27.01.2015 Views

Aqrali xi Ħaġa Ġdida, Qaltilha ta' Clare Azzopardi - il-blogg għall ...

Aqrali xi Ħaġa Ġdida, Qaltilha ta' Clare Azzopardi - il-blogg għall ...

Aqrali xi Ħaġa Ġdida, Qaltilha ta' Clare Azzopardi - il-blogg għall ...

SHOW MORE
SHOW LESS
• No tags were found...

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Analiżi ta’ Immanuel Mifsud

Aqrali xi Ħaġa Ġdida, Qaltilha ta’ Clare Azzopardi

Analiżi ta’ Immanuel Mifsud f’waħda mil-laqgħat tas-sensiela “Deċiżi”, nhar il-

Ħamis 17 ta’ Novembru 2011, fir-Refettorju tal-Kurja, Il-Furjana.

Mifsud beda bir-rakkont ta’ żewġ stejjer li jgħinu fl-analiżi tal-istorja ta’ Clare Azzopardi.

L-ewwel storja tittratta fuq waħda mara li l-pitturi li jpinġu din il-mara dejjem ipinġuha sabiħa

ħafna però hija mara li ġibdet il-mibegħda tagħna. Dan għax xi ħadd taha ordni li ma tistax

tiekol mit-tuffieħa tas-siġra tan-nofs però din, għax kellha kurżita kbira, gidmet mit-tuffieħa tassiġra

tan-nofs wara li ttantaha serp u qalilha li jekk inti tiekol minn din it-tuffieħa ssir taf kollox.

Din il-mara kienet għatxana biex issir taf kollox. Ir-raġel ma kellu ebda interess li jsir jaf kollox;

kien kuntent li kellu kollox madwaru barra s-siġra tan-nofs imma l-mara riedet issir taf kollox u

għax riedet issir taf kollox ħadet kastig kbir liema kastig qed inġorruh aħna wkoll. U kif ngħidu

fid-diskors ta’ kuljum, kellha tkun mara biex aħna nbatu l-wied tad-dmugħ.

It-tieni storja hi dwar raġel li tela’ fuq il-muntanja tal-allat, tela’ min-naħa ta’ wara, wara li

qarraq b’waħda minn dawn l-allat u kif kien hemm seraq in-nar, seraq ġamra nar u ta lil sħabu

lin-nies tad-dinja. Minħabba f’hekk l-allat kienu irrabjati ħafna u qablu li għandhom

jikkastigawh. Għadda minn kastig kbir li parti minnu kien li tinħoloq waħda mara li bħal fl-istorja

l-oħra nħalqet wara li nħalqu l-irġiel l-oħrajn. Inħalqet mara li kienet sabiħa ħafna u bħall-mara

l-oħra kellha t-tendenza li riedet issir taf. L-allat tawha vażett u l-allat kollha xeħtu xi ħaġa fih.

Din il-mara, għax riedet issir taf, tiftaħ il-vażett u minn ġo fih joħorġu dawk l-affarijiet ħżiena

kollha li aħna jkollna nbatu. Tilħaq tagħlaq il-vażett malajr biżżejjed biex hemm ġew tibqa’

t-tama.

Dawn huma l-istejjer ta’ Eva u l-istejjer ta’ Pandora, il-mara li għandha kollox. Pandora appuntu

dak li tfisser. Fl-istorja ta’ Azzopardi, l-ewwel xbiha li għandna hija ta’ din il-mara, tiftaħ kaxxa u

minn din il-kaxxa toħroġ is-sigriet it-twil antik ta’ ommha. Fil-kaxxa jkun hemm 45 ktejjeb. Innumru

mhuwiex importanti. Ħamsa u erbgħin ktejjeb, kollha miktubin minn nisa. Immanuel

Mifsud ħass li għandu jagħti interpretazzjoni femminista lil din in-novella u jħoss li ż-żewġ stejjer

li rrakkonta fil-bidu jidhru f’din in-novella l-aktar fl-istorja ta’ Pandora. Però fit-tradizzjoni

femminista, speċjalment dik mis-sebgħinijiet ’l hawn, li għandna fin-novella huwa

riinterpretazzjoni tal-mit ta’ Pandora; fis-sens li f’dan il-każ mill-kaxxa ma joħorġux l-aspetti

l-koroh tal-ħajja iżda mill-kaxxa joħorġu affarijiet sbieħ li kienu moħbijin.

