01.08.2016 Views

Book

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Il-Qniepen tal-Kolleġġjata

Kitba ta’ Emanuel Sammut

Il-Kolleġġjata Bażilka tagħna hija mżewqa b’żewġ kampnari. Taxxellug

usa minn dak tal-lemin minn ġewwa. Fl-ewwel kampnar,

dak ta’ fuq il-lemin, meta wieħed iħares lejn il-knisja mill pjazza ta’ quddiemha, insibu

żewġt iqniepen, waħda li hi msejħa l-Antika, u l-oħra li hija msejħa tat-Tletin. Filwaqt

li fit-tieni wieħed, dak tax-xellug, hemm ħames qniepen: l-Għawdxija, il-Fustanija,

iż-Żgħira, il-Kbira, u Tas-Sittax.

L-Antika hija t-tieni l-ikbar qanpiena u tiżen 40 qantar. Din il-qanpiena li aktar tard

ingħatat l-isem ta’ Santa Marija fiha din il-kitba: Quo magnificentius as Sacra vocentur

fideles populi. Kien ħadimha GioacchinoTriganza fl-1813. Jingħad li din il-qanpiena

kien irregalaha Vincenzo Borg Brared u li dan kien għamilha minn kanuni qodma li kien

xtara. Jgħidulha l-antika għax hi kienet il-kbira qabel dik preżenti. Din il-qanpiena ddoqq

f’kull purċissjoni, u għall-festi sekondarji, kif ukoll fit-trapassjoni jew sinjal ta’ mewt ta’

xi saċerdot. Fir-restawr ta’ dan l-aħħar din il-qanpiena kellha bżonn attenzjoni speċjali.

L-ilsien, billi kien mikul bix-xogħol, ħarġulu bħal żewġ għoqiedi ta’ ħadid aktar iebes

mill-kumplament u dawn kienu qegħdin ikomplu jżidu l-ħsara fil-ġerħa, jiġifieri filġnub

fejn iħabbat l-ilsien tal-qanpiena. Għaldaqstant, l-ewwel tneħħew dawn l-għoqiedi

u mbagħad l-ilsien imtela u reġa’ ġie ffurmat mill-ġdid. Barra minnhekk l-ilsien ġie

mdawwar biex iħabbat fuq żewġ faċċati oħra tal-qanpiena, u wara, l-qanpiena ddawret

nofs dawra, biex baqgħet tindaqq mill-istess naħa. Għal dan kien hemm bżonn ta’ żieda

ta’ travi tal-ħadid u bdil tal-mod ta’ kif kien marbut l-ilsien fuq ġewwa. Dan ix-xogħol

kien tassew diffiċli u ta’ periklu meta wieħed jaħseb fuq id-daqs u l-piż tal-qanpiena.

Il-qanpiena l-oħra li nsibu fl-istess kampnar hija msejħa tat-Tletin. Din hija t-tielet

waħda mill-kobor u wkoll ħadimha Triganza fl-istess żmien ta’ l-Antika. Din tintuża

għat-tokki tal-Anġelus u fil-ħin li jissejjaħ siegħa lejl jew tal-imwiet. Fl-aħħar restawr

li sar, imtela u ġie ffurmat mill-ġdid l-ilsien, u mbidel il-mod tal-irbit tiegħu. Dawn iżżewġ

qniepen kienu saru fil-Knisja l-Qadima u tbierku mill-Isqof Ferdinando Mattei

fl-1841.

Fil-kampnar l-ieħor, insibu ħames qniepen oħra, li fosthom hemm “l-Għawdxija”

li nħadmet minn GioacchinoTriganza wkoll u kienet tindaqq fil-knisja ta’ San Ġorg

fir-Rabat ta’ Għawdex. Hemm kellha xi ħsara fil-kuruna, minn fejn tintrabat. Wara li

ssewwiet inxtrat minn Vincenzo Borg Brared u rregalaha lill-Kolleġġjata fl-1820. Din

il-qanpiena li ddoqq normali u regulari, tindaqq biex tagħti sinjal li bdiet l-espożizzjoni

ta’ Ġesu’ Sagramentat u flimkien mal-Fustanija tagħti sinjal għar-reċita tal-Brevjar. Flaħħar

restawr, minħabba li l-kuruna hija tal-ħadid, din il-qanpiena tniżżlet fuq l-armar

biex titnaddaf il-kuruna mis-sadid u tingħata l-manutenzjoni li kien hemm bżonn.

L-ilsien ukoll imtela minn erba’ postijiet għax kienu dawwruh xi darba qabel fiż-żmien

L-irbit tal-ilsien mal-qanpiena ġie mibdul ukoll.

Il-Fustanija li tagħti sinjal għar-reċita Kapitolari tal-Brevjar tintuża wkoll għad-daqq

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu 31

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!