27.01.2015 Views

Aqrali xi Ħaġa Ġdida, Qaltilha ta' Clare Azzopardi - il-blogg għall ...

Aqrali xi Ħaġa Ġdida, Qaltilha ta' Clare Azzopardi - il-blogg għall ...

Aqrali xi Ħaġa Ġdida, Qaltilha ta' Clare Azzopardi - il-blogg għall ...

SHOW MORE
SHOW LESS
• No tags were found...

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Analiżi ta’ Immanuel Mifsud

ikun aħrax meta jkun ġdid. Diġà mill-ewwel sentenza Azzopardi ħa tlaqqagħna ma’ dan l-

inkontru bejn il-qadim u l-ġdid. Il-qadim u l-ġdid fil-fatt ukoll bħalma għandek il-mit antik ta’

Pandora però mogħti libsa purament ġdida, did-darba min-naħa ta’ Azzopardi.

Meta wieħed janalizza l-istorja tal-letteratura jintebaħ li għall-inqas sa ċertu żmien il-lista ta’

kittieba rġiel kienet titfi għalkollox il-lista ta’ kittieba nisa. Dan ma kienx biss fil-każ talletteratura

imma kien ukoll f’kull qasam tal-arti. Ovvjament anke lokalment, jiġifieri meta inti

tħares lejn in-numru ta’ kittieba nisa, ngħidu aħna milli kien hemm fil-moviment Romantiku,

hemm proprju mara waħda li tispikka li hi Mary Mejlak. Meta tieħu l-moviment Modern kellek

numru żgħir ta’ nisa bħal Doreen Micallef. Dejjem kien hemm dan l-iżbilanċ serju ħafna bejn innumru

ta’ kittieba nisa u n-numru ta’ kittieba rġiel. U din hija waħda mit-temi li tittratta Clare

Azzopardi. Ma nafux jekk kinitx ispirata mid-diskors femminista u mhux il-każ li nkunu nafu.

Però żgur dak li taħseb hi huwa f’sintonija mat-teoriji femministi tal-letteratura illi mhux biss

jagħmlu din l-osservazzjoni sempliċi ħafna imma wkoll jagħtu r-raġunijiet tagħhom. Ir-raġuni hi

li min-naħa tar-raġel dejjem inħass li għandu bżonn isikket il-leħen femminili.

Fl-istorja għandna żewġ nisa bħala karattri li niltaqgħu magħhom, l-omm u l-bint. L-ewwel

darba li niltaqgħu mal-omm jaqbadha l-uġigħ tal-ħlas. Proprju ftit mumenti qabel evidentement

tiled lit-tifla tagħha. Hemm kumment interessanti li tiġi l-majjistra tkeċċi ’l barra lil żewġha u

żewġha jitlob li jkollu tifel, però jkollu tifla. Imma din it-tifla hi differenti ħafna mill-bniet kif issoltu

niltaqgħu magħhom. Hija tifla li bħal Pandora hija kurjuża ħafna, tixtieq issir taf u tixtieq ilġdid.

Fil-fatt it-titlu tan-novella jixhed proprju dan: Aqrali xi ħaġa ġdid, qaltilha. Tifla li l-ħin kollu

tistaqsi kemm se ndumu naqraw l-istess awturi.

Il-missier għandu stamperija u huwa pubblikatur, xi ħaġa li kienet pjuttost komuni lejn nofs isseklu

għoxrin. Kont issib stamperiji żgħar li anke jippubblikaw u jistampaw billi jużaw iċ-ċomb u

anke f’dak iż-żmien donnu kien hemm aktar imħabba fl-istrutturar tal-ktieb waqt li kien qed

jinbena. L-istampatur kien ikollu litteralment joqgħod jagħmel litteralment iċ-ċomb waħda

waħda u mal-ktieb kien ikun hemm kuntatt fiżiku. Illum ovvjament m’għandniex.

Din it-tifla li hi kurjuża ħafna li tasal eventwalment biex tmexxi n-negozju ta’ missierha. L-omm li

għandha sigriet ta’ filwaqt li żewġha ma ried qatt jistampa kotba tan-nisa, u qatt ma ta raġuni

għaliex, fil-fatt it-tifla tistaqsi għala u hu ma jagħtihiex raġuni. Fl-istorja għandna elissi għax ma

kellux tweġiba imma hekk hu u hekk ried. It-tifla tibqa’ tistaqsi għala u t-tweġiba indirettament

ittihielha l-famuża kaxxa, fil-kaxxa magħluqa, moħbija hemm 45 ktejjeb illi l-omm tistampa bilmoħbi

tal-missier, ta’ żewġha, illi l-omm iżżomm magħluqin hemmhekk, però jasal il-mument

meta s-sigriet jinkixef, dil-kurżità tal-bint hija kbira tant illi l-kaxxa jkollha tinfetaħ.

Il-mara eventwalment tiled tliet affarijiet. Tiled lit-tifla tagħha, il-protagonista tan-novella. Tiled

45 kittieba li huma midfunin imma tilidhom hi għax mingħajrha ma kienu jaraw qatt id-dawl taxxemx

u anqas qatt ma kienu jiġu kkostruwiti u fl-aħħar, l-aħħar sentenza tan-novella, hemm li t-

tifla taqbad il-lapes f’idha. Il-lapes huwa simbolu tal-kitba. Jintuża bħala għodda tal-kitba. It-tifla

wara li tiftaħ il-kaxxa ssir kittieba anke hi. F’dan is-sens għandna riinterpretazzjoni tal-mit ta’

Phyllis Debono – Claire Zerafa

http://maltikurja.wordpress.com

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!