30.07.2019 Views

Flimkien Awwissu 2019

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Newspaper Post

AWWISSU 2019

Numru 177

07 – Elf boċċa

08 – Ġismi mhux ħabs

10 – Forgiveness: choice or feeling?

12 – Perli għall-ġenituri

15 – Magazin pornografiku

19 – Iż-żewġt aħwa

20 – 77 sekonda ilu

25 – Taxxa meta tixtri proprjetà

29 – Il-ħabib antik tagħna

BSL

Britannia Tours

… il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

Qatta’

weekend

ġewwa

Lourdes

Tlet ijiem sħaħ...

Tluq il-Ġimgħa fil-għaxija

u lura t-Tnejn fil-għaxija

Prezz minn €399*

9-12 ta’ Awwissu

16-19 ta’ Awwissu

30 ta’ Awwissu – 2 ta’ Settembru

6-9 ta’ Settembru

jew Erba’ ijiem sħaħ

mit-Tnejn fil-għaxija

sal-Ġimgħa filgħaxija

Prezz minn €459*

12-16 ta’ Awwissu

26-30 ta’ Awwissu

16-20 ta’ Settembru

* Prezzijiet huma bbażati f’bed and breakfast f’lukandi 3 star u jinkludu t-titjiriet, return transfers u taxxi

Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930

Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt

Dun Joseph Mizzi

EDITORJAL

Marzu Lulju 2019 • 3

SIB FEJN ŻMIEN SEJJER

DAS-SAJF?

Għeżież ħbieb,

Is-sajf jinsab fl-aqwa tiegħu, is-sħana qed tagħmel

tagħha, il-festi għaddejjin ġmielhom, u kulħadd jara

kif jistrieħ ftit.

Min imur sal-baħar, sa Għawdex jew Kemmuna,

u min isiefer. Laqatni ħafna dan is-sajf in-numru

ta’ pellegrinaġġi li jieħdu sehem fihom il-Maltin:

Lourdes, Fatima, Medjugorje, l-Art Imqaddsa, Ruma,

Cassia, Pietrelcina, Assisi, Padova, Santiago de

Compostela u oħrajn.

F’dawn il-pellegrinaġġi nfittxu xi ħaġa, irridu

niltaqgħu ma’ xi ħadd. Naħseb li nkunu qed infittxu

ftit silenzju, li ninqatgħu mir-rutina tas-soltu, li

niltaqgħu magħna nfusna u ma’ Alla. Il-pellegrinaġġi

ma bdewx illum; għandhom storja twila. U lanqas

ma huma se jispiċċaw illum, għax il-bniedem minnatura

tiegħu hu fi tfittxija kontinwa tiegħu nnifsu u

ta’ Alla.

Dawn il-pellegrinaġġi għandna nkomplu

niżviluppawhom u nħeġġuhom, għaż-żgħar u

l-kbar. Huwa żmien ideali ta’ rikreazzjoni. Veru

li fiżikament fihom l-iskumdità tagħhom, l-aktar

minħabba l-għeja u l-iskariġġar, iżda huma l-aqwa

mod kif terġa’ toħloq – għalhekk ‘tirrikrea’ – lilek

innifsek. Huma opportunità tad-deheb biex

tiċċarġja l-batterija fiżikament, spiritwalment,

emozzjonalment u psikoloġikament.

Int kif se tirrikrea lilek innifsek das-sajf? Fejn sejjer

das-sajf? Awguri minn issa, u kunu mberkin.

Magazin ta’ kull xahar maħruġ

mill-Kulleġġ tal-Kappillani

li jitqassam b’xejn lill-familji

Maltin.

Biex tirreklama u għal kull

korrispondenza

ċempel fuq 2182 8931 jew

7946 1470 jew bil-posta.

INDIRIZZ

Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani

Kurja, il-Furjana

EMAIL

flimkien@maltadiocese.org

Editur Carmel Conti

Grafika Outlook Coop

Stampar Velprint Ltd

Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

l-Editorjal mhux neċessarjament

tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali.

RAĠĠ DAWL

When a woman is pregnant, she

is not ‘expecting’ a child – she

already has one. She is not ‘going

to be a mother’ – she already is

a mother. The baby is not ‘on the

way’ – the baby has already arrived.

Meta mara hi tqila, ma tkunx ‘qed

tistenna’ tarbija – diġà għandha tarbija.

Ma tkunx ‘se ssir omm’ – diġà hi omm.

It-tarbija ma tkunx ‘ġejja’ – it-tarbija

diġà waslet.

