Programm Nazzjonali ta’ l-

Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana.

Medicare Australia żżomm ir-Reġistru.

Din hija l-istess organizzazzjoni li żżomm ir-rekords tal-

Medicare tiegħek. Inti tista’ tibqa’ żgur li l-informazzjoni

personali tiegħek u r-riżultati tat-test jinżammu privati u

konfidenzjali. L-Informazzjoni miżmuma fir-Reġistru

hija protetta mil-liġi (l-Att tal-Privatezza 1988)

u ma tinkixifx illegalment.

Aktar Informazzjoni dwar ir-Reġistru u dwar il-protezzjoni

tal-privatezza tiegħek tinstab fl-Appendiċi f’paġna 21.

PAGNA

Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana

PAGNA

Ktejjeb ta’ l-Informazzjoni

Werrej

Daħla 5

Dwar il-musrana tiegħek 6

Dwar il-kanċer fil-musrana 7

Xinhu l-kanċer fil-musrana? 7

Kemm huwa komuni l-kanċer fil-musrana? 8

X’ jikkaġuna l-kanċer fil-musrana? 8

Liema huma s-sintomi tal-kanċer fil-musrana? 9

Il-kanċer fil-musrana jista’ jitfejjaq? 9

Il-kanċer fil-musrana jista’ jkun skansat? 9

Min huwa fir-riskju li jkollu kanċer fil-musrana? 10

X’ inhi storja sinjifikanti fil-familja ta’ kanċer fil-musrana? 10

Skrining tal-kanċer fil-musrana 11

Xinhu l-iskrining? 11

X’ jinvolvi l-FOBT? 11

X’ jiġri mir-riżultati tal-FOBT tiegħi? 12

X’ juri l-FOBT? 13

X’ jiġri jekk inkun għamilt test tal-kanċer fil-musrana

fi proċess ieħor? 13

X’ jiġri jekk ir-riżultat tiegħi ikun pożittiv 14

Fiex jikkonsisti t-test bit-teleskopju (colonoscopy)? 14

Hemm xi riskji fit-test bit-teleskopju? 15

Fejn nista’ nagħmel test bit-teleskopju? 15

Kemm iqum test bit-teleskopju? 16

X’ jiġri jekk jinstab kanċer fil-musrana? 16

X’ jiġri jekk it-test bit-teleskopju ma juri xejn? 16

PAGNA

Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana

Il-Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana 17

Fiex jikkonsisti l-Programm? 17

Għalfejn qegħdin ikunu mistiedna biex jieħdu sehem dawk

biss li se jagħlqu 50, 55 jew 65 sena? 18

Ma rridx nieħu sehem. Nista’ nagħti l-istedina tiegħi

lil xi ħadd ieħor? 18

X’ jiġri jekk ikolli bżonn ta’ pakkett ieħor tat-test? 18

X’ jiġri jekk ma nkunx nista’ nifhem l-istruzzjonijiet tat-test? 19

Obbligat/a nieħu sehem? 19

X’ jiġri jekk nagħżel li ma nieħux sehem fil-Programm? 19

Għażla biex tibqa’ barra mill-Programm 19

Tissospendi ruħek mill-Program 20

X’ jiġri jekk inkun għażilt li nibqa’ barra mill-Programm

imbagħad inbiddel fehmti dwar sehmi fil-Programm? 20

Appendiċi: Ir-Reġistru 21

X’ jagħmel ir-Reġistru? 22

X’ informazzjoni tinżamm fir-Reġistru? 23

Għalfejn tkun użata din l-informazzjoni? 23

X’ jiġri jekk id-dettalji personali tiegħi huma żbaljati jew jinbidlu? 24

Għal Aktar Informazzjoni 25

Websajts 26

Formola Biex tibqa’ Barra/Tissospendi 27

PAGNA

Ktejjeb ta’ l-Informazzjoni

Daħla

Fl-Awstralja madwar wieħed minn kull 18-il raġel u waħda minn kull 27 mara

jiżviluppaw kanċer fil-musrana qabel ma jagħlqu 75. Din hija waħda millogħla

rati tal-kanċer fil-musrana fid-dinja. Kull sena jinstabu madwar 12,900

każijiet ġodda tal-kanċer fil-musrana u madwar 4,100 ruħ imutu b’ din

il-marda. Dan ifisser li l-kanċer fil-musrana huwa t-tieni l-iktar kawża komuni

ta’ imwiet marbutin mal-kanċer wara l-kanċer tal-pulmun.

Aħbar tajba hija li l-kanċer fil-musrana huwa wieħed mit-tipi ta’ kanċrijiet li

l-iktar li jistgħu jitfejqu jekk jinstabu minn kmieni. Jekk il-kanċer jinstab qabel

ma jinfirex ‘l barra mill-musrana, iċ-ċans li tgħix mill-anqas ħames snin wara

d-dijanjosi huwa ta’ 90%. Is-sejba minn kmieni toffri l-aħjar tama li jitnaqqas

in-numru ta’ l-Awstraljani li jmutu ta’ kull sena bil-kanċer fil-musrana.

It-tieni fażi tal-Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana

bdiet fl-1 ta’ Lulju 2008 u toffri t-test lil dawk li jagħlqu 50, 55 or 65 sena bejn

Jannar 2008 u Diċembru 2010. Inti ntagħżilt biex tieħu parti f’din il-fażi tal-

Programm.

Dan il-ktejjeb jagħtik il-fatti prinċipali dwar il-kanċer fil-musrana, dwar test ta’

skrining sempliċi tal-kanċer fil-musrana imsejjaħ Test għad-Demm Moħbi

fl-Ippurgar [a Faecal Occult Blood Test (or FOBT)] u dwar testijiet oħra talkanċer

fil-musrana. Jgħidlek ukoll dwar kif tista’ tnaqqas ir-riskju tiegħek li

tmut bil-kanċer fil-musrana billi tieħu sehem fl-iskrining tal-kanċer

fil-musrana.

