09.01.2015 Views

Regolamenti - MaltaRightNow.com

Regolamenti - MaltaRightNow.com

Regolamenti - MaltaRightNow.com

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Konkors Kanzunetta Indipendenza 2012

Regolamenti dwar parteċipazzjoni

1. ORGANIZZAZZJONI

1.1 Il-konkors isir taħt l-awspiċi tal-Partit Nazzjonalista.

1.2 Il-Konkors huwa maqsum f’żewġ kategoriji:

1.2.1 dik magħrufa bħala “il-Kantanti Stabbiliti”;

1.2.2 u oħra li qed tissejjaħ “Talent Żagħżugħ ”.

2. FAŻIJIET

2.1 Iż-żewġ kategoriji jgħaddu minn żewg fażijiet ta’ eliminazzjoni.

2.2 Fl-ewwel fażi, il-ġurija tisma’ l-kanzunetti kollha u tagħti l-voti tagħha. Fl-aħħar tal-ewwel fażi,

jintgħażlu:

2.2.1 49 kanzunetta minn dawk kollha sottomessi fil-kategorija tal-Kantanti Stabbiliti;

2.2.2 30 kanzunetta minn dawk kollha sottomessi fil-kategorija tat-Talent Żagħżugħ.

2.3 Fit-tieni fażi, il-kanzunetti magħżula jerġgħu jgħaddu quddiem ġurija, din id-darba

b’interpretazzjoni LIVE, li tista’ wkoll tigi ffilmjata (sħiħa jew partijiet minnha). Fl-aħħar tat-tieni

fażi, jintgħażlu:

2.3.1 19-il kanzunetta minn dawk kollha sottomessi fil-kategorija tal-Kantanti Stabbiliti;

2.3.2 15-il kanzunetta minn dawk kollha sottomessi fil-kategorija tat-Talent Żgħażugħ;

2.4 Il-kanzunetti tal-kategorija tal-Kantanti Stabbiliti jgħaddu għas-serata finali, waqt li l-15-il

kanzunetta fil-kategorija tat-Talent Żgħażugħ se jkunu qed jieħdu sehem f’fazi oħra waqt

programm televiżiv fis-sajf u minnhom, l-aktar tlieta vvutati bit-televoting (40%) u l-ġurija (60%)

se jkunu qed jipparteċipaw bejniethom f’sezzjoni apposta waqt l-istess finali tal-Konkors

Kanzunetta Indipendenza 2012.

2.5 Il-kanzunetta nru 20 li tieħu sehem fil-finali fis-sezzjoni tal-kantanti stabbilita‘ hi dik interpretata

minn kantant/kantanta rebbieħa ta‘ Passport to Indifest.

3. KOMPOŻITURI - AWTURI

3.1 Il-konkors hu miftuħ għall-kompożituri u awturi li jkunu ta’ nazzjonalita‘ Maltija.

3.2 Il-kompożituri u awturi jagħżlu huma stess il-kantanti għall-kanzunetti tagħhom.

3.3 Kull kompożitur u awtur jista’ jibgħat aktar minn kanzunetta waħda.

4. KANTANTI

4.1 Il-kantanti prinċipali magħżula mill-kompożituri u awturi jridu jkunu għalqu sittax (16)-il sena fiddata

tal-fażi finali u jridu jkunu wkoll ta’ nazzjonalita Maltija.

4.2 Fil-kaz tal-Kantanti fis-sezzjoni talent żgħażugħ, l-eta miftuħa għall-kompetizzjoni hija minn 14-il

sena sa 26 sena, u l-parteċipanti jridu jkunu kantanti li:

4.2.1 ma jkunux jidhru b’mod regolari fuq programmi televizivi; u

4.2.2 ma jkunux rebħu festivals mtella fuq livell nazzjonali.

4.3 Gruppi ta’ kantanti vokali u strumentali, eċċ. jkunu meqjusa bħala “kantant / kantanta “ jew

“wieħed / waħda”.