La nikber nixtieq insir.....

pulizija

infermiera

għalliema

Spider-Man

L‐edukazzjoni tagħti s‐setgħa lit‐tfal

sabiex iħarsu lejn futur aħjar.

Missio jemmen li l‐użu tas‐saħħa tal‐edukazzjoni tittrasforma

l‐ħajja tat‐tfal, tnaqqas il‐faqar u ġġib ’il quddiem il‐kundizzjonijiet

tal‐għajxien fost il‐komunitajiet. Permezz tal‐programm Missio Child

Sponsorship, bi €12.50 fix‐xahar, inti tista’ tibda tagħti lil tifel jew

tifla li jgħixu fil‐faqar, edukazzjoni għal ħajjithom.

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

Mgħammdin

u mibgħuta

Tel: 2123 6962 • E-Mail:info@missio.org.mt • www.missio.org.mt

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF

Awwissu 2019 • 5

Qraba u

ħbieb

Waħda mill-parabboli li naqraw fl-

Evanġelju hi dik li Ġesù rrakkonta

biex iwieġeb għaref tal-liġi li

staqsieh: “Min hu l-proxxmu tiegħi?” Ilparabbola

nafuha bħala “tas-Samaritan it-

Tajjeb”.

Raġel tħalla għeri u kważi nofsu mejjet fit-triq

minn Ġerusalemm lejn Ġeriko. Żewġ qassisin

rawh u baqgħu sejrin. Kien biss Samaritan li

waqaf biex itih l-għajnuna u jieħu ħsiebu.

Permezz ta’ din il-parabbola Ġesù jurina li

l-proxxmu huwa dak li jersaq lejn min hu

fil-bżonn tal-għajnuna u jagħtihielu. Iż-żewġ

qassisin li raw lil dak ir-raġel mitluq fil-ġenb

tat-triq u baqgħu sejrin ma kinux proxxmu. Li

tkun proxxmu jfisser li tkun “qrib” ta’ dak li

jkun.

Matul dawn ix-xhur tas-sajf, waqt li nawgura

li lkoll nieqfu għal jiem ta’ mistrieħ, ta’ min

nistaqsu lilna nfusna: imma aħna qrib ta’

xulxin? Kemm aħna verament qrib tal-qraba

tagħna? Nafu b’xi anzjani li jiġu minna u li

jinsabu waħedhom fir-residenzi tagħhom jew

fid-djar tal-anzjani, jew li jinsabu rikoverati

fl-isptar?

Kultant nissejħu “qraba” għall-okkażjoni ta’ xi

funeral. Tajjeb li nkunu “qraba u ħbieb” anke

matul il-ħajja ta’ dak li jkun. Dawn iż-żewġ

kelmiet, qraba u ħbieb, għandhom għeruq sbieħ

fil-lingwa tagħna: li tkun qrib xi ħadd u li

tħobbu.

Kemm tkun ħaġa sabiħa li l-frażi “qraba u

ħbieb” ma nisimgħuhiex biss f’xi funeral jew

fuq xi santa tal-mejtin imma matul ħajjitna,

waqt li l-qraba u l-ħbieb tagħna għadhom ħajjin.

+ Charles J. Scicluna

Arċisqof ta’ Malta

KELMA TA’ FRANĠISKU

Ejjew nitolbu għall-paċi

u ejjew inġibu l-paċi …

imma nibdew minn

darna stess.

PROGRAMM ULIED DARNA

XHIEDA

Hajja

TAʼ SOLIDARJETA`

Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali

Hawn għalik

T. 23885110 W. www.fsws.gov.mt

AĦSEB FUQHA

Awwissu 2019 • 7

ELF

BOĊĊA

Aktar ma nikber, aktar sirt nieħu gost

bis-Sibtijiet filgħodu. Forsi l-kwiet

li jkun hemm għax inqum l-ewwel

wieħed, jew il-gost li dakinhar ma nkunx

xogħol. Hu x’inhu, is-Sibt filgħodu nkun qed

nistennieh.

Xi ġimgħat ilu, wieħed minn dawn is-

Sibtijiet filgħodu, kont qed nisma’ r-radju u

smajt lil xi ħadd jitkellem. Kellu leħen minn

dawk li jien insejħilhom tal-bellus, li tkun

tixtieq tibqa’ tisimgħu. Kien jismu Toni, u

kien qed jitkellem dwar ‘elf boċċa’. Waqaft

nisimgħu, u dan li ġej hu r-rakkont tiegħu.

“Ħa ngħidilkom ħaġa li lili għenitni nżomm

perspettiva tajba fuq il-prijoritajiet tiegħi.

Jien insejħilha t-teorija tal-elf boċċa.