PAGNA

Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana

Dwar il-Musrana Tiegħek

Il-musrana tiegħek hija parti mis-sistema diġestiva tiegħek ta’ l-ikel. Hija

tgħaqqad l-istonku tiegħek ma’ l-anus, minn fejn il-materjal ħażin (imsejjaħ

ħidma tal-musrana jew ippurgar) jgħaddi ‘l barra mill-ġisem. Il-Funzjoni talmusrana

hija li tispiċċa id-diġestjoni ta’ l-ikel billi tassorbi l-ilma u n-nutrijenti.

Il-musrana tiegħek għandha tliet

partijiet:

• il-musrana ż-żgħira – li

prinċipalment tassorbi n-nutrijenti

mill-ikel imfarrak;

PAGNA

• il-musrana l-kbira (colon) – li

prinċipalment tassorbi l-Ilma; u

• it-tarf tal-musrana l-kbira (rectum)

– li jerfa’ l-materjal ħażin sakemm

jinħareġ mill-ġisem permezz ta’ lanus.

Il-colon u t-tarf tagħha ( rectum)

flimkien huma magħrufa bħala lmusrana

l-kbira. Il-kanċer fil-musrana

ġeneralment jaffettwa l-musrana

l-kbira. Il-kanċer fil-musrana l-kbira

huwa magħruf ukoll bħala kanċer

kolorektali (colorectal). Il-kanċer filmusrana

ż-żgħira

huwa rari.

Il-Musrana z-Żgħira

Il-Kolon

Ir-Rektum

L-Anus

L-illustrazzjonijiet f’ paġna 6 u 7 huma adattati mill-illustrazzjonijiet

oriġinali, kortesija ta’ The Cancer Council Victoria.

Ktejjeb ta’ l-Informazzjoni

Dwar il-Kanċer fil-Musrana

X’inhu l-kanċer fil-Musrana?

Il-kanċer fil-musrana huwa tikbir malinju li jiżviluppa l-aktar komunement

fil-musrana l-kbira. Ħafna mill-kanċrijiet fil-musrana jiżviluppaw minn tikbir

żgħir li jissejjaħ felul (polyps). Il-felul ikunu qishom tikek żgħar fuq l-inforra

tal-musrana jew bħaċ-ċirasa fuq iz-zkuk. Mhux il-felul kollu jsir kankruż. Jekk

il-felul jitneħħa, jitnaqqas ir-riskju tal-kanċer fil-musrana.

Il-Bidu tal-kanċer fil-musrana

Ċelluli

Ċelluli Ċelluli anormali Kanċer

normali anormali jimmultiplikaw Felul fil-musrana

Tarf

Arterja

PAGNA

Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana

Kemm huwa komuni l-kanċer fil-musrana?

Il-kanċer fil-musrana huwa l-iktar kanċer komuni ta’ l-intern, b’madwar

12,900 każ ġdid fis-sena. Huwa wkoll kawża maġġuri ta’ l-imwiet bil-kanċer

b’madwar 80 Awstraljan imutu bil-kanċer fil-musrana fil-ġimgħa. Matul l-

2003 il-kanċrijiet tal-pulmun, fil-musrana, fil-prostata u tas-sider kienu l-iktar

kawża komuni ta’ mwiet relatati mal-kanċer fl-Awstralja kif muri fil-Figura 1.

Figura 1: In-numru ta’ mwiet li ġraw fl-Awstralja millkanċrijiet

interni l-aktar komuni matul l-2003

Numru ta’ mwiet

4506

2382

2837

X’jikkaġuna l-kanċer fil-Musrana?

Huwa diffiċli li tagħti raġuni waħda. Madankollu, għal ħafna min-nies

huma l-età u d-dieta tagħhom li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-kanċer

fil-musrana.

PAGNA

Pulmun

Musrana

Prostata

Sider

2482

1990

2710

Pulmun Musrana Prostata Pulmun Musrana Sider

Irġiel Nisa

Ktejjeb ta’ l-Informazzjoni

Xinhuma s-sintomi tal-kanċer fil-musrana?

Il-kanċer tal-musrana jista’ jiżviluppa mingħajr sintomi evidenti. Għalhekk huwa

importanti li tagħmel l-iskrining. Madankollu, s-sintomi jistgħu jinkludu:

• dmija mir-rektum jew xi sinjal ta’ demm wara l-ippurgar;

• bdil riċenti u persistenti fil-frekwenza tas-soltu ta’ l-ippurgar, per eżempju

jekk ikollok ippurgar iktar maħlul, xedda qawwija u/jew jekk ikollok bżonn

tmur tinqeda ta’ spiss iktar mis-soltu;

• għejja mingħajr spjegazzjoni (sintomu ta’ anemija);

• uġigħ ta’ żaqq.

Ftakar: Jekk tosserva xi sintomi minn dawn, ma jfissirx li

jkollok il-kanċer fil-musrana, iżda huwa importanti ħafna li

tiddiskutihom mat-tabib tiegħek.

Il-kanċer fil-musrana jista’ jitfejjaq?

Il-kanċer fil-musrana huwa wieħed mit-tipi ta’ kanċrijiet li l-iktar jistgħu

jitfejqu jekk jinstabu minn kmieni.

Il-kanċer fil-musrana jista’ jkun skansat?

Filwaqt li ebda kanċer mhuwa skansabbli għal kollox, tista’ tnaqqas ir-riskju

tal-kanċer fil-musrana billi tiekol dieta tajba u tagħmel eżerċizzi regulari.

Qatt mhuwa tard wisq biex tagħmel tibdil fid-dieta u fl-istil ta’ ħajja tiegħek.

