Flimkien Ġunju 2019
Transform your PDFs into Flipbooks and boost your revenue!
Leverage SEO-optimized Flipbooks, powerful backlinks, and multimedia content to professionally showcase your products and significantly increase your reach.
Newspaper Post

ġunju 2019

Numru 175

08 – Fik mitt gost? Are you delightful?

10 – Barka f’nofs nar jaqbad

12 – Kwizz: X’ġara wara?

14 – Rigali tal-‘Preċett’

19 – Agħtini wlied: talba ta’ missier

20 – Plastik: 4 minuti, 450 sena

22 – Sena mdemma: 2019

25 – Komunjoni tal-Akkwisti u reġimi oħra
BSL

Britannia Tours

… il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

Lourdes

¢497

4 ijiem

¢577

minn minn

3 ijiem

28 ta’ Æunju - 1 ta’ Lulju, 5 - 8 ta’ Lulju,

12 - 15 ta’ Lulju, 19 - 22 ta’ Lulju,

26 - 29 ta’ Lulju, 2 - 5 ta’ Awwissu,

9 - 12 ta’ Awwissu, 16 - 19 ta’ Awwissu,

23 - 26 ta’ Awwissu, 30 ta’ Awwissu -

2 ta’ Settembru, 6 - 9 ta’ Settembru,

13 - 16 ta’ Settembru, 20 - 23 ta’ Settembru

1 - 5 ta’ Lulju, 8 - 12 ta’ Lulju,

15 - 19 ta’ Lulju, 22 - 26 ta’ Lulju,

29 ta’ Lulju - 2 ta’ Awwissu,

5 - 9 ta’ Awwissu, 12 - 16 ta’ Awwissu,

19 - 23 ta’ Awwissu, 26 - 30 ta’ Awwissu,

2 - 6 ta’ Settembru, 9 - 13 ta’ Settembru,

16 - 20 ta’ Settembru

Holy Land

u l-Ġordan

31 ta’ Awwissu -

10 ta’ Settembru minn

¢1629

Eskursjonijiet kollha, ikliet,

entraturi u tips inkluÿi.

Direttur Spiritwali

jakkumpanja l-grupp

San Giovanni

Rotondo u

Assisi

17 - 24 ta’

Æunju minn

¢799

Eskursjonijiet kollha

u half board inkluÿi.

Direttur Spiritwali

jakkumpanja l-grupp

San Giovanni

Rotondo, Assisi

u Ruma

15 - 22 ta’

Lulju minn

¢839

Eskursjonijiet kollha

u 5 ikliet inkluÿi.

Direttur Spiritwali

jakkumpanja l-grupp

Il-prezzijiet huma kollha f’kamra trippla u jinkludu t-titjiriet.

Irreferi gœad-dettalji kollha tal-programm.

Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930

Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt
Dun Joseph Mizzi

EDITORJAL

Marzu Ġunju 2019 • 3

Sib Ix-xibka żmien

tal-internet

F’Ġunju, il-Knisja tiċċelebra l-Jum Dinji

tal-Komunikazzjoni. Għal dan il-jum il-Papa

Franġisku fakkarna fis-sbuħija tal-internet.

L-internet huwa mezz tajjeb biex tiskopri affarijiet

ġodda u tiltaqa’ biex tesprimi solidarjetà mal-oħrajn.

Il-kelma ‘internet’ tfisser li aħna qisna qegħdin f’xibka

(net) ta’ relazzjonijiet u komunikazzjoni ma’ xulxin.

Ix-xibka taħdem u żżomm sħiħa għax aħna lkoll

naqsmu ċerti responsabbiltajiet. Imma xibka taf ukoll

torbtok b’tali mod li żżommok skjav tagħha.

Magazin ta’ kull xahar maħruġ

mill-Kulleġġ tal-Kappillani

li jitqassam b’xejn lill-familji

Maltin.

Biex tirreklama u għal kull

korrispondenza

ċempel fuq 2182 8931 jew

7946 1470 jew bil-posta.

Indirizz

Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani

Kurja, il-Furjana

Email

flimkien@maltadiocese.org

Editur Carmel Conti

Grafika Outlook Coop

Stampar Velprint Ltd

Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

l-Editorjal mhux neċessarjament

tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali.

L-internet ifisser ukoll li aħna f’komunità, li

tissopponi li hemm djalogu bbażat fuq l-użu

responsabbli u matur tal-lingwa u mhux fuq il-gidba

jew kliem ta’ ħsara fuq xulxin. Sfortunatament

l-internet jaf joħloq ħafna ‘individwi’, fis-sens li

joħloq iżolament u aljenazzjoni mis-soċjetà.

L-internet għandu jgħinna niffurmaw ‘ġisem

wieħed’. Dan japplika:

• għall-familji – li wara jaslu biex jiltaqgħu

madwar mejda tal-ikel flimkien;

• għall-Knisja – li trid tużah biex toħloq

relazzjonijiet isħaħ ma’ xulxin, li mbagħad

iwasslu għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija

flimkien;

• għall-umanità kollha – biex taqsam

l-esperjenzi sbieħ u koroh tal-ħajja u

twassal biex jitolbu flimkien u jkunu

solidali ma’ xulxin.

Jalla dawn ir-riflessjonijiet tal-Papa

nżommuhom quddiem għajnejna kull meta

nagħmlu użu mill-internet.

Raġġ Dawl

Earth provides enough to satisfy

every man’s needs, but not every

man’s greed. Mahatma Gandhi.

Id-dinja tipprovdi biżżejjed biex

tissodisfa l-bżonnijiet tal-bnedmin

kollha, imma mhux ir-regħba ta’

kull bniedem.
MAKE ENDING

POVERTY PART OF

YOUR LIFE STORY

WILL TO GIVE

A lasting legacy that will change lives

By remembering Missio Malta in your will, you could make a lasting difference in

the world the next generation grows up in.

A gift from you could, many years from now, be seen in the smiles of children in

Third World Countries, who will benefit from your kindness and compassion.

Your legacies left behind will always leave your smile alive in other people’s hearts.

VO/1178

7, Merchants Street, Valletta, VLT 1171, Malta | Tel: (+356) 2123 6962 | E-Mail: info@missio.org.mt

www.missio.org.mt
Messaġġ tal-arċisqof

Ġunju 2019 • 5

Id-doni

ta’ Alla

għalik

Stazzjon 14; Via Lucis, Parroċċa Kunċizzjoni, Ħamrun

Fid-9 ta’ Ġunju din is-sena niċċelebraw

b’solennità kbira l-festa tal-Għid il-

Ħamsin (Pentekoste).

Dakinhar infakkru d-don kbir tal-Ispirtu

s-Santu, don li l-Mulej wiegħed lid-dixxipli

tiegħu qabel ma bata u miet għalina.

Kien qal hekk: “Jiena nibgħatilkom

konsolatur li jfakkarkom f’dak kollu li għedt

u jurikom ħwejjeġ ikbar milli rajtu sa issa

(ara l-Vanġelu ta’ San Ġwann, Kapitlu 15).

L-Ispirtu Qaddis tal-Mulej huwa l-ispirtu

ta’ Kristu Rxoxt; huwa l-imħabba ta’ Alla

l-Missier għal kull wieħed u waħda minna.

Huwa jipproċedi minn Alla permezz ta’

Ibnu. Huwa l-ispirtu li jqaddes id-dinja u li

permezz tiegħu l-Knisja tkompli tikber filqdusija,

fl-għerf u f’kull grazzja.

Aħna u nitolbu d-doni tal-Ispirtu

s-Santu, inkunu qed nitolbu biex ngħixu

ħajja qaddisa, ħajja rżina, ħajja mimlija

paċi. L-Ispirtu s-Santu huwa msejjaħ

‘konsolatur’ għaliex ifarraġna, huwa

l-avukat tagħna li jieqaf magħna filmumenti

tat-tentazzjoni u jiddefendina

kontra x-Xitan. Huwa l-Ispirtu s-Santu li

jdawwal il-menti tagħna u jħeġġeġ il-qlub

tagħna.

Dak kollu li huwa tajjeb, sabiħ u qaddis ġej

mill-Ispirtu Qaddis tal-Mulej.

“Ejja, Spirtu s-Santu! Imla l-qlub tal-fidili u

kebbes fina n-nar ta’ mħabbtek.”

+ Charles J. Scicluna

Arċisqof ta’ Malta

Kelma ta’ Franġisku

Il-karta tal-identità tagħna hi din: Alla hu Missierna,

Ġesù hu Ħuna, il-Knisja hi l-familja tagħna, aħna

aħwa, il-liġi tagħna hi l-imħabba.

Il-Papa Franġisku, Rakovsky, il-Bulgarija

It-Tnejn 6 ta’ Mejju 2019
Biddel il-ħajja tat-tfal li jgħixu fid-djar

residenzjali.