Darba waħda qgħadt bilqiegħda nagħmel

ftit somom. Deherli li persuna medja tgħix

75 sena, xi wħud aktar u oħrajn inqas.

Immultiplikajt 75 bi 52, u ġibthom 3,900,

li hu n-numru ta’ Sibtijiet li persuna medja

tgħix tul ħajja.

Il-biċċa hi li jien domt sakemm għalaqt il-55

biex ħsibt dwar dan kollu, u sa dakinhar

kont diġà għext aktar minn 2,800 Sibt.

Kieku kelli ngħix sa 75, kien għad baqagħli

ngawdi biss elf Sibt ieħor.

Għalhekk mort f’ħanut u xtrajt elf boċċa u

poġġejthom f’vażun kbir, ħdejn ir-radju.

Kull nhar ta’ Sibt, minn dakinhar,

ħriġt boċċa mill-vażun u rmejtha (mal-

kumplament tal-ħġieġ l-ieħor,

naturalment!).

Meta rajt il-boċċi neżlin, bdejt ninduna li kont

bdejt ukoll nagħti aktar kas tal-affarijiet l-aktar

importanti fil-ħajja. Biex ikollok prijoritajiet

tajbin, ma hemm xejn aħjar milli tara ż-żmien

tiegħek fid-dinja dejjem jonqos!

U ħa ngħidilkom l-aħħar ħaġa qabel immur

dawra mal-mara. Dalgħodu ħriġt l-aħħar boċċa

minn ġol-vażun. Għalhekk jekk jirnexxili

nibqa’ nferfer sa Sibt ieħor, ikun ifisser li nkun

ingħatajt ftit żmien ekstra!”

Dak kien ir-rakkont ta’ Toni. Dakinhar kont

beħsiebni nagħmel xi xogħol filgħodu u

mbagħad immur sal-gym. Minflok, tlajt fuq u

qajjimt lill-mara.

“Isa, qum,” għedtilha, “ħalli noħorġu mat-tfal

bil-karozza.”

“X’ġara, mela?” staqsietni.

“Xejn speċjali,” weġibtha. “Imma ilna naqra ma

nqattgħu s-Sibt ilkoll flimkien.”

Jien u ħiereġ mill-kamra, dort u għedtilha,

“Bilħaqq, kif inkunu barra nieqfu fil-ħanut ta’

Manwel, għax għandi bżonn nixtri xi boċċi.”

8 • Awwissu 2019 L-ASSUNTA

Ġismi

mhux

ħabs

Il-Papa Franġisku dwar xi tfisser

il-festa tat-Tlugħ ta’ Marija fis-sema.

Għaliex Alla ta privileġġ lil Marija li titla’

s-sema bir-ruħ u l-ġisem? Għamel hekk

minħabba l-għaqda speċjali li Marija kellha

ma’ Ġesù. Din l-għaqda hi waħda fil-ġisem

u fir-ruħ. Bdiet meta l-Anġlu ħabbrilha li

kellha tkun Omm Alla, u kompliet tissaħħaħ

tul ħajjitha kollha billi ħadet sehem b’mod

uniku fil-misteru ta’ Ġesù. Marija dejjem

kienet tmur wara Ġesù, għalhekk insejħulha

“l-ewwel dixxiplu”.

L-ASSUNTA

Awwissu 2019 • 9

Marija kienet mara bħan-nisa l-oħra ta’

żmienha: kienet titlob, tieħu ħsieb il-familja

u d-dar, tmur is-sinagoga. Imma kull azzjoni

tal-ħajja ta’ kuljum kienet tagħmilha dejjem

f’għaqda sħiħa ma’ Ġesù. Fuq il-Kalvarju

din l-għaqda laħqet il-quċċata tagħha.

Għaldaqstant, Alla taha sehem sħiħ fil-

Qawmien ta’ Ġesù wkoll. Il-ġisem tal-Omm

Qaddisa kien ħieles mit-taħsir, propju bħal

dak ta’ Binha.

F’din il-festa l-Knisja tistedinna

nikkuntemplaw dan il-misteru li jurina li

Alla jrid isalvana sħaħ: bir-ruħ u l-ġisem.

Ġesù rxoxta bil-ġisem li kien tnissel bih minn

Marija, u tela’ ħdejn il-Missier bl-umanità

kollha tiegħu trasfigurata. Jiġifieri Ġesù tela’

s-sema bil-ġisem, b’ġisem bħal tagħna, imma

ġisem trasfigurat.