Jekk tkun tixtieq iktar tagħrif dwar dieta tajba, tkellem mat-tabib tiegħek,

ċempel il-Linja ta’ l-Informazzjoni fuq 1800 118 868 biex tikseb ktejjeb ta’

informazzjoni, jew idħol fil-websajt tal-Programm f’

www.cancerscreening.gov.au

PAGNA

Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana

Min huwa fir-riskju li jkollu kanċer fil-musrana?

Kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa huma fir-riskju li jiżviluppaw kanċer fil-musrana.

Ir-riskju huwa ikbar jekk:

• għandek 50 sena u fuqhom – ir-riskju tiegħek jikber ma’ l-età;

• kellek marda infjammatorja tal-musrana, bħal marda ta’ Crohn jew

infjammazzjoni tal-musrana b’ġerħa (ulcerative colitis);

• qabel kellek tipi speċjali ta’ felul, li jissejħu adenomi (adenomas), filmusrana;

jew

• għandek storja sinjifikanti fil-familja ta’ kanċer fil-musrana jew tal-felul.

X’ inhi storja sinjifikanti fil-familja ta’ kanċer fil-musrana?

Tkun ikkunsidrat/a li għandek storja sinjifikanti fil-familja tal-kanċer filmusrana

jekk xi ħadd li jiġi minnek fil-qrib (ġenitur, ħu, oħt jew iben/bint)

żviluppa kanċer tal-musrana f’età żgħira (taħt il-50 sena) jew jekk iktar minn

qarib wieħed fuq l-istess naħa kellhom kanċer fil-musrana.

Aktar minn 75% ta’ dawk li jkollhom kanċer fil-musrana ma jkollhomx storja

ta’ kanċer fil-musrana fil-familja.

Jekk taħseb li għandek storja ta’ kanċer fil-musrana fil-familja, għandek

titkellem mat-tabib tiegħek dwar ir-riskju li jkollok din il-marda.

PAGNA 0

Ktejjeb ta’ l-Informazzjoni

L-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana

Xinhu l-iskrining?

L-iskrining jikkonsisti f’test għall-kanċer fil-musrana f’dawk in-nies li ma

jkollhomx sintomi evidenti tal-marda. Il-mira hija li jinstabu xi felul jew kanċer

minn kmieni meta huwa iktar faċli li jkunu kkurati u mfejqa.

Il-kanċer fil-musrana jista’ jiżviluppa mingħajr ebda sinjali minn kmieni.

Il-kanċer jista’ jikber fuq l-inforra tal-musrana għal ħafna snin qabel ma’

jinxtered għal ma partijiet oħra tal-ġisem. Spiss joħorġu kwantitajiet żgħar

ta’ demm minn dan it-tikbir u jgħaddu fl-ippurgar qabel ma jkunu innutati xi

sintomi.

Eżami li jissejjaħ Test għad-Demm Moħbi fl-Ippurgar (jew FOBT) jista’ jsib

dawn il-kwantitajiet żgħar tad-demm fl-ippurgar tiegħek. Il-FOBT ifittex

id-demm fl-ippurgar tiegħek, iżda mhux il-kanċer fil-musrana innifsu.

Għalkemm l-ebda test ta’ l-iskrining mhuwa 100% bla żball, bħalissa il-FOBT

huwa it-test ta’ l-iskrining tal-kanċer fil-musrana li huwa riċerkat l-aħjar.

Jekk tiżviluppa xi sintomi tal-kanċer fil-musrana jew issib li hemm storja talkanċer

fil-musrana fil-familja tiegħek għandek titkellem mat-tabib tiegħek

mill-aktar fis possibbli.

X’ jinvolvi l-FOBT?

Il-FOBT huwa test sempliċi li inti tista’ tagħmel id-dar qabel ma tibagħtu lillaboratorju

tal-patoloġija biex ikun analizzat. It-test huwa ħafif, isir malajr u

mingħajr uġigħ. Biex jiżdiedu ċ-ċansijiet li jinstabu l-kwantitajiet żgħar taddemm

fl-ippurgar tiegħek, ikollok bżonn tieħu kampjuni minn żewġ episodji

ta’ l-ippurgar. Billi t-test jinvolvi li tieħu kampjuni separati, mhuwiex prattiku li

tagħmel it-test fil-klinika tat-tabib tiegħek.

Il-pakkett tal-FOBT fih karta bl-istruzzjonijiet, għalhekk, jekk jogħġbok,

aqraha sewwa qabel ma tagħmel it-test.

PAGNA

Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana

Għandek tagħmel il-FOBT mill-aktar fis possibbli u tiżgura li dejjem ikun

miżmum f’post frisk (mhux ogħla minn 25°C). Jekk tgħix fi klima fejn ittemperatura

tal-kamra hija ogħla minn din, tista’ żżommu fil-friġġ, iżda

żommu ‘l bogħod mill-ikel u tiffriżahx.

Malli tkun ġbart il-kampjuni, ibagħthom lil-laboratorju tal-patoloġija flinvilops

li ssib fil-pakkett, biex jittestjawh. Meta tibgħat għall-analisi l-FOBT

komplut, trid tqiegħed fl-invilops ukoll il-Formola tad-Dettalji tal-Partiċipant

iffirmata minnek. Inħeġġuk biex tinnomina lit-tabib tiegħek fil-formola. Jekk

mgħandekx tabib regolari, iżda tattendi fi klinika jew servizz, bħal Servizz

Mediku għall-Aboriġini, għall-kura tas-saħħa, allura tista’ tinnomina ‘l dak

is-servizz. Il-laboratorju mbagħad jibgħat ir-riżultati tat-test tiegħek lilek u

lit-tabib tiegħek ( jekk ikun nominat).

Jekk ikollok riżultat pożittiv ikun jinħtieġlek li tiddiskuti r-riżultat mat-tabib

tiegħek.

X’jiġri mir-riżultati tal-FOBT tiegħi?

Ir-riżultati jintbagħtu lilek, lit-tabib tiegħek (jekk tkun innominajt wieħed) u

wkoll lir-Reġistru madwar ġimgħatejn wara li tkun impustajt it-test komplut

tiegħek lil-laboratorju.