Kun il-Kuntatt Soċjali

tagħhom.

22959000 | appogg@gov.mt | www.fsws.gov.mt
JUM IL-KOMUNIKAZZJONI

SOĊJALI

Ġunju 2019 • 7

Verità

Rispett Fiduċja

Mulej, agħmilna strumenti tal-paċi tiegħek.

Għinna nagħrfu l-ħażen moħbi f’komunikazzjoni li tifred.

Għinna nneħħu l-velenu mill-ġudizzji tagħna.

Għinna nitkellmu fuq l-oħrajn daqslikieku kienu ħuna jew oħtna.

Int fidil u ta’ min jafdak: jalla kliemna jkunu għad-dinja żerriegħa ta’ dak li hu tajjeb:

fejn hemm l-għajjat, agħmel li nagħrfu nisimgħu;

fejn hemm il-konfużjoni, agħmel li nispiraw il-qbil;

fejn hemm l-ambigwità, agħmel li nġibu ċ-ċarezza;

fejn hemm l-esklużjoni, agħmel li noffru s-solidarjetà;

fejn hemm is-sensazzjonaliżmu, agħmel li nkunu sobrji;

fejn hemm is-superfiċjalità, agħmel li nqajmu mistoqsijiet serji;

fejn hemm il-preġudizzju, agħmel li nqanqlu fiduċja;

fejn hemm l-ostilità, agħmel li nġibu r-rispett;

fejn hemm il-falzità, agħmel li nwasslu l-verità. Ammen.

Talba tal-Papa Franġisku
8 • Ġunju 2019 RELAZZJONI

Are you delightful?

Do you have a foul mouth, poor table

manners, or a habit of making

sarcastic remarks? Do you skip your

shower often? Your rude behavior may seem

insignificant to you, but it is unpleasant to

those around you, especially your spouse.

But if you are driven by love, you

intentionally behave in a way that is more

pleasant for your spouse to be around. You

will purposefully avoid things that frustrate

or cause discomfort to him or her. Genuine

love minds its manners.

And it could add some fresh air to your

marriage! Good manners express to your

spouse: “I value you enough to start changing

the way I do things that irritate you or

embarrass you. I want to be a person who’s a

pleasure to be with.”

When you allow love to change your

behaviour – even in the smallest of ways –

you restore an atmosphere of honour to your

relationship.

• How does your behavior affect your

spouse’s self-esteem?

• Would your spouse say you’re a blessing

… or an embarrassment?

Do not dismiss these questions by thinking

that it is your spouse, not you, who needs

work in this area!

Do you wish your spouse would quit doing

the things that bother you? Then it’s time to

stop doing the things that bother him or her.

Will you be thoughtful and loving enough to

discover and avoid the behaviour that causes

life to be unpleasant for your spouse? Will

you dare to be delightful!

So, treat your spouse the same way you

want to be treated. And be as considerate to

your spouse as you are to strangers and coworkers.

Often, our behaviour at home is very different

from our behaviour with friends, or even

with total strangers. We may be barking or

pouting around the house, but if the front

door chimes, we open it all smiling and kind.

Why not give the best to your own? Let love

motivate you to make needed changes in

your behavior, and notice the change in the

quality of your marriage relationship.

Test yourself:

• How does your spouse feel about the way

you speak and act around him or her?
RELAZZJONI

Ġunju 2019 • 9

Fik mitt gost?

Għandek ilsien iniggeż? Ma tafx kif

iġġib ruħek waqt l-ikel? Tħobb

tgħaddi kummenti sarkastiċi?

Spiss iddum ma tinħasel? Forsi dawn

jidhru affarijiet insinifikanti, imma żgur

li ma jagħtu l-ebda gost lil ta’ madwarek,

speċjalment żewġek jew martek.

Jekk verament tħobb, allura ġib ruħek

b’mod li martek jew żewġek jieħdu gost

fil-kumpanija tiegħek, u agħmel li tista’

biex ma ddejjaqx, ma tirrabjax u lanqas

tiskomodahom. Jekk tħobb tassew, agħti kas

tal-manjieri tiegħek.

Dan jista’ wkoll idaħħal ftit arja friska

fiż-żwieġ tagħkom! B’manjieri tajba tkun

qed tgħid lill-ieħor: “Tant ngħożżok li lest

nibdel dawk il-manjieri tiegħi li jdejquk

jew iġegħluk tħossok skomdu. Irrid inkun

persuna li tieħu gost tkun miegħi.”

Meta għall-imħabba tkun lest tibdel l-imġiba

tiegħek – anki fl-iċken affarijiet – tkun qed

iddaħħal atmosfera ta’ rispett fir-relazzjoni

tagħkom.

Spiss, l-imġiba tagħna d-dar tkun differenti

ħafna mill-imġiba mal-ħbieb u l-barranin.

Meta nkunu d-dar dejjem ngħajtu jew

bin-nervi, imma mbagħad kif iddoqq ilqanpiena

tal-bieb ta’ barra arana nitbissmu

u kollna ġentilezza.

Għaliex ma għandekx tagħti l-aqwa lil ta’

ġewwa? Jekk tħobb verament, se tkun lest

tibdel l-imġiba tiegħek fejn hemm bżonn

tinbidel. Ftit ftit tibda tara bidla għall-aħjar

fiż-żwieġ tagħkom.

Staqsi lilek innifsek:

• X’jaħseb l-ieħor dwar il-mod kif

nitkellem u nġib ruħi miegħu?

• L-imġiba tiegħi tgħin lill-ieħor iħossu

aktar kunfidenti fih innifsu?

• L-ieħor iħossu ffortunat li għandu lili

… jew iħossu jistħi miegħi?

Tippruvax teħles minn dawn il-mistoqsijiet

billi tgħid li hi martek jew żewġek li jridu

jinbidlu u mhux int!

Tixtieq li l-ieħor ma jibqax jagħmel affarijiet

li jdejqu lilek? Mela ħu ħsieb li ma tibqax

tagħmel dak li jdejjaq lilu jew lilha. Kapaċi

tkun delikat u tħobb tant li jirnexxilek

tinduna u tevita dik l-imġiba tiegħek li

ddejjaq lil żewġek jew lil martek?

Għandek ħila tkun persuna li fik mitt gost?

Mela, ittratta ma’ żewġek jew martek

bl-istess mod kif trid li tkun ittrattat int.

U kun sensittiv u delikat ma’ ta’ ġewwa

daqskemm int mal-barranin u l-kollegi

tax-xogħol.
10 • Ġunju 2019

PENTEKOSTE

Ejja fil-ġurnata tiegħi!

Jekk xi ħadd jistaqsik x’inhu

u x’jagħmel l-Ispirtu s-Santu,

tista’ twieġbu bil-kliem tal-Papa

Franġisku:

L-Ispirtu jiftaħ il-qlub issiġillati bil-biża’ ... u

jgħinhom jirbħu r-reżistenzi.

Lil min jikkuntenta bin-nofs kedda ...

jimbuttah biex jingħata kollu kemm hu.

L-Ispirtu jwessa’ l-qlub dojoq;

iħeġġeġ għall-qadi ... lil min irid joqgħod

imxaħxaħ fil-kumditajiet tiegħu;

iġiegħel jimxi ... lil min mingħalih ġa wasal;

iġiegħel joħlom ... lil min hu mħeddel.

Meta ngħaddu minn perijodi ta’ ‘għeja’,

meta aktar moħħna biex nippreservaw dak

li għandna

milli mmorru għand min hu mbiegħed –

dawn mhux sinjali sbieħ.

Għax l-Ispirtu jkun qed jonfoħ, imma aħna

nkunu niżżilna l-purtieri.

Madankollu, proprju fl-aktar perijodi

mudlama,

l-Ispirtu spiss iqanqal qdusija li ddawwal

kullimkien!

Hu jimla l-Knisja bit-tama, bil-ferħ, bil-ġdid.

Il-bidla tal-qalb li jġib l-Ispirtu s-Santu

teħlisna minn ġewwa;

tgħinna ma naqtgħux qalbna;

tibdilna minn midinba ... f’maħfura;

minn ħatja ... ġusti;

minn ilsiera tad-dnub ... insiru ħielsa;

minn qaddejja ... wlied;

minn mormija ... prezzjużi;

minn delużi ... kollna tama.

L-Ispirtu s-Santu jnissel mill-ġdid il-ferħ u

s-sliem fil-qalb.

Imissna nibdew kull ġurnata billi ngħidu:

“Ejja, Spirtu s-Santu, ejja fil-qalb tiegħi, ejja

fil-ġurnata tiegħi.”

L-Ispirtu jibdel mhux biss il-qlub imma

wkoll il-ġrajjiet.