4.4 Fiz-żewg kategoriji, kantant(a) ma jistax jinterpreta aktar minn kanzunetta waħda fis-serata

finali. F’kaz li kantant jgħaddulu aktar minn kanzunetta waħda, tgħaddi awtomatikament dik blgħola

punteġġ, waqt li l-kompozitur u l-awtur jingħataw id-dritt li jżommu il-kanzunetta, iżda li

tkun interpretata minn kantant/a ieħor/oħra.

page 1 of 4

Konkors Kanzunetta Indipendenza 2012

Regolamenti dwar parteċipazzjoni

5. KANZUNETTI

5.1 Il-konkors mhux marbut ma' tema partikolari, imma l-versi ma jridux ikunu joffendu sentimenti

reliġjuzi, politiċi, tar-razza u tas-sess. Kanzunetta li, fl-opinjoni ta’ l-organizzaturi, ma tkunx

konformi ma’ dawn ir-regolamenti, tiġi eliminata.

5.2 Il-kanzunetti jridu jkunu oriġinali, bl-ilsien Malti, inediti (qatt ma ġew pubblikati jew interpretati

fil-pubbliku qabel is-sottomissjoni) u ħielsa minn kull tip ta’ materjal inkriminatorju u li jista’

joffendi.

5.3 Il-kanzunetti iridu jkunu ta’ bejn tlett minuti u tlett minuti w nofs ‘l waħda.

5.4 Il-mużika tal-kanzunetti trid tkun ipprovduta permezz ta’ prerecording fuq CD. L-arranġamenti u

r-recordings isiru a spejjeż tal-kompożitur u l-awtur.

5.5 L-organizzaturi jżommu d-dritt li jaraw li l-kwalita’ tar-recording tkun ta’ livell, sabiex dan jintuża

f’compilation CD (compact disc) tal-20 kanzunetta finalista.

5.6 Waqt is-serata finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2012, il-vuċijiet prinċipali jkunu kollha

live. Il-backing vocals jistgħu jiġu rrekordjati jew ikantaw live.

5.7 Strumenti mhux se jindaqqu LIVE. Madankollu, jekk ser jintużaw strumenti, għall-apparenza biss,

l-organizzaturi xorta waħda jridu jkunu infurmati minn qabel.

5.8 Il-kanzunetta rebbieħa terġa’ tiġi nterpreta fl-aħħar serata tal-finali tal-Konkors Kanzunetta

Indipendenza 2012 u waqt l-aħħar serata tal-Festi ta’ l-Indipendenza 2012 fuq il-Fosos tal-Furjana

nhar l-20 ta’ Settembru 2012.

6. APPLIKAZZJONIJIET

6.1 Kull formola għandha tintuża għall-kanzunetta waħda biss. Jistgħu jintużaw fotokopji tal-istess

formola f’każ li se jiġu sottomessi aktar minn kanzunetta waħda.

6.2 Għal kull kanzunetta jridu jkunu ppreżentati żewġ envelopes (ipprovduti mill-applikant)

immarkati – “A” u “B”.

6.3 Envelope “A” irid ikun immarkat fuq barra bin-nom de plume BISS u mmarkat bil-kelma

“FORMOLA” (ara fig.01):

Envelope A

[Nom de plume]

FORMOLA

fig.01

Fuq ġewwa ta’ envelope “A” jrid ikun hemm BISS:

6.3.1 il-formola ta’ l-applikazzjoni. Dawn l-envelopes, li jinkludu d-dettalji personali, jinfetħu biss

WARA li jintgħażlu l-kanzunetti finalisti;

6.3.2 CD li tinkludi – kopja elettronika tal-lirika, profil qasir bil-Malti tal-kantant, tal-kompożitur

u tal-awtur li qed jippartecipaw. Dan biex ikun jista’ jintuża bħala parti mill-materjal

promozzjonali tal-kanzunetti, tal-kantanti, tal-awturi u tal-kompożituri tagħhom.

6.4 L-envelope “B” irid ikun immarkat fuq barra bin-nom de plume, kif ukoll bil-kelma “MATERJAL”

(ara fig.02):

page 2 of 4

Konkors Kanzunetta Indipendenza 2012

Regolamenti dwar parteċipazzjoni

Envelope B

[Nom de plume]

MATERJAL

fig.02

Fuq ġewwa ta’ envelope “B” irid ikun hemm:

6.4.1 Għaxar (10) kopji tal-versi tal-kanzunetta ittajpjati;

6.4.2 CD b’recording ċar tal-kanzunetta bil-vuċijiet kollha . Dan ir-recording jinstema’ mill-ġurija

waqt l-ewwel fażi eliminatorja.