Jekk tagħżel li titlaq mill-programm wara li tkun għamilt il-FOBT u bgħattu

għall-analisi, ir-riżultati tat-test xorta jintbagħtu lilek u lit-tabib tiegħek

(jekk nominat).

PAGNA

Ktejjeb ta’ l-Informazzjoni

X’juri l-FOBT?

Jekk ma jinstabx demm fil-kampjuni li tkun bgħatt lil-laboratorju, ir-riżultat

tal-FOBT tiegħek ikun negattiv. Madankollu, dan ma jfissirx li mgħandekx jew li

qatt ma’ tista’ tiżviluppa kanċer fil-musrana, billi f’xi ftit mill-kanċrijiet fil-musrana

ma joħroġx demm jew joħroġ id-demm ta’ kultant.

Jekk tiżviluppa xi sintomi tal-kanċer fil-musrana wara li tkun irċevejt riżultat

negattiv, ara lit-tabib tiegħek immedjatament.

Jekk ikun hemm id-demm fil-kampjuni li tibgħat lil-laboratorju, ir-riżultat tal-

FOBT tiegħek ikun pożittiv. Madwar waħda minn kull 13-Il persuna jkollha

riżultat pożittiv li jindika l-preżenza tad-demm. Din il-preżenza tad-demm

tista’ tkun effett ta’ kundizzjonijiet oħra barra l-kanċer, bħal felul, il-murliti,

jew infjammazzjoni tal-musrana, Iżda jinħtieġ li l-kawża tad-dmija tkun

investigata. Jekk jinstab id-demm, inti tintalab biex tikkuntattja lit-tabib

tiegħek biex tiddiskuti r-riżultat.

X’ jiġri jekk inkun għamilt test tal-kanċer fil-musrana fi

proċess ieħor?

Jekk irċevejt din l-istedina iżda:

• kellek kundizzjoni tal-musrana f’ dawn l-aħħar 12-il xahar li qegħda tiġi

kkurata; jew

• għamilt test bit-teleskopju (colonoscopy)

matul dawn l-aħħar ħames snin; jew

• għandek appuntament għal test

bit-teleskopju (colonoscopy) fi ftit

ġimgħat;

jekk jogħġbok iddiskuti mat-tabib

tiegħek il-parteċipazzjoni tiegħek

fil-programm ta’ l-iskrining u avża

lir-Reġistratur jekk it-tabib tiegħek

jirrikmandalek li mgħandekx bżonn

tieħu sehem fil-Programm.

PAGNA

Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana

X’ jiġri jekk ir-riżultat tiegħi jkunu

pożittiv

Jekk ir-riżultat tal-FOBT tiegħek ikun pożittiv, tkun tinħtieġ li tiddiskuti rriżultat

mat-tabib tiegħek. It-tabib tiegħek għandu mnejn jirrikmanda li

tagħmel aktar testijiet, inkluż test bit-teleskopju (colonoscopy) biex tinstab

il-kawża tad-dmija. Għandek tiddiskuti mat-tabib tiegħek dwar xi riskji

marbutin ma’ testijiet bħal dawn.

Fiex jikkonsisti test bit-teleskopju (colonoscopy)?

Test bit-teleskopju huwa proċedura biex teżamina l-musrana. Il-proċedura

tas-soltu tat-test bit-teleskopju (colonoscopy) hija deskritta hawn taħt.

Il-ġurnata ta’ qabel it-test bit-teleskopju tintalab biex tixrob preparazzjoni

speċjali biex tgħinek tbattal il-musrana. Fil-ġurnata li ssir il-proċedura tista’

tingħata kalmanti li ġġiegħelek tħossok bin-ngħas. It-tabib imbagħad

idaħħal tubu flessibbli dejjaq fir-rektum. Dan it-tubu jissejjaħ kolonoskopju

(colonoscope). Imwaħħla miegħu jkollu camera żgħira ħafna li tgħin lit-tabib

ifittex il-felul jew it-tikbir kankruż fil-musrana.

It-test innifsu jieħu madwar 20 sa 30 minuta u s-soltu jsir f’ xi sptar jew klinika

ta’ bin-nhar. Wara l-proċedura tibqa’ għal xi sagħtejn fil-qasam ta’ l-isptar fejn

terġa’ tiġi f’tiegħek wara li teħles mill-effett tal-kalmanti.

Imbagħad tkun tista’ tmur id-dar. Minħabba l-kalmanti li tkun ingħatajt huwa

importanti li ma ssuqx karrozza, tivvjaġġa waħdek bit-trasport pubbliku,

tħaddem makkinarju, tiffirma dokumenti legali jew tixrob alkohol għal

24 siegħa wara t-test.

Jekk jinstabu xi felul, it-tabib aktarx li jneħħihom immedjatament u

jittestjahom għal kanċer. Tista’ tħoss xi ftit ta’ inkonvenjenza wara l-proċedura

iżda din malajr tgħaddi. Mgħandekx tħoss uġigħ.

Dettalji oħra dwar it-test bit-teleskopju jistgħu jinstabu fuq il-websajt tal-

Programm: www.cancerscreening.gov.au

PAGNA

Ktejjeb ta’ l-Informazzjoni

Hemm xi riskji fit-test bit-teleskopju (colonoscopy)?

Jista’ jkun hemm kumplikazzjonijiet mit-test bit-teleskopju.

Kumplikazzjonijiet serji jistgħu jinkludu l-perforazzjoni (it-titqib) ta’

l-inforra tal-musrana (madwar 1 f’ 1,000 test) u/jew joħroġ ħafna demm

mill-musrana (madwar 3 f’ 1,000 eżami).

Jista’ jkollok ukoll reazzjoni ħażina għall-preparazzjoni tal-musrana u/jew

għall- kalmanti/l-loppju. Effetti oħra rari jistgħu jiġru f’kull proċedura. Il-mewt

hija possibbiltà remota.