L-Assunzjoni ta’ Marija, li kienet bniedma

bħalna, hi konferma ta’ dak li se jiġri lilna

’l quddiem. Ir-ruħ tal-bniedem hi destinata

għall-hena wara l-mewt. Ma rridux inħarsu

lejn ġisimna qisu xi ħabs tar-ruħ. Alla ried

li anki ġisimna jingħaqad mar-ruħ fis-sema.

Iva, ġisimna trasfigurat għad ikun fis-sema.

Marija mtellgħa fis-sema tfakkarna li aħna

wkoll imsejħin biex inservu u nigglorifikaw

lil Alla bl-essri kollu tagħna, bir-ruħ u bilġisem.

Jekk naqdu bil-ferħ lil Alla, u dan nesprimuh ukoll

permezz tal-qadi ġeneruż lejn ħutna, il-jum tal-Qawmien

mill-imwiet tagħna se jkun jixbah lil dak ta’ Marija.

Imbagħad nifhmu b’mod sħiħ dak li qal San Pawl:

“Agħtu ġieħ lil Alla b’ġisimkom!” u nigglorifikaw lil

Alla għal dejjem fis-sema.

Addattament tad-Diskors ta’ nhar l-Erbgħa, 15 ta’ Awwissu, 2018

10 • Awwissu 2019 RELAZZJONIJIET

Choice or feeling?

A

man told his friend, “Whenever my

wife and I have an argument she

becomes historical.” “You mean

hysterical?” the friend replied. “No, I mean

historical. She reminds me of everything I

ever did!”

Little everyday injuries are so trivial we

hardly notice that we forgive them. They

are not deliberate, they hurt for only a few

seconds, so we never refer to them again and

we forget about them.

But if the hurt is really big?

Every time you think about it you smoulder

inside. It may have been a single act or

the collective weight of a hundred small

grievances. The anger does not go away.

It grows into a long-term resentment. You

feel you have been let down, embarrassed,

deceived, betrayed. Your anger may be

red-faced and loud-voiced, or it may be

as cold and hard as ice. There is a wall of

bitterness between you.

RELAZZJONIJIET

Awwissu 2019 • 11

What forgiveness is NOT

It is not condoning. Forgiving your

partner does not mean you approve of

what he or she did.

It is not forgetting. Forgive and forget?

If the offence is small, yes, you will

probably forget all about it. But if it is

big, you may never forget, even if you

forgive.

It is not denying. For some, the pain is

too great to take on board and so they

deny that it happened at all, not only to

others but to themselves.

It is not pretending. You will not admit

to anyone that you are hurting and you

claim everything is fine, but the fact that

you are not shouting or screaming does

not mean that you are not angry.

It is not losing. The person who forgives

is not necessarily the loser. Forgiving

may be winning.

What forgiveness IS

It is choosing, not feeling. If you have

been badly hurt, forgiving may be

the last thing you feel like doing. But

forgiveness has very little to do with

feelings and everything to do with

choice. Just as you choose to talk when

you would rather be silent, or to be

kind when the opposite is much more

attractive, so to forgive is more a matter

of choosing than feeling.

It is choosing not to dwell on the hurt.

You cannot help the thought coming into

your mind. It is there. Uninvited and

unwelcome. But you are responsible for what

you allow your mind to dwell on. The more

you rehearse the hurtful words or deeds, the

more indelible they become in your mind.

It is choosing not to talk about it. If you

talk about it, you think about it. If you think

about it, you feel it. If you feel it, it will hurt

you.

It is choosing not to retaliate. Justice may

say, “If you do that to me, I’ll do it to you.”

But forgiveness says, “I could, but I won’t.”

A final note

Forgiveness brings peace to a marriage and

creates the attitude necessary to make a new

beginning. It allows a couple to move on

together.

You have a straight choice: pain or

peace. Hold on to the hurt and it corrodes

everything. Replay it in your mind, over and

over, and the pain will grow and perhaps

become hate. Let the hurt go and, though it

may take time, the pain will go. It’s forgive

or fester.

A good marriage is made up of two people

who are not only givers of themselves but

also forgivers of each other.

Addattat minn ‘The Highway Code for

Marriage’ (Hilary u Michael Perrot)

12 • Awwissu 2019 ULIEDNA

F’dan ix-xahar tas-sajf, minflok artiklu

għandna ftit ‘perli’. Ħdejn il-baħar jew

fuq il-mejda waqt l-ikel, ieqfu ftit fuq

kull waħda u ddiskutuhom bejnietkom.

Issibu xi waħda tgħodd għalikom?

Always kiss your children goodnight,

even if they’re already asleep.

Dejjem bus lil uliedek filgħaxija, anki jekk

ikunu diġà raqdu.

H. Jackson Brown

Your children need your presence more

than your presents.