Mifsud janalizza x’inhu l-ispirtu femminista li għandna f’dan ir-rakkont ta’ Azzopardi; x’inhuma

l-kunflitti u t-tensjonijiet li jinħalqu mal-istorja ta’ Pandora b’mod partikolari. Il-kaxxa mimlija

sigrieti. Azzopardi tuża metafora interessanti meta tintroduċi l-kaxxa, appuntu l-ewwel sentenza

tar-rakkont: il-pannu kien ħrax daqs sandpaper ġdida. Għandna paradoss f’din il-metafora.

Attwalment għandha forma ta’ similitudni. Il-pannu jiħrax meta jkun antik mentri s-sandpaper

Phyllis Debono – Claire Zerafa

http://maltikurja.wordpress.com

Analiżi ta’ Immanuel Mifsud

ikun aħrax meta jkun ġdid. Diġà mill-ewwel sentenza Azzopardi ħa tlaqqagħna ma’ dan l-

inkontru bejn il-qadim u l-ġdid. Il-qadim u l-ġdid fil-fatt ukoll bħalma għandek il-mit antik ta’

Pandora però mogħti libsa purament ġdida, did-darba min-naħa ta’ Azzopardi.

Meta wieħed janalizza l-istorja tal-letteratura jintebaħ li għall-inqas sa ċertu żmien il-lista ta’

kittieba rġiel kienet titfi għalkollox il-lista ta’ kittieba nisa. Dan ma kienx biss fil-każ talletteratura

imma kien ukoll f’kull qasam tal-arti. Ovvjament anke lokalment, jiġifieri meta inti

tħares lejn in-numru ta’ kittieba nisa, ngħidu aħna milli kien hemm fil-moviment Romantiku,

hemm proprju mara waħda li tispikka li hi Mary Mejlak. Meta tieħu l-moviment Modern kellek

numru żgħir ta’ nisa bħal Doreen Micallef. Dejjem kien hemm dan l-iżbilanċ serju ħafna bejn innumru

ta’ kittieba nisa u n-numru ta’ kittieba rġiel. U din hija waħda mit-temi li tittratta Clare

Azzopardi. Ma nafux jekk kinitx ispirata mid-diskors femminista u mhux il-każ li nkunu nafu.

Però żgur dak li taħseb hi huwa f’sintonija mat-teoriji femministi tal-letteratura illi mhux biss

jagħmlu din l-osservazzjoni sempliċi ħafna imma wkoll jagħtu r-raġunijiet tagħhom. Ir-raġuni hi

li min-naħa tar-raġel dejjem inħass li għandu bżonn isikket il-leħen femminili.

Fl-istorja għandna żewġ nisa bħala karattri li niltaqgħu magħhom, l-omm u l-bint. L-ewwel

darba li niltaqgħu mal-omm jaqbadha l-uġigħ tal-ħlas. Proprju ftit mumenti qabel evidentement

tiled lit-tifla tagħha. Hemm kumment interessanti li tiġi l-majjistra tkeċċi ’l barra lil żewġha u

żewġha jitlob li jkollu tifel, però jkollu tifla. Imma din it-tifla hi differenti ħafna mill-bniet kif issoltu

niltaqgħu magħhom. Hija tifla li bħal Pandora hija kurjuża ħafna, tixtieq issir taf u tixtieq ilġdid.

Fil-fatt it-titlu tan-novella jixhed proprju dan: Aqrali xi ħaġa ġdid, qaltilha. Tifla li l-ħin kollu

tistaqsi kemm se ndumu naqraw l-istess awturi.

Il-missier għandu stamperija u huwa pubblikatur, xi ħaġa li kienet pjuttost komuni lejn nofs isseklu

għoxrin. Kont issib stamperiji żgħar li anke jippubblikaw u jistampaw billi jużaw iċ-ċomb u

anke f’dak iż-żmien donnu kien hemm aktar imħabba fl-istrutturar tal-ktieb waqt li kien qed

jinbena. L-istampatur kien ikollu litteralment joqgħod jagħmel litteralment iċ-ċomb waħda

waħda u mal-ktieb kien ikun hemm kuntatt fiżiku. Illum ovvjament m’għandniex.