Hu jilħaq anki l-inqas sitwazzjonijiet li

nkunu ħsibna fihom.
PENTEKOSTE

Ġunju 2019 • 11

Bħal meta, f’familja, titwieled tarbija,

li taqleb il-ħinijiet ta’ taħt fuq u ttellef

l-irqad ...

imma ġġib ferħ li jġedded il-ħajja,

hekk ukoll l-Ispirtu jimbuttaha ’l quddiem

u jġib ‘togħma ta’ tfulija’ fil-Knisja;

ikebbes fiha mill-ġdid l-imħabba tal-bidu;

ifakkarha li, minkejja s-sekli tagħha

ta’ storja, hi għadha dejjem l-Għarusa

żagħżugħa li magħha l-Mulej hu mitluf flimħabba.

Ma għandna negħjew qatt nistiednu lill-

Ispirtu fl-ambjenti tagħna.

Nitolbuh qabel kull ħidma tagħna: “Ejja,

Spirtu s-Santu!”

Il-qawwa tiegħu ġġib l-għaqda fil-firda, ilpaċi

fid-diqa, il-qawwa fit-tiġrib.

Il-frott tiegħu hu: mħabba, hena, sliem,

sabar, ħniena, tjieba, fidi, ħlewwa, rażan.

L-Ispirtu jagħti l-intimità ma’ Alla,

u fl-istess waqt hu qawwa li toħroġna ’l

barra, lejn kull periferija umana.

Spirtu s-Santu, riħ qawwi ta’ Alla, onfoħ

fuqna.

Onfoħ fi qlubna; agħtina n-nifs tal-ħlewwa

tal-Missier.

Onfoħ fuq il-Knisja; oħroġha sat-trufijiet

tal-art biex twassal biss lilek.

Onfoħ fuq id-dinja l-fewġa ħelwa tas-sliem u

l-frisk farraġi tat-tama.

Ejja, Spirtu s-Santu,

ibdilna minn ġewwa u ġedded il-wiċċ talart.

Ammen.

(Adattament minn omelija tal-Papa

Franġisku f’Pentekoste tal-2018)

Barka f’nofs in-nar

Fr Jean-Marc Fornier jibqa’ mfakkar

għall-fatt li fin-nar li ħakem lil Notre

Dame fil-15 ta’ Apri, huwa salva r-relikwa

tal-Kuruna tax-Xewk. Imma ftit jafu dan

li ġej, irrakkuntat minnu stess aktar tard.

“Kont kompletament waħdi f’nofs

il-korsija, madwari kullimkien nar

jaqbad u jaqa’ mis-saqaf. Ħassejt li ma

kellix naqbad u noħroġ imma li nagħti

l-barka madwari. Naf li l-Kuruna tax-

Xewk hija relikwa assolutament unika

u straordinarja, imma s-Sagrament

Imqaddes huwa Ġesù nnifsu, preżenti

realment bil-ġisem, bir-ruħ u biddivinità.

Taf int, mhux faċli tara lil xi

ħadd li tħobb jinħaraq!”

Għal Fr Fournier, li hu wkoll kappillan

tal-firefighters ta’ Pariġi, l-aktar

ħaġa importanti kienet is-saħħa talfirefighters.

“Il-pitturi tista’ terġa’

tagħmilhom, imma l-ħajja umana le.

Ħafna mill-Katidral spiċċa rmied, imma

għad iqum b’saħħtu u isbaħ minn qabel,

kif xi darba se nagħmlu aħna wkoll bissaħħa

tal-Qawmien ta’ Kristu!”

Nhar il-Ħadd 23 ta’ Ġunju, agħti xhieda

tal-fidi tiegħek fl-Ewkaristija billi tisma’

l-Quddies, titqarben, u tieħu sehem

fil-purċissjoni bis-Sagrament fil-belt jew

raħal fejn tgħix.
12 • Ġunju 2019 KWIZZ

X'ġara wara?

Dan il-kwizz jgħinek tkun taf x’ġara fil-jiem bikrin u eċċitanti

tal-Knisja wara t-Tlugħ ta’ Ġesù fis-sema, li niċċelebraw

fl-ewwel Ħadd ta’ Ġunju. Żomm ħdejk il-ktieb tal-Atti tal-Appostli.

1. Wara li Ġesù tela’ s-sema, l-Appostli

lil min għażlu biex jieħu post Ġuda

l-Iskarjota? Kif għażluh?

2. Kif insejħulha l-festa ta’ meta niżel

l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli?

3. Liema sinjali wrew li kien niżel

l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli?

4. Dakinhar inġabru ħafna nies

madwar id-dar fejn kienu. Pietru

ħareġ ikellimhom u ħafna emmnu u

tgħammdu. Kemm tgħammdu?

5. Fil-bieb tat-Tempju, Pietru u Ġwanni

raw raġel magħtub minn twelidu li

talabhom karità. Pietru qallu: “Fidda

u deheb m’għandix, imma dak li

għandi se nagħtihulek.” X’tah?

6. Il-qassisin, il-kmandant tat-tempju

u s-Sadduċej ma felħux jisimgħu lill-

Appostli jgħallmu dwar il-qawmien

mill-imwiet, għalhekk tefgħuhom

il-ħabs. L-għada ltaqgħu l-kapijiet,

fosthom Anna l-qassis il-kbir u Kajfa,

u staqsew lill-Appostli f’isem min

kienu fejqu lill-magħtub. X’wieġeb

Pietru?

7. Il-kapijiet qagħdu jiddiskutu

bejniethom x’jagħmlu bihom,

minħabba li n-nies ta’ Ġerusalemm

saru jafu bil-fejqan tal-magħtub.

X’iddeċidew?

8. L-ewwel Insara kienu jaqsmu kollox

bejniethom. Fost dawn kien hemm

Ġużeppi, minn Ċipru u li jsejħulu

Barnaba. X’offra Ġużeppi?

9. L-Insara tant żdiedu li ma kellhomx

min jieħu ħsieb ir-romol. Lil min

għażlu? Taf isem xi ħadd minnhom?

10. Stiefnu ġie akkużat li qed jidgħi

b’Mosè u b’Alla, li jitkellem kontra

t-tempju u kontra l-Liġi, u li Ġesù

għad iħott it-tempju u jbiddel iddrawwiet

li tahom Mosè. X’għamlu

bih?

11. Qabel miet, Stiefnu qal żewġ sentenzi

jixbhu ħafna l-kliem ta’ Ġesù fuq issalib.

X’qal?

12. Min kien preżenti wkoll waqt il-qtil

ta’ Stiefnu?
KWIZZ

Ġunju 2019 • 13

Tweġibiet:

1. Talbu u qatgħu x-xorti bejn Ġużeppi

(imsejjaħ Barsaba) u Mattija. Ix-xorti

waqgħet fuq Mattija. (Atti 1:15-26)

2. Għid il-Ħamsin jew Pentekoste.

(Atti 2:1)

3. Tliet sinjali : (a) ħoss bħal ta’ riħ

qawwi li mela d-dar kollha (b) dehru

ilsna qishom tan-nar li tqassmu u

qagħdu fuq kull wieħed minnhom (ċ)

bdew jitkellmu b’ilsna oħra.

(Atti 2:2-4)

4. Tlett elef. (Atti 2:7-42)

5. Pietru qallu, “Fl-isem ta’ Ġesù Kristu

ta’ Nazaret, imxi!” Ir-raġel qam u beda

jimxi u daħal magħhom fit-tempju.

(Atti 3:1-26)

6. Pietru wieġeb li l-fejqan kien seħħ

bis-saħħa tal-isem ta’ Ġesù Kristu.

“Din hi l-ġebla li intom il-bennejja

warrabtu u li saret il-ġebla tax-xewka.

F’ħadd ħliefu ma hemm salvazzjoni,

għax imkien taħt is-sema ma hemm

isem ieħor mogħti lill-bnedmin li

bih aħna għandna nkunu salvi.” (Atti

4:5-12)

7. Ordnawlhom ma jgħallmux aktar

f’isem Ġesù, imma Pietru u Ġwanni

weġbuhom: “Aħna ma nistgħux ma

nitkellmux fuq dak li rajna u smajna.”

Il-kapijiet reġgħu hedduhom u

telquhom, għax minħabba l-poplu ma

kinux jafu kif jaqbdu jikkastigawhom.