Huwa importanti li tiddiskuti r-riskji u l-benefiċċji mat-tabib tiegħek qabel

ma tikkonsenti għal xi proċedura, inkluż it-test bit-teleskopju.

Fejn nista’ nagħmel test bit-teleskopju?

Testijiet bit-teleskopju ġeneralment isiru minn speċjalista fi sptar jew fi klinika

ta’ bin-nhar. Is-soltu tkun tinħtieġ riferiment mit-tabib tiegħek u tista’ tkun

riferut/a bħala pazjent/a privat/a jew pubbliku/a. F’ xi partijiet ta’ l-Awstralja

hemm listi ta’ stennija għat-testijiet bit-teleskopju. Jekk ikollok xi tħassib

għandek tiddiskuti dan mat-tabib tiegħek mill-ewwel.

PAGNA

Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana

Kemm iqum test bit-teleskopju (colonoscopy)?

Il-Gvern jagħti ħlas tal-Medicare għat-testijiet bit-teleskopju magħmula

fis-settur privat. Skond jekk ikollokx it-test bit-teleskopju bħala pazjent/a

pubbliku/a jew privat/a, għandek mnejn ikollok tħallas xi differenza. Għandek

tiddiskuti l-ispejjeż li jista’ jkollok, mat-tabib u l-fond ta’ l-inxjurans tas-saħħa

tiegħek.

X’ jiġri jekk jinstab kanċer fil-musrana?

Jekk jinstab kanċer fil-musrana, ġeneralment ikollok bżonn ta’ operazzjoni.

Jekk il-kanċer jinstab fi stadju kmieni, hemm ċans kbir ta’ fejqan għal kollox.

Ħafna min-nies ikunu jistgħu jerġgħu lura għall-istil preżenti tal-ħajja

tagħhom.

X’ jiġri jekk it-test bit-teleskopju ma juri xejn?

Test bit-teleskopju nadif ifisser li ma nstabu ebda felul jew tikbiriet kankrużi.

Madankollu, l-ebda test mhuwa eżatt 100%, għalhekk jekk, frattant, inti

jkollok xi sintomi deskritti f’dan il-ktieb, għandek tara lit-tabib tiegħek

immedjatament.

PAGNA

Ktejjeb ta’ l-Informazzjoni

Il-Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining

tal-Kanċer fil-Musrana

Il-Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana inbeda mill-

Gvern Awstraljan, bi sħab mal-gvernijiet statali u territorjali, biex jgħin ħalli

jinstab il-kanċer fil-musrana minn kmieni u jnaqqas in-numru ta’ l-Awstraljani

li jmutu ta’ kull sena b’din il-marda.

Fiex jikkonsisti l-Programm?

Matul it-tliet snin li ġejjin sa 2.5 milljun Australjani li jagħlqu 50, 55 or 65 sena

bejn Jannar 2008 u Diċembru 2010 se jkunu mistiedna biex jieħdu sehem fliskrining

tal-kanċer fil-musrana.

L-ismijiet u l-indirizzi tan-nies eliġibbli biex jieħdu sehem fil-Programm

ittieħdu mir-rekords tal-Medicare u tad-Dipartiment għall-Affarijiet tal-

Veterani. Il-mod kif jintbagħtu l-inviti, biex jipparteċipaw fil-programm ta’

l-iskrining, ivarja f’kull stat u territorju b’xi wħud jirċievu l-istedina qrib għeluq

sninhom u oħrajn jirċevuha fl-istess żmien bħall-oħrajn li joqogħdu fl-istess

inħawi.

In-nies eliġibbli qed jintbagħtilhom, bil-posta, pakkett tat-test ta’ l-iskrining

tal-kanċer fil-musrana (FOBT) u se jintalbu biex jiġbru kampjuni minn żewġ

episodji separati ta’ l-ippurgar qabel ma jibagħtu t-test komplut lil-laboratorju

għall-analisi. M’hemm l-ebda ħlas biex isir dan it-test.

Il-Kunsill tan-National Health and Medical Research jirrikmanda l-iskrining

bil-FOBT kull sentejn mill-età ta’ 50 sena. Madankollu, il-Programm Nazzjonali

ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana joffri biss skrining bil-FOBT ta’ darba.

Jekk tixtieq li tagħmel l-iskrining regulari bil-FOBT, għandek titkellem

mat-tabib tiegħek.

PAGNA

Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana

Għalfejn qegħdin ikunu mistiedna biex jieħdu sehem dawk

biss li se jagħlqu 50, 55 jew 65 sena?

Ir-riċerka turi li r-riskju ta’ kanċer tal-musrana jiżdied b’mod sinjifikanti mill-età

ta’ 50 sena. Il-Kunsill tan-National Health and Medical Research jirrikkmanda li

l-iskrining organizzat tal-FOBT għal nies b’riskju medju għandu jibda minn 50

sena ta’ l-età.

Huwa importanti li l-programm ta’ l-iskrining jiddaħħal bil-mod biex jingħata

żmien ħalli jkun żgurat li s-servizzi tas-saħħa, bħas-servizzi tat-test bitteleskopju,

jkunu jistgħu jlaħħqu mad-domanda. Għalhekk matul din il-fażi

tal-Programm dawk in-nies biss li se jagħlqu 50, 55 or 65 sena bejn Jannar 2008

u Diċembru 2010 qed ikunu mistiedna għall-iskrining. Jekk membri oħra talfamilja

tiegħek mhumiex f’dan il-grupp ta’ età, ma jirċevux stedina biex jieħdu

parti f’din il-fażi tal-Programm.

Ma rridx nieħu sehem. Nista’ nagħti l-istedina tiegħi lil xi

ħadd Ieħor?