Hu importanti li kulma jkun hemm f’dan l-envelope (B) , ikun immarkat bl-isem tal-kanzunetta u

bin-nom de plume BISS. Kull tip ta’ mmarkar ieħor li jista’ jidentifika lill-kompozitur jew lill-awtur

jew il-kantant/a iservi biex il-kanzunetta tkun eliminata.

6.5 Għal kull kanzunetta li tkun sottomessa, irid isir ħlas ta’ €50.00 (ħamsin Euro) u tinħareg riċevuta

f’isem in-nom de plume tal-kanzunetta partikulari.

6.6 Il-kategorija tal-kanzunetta trid tkun immarkata wkoll fuq l-envelopes.

6.7 Il-kanzunetti għandhom jiġu sottomessi bejn it-09:00 u s-19:00 ta’ nhar il-Ġimgha 4 ta’ Mejju

2012.

7. ĠURIJA

7.1 F’kull fażi, l-ġurija tkun differenti;

7.2 Għall-fażi eliminatorja, is-smiegħ tal-kanzunetti applikanti ser jinqasam fuq ġranet skont kemm

jidħlu applikazzjonijiet u kif jiġi deċiż mill-Kumitat.

7.3 It-televoting ma jkollu l-ebda influwenza fuq ir-riżultat tas-serata final tal-Kategorija tal-Kantanti

Stabbiliti.

7.4 Ir-riżultat tal-ġurija jkun it-total tal-voti li jingħataw fuq il-mużika, il-lirika u I-interpretazzjoni.

7.5 Wara l-fażi eliminatorja tal-kantanti fis-sezzjoni Talent Żagħżugħ, il-finalisti jikkompetu

bejniethom fil-programm li se jniedi Net TV bħala promozzjoni għall-Konkors, u jkun il-ġudizzju

ta’ ġurija esperta (60%) u l-vot tal-pubbliku permezz tat-televoting (40%) li jiddetermina it-tlett (3)

kantanti finalisti. Dawn it-tlieta jerġgħu jikkompetu bejniethom fis-serata finali fejn hemmhekk,

għal darb’oħra, jgħaddu mill-ġudizzju ta’ ġurija esperta (60%) u l-vot tal-pubbliku (40%) sabiex

tintgħażel il-kanzunetta rebbieħa f’din il-kategorija.

8. PREMJIJIET

8.1 Il-premjijiet fil-kategorija tal-Kantanti Stabbiliti, li jingħataw lill-aħjar tlett (3) kanzunetti hekk kif

determinat mill-ġurija esperta, jitqassmu kif ġej:

8.1.1 għall-kanzunetta fl-ewwel (1) post: Trofew u €1,200.00

8.1.2 għall-kanzunetta fit-tieni (2) post: Trofew u €750.00

8.1.3 għall-kanzunetta fit-tielet (3) post: Trofew u €500.00

8.2 Jingħata trofew separat f’każ li l-kantanti, l-kompożituri u/jew l-awturi rebbieħa jkunu differenti.

8.3 Jingħata trofew lill-kompożitur, lill-awtur u lill-kantant/a tal-kanzunetta li tirċievi l-akbar ammont

ta’ voti fir-riżultat tat-televoting u dak tal-pubbliku.

page 3 of 4

Konkors Kanzunetta Indipendenza 2012

Regolamenti dwar parteċipazzjoni

8.4 Jingħata trofew lill-kompożitur, lill-awtur u lill-kantant/a tal-kanzunetta li tirbaħ is-sezzjoni Talent

Żagħżugħ.

9. DRITTIJIET

9.1 l-organizzaturi jżommu d-dritt tal-kanzunetti kompluti li jgħaddu għas-serata finali.

10. DATI

10.1 L-ewwel eliminatorja ssir fil-5 ta’ Mejju 2012 u t-tieni eliminatorja ssir fit-12 ta’ Mejju 2012. Kantanti

applikanti għandhom iżommu l-ġurnata tat-tieni eliminatorja vojta u mhux se jingħataw ġranet

oħra minbarra din għall-ebda raġuni.