Uliedek għandhom bżonn il-preżenza

tiegħek aktar milli r-rigali tiegħek.

Jesse Jackson

Don’t worry that your children never

listen to you; worry that they are

always watching you.

Tinkwetax li wliedek qatt ma

jisimgħu minnek; inkwieta li l-ħin

kollu qed jinnutawk x’qed tagħmel.

Robert Fulghum

If there is anything that we wish to

change in the child, we should first

examine it and see whether it is

not something that could better be

changed in ourselves.

Jekk hemm xi ħaġa li rridu nibdlu

f’uliedna, l-ewwel għandna naraw

jekk hijiex xi ħaġa li aħjar nibdluha

fina stess.

Carl Jung

ULIEDNA

Awwissu 2019 • 13

Don’t handicap your children by

making their lives easy.

Tiżvantaġġax lil uliedek billi

tagħmlilhom ħajjithom faċli.

Robert A. Heinlein

Simply having children does not

make mothers or fathers.

Il-fatt li għandek it-tfal mhux bilfors

ifisser li int omm jew missier.

John A. Shedd

Children have more need of models

than of critics.

It-tfal aktar għandhom bżonn mudelli

milli min jikkritikahom.

Carolyn Coats

There are two lasting bequests we can

give our children: one is roots, the

other is wings.

Tnejn huma l-affarijiet li nistgħu

nħallu lil uliedna bħala wirt għal

dejjem: waħda hija l-għeruq, l-oħra hija

l-ġwienaħ.

Hodding Carter

If you want your children to improve,

let them overhear the nice things you

say about them to others.

Jekk trid li wliedek jiżviluppaw,

ħallihom jisimgħuk tgħid affarijiet

sbieħ dwarhom quddiem l-oħrajn.

Haim Ginott

14 • Awwissu 2019 MISSIERNA (2)

Paul Pace SJ

MISSIERNA ‘LI INTI FIS-SMEWWIET’

Dil-parti tal-Missierna tħawwadna xi ftit?

Xi tfisser sew? Meta ngħidu “li inti fissmewwiet”

tfisser li Missierna ma jinsabx

fid-dinja, li jinsab xi mkien ieħor? Li hu

bogħod mit-taħbit tagħna f’did-dinja?

Tgħid qiegħed hemm fuq, fis-sema, fejn

kollox fil-paċi u fl-ordni?

Il-Vanġelu jurina li żgur li mhux hekk. Filpersuna

ta’ Ġesù aħna niltaqgħu ma’ Alla

“Kristjan”, li hu l-Immanuel, “Alla magħna”.

Ġesù, dak li ġie jgħammar fostna, qal, “Min

jara lili jara lill-Missier.”

Fil-Vanġelu nsibu bosta ċirkustanzi li juru

rabta sħiħa bejn is-sema u l-art. Pereżempju

meta lid-dixxipli Ġesù qalilhom: “Tassew

ngħidilkom, dak li torbtu fl-art ikun

marbut fis-sema u kulma tħollu fl-art ikun

maħlul fis-sema. Ngħidilkom ukoll, jekk

tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħinhom

flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li hu

fis-smewwiet jagħtihielhom” (Mt 18:18-19).

Qabelxejn, irridu nifhmu li dal-kliem

jagħmel distinzjoni bejn missierna tal-art

u missierna tas-sema. Aktar importanti

minn hekk, ifakkarna li Alla jgħix f’dinja

ta’ paċi assoluta u ġustizzja sħiħa, ħaġa li

aħna lkoll naspiraw għaliha. Tul ħajjitna fiddinja

aħna vjaġġaturi, pellegrini f’mixja lejn

id-dar ta’ Missierna, lejn dan l-istat ta’ paċi

sħiħa. Missierna diġà jinsab hemmhekk,

u Ġesù assigurana li fid-dar ta’ Missieru

hemm ħafna “kmamar”, u li hu nnifsu mar

hemmhekk biex iħejji post għalina (Ġw 14:2).

Dan il-kliem għandu jimliena bil-fiduċja u

b’paċi interna profonda, aħna li niffaċċjaw

tant sitwazzjonijiet li ma nistgħux

nikkontrollawhom u tant kunflitti fid-dinja.

Meta nsibu ruħna maħkumin mid-dlam

u d-disperazzjoni ta’ madwarna, nistgħu

nfakkru lilna nfusna li aħna ninsabu fi

vjaġġ lejn id-dar ta’ Missierna, post ta’ paċi

definittiva, fejn il-ġustizzja u l-imħabba

jsaltnu fuq kollox.

