01.08.2016 Views

Book

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Barra l-liċenzji tal-kategoriji “A”, “B” u “D” hemm ir-raba’ liċenzja li hi dik

tal-kategorija “Ċ”. Din il-liċenzja tingħata lil kull min ikun irid jgħin fil-ħruq

tan-nar fil-ġranet tal-festa. Il-liċenzja “Ċ” tingħata wara eżami orali li fih ilkandidat

irid juri t-tagħrif u l-ħila teknika meħtieġa biex jaħraq xogħlijiet tan-nar

mingħajr periklu għalih u għal ħaddieħor. Dan il-ħruq tan-nar irid dejjem isir taħt

is-sorveljanza ta’ persuna li jkollha l-liċenzja “A”. Skond ir-Regolamenti dwar

Kontroll ta’ Xogħlijiet tan-Nar u Esplożivi Oħra, ħadd ma jista’ jidħol f’kamra

tan-nar għall-maniġġ ta’ xi xogħlijiet tan-nar jekk ma jkollux fuqu liċenzja li

jkun irid juri lil kull spettur awtorizzat meta dan jitlobhielu. Il-licencee tal-kamra

tan-nar, jew, fin-nuqqas tiegħu, xi ħadd ieħor li jkollu liċenzja “A” hu dejjem

responsabbli li jiżgura li r-regolamenti kollha jkunu qed jiġu mħarsa millħaddiema

kollha li jkunu fil-kamra.

Lejn l-aħħar ta’ Mejju 2010, sewwasew fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tat-28 ta’

Mejju, 2010, tħabbru regolamenti oħra dwar il-liċenzji għal min jaħdem in-nar.

Skond dawn ir-regolamenti l-ġodda, kull min għandu l-liċenzja “A”, “B” jew

“Ċ” irid jattendi kors ta’ aġġornament. Dan il-kors imbagħad jispiċċa b’intervista,

eżami orali jew it-tnejn, amministrati minn membri tal-Kumitat dwar l-Esplożivi

u l-ispetturi dwar ix-xogħlijiet tan-nar. Barra minn hekk, il-kandidati jistgħu jiġu

mitluba joqogħdu għal eżami bil-miktub. Dawn il-korsijiet ta’ aġġornament huma

magħmula b’tali mod biex jipprovdu informazzjoni fuq proċeduri ta’ sigurta’, ilqafas

leġislattiv li jirrikwarda ix-xogħol tan-nar u l-iżviluppi li jkunu qed iseħħu

fis-settur pirotekniku. Il-kontenut tal-kors jiġi mbagħad eżaminat fl-intervisti,

eżamijiet orali jew it-tnejn. Dawk li ma jgħaddux mill-eżamijiet ikollhom illiċenzja

tagħhom irtirata sakemm jagħmlu eżami supplimentari. Il-persuni li ma

jgħaddux mill-eżami supplimentari jkollhom jerġgħu japplikaw għal-liċenzja

mill-ġdid. Kull min ma jattendix għall-kors ta’ aġġornament, l-intervista jew

xi eżami ieħor ikun meqjus li mhux interessat aktar fil-liċenzja u għalhekk illiċenzja

tkun irtirata. Ta’ min jgħid li għalkemm il-korsijiet ta’ aġġornament se

jsiru kull sentejn, dawk kollha li diġa’ għandhom il-liċenzja għandhom perjodu

ta’ tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-regolamenti l-ġodda biex jiġu msejħa

għall-ewwel kors.

Liċenzja “TEMP”

F’regolament li ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-24 ta’ Frar, 2012,

regolament li jemenda r-Regolamenti dwar Kontroll ta’ Xogħlijiet tan-Nar

u Esplożivi oħra, il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari introduċa

kategorija oħra ta’ liċenzja: il-liċenzja “TEMP”. Din hi liċenzja għall-persuni

li jkollhom liċenzja valida biex jaħarqu xogħlijiet tan-nar fi Stat ieħor, b’mod

partikolari fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, u li jkunu awtorizzati jaħarqu

xogħlijiet tan-nar f’Malta matul xi avveniment bħal ma huma wirjiet ta’ xogħlijiet

tan-nar jew festi. Il-liċenzja “TEMP” tkun valida għal matul l-avveniment biss.

Applikazzjonijiet għal-liċenzja “TEMP” iridu jkunu approvati mill-organizzaturi

tal-avveniment li għalih l-applikant ikun ser jaħraq xogħlijiet tan-nar. L-applikant

jista’ jkun jeħtieġlu joqgħod għal eżami orali biex jiġi aċċertat li għandu t-tagħrif

u l-ħila teknika meħtieġa biex jaħraq ix-xogħlijiet tan-nar mingħajr periklu.

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu

19

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!