Le. Għalissa it-test ta’ l-iskrining mingħajr ħlas qiegħed hemm biss għal dawk

in-nies li kienu mistiedna biex jieħdu sehem fil-Programm. Jekk taf lil xi ħadd li

jrid jagħmel test tal-kanċer fil-musrana, jew li huma mħassbin dwar saħħithom,

għandek tagħtihom parir biex jikkuntattjaw lit-tabib tagħhom.

X’ jiġri jekk ikolli bżonn ta’ pakkett ieħor tat-test?

Jekk titlef jew tagħmel ħsara fil-pakkett tat-test tiegħek u tkun tinħtieġ ieħor

minfloku, jekk jogħġbok ikkuntattja l-Linja ta’ l-Informazzjoni fuq

1800 118 868. Jekk jogħġbok kun af li jinħarġu żewġ pakketti biss għal kull

partiċipant tal-Programm minflok l-ewwel wieħed. Jekk tkum ilħaqt il-limitu

tan-numru tal-pakketti u jkun għad baqgħalek il-ħtieġa tat-test għandek

tikkuntattja lit-tabib tiegħek.

PAGNA

Ktejjeb ta’ l-Informazzjoni

X’ jiġri jekk ma nkunx nista’ nifhem l-istruzzjonijiet tat-test?

Jekk mintix ċert/a dwar kif tagħmal it-test ċempel il-Helpline (Linja ta’ l-

Għajnuna) tal-FOBT fuq 1300 738 365. Imexxuk pass pass matul it-test.

Obbligat/a nieħu sehem?

Le. Il-parteċipazzjoni fil-Programm hija voluntarja – l-għażla hija tiegħek.

Jekk ma tagħmilx il-FOBT, tintbagħat ittra waħda biex tfakkrek.

X’ jiġri jekk nagħżel li ma nieħux sehem fil-Programm?

Għażla biex tibqa’ barra mill-Programm

Jekk tiddeċidi li ma tieħux sehem fil-Programm, tista’ tagħżel li tibqa´ barra.

Billi tagħżel li tibqa’ barra mill-Programm, ma tirċevix ittri biex ifakkruk f’din

il-fażi u ma tirċevix stedin biex tagħmel l-iskrining matul fażijiet oħra fil-futur,

ħlief jekk inti tavża lir-Reġistratur li tkun trid tinvolvi ruħek.

Tista’ tagħżel li tibqa’ barra mill-Programm, billi timla it-taqsima apposta talformola

f’ paġna 27 ta’ dan il-ktejjeb ta’ l-informazzjoni jew billi ċċempel l-

Information Line (il-Linja ta’ l-Informazzjoni) fuq 1800 118 868. Jekk turi

bit-telefon li trid tibqa’ barra, tintbagħtlek ittra ta’ konferma.

Jekk tagħżel li titlaq mill-Program wara li tkun għamilt xi FOBT u bgħattu

ghall-analisi, ir-riżultati tat-test jintbagħtu lilek u lit-tabib tiegħek (jekk

nominat).

Jekk ikollok riżultat pożittiv tat-test iżda tkun għażilt li titlaq mill-Programm,

ir-Reġistratur ma jibgħatlekx (jew lit-tabib tiegħek jekk nominat) ittri biex

ifakkruk ħalli tiddiskuti ir-riżultat tat-test mat-tabib tiegħek u/jew tattendi

għal testijiet oħra.

Jekk jogħġbok kun af li jekk tagħżel li ma tidħolx f’din il-fażi tal-Programm ma

tirċevix stedin biex tagħmel l-iskrining matul fażijiet oħra fil-futur, ħlief jekk

inti tavża lir-Reġistratur li tkun trid tinvolvi ruħek.

PAGNA

Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana

Tissospendi ruħek mill-Programm

Jekk ma tkunx tista’ tieħu sehem issa fil-Programm, iżda tkun trid tidħol filfutur

qrib, tista’ tissospendi ruħek għal perjodu ta’ żmien.

Tista’ tagħmel dan billi timla t-taqsima tas-sospensjoni tal-formola f’ paġna

27 ta’ dan il-ktejjeb ta’ l-informazzjoni jew billi ċċempel l-Information Line

(Linja ta’ l-Informazzjoni) fuq 1800 118 868. Jekk tissospendi bit-telefon,

tintbagħtlek ittra ta’ konferma.

Jekk tagħżel li tissospendi il-partiċipazzjoni tiegħek fil-Programm tintalab biex

tavża meta tkun trid terġa tibda. Wara li jkun skada l-perjodu

tas-sospensjoni, ir-Reġistratur jerġa’ jibda jibagħtlek l-istedin għall-iskrining u

korrispondenza oħra.

Jekk jogħġbok kun af li la darba tkun għamilt il-FOBT u bgħattu għall-analisi,

ir-riżultati tat-test jintbagħtu lilek u lit-tabib tiegħek (jekk nominat), ukoll jekk

tkun urejt li trid tissospendi ruħek mill-Programm.

X’ jiġri jekk inkun għażilt li nibqa’ barra mill-Programm

imbagħad inbiddel fehmti dwar sehmi fil-Programm?

Jekk tkun għażilt li toħroġ minn din il-fażi tal-Programm iżda tiddeċidi li tkun

trid terga’ tinvolvi ruħek f’din jew fil-fażijiet tal-futur, għandek tavża fuq l-

Information Line (Linja ta’ l-Informazzjoni) fuq 1800 118 868.

PAGNA 0

Ktejjeb ta’ l-Informazzjoni

Appendiċi: Ir-Reġistru tal-Programm

Nazzjonali ta’ l-Iskrining

tal-Kanċer fil-Musrana

Medicare Australia, li tamministra programmi maġġuri tal-gvern dwar issaħħa

bħal Medicare, qed taħdem bi sħab mad-Department of Health and

Ageing biex timplimenta il-Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-

Musrana. Biex tistiednek ħalli tieħu sehem fil-Programm, Medicare Australia

għażlet ismek jew mir-rekords tal-membri tal-Medicare inkella mil-lista fil-fajl

tad-Department of Veterans’ Affairs, skond l-arranġament tas-servizz taħt issottosezzjoni

7(2) tal-Att ta’ Medicare Australia Act1973.