(Atti 4:15-22)

Poster tal-film Paul Apostle of Christ

8. Barnaba kellu għalqa, biegħha u l-flus

li daħħal mar iqegħedhom f’riġlejn

l-Appostli. (Atti 4:36)

9. Għażlu sebat irġiel: Stiefnu, Filippu,

Prokoru, Nikanor, Timon, Parmena,

Nikola. (Atti 6:1-6)

10. Intefgħu fuqu f’daqqa, kaxkruh ’il

barra mill-belt u ħaġġruh. (Atti 7:57-

58)

11. “Mulej Ġesù, ilqa’ r-ruħ tiegħi”;

“Mulej, tgħoddulhomx dan id-dnub”

(Atti 7:59-60)

12. Sawl (aktar tard bidel ismu għal

Pawlu) żammilhom il-ħwejjeġ

sakemm ħaġġruh. Kien fehma waħda

magħhom fil-mewt li tawh. (Atti 8:1)
14 • Ġunju 2019 L-EWWEL TQARBINA

Rigali

tal-‘Preċett’

X’rigali nixtieq mingħand

il-ġenituri għall-Ewwel Tqarbina.

Nixtieq ma tibqgħux tgħiduli aktar li

fit-Tqarbin se nirċievi lill-‘Bambin’.

Għiduli li se nirċievi lil Kristu Rxoxt.

Tikkonfondux iżżejjed li meta nitqarben

mhux se nkun qed nifhem kollox. Lanqas

tgħidu li ma ħaqqnix nitqarben. Wara kollox,

min jifhem eżatt x’inhi l-Ewkaristija? Min

jistħoqqlu jitqarben? It-Tqarbin huwa rigal

għal min hu qaddis ... jew għajnuna għal min

mhuwiex?

Uruni dak li hu essenzjal fil-ħajja. Il-libsa

bajda sabiħa, imma tgħaddi. Uruni sbuħija

oħra li ma tispiċċax.

Fissruli li wara li nitqarben m’għandix

għalfejn nagħmel riverenza qabel nasal

f’posti għax dak il-ħin JIEN STESS inkun

tabernaklu.

Nixtieqkom li wara t-Tqarbin tgħiduli talb

ta’ ringrazzjament bħal: ‘Grazzi Ġesù talli

ġejt ġo fija. Ġesù jien inħobbok. Ġesù għinni

nħobbok aktar.’ Itolbu miegħi għas-saċerdot

li qarbinni, għall-familja tagħna, ħbiebi, ilmejtin,

it-tfal kollha fid-dinja li qed ibatu.

Nixtieqkom li dakinhar tal-Ewwel Tqarbina

intom, missieri u ommi, titqarbnu miegħi

wkoll – anzi mhux dakinhar biss!

Ifhmu li hu dmir tagħkom, mhux talkappillan,

li tgħadduli l-fidi. U agħmlu

dan billi narakom titolbu; narakom tidħqu

u kuntenti flimkien; narakom taħfru; ma

narakomx tiġġieldu u tgħidu kliem iebes lil

xulxin.

Nixtieq li l-quddiesa tal-Ewwel Tqarbina

tkun quddiesa sabiħa imma sempliċi; b’kant

li jkantah kulħadd; omelija li nista’ nifhimha

jien; li r-ritratti u l-video ma jkunux

iċ-ċentru tal-attenzjoni.

Nixtieq li ma toqogħdux titkażaw bilġenituri

ta’ xi ħadd minn sħabi li ma

jitqarbnux. Min jitqarben ma jitkażax,

ma jikkundannax u ma jiġġudikax.

Grazzi tal-party tal-Ewwel Tqarbina, imma

xtaqtkom għamiltuli ieħor żgħir għall-

Ewwel Qrara – mhux għar-rigal jew għallġelat

u l-kejk imma biex nifhem aktar il-ferħ

li ġġib magħha l-maħfra u l-ħbiberija ta’

Ġesù. Ibqgħu ħuduni nqerr, u ejjew miegħi

intom ukoll.

Nixtieq li din l-okkażjoni tibda tissejjaħ

‘l-Ewwel Tqarbina’ u mhux aktar ‘Preċett’.

Il-kelma ‘Preċett’ tfisser ‘obbligu’ jew ‘regola’,

imma l-Ewwel Tqarbina, anzi kull Tqarbina,

hija festa u libertà.
Emmanuel Camilleri

ŻGĦAŻAGĦ

Lenti

Ġdida

Żewġ karattri kompletament

differenti minn xulxin imma b’xi

mod jikkumplimentaw lil xulxin.

Il-film The Upside ilaqqagħna ma’ Dell,

eks ħabsi, mingħajr ebda skop f’ħajtu

minħabba żbalji li għamel fil-passat,

speċjalment fejn jidħlu relazzjonijiet.

Dell jibda jdur għall-interviews biex

jiffirmawlu l-karti li obbligat jimla (għax

kien qed jagħmel minn kollox biex ma

jaħdimx). U propju hawn jiltaqa’ ma’

Philip, raġel sinjurun, li kien jgħix fil-lussu

sakemm inċident ikrah ħallieh fuq siġġu

tar-roti. Spiċċa tilef mhux biss saħħtu u lil

martu imma wkoll kull skop f’ħajtu.

Philip jimpjega lil Dell biex jassistih –

kontra l-parir li ngħata għax Dell kien

l-agħar kandidat minn dawk kollha li

applikaw. Grazzi għal Dell, Philip jieħu

perspettiva ġdida dwar ħajtu. Kien qed

ikollu ħsibijiet koroh, anki ta’ suwiċidju.

Bid-dwejjaq li kien ikollu kien jimbotta

lin-nies kollha ta’ madwaru. Tgħid Dell

jirnexxilu jsalva lil Philip?

Xi drabi aħna nixbhu lil Philip.

Minħabba xi episodju negattiv li nkunu

ltqajna miegħu, qisna ningħalqu fina

nfusna u ma nkunu rridu nafu b’ħadd.

Anki fil-ħajja tal-fidi xi drabi jiġrilna

l-istess: tasal fuqna xi aħbar ħażina u

minflok induru lejn Alla biex jgħinna

nispiċċaw ningħalqu fina nfusna u ma

nkomplux mexjin.

Imma fl-istess ħin xi kultant nixbhu

wkoll lil Dell, għax nagħmlu żball

u minflok nippruvaw insewwuh

nispiċċaw nintelqu u nisħtu xortina, u

nieqfu ħemm! Min jaf kemm-il darba

għedna ‘għax jien midneb’ u ‘għax jien

dgħajjef!’ – u ninsew li Alla dejjem

hemm jistenniena minkejja li nkunu

qed nagħmlu żball wara ieħor.

Ara dan il-film u agħmel bħal Philip:

infetaħ għall-oħrajn u ħares lejn il-ħajja

b’lenti ġdida, speċjalment jekk għaddej

jew għaddejt minn xi burraxka. Alla

kapaċi jagħtik perspettiva differenti

fuq ħajtek.
MARATONA

b’risq it-tfal bil-ġuħ

fil-missjoni

7, 8 u 9 ta’ Ġunju 2019

100 SENA

sette giugno 1919

Din il-maratona qed issir minflok dik ta’ April

AGĦTI ĦAJJA

LIT-TFAL BIL-ĠUĦ

5160 2042 għal donazzjoni ta’ €10

5170 2085 għal donazzjoni ta’ €15

5180 2061 għal donazzjoni ta’ €25

5190 2065 għal donazzjoni ta’ €50

SMS 50618198 għal donazzjoni ta’ €4.66

SMS 50619284 għal donazzjoni ta’ €11.65

Xandiriet fuq l-istazzjonijiet

lokali kollha televiżivi
TBATI BIEX TQUM MIS-SODDA?

Sodda li ddur sakemm int tiġi bil-qegħda u tkompli tgħinek biex tqum

bil-wieqfa. Tista tgħolli d-dahar, is-saqajn u s-saqqu b'kollox sa metru 'l fuq.

Prodott Ġermaniz tal-gћola kwalita', b'20 sena esperjenza.

Gћażla ta’ saqqijiet u soddod gћal kull bżonn anke fitted.

■ Sodda Rotoflex Basic

■ Ta' gћajnuna kbira gћall-carer

■ Saqqu TriOptima - jifrex il-piż gћal aktar kumdita'

■ Rails mal-ġenb

■ Mwassla u armata f’darek

Staqsi ukoll x’gћajnuna hemm mill-Aġenzija Sapport.

Ċempel 21576171 jew ibgħat email fuq info@beacon.com.mt

TBATI B’NUQQAS

TA’ SMIGĦ ?

Ħafna nies idumu biex itejbu s-smigħ tagħhom. Jagħmlu

ħajjithom aktar diffiċli għalxejn. Jekk m'intix moqdi

fis-smiegħ, kellimna.

■ Screening Test b'xejn

■ Noffru l-aqwa teknoloġija, u fuq kollox, servizz eċċezzjonali.

■ Perjodu ta' prova biex tkun ċert li mort għall-aħjar.

■ Nagħmlu viżti fid-djar ukoll.

■ Matul 21 sena, għinna mijiet ta’ nies, nagħmlu ħilitna miegħek ukoll.

■ Isma’ u gawdi d-diskors, telefon, televiżjoni, radju u mobile.