Maqluba għall-Malti minn Joe Huber

Michel Quoist

ĦSIEB

Awwissu 2019 • 15

Il-magazin

pornografiku

Mulej, qed inħossni nistħi b’dalmagazin

quddiemi.

Jiena żgur li int, li int infinitament

pur, tinsab profondament offiż.

Il-ħaddiema tal-uffiċċju ħarġu bejniethom

biex xtrawh.

Bagħtu tifel jixtrihulhom, li flieh kollu hu u

ġej fit-triq.

Fuq dawk il-paġni jleqqu jidhru esposti iġsma

mikxufin.

Jgħaddi minn uffiċċju għal ieħor, minn id

għal oħra.

Daħq minn taħt … għajnejn għatxana …

iġsma vojta … iġsma bla ruħ …

ġugarelli f’idejn persuni adulti.

Minkejja kollox, Mulej,

il-ġisem tal-bniedem huwa sabiħ.

Mill-bidu nett, int, l-aqwa artist, kont taf

tajjeb li għad tgħammar f’ġisem bħal tagħna.

Għalhekk żammejt il-mudell quddiemek,

bir-reqqa kollha ffurmajtu bl-idejn setgħana

tiegħek, u f’dik il-materja bla ħajja nfaħt

ruħ ħajja.

Minn dak il-ħin ’il quddiem, Mulej, int

għedtilna nirrispettaw il-ġisem,

għax huwa strument tal-ispirtu.

U aħna għandna bżonn dan l-istrument

fraġli biex nikkomunikaw mal-oħrajn:

bil-kliem, bit-tbissima, bl-espressjoni

f’għajnejna, meta nieħdu b’id xulxin, bittgħanniqa

tal-koppja li tnissel ulied ġodda.

Int ridt ukoll li bil-grazzja tiegħek ġisimna

jsir tempju tat-Trinità.

Hawn, Mulej, illejla, hawn l-iġsma

tal-bnedmin reqdin:

il-ġisem pur ta’ tfajjel ċkejken,

il-ġisem użat tal-prostituta,

il-ġisem mimli saħħa tal-atleta,

il-ġisem sfinit tal-ħaddiem,

il-ġisem mikdud tal-fqir,

il-ġisem imsawwat ta’ tifel fis-slums,

il-ġisem mikul u muġugħ tal-marid,

l-iġsma kollha, Mulej, ta’ kull età.

Hawn hu l-ġisem ta’ tarbija fraġli għadha

titwieled, il-ġisem ta’ tfajjel moħħ ir-riħ,

jaqa’ u jerġa’ jqum, bla ma jagħti kas tal-grif,

il-ġisem tal-adolexxent li għadu ma jafx

kemm hi ħaġa sabiħa li tikber u tiżviluppa,

il-ġisem tal-anzjan, qed inin ftit ftit.

Noffrihomlok kollha, Mulej, u nitolbok

tberikhom.

U meta għada jqumu għal ġurnata oħra,

jalla jkunu qaddejja, mhux sidien,

djar li jilqgħu, mhux ħabsijiet,

tempji ta’ Alla ħaj, mhux oqbra.

Jalla jkunu purifikati u trasfigurati minn

min jgħix fihom.

Jalla fl-aħħar, meta jiemhom jintemmu,

ikunu mdawlin mis-sbuħija ta’ ruħhom.

F’għajnejk, Mulej, u f’għajnejn Ommok,

li t-tnejn li intom kellkom ġisem bħalna.

(Addattata minn The Pornographic

Magazine, Prayers of Life)

Ħruġ ta’ Bonds

issa ammessi għall-kummerċ

fuq is-Suq Miftuħ tal-Borża ta’ Frankfurt u

l-Vienna Multilateral Trading Facility (MTF)

Bond b’rendiment ta’

għal perjodu ta’

5 snin

li jimmatura fl-2023

ß Investiment minimu ta’ €3,000

ß

ß

Bond ieħor b’rendiment ta’

3.75% 4.6%

għal perjodu ta’

10 snin

li jimmatura fl-2028

Timberland Invest Ltd ġiet maħtura bħala distributriċi tal-bonds maħruga

f’Malta minn Timberland Securities Investment plc.

L-investiment fil-bonds għandu jkun ibbażat fuq id-dettalji sħaħ tal-Prospett

Kun af li

għamilt

investiment

fis-sod

Ċemplilna fuq

2090 8100

Is-Suq Miftuħ tal-Borża ta’ Frankfurt, flimkien mal-Vienna MTF, huma swieq regolati mill-boroż rispettivi nfushom li ma jeħdux il-forma ta’ swieq regolati u

għalhekk mhumiex soġġetti għar-reġimi tal-prospett u tat-trasparenza applikabbli għal Swieq Regolati.