10.2 Is-serata finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2012 ser issir matul il-festi ta’ l-

Indipendenza, li jsiru fuq il-Fosos tal-Floriana, f’Settembru 2012, fit-18 jew 19 ta’ Settembru 2012.

11. AFFARIJIET OĦRA

11.1 Waqt li l-organizzaturi jkunu disposti li jikkunsidraw is-suġġerimenti kollha li jsirulhom, iżommu d-

dritt illi dawk id-deċiżjonijiet li jittieħdu minnhom dwar l-organizzazzjoni, kif ukoll id-deċiżjonijiet

tal-ġurija f’kull fażi tal-konkors, ikunu finali u inappellabbli.

11.2 Wara it-tieni fażi eliminatorja, hekk kif jitħabbru l-20 finalista, dawk kollha li ma jkunux

għaddewlhom il-kanzunetti, jistgħu jiġbru l-materjal tagħhom fuq preżentazzjoni ta’ l-irċevuta sa

erba’ ġimgħat wara li jitħabbru l-20 finalist. F’każ li ma jinġabrux, il-materjal jiġi distrutt.

11.3 Fil-jum tas-sottomissjonijiet, kantanti, kompozituri w awturi se jingħataw iċ-ċans li jħallu d-dettalji

(permezz ta’ formoli apposta) ta’ indirizz elettroniku (e-mail) biex b’hekk jirċievu b’mod regolari

l-aġġornamenti dwar il-konkors matul dan il-perjodu.

11.4 L-informazzjoni u l-materjal (hawn taħt imsemmija) tal-kanzunetti finalisti, jridu jaslu għand l-

organizzaturi sa mhux aktar tard minn sebat (7) ijiem minn mindu jithabbru l-finalisti:

a. numru ta’ nies li ser ikunu fuq il-palk (dan in-numru għandu jinkludi kantanti, backing

vocalists, żeffiena, mużicisti, eċċ.). In-numru ta‘ persuni li jakkumpanjaw lill-kantant fuq ilpalk

(minbarra l-backing vocals) ma jistax ikun ta‘ aktar minn 6 persuni.

b. jekk humiex se jintużaw strumenti jew props

c. ir-recording komplut u tal-kanzunetta/i magħżula.

d. ir-recording tal-backing tal-kanzunetta/i magħżula

11.5 Videos ta’ kanzunetti jew bi stampi u kanzunetti fuq l-internet etc m’humiex permessi, sakemm

ma jkunux dawk mehuda minn programmi ta’ NET TV.

11.6 Kantanti jew gruppi li jkunu qed jiehdu sehem ma jistghux ikantaw il-kanzunetta li qed jiehdu

sehem biha fil-pubbliku jew fuq stazzjonijiet tat-TV jekk mhux kif indikat mill-Kumitat.

11.7 Kantanti jew gruppi li jkunu qed jiehdu sehem ma jistghux jippartecipaw fi programmi muzikali

bhala kompetituri jew f’festival ohra li jkunu qed isiru bejn Lulju u Settembru 2012.

11.8 Waqt is-serata finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza m’hux se jkunu permessi persuni

backstage hlief dawk li jkunu se jaghmlu l-performance u jkollhom il-permess.

page 4 of 4

Konkors Kanzunetta Indipendenza 2012

Regolamenti dwar parteċipazzjoni

11.9 Waqt is-serata finali mhux permess li kumpaniji jew persuni li ma jkunu sponsors ufficcjali jew

akkredidati mill-Kumitat jidħlu backstage biex jagħmlu make-up, xagħar etc lil xi kantant jew

grupp partikolari.

11.6 Sottomissjoni ta’ kanzunetti fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2012 jimplika aċċettazzjoni ta’

dawn ir-regolamenti.

Kull korrispondenza għandha tkun indirizzata hekk:

l-Amministrazzjoni

Konkors Kanzunetta Indipendenza 2010

Dar Ċentrali - Partit Nazzjonalista

Triq Herbert Ganado,

Tal-Pieta’ PTA 1450

Għal aktar informazzjoni staqsu għal:

Mark Azzopardi - Chairman tal-kumitat organizzattiv tal-KKI

EMAIL: kki@pn.org.mt / markazzopardi81@gmail.com

page 5 of 4

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!