Il-parti ta’ Medicare Australia fil-Programm hija li tgħin fl-aspetti

amministrattivi li jinkludu:

• Il-ħolqien tar-Reġistru;

• Il-ġbir ta’ l-informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni fil-Programm

u r-riżultati tat-test; u

• l-funzjonijiet ta’ ċentru tal-posta.

Tistgħu tkunu ċerti li l-informazzjoni personali tagħkom u r-riżultati tat-test

jinżammu privati u konfidenzjali. L-informazzjoni miżmuma

fuq ir-Reġistru hija protetta mil-liġi (l-Att tal-Privatezza 1988), u d-dettalji

personali tiegħek jinħarġu biss skond il-Prinċipji tal-Privatezza ta’ l-

Informazzjoni ta’ dak l-Att.

PAGNA

Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana

X’ jagħmel ir-Reġistru?

Ir-Reġistru għandu parti importanti fil-Programm. Biex jgħin lill-parteċipanti

matul il-proċess ta’ l-iskrining ir-Reġistratur:

• jibgħat ittra ta’ qabel l-istedina u stedina lin-nies li jkunu se jagħlqu 50, 55

or 65 bejn Jannar 2008 u Diċembru 2010;

• jibgħat ittri ta’ tfakkira lin-nies li ma jkunux użaw l-istedina biex jieħdu

sehem fiż-żmien speċifikat;

• jirreġistra d-dettalji tal-parteċipanti, inklużi l-Istorja ta’ l-iskrining, irriżultati

tal-FOBT u r-riżultati ta’ testijiet oħra bħal test bit-teleskopju

(colonoscopy), li jsir wara li jkun hemm riżultat pożittiv tal-FOBT;

• jikkonferma d-dettalji tal-kuntatt lil-laboratorju tal-patoloġija li jkun

responsabbli għall-analisi tal-pakketti tal-FOBT;

• jibgħat ittri ta’ tfakkira jew iċempel (meta meħtieġ) lill-parteċipanti

b’riżultat pożittiv tal-FOBT biex iħeġġiġhom ħalli jaraw it-tabib tagħhom

dwar testijiet oħra, għall-iskop ta’ dijanjosi;

• jibgħat ittri ta’ tfakkira jew iċempel (meta meħtieġ) lit-tobba nominati

mill-parteċipanti;

• jipprovdi informazzjoni dwar l-iskrining tal-parteċipanti u l-istorja tassejbiet

lit-tobba nominati, lill-Kordinaturi tal-Programm u lill-impjegati filqasam

tal-gvernijiet statali u territorjali tal-iskrining tal-kanċer fil-musrana

biex jgħinu fil-kura medika tal-parteċipanti; u

• jiċċekkja d-dettalji tal-klejms tal-Medicare (qabel ma jibgħat tfakkira ) biex

jara jekk tkunx saret xi klejm għal proċedura tal-musrana. Jekk tkun saret

xi klejm ir- Reġistratur jirreġistra l-proċedura u jikteb lill-provditur tasservizz

mediku biex jitolbu r-riżultati tal-proċedura.

PAGNA

Ktejjeb ta’ l-Informazzjoni

X’ informazzjoni tinżamm fir-Reġistru?

Fir-Reġistru jinżammu dettalji bħal ismek, dettalji ta’ kuntatt, età, sess, innumru

tal-Medicare, ir-riżultati tat-testijiet ta’ l-iskrining tiegħek u l-isem tattabib

nominat minnek. Jinżammu wkoll ir-riżultati ta’ testijiet oħra li tagħmel,

bħal test bit-teleskopju (colonoscopy) jew biopsja (biopsy).

Għalfejn tkun użata din l-informazzjoni?

Medicare Australia tuża d-dettalji personali tiegħek biex:

• tistiednek għall-iskrining;

• tfakkrek biex tagħmel il-FOBT tiegħek;

• tipprovdi d-dettalji tal-kuntatt tiegħek lil-laboratorju tal-patoloġija

responsabbli għall-analisi tal-FOBT tiegħek;

• tiċċekkja , jekk jinħtieġ, l-klejms tal-Medicare u d-DVA għall-eżamijiet talmusrana

u jikkuntattja lill-provdituri tas-servizz mediku biex jiltobhom

jibagħtu lir-Reġistru r-rapporti rilevanti; u

• tibgħat ittri ta’ tfakkira u/jew iċċempel (meta meħtieġ) lilek u lit-tabib

nominat minnek.

Ismek u d-data tat-twelid tiegħek jingħataw lill-Australian Institute of Health

and Welfare (AIHW) bil-għan li jitqabblu ma’ l-informazzjoni tar-reġistru

tal-kanċer biex jintwera li l-Programm qed isalva l-ħajjiet. L-għoti ta’ linformazzjoni

lill-AIHW huwa suġġet għall-proviżjonijiet tas-segretezza ta’

l-Att 1987 ta’ l-Australian Institute of Health and Welfare.

Il-wiri ta’ din l-informazzjoni lill-AIHW huwa awtorizzat minn arranġament tasservizz

taħt is-sottosezzjoni 7(2) ta’ l-Att 1973 ta’ Medicare Australia.

PAGNA

Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana

Ismek, id-dettalji tal-kuntatt u ta’ l-iskrining jistgħu jkunu pprovduti wkoll:

• lit-tabib nominat minnek;

• lill-ispeċjalisti mediċi li tista’ tkun riferut/a għandhom;

• lill-Kordinaturi tal-Programm; u

• lill-impjegati fil-qasam tal-gvernijiet statali/territorjali tal-iskrining talkanċer

fil-musrana biex jgħinu fil-kura medika tiegħek relatata ma’ liskrining

tal-kanċer fil-musrana.