Timberland Securities Investment plc. (inkorporata f’Malta b’uffiċċju reġistrat f’171, Old Bakery Street, Valletta) hija

l-kumpanija li ħarġet il-bonds ai termini tal-Prospett, datat 23 ta’ Novembru 2018, approvat mill-Awtorità tas-Suq Finanzjarju

f’Liechtenstein u ippassportjat f’Malta. Timberland Invest Ltd (b’uffiċċju tan-negozju f’Aragon Business Centre, Dragonara

Road, San Ġiljan, STJ 3140) hija regolata mill-MFSA taħt l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment u ġiet maħtura bħala d-distributriċi

ta’ dawn il-bonds f’Malta.

Jekk tinvesti f’dawn il-bonds, mhux se jkollok aċċess għall-flus tiegħek qabel id-data tal-maturità. Madankollu, tista’

tittrasferixxi jew tbigħ il-bonds tiegħek, dejjem skont it-termini tal-prospett. Il-valur tal-investiment tiegħek jista’ jitla’ kif ukoll

jinżel, u tista’ titlef ftit mill-ammont, jew l-ammont kollu, li inti tkun investejt. Aktar dettalji jinsabu f’dan il-Prospett, li jista’

jinkiseb mingħajr ħlas, waqt ħinijiet normali tal-ftuħ, mill-uffiċċju tan-negozju ta’ Timberland Invest Ltd f’San Ġiljan, jew missit

elettroniku: https://www.timberland-malta.com.

Cleartone offer the very latest discreet

hearing aid technology that can

improve your life today!

Don’t wait to hear more clearly

To see if you qualify for

Malta’s smallest hearing aid

book your FREE assessment today

What can you see?

These little hearing aids are

secretly taking Malta by storm,

I bet you didn’t notice them?

Call now for

FREE hearing assessment

Covering all Malta and Gozo locations

Phone 2704 0839 or

7777 1659

for nearest clinic

Special introductory price between

19th – 23rd August 2019

*Clinic fee may apply

The Friend Who Cares

When we honestly ask ourselves

which persons in our lives mean

the most to us, we often find

that it is those who, instead of giving much

advice, solutions or cures, have chosen

rather to share our pain and touch our

wounds with a gentle and tender hand.

The friend who can be silent with us in

a moment of despair or confusion, who

can stay with us in an hour of grief and

bereavement, who can tolerate not-knowing,

not-curing, not-healing, and face with us

the reality of our powerlessness, that is the

friend who cares.

(Henri J. Nouwen s.j.)

Flimkien fuq Radju Marija

Kull l-ewwel Ħamis tax-xahar fl-10am

Programm dwar il-kontenut tal-magazin Flimkien.

Ikun hemm phone-ins mis-semmiegħa.

Il-programm li jmiss: il-Ħamis 8 ta’ Awwissu

TIĠRI VERA

Awwissu 2019 • 19

Iż-żewġt

aħwa

Ġanni kien joqgħod f’razzett ħdejn

ħuh. Imma dan l-aħħar kellhom xi

jgħidu. Wara aktar minn 40 sena

jiftiehmu u jaqsmu kollox bejniethom, issa

kien spiċċa kollox. U tant kiber in-nuqqas ta’

ftehim li ma baqgħux jitkellmu aktar.

Għodwa waħda nstemgħet taħbita fuq

il-bieb. Ġanni fetaħ u sab raġel b’kaxxa

tal-għodda. “Għandek xi biċċa xogħol

x’nagħmillek?” staqsa r-raġel.

“Iva,” qallu Ġanni. “Għandi biċċa xogħol

għalik. Qed tarah dak ir-razzett lil hinn

mix-xmara? Dak ta’ ħija ż-żgħir. Sal-ġimgħa

l-oħra dik kienet għalqa mimlija ħaxix aħdar

imma ħija qabad bulldozer, faqa’ l-ħajt u

issa hemm xmara bejnietna. Għamel hekk

apposta! Imma jien inpattihielu. Qed tara

dak l-injam fir-rokna? Irridek tibnili ħajt

– tmien piedi għoli – biex la nara r-razzett

tiegħu u lanqas wiċċu.”

Il-mastrudaxxa qallu: “Naħseb naf x’jiġifieri.

Tibżax, agħtini l-imsiemer u l-mazza u

nagħmillek biċċa xogħol li tieħu paċir

biha żgur.” Ġanni qallu li kien se jirritorna

filgħaxija.

Il-mastrudaxxa qabad l-għodda u beda

jaħdem. Ħadem il-ġurnata kollha: ikejjel,

jisserra, isammar, jinċana.