Mudell kompletament

ġewwa l-widna.

L-aktar mudell żgħir u

diskret iżda l-aktar

b’saħħtu fis-suq.

Mudell ta’

wara l-widna.

Ċkejken, pulit, diskret u

b’saħħtu, anke għal min

għandu nuqqas ta’

smiegħ serju.

Għin lilek innifsek u lil ta' madwarek.

Ċempel fuq 21576171

jew ibgħat email fuq info@beacon.com.mt
Kun af li għamilt

investiment fis-sod

Timberland Securities Investment plc.

Ħruġ ta’ Bonds

Bond

b’rendiment ta’

għal perjodu ta’ 5 snin

li jimmatura fl-2023

Bond ieħor

b’rendiment ta’

3.75% 4.6%

għal perjodu ta’ 10 snin

li jimmatura fl-2028

ß Investiment minimu ta’ €3,000

ß

ß

Timberland Invest Ltd ġiet maħtura

bħala distributriċi tal-bonds

maħruga f’Malta minn

Timberland Securities Investment plc.

L-investiment fil-bonds għandu jkun

ibbażat fuq id-dettalji sħaħ tal-Prospett

Ċemplilna fuq

2090 8100

Timberland Securities Investment plc. (inkorporata f’Malta b’uffiċċju reġistrat f’171, Old Bakery Street, Valletta) hija l-kumpanija li ħarġet il-bonds ai termini

tal-Prospett, datat 23 ta’ Novembru 2018, approvat mill-Awtorità tas-Suq Finanzjarju f’Liechtenstein u ippassportjat f’Malta. Timberland Invest Ltd (b’uffiċċju

tan-negozju f’Aragon Business Centre, Dragonara Road, San Ġiljan, STJ 3140) hija regolata mill-MFSA taħt l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment u ġiet maħtura bħala

d-distributriċi ta’ dawn il-bonds f’Malta.

Jekk tinvesti f’dawn il-bonds, int ma jkollokx aċċess għal flusek qabel ma jimmatura l-bond rispettiv. Madanakollu, tista’ tittrasferixxi jew tbigħ il-bonds tiegħek

lil terzi persuni skont it-termini tal-Prospett. Il-valur tal-investiment tiegħek jista’ jitla’ kif ukoll jinżel, u tista’ titlef kemm ftit jew saħansitra kull ammont li tkun

investejt. Aktar dettalji jinsabu f’dan il-Prospett, li jista’ jinkiseb mingħajr ħlas, waqt ħinijiet normali tal-ftuħ, mill-uffiċċju tan-negozju ta’ Timberland Invest

Limited f’San Ġiljan, jew mis-sit elettroniku: https://www.timberland-malta.com.

Mużika u kant bħala għodda għat-talb

15 ta’ Ġunju, Mount St Joseph, Mosta.

9:00am-5:00pm. Imexxu Clare Camilleri u Maria Theresa Portelli.

Matul is-sekli l-bnedmin ta’ kull ġens użaw il-mużika u l-kant biex jesprimu x-

xewqa profonda tagħhom għal Alla. F’dan l-irtir nużaw siltiet differenti ta’ mużika u

kant bħala ispirazzjoni għat-talb personali.

Aktar dettalji: info@mtsjoseph.org jew 2276 0000.

Congregational singing

Il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju

mis-6:30pm sas-7:30pm, fit-Teatru tal-Kulleġġ San Alwiġi, B’Kara

Fl-okkażjoni tal-festa ta’ Pentekoste (inkunu bejn Pentekoste ‘tagħna’ u l-Pentekoste

Ortodoss) se ssir siegħa congregational singing ta’ innijiet reliġjużi bl-Ingliż u

bil-Malti, u qari ta’ siltiet marbutin mal-Ispirtu s-Santu.

Ninġabru gruppi ta’ Nsara minn Knejjes differenti u nitolbu billi nkantaw flimkien.

Tista’ wkoll tieħu sehem f’rehearsal nhar is-Sibt, 8 ta’ Ġunju, fl-10am f’St Andrew’s

Scots’ Church, Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta.

Kulħadd huwa mistieden.
JUM IL-MISSIER

Ġunju 2019 • 19

Agħtini

wlied

Talba ta’ missier għal uliedu

Mulej, agħtini wlied li kapaċi

jkunu baħrin tal-maltemp

… imma kapaċi wkoll

jikkompatixxu lil min mhuwiex.

Agħtini wlied li kapaċi jikkontrollaw

lilhom infushom … qabel jippruvaw

jikkontrollaw lill-oħrajn.

Agħmel li wliedi jżommu għajnejhom fuq

il-futur … imma ma jinsew qatt il-passat.

Agħtihom ukoll doża tajba ta’ sens ta’

umoriżmu biex jibqgħu persuni serji …

imma ma jieħdu qatt lilhom infushom

b’serjetà żejda.

Agħmilhom umli … biex jiftakru li l-veru

kobor qiegħed fis-sempliċità, u li l-vera

qawwa tinsab fil-ġentilezza.

Agħmel li f’ħajjithom ikunu daħku sew,

kantaw ħafna, u ħabbew ħafna aktar.

Agħmel li wliedi jammettu meta jiżbaljaw

… imma jippruvaw ikunu aħjar.

Agħmel li ma jibżgħux u ma jistħux ikunu

fil-preżenza ta’ persuni importanti …

imma jkunu jafu wkoll kif iġibu ruħhom

ma’ tfal żgħar.

Nitolbok li jgawdu l-kumpanija ta’ ħbieb

veri … u jifilħu għat-tradiment ta’ ħbieb

foloz.

Agħtini wlied li kapaċi japprezzaw issbuħija,

li jafu jsibu s-sabiħ fl-oħrajn.

Agħtini wlied li lesti li jagħtu lilhom

infushom … anki jekk dan jiswihom ħafna,

anki jekk ma jkun jafhulhom ħadd.

Agħmel li jkunu jafu li f’ħajjithom ikunu

għamlu differenza fil-ħajja ta’ ħaddieħor …

differenza għall-aħjar, imqar żgħira.

Imma, Mulej, nitolbok xi ħaġa oħra … u

din id-darba għalija.

Fakkarni li inutli nitolbok tagħtini wlied

bħal dawn, għax din il-biċċa xogħol

inti fdajtha f’idejja. Huwa jien li rrid

‘nibnihom’ f’ulied bħal dawn.

Fakkarni li hu bil-mod kif inġib ruħi

magħhom u quddiemhom jien li wliedi

jkunu qed jinbnew, ftit ftit, bil-mod,

kuljum.

Imbagħad jien, missierhom, inkun nista’

ngħid li ma għextx għalxejn, għax inkun

bnejt tempju.
20 • Ġunju 2019

Jum Dinji għall-Ambjent

4 sekondi, 450 sena

Sas-sena 2050, fl-ibħra aktar se jkun

hemm plastik milli ħut! (Erġa’ aqra

s-sentenza biex tifhimha sew!)

Kull sena jispiċċaw fil-baħar madwar

8 miljun tunnellata ta’ plastik. Dan ilkatastrofu

ekoloġiku ħoloq fenomenu

magħruf bħala “is-seba’ kontinent talplastik”,

li hu kumulu enormi ta’ plastik

jifflowtja fin-naħa ta’ fuq tal-Oċean Paċifiku

u magħmul l-aktar minn straws u stir sticks

(jintużaw biex pereżempju tħawwad irragħwa

fil-kapuċċino).

Ftakar li:

• Kull minuta fid-dinja jinxtraw miljun

flixkun tal-plastik.

• Fl-Istati Uniti tal-Amerika biss, kuljum

jintużaw 500 miljun straw tal-plastik.

Il-plastik jagħmel ħsara minħabba

l-emissjoni tal-gassijiet biex jiġi prodott kif

ukoll biex jinħaraq. Il-ħsara tidher ukoll fiddegradazzjoni

ta’ ekosistemi (bħall-ibħra).

Fil-fatt kull sena qed jisparixxu miljun tajra

tal-baħar u 100,000 mammiferi tal-baħar

(baleni, dniefel, polar bears, foki) minħabba

l-effett tal-plastik.

Straw tal-plastik trid bejn 200 u 400 sena

biex tiddekomponi fin-natura. Flixkun

tal-plastik irid 450 sena! Fortunatament, xi

stabbilimenti ntrabtu li ma jużawx straws

tal-plastik aktar.

Tazzi tal-plastik, boroż tal-plastik, straws

tal-plastik u l-ippakkjar tal-plastik huma

biss ftit eżempji ta’ ħafna prodotti li

jintużaw darba biss u jintelqu fin-natura.

Allura kollox mitluf? Le! Kif tista’ tgħin

biex tegħleb dan il-katastrofu?