Din it-tifla li hi kurjuża ħafna li tasal eventwalment biex tmexxi n-negozju ta’ missierha. L-omm li

għandha sigriet ta’ filwaqt li żewġha ma ried qatt jistampa kotba tan-nisa, u qatt ma ta raġuni

għaliex, fil-fatt it-tifla tistaqsi għala u hu ma jagħtihiex raġuni. Fl-istorja għandna elissi għax ma

kellux tweġiba imma hekk hu u hekk ried. It-tifla tibqa’ tistaqsi għala u t-tweġiba indirettament

ittihielha l-famuża kaxxa, fil-kaxxa magħluqa, moħbija hemm 45 ktejjeb illi l-omm tistampa bilmoħbi

tal-missier, ta’ żewġha, illi l-omm iżżomm magħluqin hemmhekk, però jasal il-mument

meta s-sigriet jinkixef, dil-kurżità tal-bint hija kbira tant illi l-kaxxa jkollha tinfetaħ.

Il-mara eventwalment tiled tliet affarijiet. Tiled lit-tifla tagħha, il-protagonista tan-novella. Tiled

45 kittieba li huma midfunin imma tilidhom hi għax mingħajrha ma kienu jaraw qatt id-dawl taxxemx

u anqas qatt ma kienu jiġu kkostruwiti u fl-aħħar, l-aħħar sentenza tan-novella, hemm li t-

tifla taqbad il-lapes f’idha. Il-lapes huwa simbolu tal-kitba. Jintuża bħala għodda tal-kitba. It-tifla

wara li tiftaħ il-kaxxa ssir kittieba anke hi. F’dan is-sens għandna riinterpretazzjoni tal-mit ta’

Phyllis Debono – Claire Zerafa

http://maltikurja.wordpress.com

Analiżi ta’ Immanuel Mifsud

Pandora, għaliex filwaqt li fil-mit ta’ Pandora l-ftuħ tal-kaxxa jwassal għal diżastru sħiħ fejn l-

umanità tibqa’ sal-ġurnata tal-lum tbati l-konsegwenzi, hawnhekk il-ftuħ tal-kaxxa jfisser il-bidu

ta’ era ġdida fejn il-kittieba nisa joħorġu fil-beraħ, anke metaforikament waqt li qed joħorġu

dawn il-kotba, 45 ktejjeb, joħorġu minn ġol-kaxxa barra l-fatt li t-tifla tibda tikteb anke hi

b’ispirazzjoni diretta għal dak li rat ħiereġ minn ġol-kaxxa.

L-istorja tispiċċa wkoll bil-mewt kemm tal-omm u kemm tal-missier però tibqa’ t-tifla li

inċidentalment, tajjeb li wieħed jgħid li rrifjutat li tiġi mżewġa, tiddeċiedi li ħajjitha flok

tqattagħha bħala mara miżżewġa, mara tad-dar kif tradizzjonalment nafuha, tiddeċiedi li

tiżżewweġ il-letteratura.

Minħabba li Clare Azzopardi qed tirriinterpreta l-mit ta’ Pandora minn ġol-kaxxa joħorġu ħafna

affarijiet sbieħ, toħroġ il-ħajja li kien hemm midfuna fiha. Il-mutur li jimmotiva dan kollu huma

attwalment it-tnejn personaġġi femminili u mhux personaġġi maskili. Jiġifieri l-aġenti tarrakkont

illi għandna mhuwiex ir-raġel iżda huma żewġ nisa li t-tnejn li huma b’xi mod huma

konnessi mad-dinja tal-letteratura.

Immanuel Mifsud jgħid li din hija interpretazzjoni tiegħu u l-istorja tista’ tiġi interpretata mod

ieħor. Hija wkoll riflessjoni tal-letteratura. Ħin minnhom Azzopardi ssemmi lista sħiħa, lista vera,

ta’ kittieba ppubblikati li huma kollha rġiel u Mary Mejlak hija eskluża minn dan il-klabb ta’

kittieba rġiel. Però kellha tkun din il-mara, l-omm u eventwalment it-tifla li dawn il-kittieba nisa

jieħdu huma wkoll it-triq tagħhom.

Phyllis Debono – Claire Zerafa

http://maltikurja.wordpress.com

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!