Informazzjoni mingħajr identità (jiġifieri informazzjoni mingħajr l-identità

tiegħek) minn fuq ir-Reġistru tingħata lid-dipartimenti tal-gvern tal-

Commonwealth u l-istat u t-territorju għall-iskopijiet ta’ statistika, riċerka u

l-iżvilup ta’ politika, pereżempju, biex ikun magħruf kemm nies ħadu sehem

fil-Programm u kemm instabu kanċrijiet. Ħadd ma jkun jista’ jidentifikat millinformazzjoni

li tingħata mir-Reġistru għal dan l-iskop.

X’ jiġri jekk id-dettalji personali tiegħi huma żbaljati jew

jinbidlu?

Jekk id-dettalji personali tiegħek (bħal l-indirizz tiegħek, in-numru tat-telefon

jew it-tabib) jinbidlu jew ikunu imniżżlin ħażin matul il-kors tal-Programm,

jekk jogħġbok ċempel l-Information Line (il-Linja ta’ l-Informazzjoni)

fuq 1800 118 868.

PAGNA

Ktejjeb ta’ l-Informazzjoni

Għal Iktar Tagħrif

FOBT Helpline (Linja ta’ l-Għajnuna): 1300 738 365

Għall-informazzjoni dwar kif tagħmel

it-Test tad-Demm Moħbi fl-Ippurgar.

Linja ta’ l-Informazzjoni dwar il-Programm

Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana: 1800 118 868

Helpline tal-Kunsill tal-Kanċer: 13 11 20

Il-kunsill tal-kanċer ta’ l-Istat jew territorju tiegħek

jipprovdi servizz konfidenzjali fejn

titkellem dwar it-tħassib tiegħek jew

mistoqsijiet dwar il-kanċer ma’ staff imħarrgin

apposta. L-istaff jistgħu jibagħtulek

informazzjoni bil-miktub u jistgħu iqabbduk

ma’ servizzi fir-reġjun lokali tiegħek.

Servizz tat-Traduzzjoni u l-Interpretar: 13 14 50

TTY 1800 552 152

Servizz bit-Teletypewriter biex jassisti

lin-nies b’nuqqas ta’ smigħ.

PAGNA

Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana

Websajts

Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kancer fil-Musrana

www.cancerscreening.gov.au

Kunsilli Statali/Territorjali tal-Kanċer

New South Wales www.nswcc.org.au

Victoria www.cancervic.org.au

Queensland www.qldcancer.com.au

South Australia www.cancersa.org.au

Tasmania www.cancertas.org.au

Western Australia www.cancerwa.asn.au

ACT www.actcancer.org

Northern Territory www.cancercouncilnt.com.au

Cancer Council Australia (Kunsill Kanċer Awstralja) www.cancer.org.au

Health Insite www.healthinsite.gov.au

Gastroenterological Society of Australia

(Soċjetà Gastroenteroloġika ta’ l-Awstralija) www.gesa.org.au

The Bowel Cancer and Digestive Research Institute (Istitut tar-Riċerka

Diġestiva u l-Kanċer fil-Musrana) www.itscrunchtime.org

PAGNA

Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana

Formola Ktejjeb għall-Għazla ta’ l-Informazzjoni biex tibqa’ Barra/Tissospendi

Qabel ma timla din il-formola jekk jogħġbok aqra dawn it-taqsimiet f’ paġni

19 u 20 ta’ dan il-ktejjeb: Tagħżel biex tibqa’ Barra u Tissospendi

Din il-formola għandha tkun iffirmata mill-persuna li se tagħżel

biex tibqa’ barra jew tissospendi s-sehem fil-Programm.

GħAżLA BIeX MA TIeħuX SeheM

Tagħżel biex ma tieħux sehem fil-Programm la issa u lanqas fil-futur

Ma nixtieqx nieħu sehem fil-Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-

Musrana. Qrajt il-paġni 19 u 20 ta’ dan il-ktejjeb ta’ l-informazzjoni u nifhem xi

jfisser għalija li ma nieħux sehem fil-Programm.

Numru ta’ l-ID

(ID number)

(issibu fuq in-naħa ta’ fuq ta’ l-ittra ta’ l-istedina tiegħek)

Kunjom Data tat-Twelid / /

Isem (ismijiet) Mara Raġel

Firma Data / /

SOSPeNSJONI

Tagħżel li ma tircevix korrispondenza mir-Reġistru għal perjodu ta’ żmien

Nixtieq nissospendi il-partiċipazzjoni tiegħi fil-Programm.

Qrajt il-paġna 20 ta’ dan il-ktejjeb ta’ l-informazzjoni u nifhem xi jfisser għalija

li nissospendi ruħi mill-Programm.

Data ta’ meta nerga’ nibda nieħu sehem fil-Programm / /

Numru ta’ l-ID

(ID number)

(issibu fuq in-naħa ta’ fuq ta’ l-ittra ta’ l-istedina tiegħek)

Kunjom Data tat-Twelid / /

Isem (ismijiet) Mara Raġel

Firma Data / /

ISTRuzzJONIJIeT (Jekk jogħġbok innota, mhix meħtieġa bolla)

Malli timla din il-formola, jekk jogħġbok, neħħiha mill-ktejjeb u ibgħatha lir-Reġistru

tal-Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana fl-indirizz li ġej:

NBCSP Register

Reply Paid 83061

hobart TAS 7001

PAGNA

PAGE

Programm Nazzjonali ta’ l-Iskrining tal-Kanċer fil-Musrana

Linja ta’ l-Informazzjoni (Information Line) 1800 118 868

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa matul is-sigħat tax-xogħol (mit-8.30am sal-5.00pm)

f’kull stat u territorju

Servizz tat-Traduzzjoni u l-Interpretar 13 14 50

TTY 1800 552 152

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!