1. Uża u erġa’ uża fliexken, tazzi u

basktijiet li jistgħu jerġgħu jintużaw.

2. Tużax aktar straws, tazzi u fliexken talplastik.

Ftakar: 4 minuti … 450 sena.

3. Minflok titlob lil tal-ħanut jagħtik borża

jew basket tal-plastik, uża l-basket

tiegħek (tal-plastik riċiklat, drapp,

karti).

4. Uża inqas ippakkjar. Agħżel prodotti

mingħajr ħafna ppakkjar jew prodotti

mgeżwra f’ippakkjar ta’ materjal

riċiklabbli, jew aħjar bijodegradabbli.

5. Tgħidx: ‘Allura din l-istraw tiegħi se

tagħmel differenza?’ Iva, in-naqra

tiegħek u tiegħi tagħmel id-differenza

kollha!

6. Ftakar li dak li narmu fil-baħar jispiċċa

fl-istonku tagħna u ta’ wliedna. Trid

li wliedek jieklu l-biċċiet tal-plastik?
Dott. Andrew Baladacchino

RIFLESSJONI

Ġunju 2019 • 21

It-Tbissima

Darba qrajt dan is-slogan: Tbissem

qabel ma jaqgħulek snienek.

U dan l-imbierek slogan ġegħilni

naħseb: jekk irrid inħaffef biex nitbissem

għax ma nafx meta ser nitlef snieni, allura

min diġà waqgħetlu xi sinna jew tnejn,

jew saħansitra tilef snienu kollha, dan ma

jistax jitbissem?

U wara ħafna thewdin wasalt għallkonklużjoni

li mhux tassew li jistgħu

jitbissmu biss dawk li snienhom għadhom

qawwija u sħaħ u mwaħħlin max-xedaq.

Għax f’ħajti ltqajt ma’ nies li, avolja

waqgħetilhom xi sinna jew tnejn minn

ta’ quddiem, u spiċċaw b’toqba li minnha

jista’ jidħol ġurdien tal-imramma, dawn

in-nies għadhom jafu jitbissmu. Bħalma

rajt ukoll nies li saħansitra waqgħulhom

snienhom kollha u li meta jitbissmu,

flok snien jikxfu l-ħanek. Imma xorta,

minkejja dan, meta jitbissmu, għajnejhom

għadhom jixegħlu bil-ferħ u wiċċhom

jiddawwal bil-hena.

Għax kos, l-importanti hu li t-tbissima

tkun ġenwina, ħierġa mill-qalb u mhux

imqanżħa u sfurzata, bħal dik ta’ xi

riklam ta’ xi toothpaste li juri par sinniet

impekkabbli, bojod u jleqqu. Għax

tbissima ta’ vera hi l-mera tal-ferħ u

l-hena li jkun hemm misturin fil-qalb.

Għax tassew li t-tbissima hija ċ-ċavetta

tal-qalb.

Mela ħa nitbissem, kemm jekk snieni

għadhom hemm, kemm jekk snieni bdew

jiċċaqalqu u jaqgħu waħda waħda.

U jekk nistħi li meta nitbissem se

jinkixifli xi biċċa mill-ħanek, dejjem

hemm id-dentatura li tista’ tgħatti

d-difetti.

Bilħaqq, it-tbissima t-tajba!

Flimkien fuq Radju Marija

Kull l-ewwel Ħamis tax-xahar fl-10am

Programm dwar il-kontenut tal-magazin Flimkien.

Ikun hemm phone-ins mis-semmiegħa.

Il-programm li jmiss: il-Ħamis 6 ta’ Ġunju
22 • Ġunju 2019 PERSEKUZZJONI

2019:

sena mdemma

għall-Insara

Kien hawn min beka meta rah

jinħaraq. Forsi l-aktar meta

l-kampnar ikkollassa u tfarrak.

Qed nirreferu għall-Katidral ta’ Notre

Dame f’Pariġi. Saru donazzjonijiet kbar u

saru wegħdiet solenni li jerġà jinbena.

Tajjeb. Imma kemm bkew nies meta aktar

minn 250 inqatlu nhar l-Għid il-Kbir li

għadda fis-Sri Lanka, fosthom 47 tfal,

u aktar minn 500 feruti? Kemm saru

donazzjonijiet? Kemm-il wegħda saret

lil dawn in-nies li qed ikollhom jassistu

għall-quddies minn fuq it-tv, u li l-familjari

tagħhom marru għall-Quddiesa tal-Għid li

għadda imma spiċċaw ma ġewx lura għax

tertquhom bil-bombi?

Is-sena 2019 diġà hija waħda mill-aktar snin

imdemma għall-Insara madwar id-dinja.

Dak li seħħ fis-Sri Lanka jkompli juri li

donnha ma hemmx li tieqaf din il-mewġa ta’

persekuzzjonjiet kontra l-Insara. Se nsemmu

biss ftit milli seħħew fl-2019:

• Fil-bidu ta’ Jannar: attakki millmilizja

Islamika ‘Séléka’ fuq missjoni

f’Bangassou, fir-Repubblika Ċentrali

Afrikana ħallew għaxriet mejta u

ġiegħlu 20,000 ruħ jaħarbu minn

pajjiżhom.

• Lejn l-aħħar ta’ Jannar: attakk minn

grupp Islamista fuq il-katidral ta’ Jolo

fin-Nofsinhar tal-Filippini, li ħalla 20

ruħ mejta u 90 feruti.

• Nofs Marzu: attakki minn rgħajja

Fulani fuq villaġġi Nsara f’Kaduna, in-

Niġerja li ħallew aktar minn 130 mejta.

• 6 ta’ April: mitejn estremisti Ħindu

attakkaw erba’ sorijiet fi skola Kattolika

fl-istat ta’ Tamil Nadu, fl-Indja, u

ppruvaw jifgawhom bil-kuruni tarrużarju.

• 12 ta’ Mejju: Għoxrin raġel armati daħlu

f’parroċċa, fil-Burkina Faso, u waqt

il-quddiesa tal-Ħadd sparaw u qatlu

lil Fr Simeon Yampa (waqt li pprova

jħarrab lill-abbatini) u ħamsa oħra. Tliet

bullets laqtu t-tabernaklu. Ġiegħlu lil

kulħadd jinża’ l-kurċifiss u jpoġġuhom

fl-art quddiem l-altar. Imbagħad ħarqu

l-kurċifissi u kull oġġett liturġiku, u

heddew lin-nisa li jekk meta jerġgħu

jiġu jsibuhom bla velu joqtluhom ukoll.

Hu dover tagħna li nieqfu ma’ ħutna

ppersegwitati billi: (1) ninteressaw ruħna

u nkunu nafu x’qed jiġri (2) ngħinu

finanzjarjament (3) nitolbu għalihom biex

jibqgħu sħaħ fil-fidi (4) ngħixu l-fidi tagħna

b’entużjażmu akbar.

Jalla l-Katidral ta’ Notre Dame jerġa’ jinbena

– mela le! – imma jalla wkoll jinbnew skejjel,

sptarijiet u ħajjiet ta’ nies bħalna, li bħalna

ħaqqhom futur kif ukoll preżent.
FTIT ċajt

Ġunju 2019 • 23

Ftit ċajt għal ħdejn

il-baħar jew waqt l-ikel

X’qed tara?

Sherlock Holmes u Dr Watson marru

camping. Wara li kielu, daħlu jorqdu, imma

f’nofs ta’ lejl, Holmes qajjem lil Watson.

Holmes: Watson, ħares ’il fuq u għidli x’qed

tara.

Watson: Qed nara miljuni ta’ kwiekeb.

Holmes: U dan x’jgħidlek?

Watson: Astronomikament jgħidli li hemm

miljuni ta’ galassji, forsi wkoll biljuni ta’

pjaneti. Astroloġikament, jgħidli li qegħdin

taħt is-sinjal tal-Kaprikornu. Oroloġikament

niddeduċi li l-ħin huwa t-tlieta u kwart

ta’ filgħodu. Teoloġikament nikkonkludi

li Alla huwa tassew setgħani u li aħna

ħlejjaq tassew żgħar. Meteoroloġikament,

nissuspetta li għadha xita. U lilek,

x’jgħidlek?

Holmes: Kemm int injorant! Lili jgħidli li xi

ħadd serqilna l-kamp!

L-inġinier u l-avukat

Darba waħda l-Missier Etern osserva li

fl-infern kien hemm atmosfera rilassata

u pjaċevoli naqra żżejjed. Induna li kien

wasal inġinier u dan kien sewwielhom

l-airconditioners, l-escalators, il-lifts, ilmagni

tal-kafè u tal-ġelati. Bagħat messaġġ

lil Luċifru malajr.

Il-Missier: Dak l-inġinier ġie hemm bi żball.

Erġa’ ibagħtu hawn fuq issa stess!

Ix-Xitan, bħas-soltu, ma obdiex: Ma rridx!

Il-Missier: Jekk ma tagħmilx kif qed

ngħidlek se niftaħlek kawża l-qorti!

Luċifru (jissippja drink kiesħa silġ taħt

umbrella fid-dell): Imma l-ewwel trid issib

avukat wieħed hemm fuq!

Żball

Pazjent mar għand tabib. Bi żball it-tabib

ippreskrivielu mistura porga minflok

mistura għas-sogħla. Tlett ijiem wara:

Tabib: Allura, kif int? Għadek tisgħol?

Pazjent: Le, tabib, ma nażżardax nisgħol

Karawett

Ta’ kuljum, mara anzjana bdiet tagħti

borża karawett lis-sewwieq tax-xarabank.

Għall-bidu dan is-sewwieq kien jieħu gost

jomgħodhom, imma wara xi ġimgħa ddejjaq

bihom.

Sewwieq: Grazzi, sinjura, imma jekk

jogħġbok iġġiblix aktar karawett. Ħudhom

int stess.

Mara: Ħeqq, taf int, jien issa kbirt u

m’għandix snien. Għalhekk nippreferi nsoff

iċ-ċikkulata li jkun hemm mad-dawra

tagħhom!

Kemm?

Tfajla gustuża marret ħdejn il-kaxxier biex

tħallas għal biċċa drapp.

Tfajla: Nixtieq nieħu din, jekk jogħġbok.

Kemm tiswa?

Kaxxier (bi tbissima): Bewsa għal kull

metru.

Tfajla (bi tbissima wkoll): Tajjeb. Neħodha

mela. Fiha 10 metri b’kollox.

Il-kaxxier, b’eċċitament kbir fuqu malajr

daħħal id-drapp ġo basket tal-karti u

qagħad jistenna l-għaxar bewsiet.

Kaxxier: Tinsiex tħallas il-kont, sinjorina.

Tfajla: Iva, stenna ftit, jekk jogħġbok, għax

in-nannu kien se jħallas hu!
24 • Ġunju 2019 RIĊETTA

John Sultana

In-‘na’

fil-Ħobżna

Il-Malti jgħid: ‘Aħjar ħobż u ġobon milli

torta inkwiet.’ Jiġifieri aħjar tiekol bħallfqir

milli tiekol tajjeb imma bl-inkwiet.

Veru, imma biex tiekol il-ħobż irid ikollok

il-ħobż, jew għall-inqas il-flus biex tixtrih!

Dan l-aħħar il-Papa qal li l-Missierna

kif ukoll il-Ħobżna t-tnejn jispiċċaw ‘na’.

U dik in-‘na’ tfisser li qed nitolbu lill-

Missier tagħna, mhux tiegħi; u qed nitolbu

għall-ħobż għalina, mhux għalija. ‘Kemm

ommijiet u missirijiet illum imorru jorqdu

bit-turment li għada mhux sa jkollhom

biżżejjed ħobż għal uliedhom!’

Waqt li aħna narmu l-ħobż għax ‘dan talbieraħ’

jew għax ‘issa nfqajna’ ... ħaddieħor

ma għandux ħobż, ilma, paċi, mediċina,

xogħol, skola.

Missirijietna kellhom id-drawwa li qabel

jaqsmu l-ħobża fuq il-mejda tal-ikel

iberkuha. Anki jekk taqa’ biċċa ħobż fl-art

kienu jerfgħuha u jbusuha. Forsi għax dak

iż-żmien il-ħobż kien aktar apprezzat għax

kien hawn il-ġuħ imma forsi wkoll għax

kienu jiftakru fl-Ewkaristija – fil-passat

lanqas dik ma kienet kuljum!

Fit-23 ta’ Ġunju se niċċelebraw il-festa ta’

Corpus: il-Ġisem (u d-Demm) ta’ Kristu.

Jalla ma jiġrilniex li bħalma spiss ma

napprezzawx il-ħobż, hekk jiġrilna wkoll

bl-Ewkaristija.

Il-ħobż lili jfakkarni wkoll f’Betleħem,

id-Dar tal-Ħobż. Meta twieled, Ġesù sar

bniedem bħalna, li tista’ tqatta’ u tiekol

minnu.

Hekk ukoll fl-Aħħar Ċena u t-Tqarbin: ‘Dan

hu ġismi li jingħata għalikom.’ Bħall-ħobż

irrid inkun xi ħadd li tista’ tqatta’ u tiekol

minnu.

Ftira bil-majjal

Bħala riċetta llum xieraq li nagħmlu platt blgħaġina

tal-ħobż.

Ingredjenti: 500gr għaġina tal-ħobż; 300gr

dejf tal-majjal imqatta’ f’biċċiet żgħar; 350gr

irkotta; 2 ġbejniet friski, 2 bajdiet; ftit ġobon

maħkuk, bżar u melħ.

Metodu: Ħallat l-irkotta mal-ġbejniet

mgħaffġa u l-bajd imħabbat. Żid il-bżar u

l-melħ. Ferrex ftit ġobon maħkuk u jekk

trid biċċiet ta’ ġobon li jogħġob lilek. Iftaħ

l-għaġina tal-ħobż, poġġiha f’turtiera mdellka

b’naqra żejt jew butir u ħalli t-truf barra

mit-turtiera. Imla bit-taħlita tal-irkotta fuq

l-għaġina u poġġi l-biċċiet tal-majjal fl-irkotta

madwar it-turtiera kollha. Wassal it-truf

tal-għaġina għan-nofs mingħajr ma tgħatti

l-wiċċ kollu b’mod li tibqa’ tidher ftit mittaħlita.

Xerred ftit ġunġlien fuq il-wiċċ u sajjar

f’forn sħun 220°C għal madwar 30 minuta jew

sakemm l-għaġina tieħu kulur ħamrani.
Nutar Dott. Ryan Caligari

IN-NUTAR

Ġunju 2019 • 25

Reġimi Matrimonjali

Il-liġi Maltija tħalli lill-għarajjes jagħżlu minn tliet ‘reġimi matrimonjali’.

Dawn jiddeterminaw kif il-proprjetà tkun regolata u amministrata waqt iż-żwieġ.,

1. Komunjoni tal-Akkwisti

L-iktar popolari huwa li l-koppja jkollhom

fond komuni bejniethom jiġifieri kull dħul

ta’ flejjes li jiġġeneraw matul iż-żwieġ jitqies

tagħhom indaqs. Dan japplika anki meta

xi wieħed mill-miżżewġin ikun qiegħed

ifaddal il-paga tiegħu f’kont il-bank fuq

ismu biss, għax il-flus iġġenerati fiż-żwieġ

huma legalment ikkunsidrati li jappartienu

lit-tnejn indaqs.

F’dan ir-reġim, l-assi u l-obbligazzjonijiet

huma tal-miżżewġin b’mod ugwali u jistgħu

jiġu amministrati biss flimkien. Jiġifieri atti

ta’ amministrazzjoni straordinarja (eż. xiri

ta’ proprjetà immobbli; djun fuq proprjetà)

jistgħu jsiru biss bil-kunsens tat-tnejn.

Allura kull proprjetà li l-għarajjes

ikollhom titqies tat-tnejn wara ż-żwieġ?

Il-komunjoni tal-akkwisti tapplika biss

mill-mument taż-żwieġ ’il quddiem.

Għalhekk il-liġi tagħmel eċċezzjoni waħda

għal din ir-regola, ċjoè meta l-proprjetà

tkun ‘parafernali’, jiġifieri proprjetà li ġiet

akkwistata minn xi wieħed mill-miżżewġin

qabel iż-żwieġ jew tkun intirtet jew ngħatat

b’donazzjoni qabel jew wara ż-żwieġ. Din

il-proprjetà tibqa’ tappartieni lilu biss, u

l-konjuġi l-ieħor ma jkollux drittijiet fuqha –

sakemm din ma tkunx id-dar matrimonjali

tagħhom. F’dan il-każ, minkejja li tkun

proprjetà parafernali, is-sid xorta jkun irid

il-kunsens bil-miktub tal-konjuġi sabiex

ikun jista’ jbigħ jew jittrasferixxi l-proprjetà

lil terzi.

għall-flejjes. Għalkemm dan ir-reġim

jimplika li kull parti mill-miżżewġin jista’

jkollha proprjetà li tkun totalment tagħha u

tamministraha b’mod separat mill-ieħor, dan

ma jfissirx li l-obbligu tal-manteniment bejn

il-konjuġi ma jeżistix; dan l-obbligu jibqa’

dejjem anki jekk jagħżlu dan ir-reġim.

3. Il-Komunjoni ta’ Residwu taħt

Amministrazzjoni Separata

L-aktar għażla rari hija meta jagħżlu li

jkollhom is-separazzjoni tal-assi waqt iżżwieġ

tagħhom, iżda mat-tmiem tiegħu,

ir-residwu (li jibqa’) jitqies li jappartieni

liż-żewġ konjuġi bl-istess mod. Eżempju:

A (wieħed mill-miżżewġin) ikollu €10,000

u B jkollha €30,000. Waqt iż-żwieġ kull

parti jkollha l-ġid personali tagħha, jiġifieri

l-€10,000 jitqiesu ta’ A biss, u €30,000 ta’ B

biss. Però f’każ ta’ terminazzjoni taż-żwieġ,

ir-residwu (€40,000) jinqasam indaqs bejn

it-tnejn: €20,000 kull wieħed.

Jekk l-għarajjes ma jagħżlux reġim

partikolari, liema japplika? Tapplika

l-komunjoni tal-akkwisti b’mod awtomatiku.

Biex jagħżlu wieħed miż-żewġ reġimi l-oħra,

iridu jagħmlu kitba taż-żwieġ b’kuntratt

pubbliku quddiem nutar. Idealment issir

qabel jiżżewġu; għażla tar-reġim wara

ż-żwieġ tinħtieġ l-awtorizzazzjoni tal-Qorti.

2. Separazzjoni tal-Assi

Hawnhekk il-proprjetà akkwistata minn xi

wieħed mill-konjuġi waqt iż-żwieġ tibqa’

dejjem proprjetà tiegħu, u l-istess jingħad
26 • Ġunju 2019 LOGĦOB

Mimdudin

1. Jeħtieġu min hu marid (5)

3. Ikkaboċċjata u friska mal-insalata (5)

6. Sinjal li aktarx hekk; ċans tajjeb (11)

8. Ħniena; tjieba lejn ħaddieħor (7)

12. Għasfur safrani jgħanni sabiħ (7)

15. Ulied bniet ta’ re u reġina (11)

16. Kważi; dalwaqt; wasal biex (5)

17. Qabeż żmienu (5)

Weqfin

1. Xagħar twil marbut (5)

2. Xi ħadd li ma tafdax ikun fih boqqa ----- (5)

4. Ħeles; ma għeriqx; mar il-ġenna (5)

5. Progress (5)

7. Faxex imlewna li bihom jinżamm ix-xagħar twil;

biċċiet li jintlibsu madwar il-moħħ (7)

9. u 10. Logħob tal-ażżard hu bbażat fuqhom;

sfidi (6)

10. Ara 9. Wieqfa

11. Tal-armla tajba ħafna (5)

12. Molla biex iżżomm il-karti flimkien (5)

13. Biha taqbad xi ġurdien (5)

14. Kamra fejn jissajjar l-ikel (5)

Tisliba

1 2 3 4 5

6 7

8 9 10

11 12 13 14

15

16 17

Irbaħ pizza għal tnejn

mingħand Saracino’s Café

(Triq il-Kbira, Ħ’Attard, 21422995)

billi twieġeb tajjeb sal-15 tax-xahar.

Ibgħatha hekk: Flimkien, Tisliba,

P.O. Box 1, il-Furjana.

Rebbieħ/a tax-xahar l-ieħor:

Ch.A. Attard, B’Kara

Soluzzjoni Tisliba Mejju

Mimduda: 1. LIBSA, 3. KOKKA, 6. SISTEMATIKU, 8. ABOLITA, 12. PARILJA, 15. STELLA MARIS,

16. BOZZA, 17. ĦOLMA.

Weqfin: 1. LASTA, 2. BASLA, 4. KLIMA, 5. ADURA, 7. MALTIJA, 9. BLA, 10. TAJ, 11. QASAB,

12. PREZZ, 13. APRIL, 14. PISTA.

Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

Sudoku

Imla l-vojt kollu b’mod li l-kolonni, il-linji u kull

kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin-numri 1 sa 9.

Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar hekk:

Flimkien, Sudoku, P.O. Box 1, il-Furjana.

Premju: żewġ kotba ġentilment mogħtija

minn Merlin Publishers (Blata l-Bajda).

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

4 6 5 7 1 9 2 3 8

7 1 8 3 6 2 4 9 5

9 3 2 5 8 4 1 7 6

6 4 7 2 9 3 5 8 1

8 2 9 1 7 5 3 6 4

3 5 1 8 4 6 7 2 9

5 7 6 4 2 8 9 1 3

1 9 3 6 5 7 8 4 2

2 8 4 9 3 1 6 5 7

2 1 8 9

3 4 6

4 5

4 5 8 9

8 9 6

7 9 3 4

1 5

6 1 8

3 5 1 6

Rebbieħ/a

tax-xahar l-ieħor: R.A. Cooper, Santa Lucia
Id-dar egħi, mal-familja, indipenden

Ċemplilna għal kwotazzjoni bla

obligazzjoni illum fuq 21 524 888

Tista' kkwalifika għas-sussidju mill-Gvern

133, Mdina Road, Zebbug, ZBG 9015, Malta

Mobile: (+356) 99 242 320

Email: info@stairsindependent.com

Web: www.stairsindependent.com
28 • Ġunju 2019 GĦALINA T-TFAL

IRBAĦ

KTIEB

SABIĦ

Kompetizzjoni

bi premju

IL-MOĦBA

FIS-SIĠRA

Għin lil dan ix-xadin gustuż

jasal sat-toqba fis-siġra fejn

jista’ jaħbi l-ġandra li sab.

Tinsiex: mhux il-ġandar

l-ieħor irid imma l-moħba

fis-siġra! Ibgħatha bid-dettalji

tiegħek hekk: Flimkien,

Kompetizzjoni Tfal,

P.O. Box 1, Floriana.

L-ewwel żewġ tweġibiet tajbin

li jitilgħu bil-polza jirbħu

ktieb kull wieħed, ġentilment

mogħti minn Horizons.

Rebbieħa tax-xahar l-ieħor li

telgħu bil-polza: K. Fenech,

Sta Venera; K. Cassar,

Ħal Għaxaq; A. Adamo,

Tas-Sliema; Z. Farrugia,

San Ġwann; M. Busuttil,

Ħal Safi; S. Dingli, il-Fgura;

Ch. Mifsud, Ħamrun;

A. Camilleri, M’Skala,

D. Mallia, M’Xlokk;

V. Mifsud, Imqabba.

BOOKMARK

Fid-9 ta’ Ġunju niċċelebraw festa kbira: Pentekoste, meta niżel l-Ispirtu

s-Santu fuq l-Appostli. Imla l-istampa bil-kulur, qasqas mad-dawra u

jkollok bookmark sabiħa. Tista’ tużaha f’xi ktieb jew tagħtiha lill-papà

nhar il-Ħadd 16 ta’ Ġunju, meta niċċelebraw Jum il-Missier.

Ejja,

Spirtu

s-Santu,

imla qlub

il-fidili

u kebbes

fihom

in-nar ta’

mhabbtek
Mejju 2019 • 29

Tuition : Maltese

Small groups led by qualified and experienced tutors.

• Courses for University Students

• A’ Level Sept 2019

• Int Level Sept 2019

• A’ Level May 2020

• Int Level May 2020

• O’ Level May 2020

• Secondary (Form 1 – Form 3)

• Courses for foreigners

Lessons held in Hamrun (close to Junior College),

M’Scala or B’Kara (close to Higher Secondary).

Tel: 2147 2561

Mobile: 9989 1549 / 7944 1444

* Attention Teachers – Classroom for rent any time, any day in M’Scala.
30 • Ġunju 2019 POSTER

Ejjew għandi, intom ilkoll li

tinsabu mħabbtin u mtaqqlin,

u jien inserraħkom ...

... u intom issibu

l-mistrieħ għal ruħkom.

Mattew 11:28-29

Fuq suġġeriment ta’ qarrej, f’din il-paġna se nibdew inġibu poster b’sentenzi sbieħ

mill-Bibbja. Jekk għandek xi sentenza mill-Bibbja li tfisser ħafna għalik, ibgħathielna:

Flimkien, Poster, Kurja tal-Arċisqof, Floriana jew bl-email: flimkien@maltadocese.org
Il-Ġimgħa

14 ta’ Ġunju

għad-Dar

tal-Providenza

€15 - 5170 2012 €25 - 5180 2013

€50 - 5190 2070 €6.99 - 5061 8944

Pledge Line: 2124 9200

VO/1066
FEELING FREE AT HOME

invest in comfort and safety for yourself or your parents

Exclusive local distributors of

Stair Lifts, Recliners & Scooters

Tel: +356 21 252206

Email: info@liftservices.com.mt

Up to €5000

in government grants

Website: www.liftservices.com.mt

*subject to eligibility, terms and conditions

Lifts Services Ltd , Factory A25F

Marsa Industrial Park, Marsa, Malta