Meta Ġanni wasal lura filgħaxija, ilmastrudaxxa

kien diġà lest. Imma Ġanni

baqa’ skantat mhux ftit meta ra li l-ħajt li

kien ordna ma kienx hemm!

Minflok, kien hemm pont min-naħa

għall-oħra tax-xmara! Kienet biċċa xogħol

magħmula tassew bis-sengħa, kompluta bilpoġġaman

b’kollox.

U Ġanni kompla jistagħġeb aktar meta … ra

lil ħuh iż-żgħir fuq in-naħa l-oħra qed jibda

jaqsam il-pont biex jiġi lejn in-naħa tiegħu.

“Kif irnexxielek issib il-qawwa li tibni

dan il-pont wara dak kollu li għamiltlek

u għedtlek?” qallu ħuh iż-żgħir min-naħa

tiegħu tal-pont.

Iż-żewġt aħwa mxew bil-mod sakemm

iltaqgħu f’nofs il-pont u ħadu b’idejn xulxin.

Meta ħarsu warajhom, raw lill-mastrudaxxa

qed jerfa’ l-kaxxa tal-għodda fuq dahru u

jħejji biex jitlaq.

“Le, tmurx! Ibqa’ magħna ftit ieħor. Għandi

biċċa xogħol oħra x’tagħmilli,” qallu Ġanni.

“Bil-qalb kollha,” wieġbu l-mastrudaxxa,

“imma baqagħli ħafna pontijiet oħra x’nibni

xi mkien ieħor. Intom ħudu ħsieb li dak ilpont

ta’ bejnietkom jibqa’ b’saħħtu.”

20 • Awwissu 2019 AĦSEB FTIT

77 sekonda ilu

X’se jiġri meta l-arloġġ idoqq nofsillejl?

11:58:43pm: Bniedem

11:39pm: Mammiferi

0:00 am sat-3 am: bumbardament ta’ meteoriti

10:56pm: Dinożawri

8:48 pm: Bram

9:52 pm: Pjanti

4:00 am: Bidu tal-ħajja

8:28 pm: Alka

AĦSEB FTIT

Awwissu 2019 • 21

Ejja nikkumpressaw l-istorja kollha taddinja

f’24 siegħa. Qisha l-istorja kollha

mill-bidu nett sa issa ġrat f’ġurnata

waħda. X’se jiġri?

Fil-verità, id-dinja ġiet iffurmata 4,500

miljun sena ilu, u l-bniedem ħa l-forma

‘moderna’ li għandu llum 200,000 sena

ilu.

U kieku tabilħaqq id-dinja bdiet teżisti

24 sena ilu, allura xi jkun il-ħin li fih

jitfaċċa l-bniedem? It-tweġiba hija

tassew sorprendenti, anki jekk se jkollna

nissimplifikaw ħafna, għax fil-verità

l-kwistjoni hija ħafna aktar ikkumplikata

minn hekk.

Mela, jekk id-dinja bdiet teżisti f’nofsillejl li

għadda, kellha ssofri bumbardamenti kbar

u twal bil-meteoriti sa xi t-3:00 am. Għal

xi l-4:00 ta’ filgħodu jibdew jidhru l-ewwel

sinjali ta’ ħajja.

Hawn ikollna nħallu jgħaddi ftit ħin mhux

ħażin, għax iridu jdoqqu t-8:28 pm biex

tibda tidher l-alka fil-baħar. Daqs ‘għoxrin

minuta’ wara, fit-8:48pm jidhru l-bram.

Tgħaddi ftit aktar minn siegħa, u għal xi

l-9:52 pm jitfaċċaw il-pjanti fuq l-art. Fil-

10.55 pm id-dinożawri jibdew iħufu f’wiċċ

id-dinja, imma jdumu biss ‘30 minuta’ għax

fil-11:25 pm jinqerdu kollha. F’nofsillejl

neqsin għoxrin jitfaċċaw il-mammiferi.

U aqta’ min jidher fid-dinja fil-ħdax ta’

billejl u 58 sekonda! Iva, hekk hu, jasal hu:

il-bniedem. F’dan l-arloġġ ta’ 24 siegħa,

l-istorja tal-bniedem fuq wiċċ id-dinja ma

tibdiex qabel il-11:58:43pm!

Fi kliem ieħor, kieku d-dinja ilha teżisti 24

siegħa, il-bniedem ilu jeżisti biss 77 sekonda!

Forsi hekk nirrealizzaw aħjar kemm hi vasta

l-eżistenza tad-dinja. Nindunaw kemm

aħna l-bnedmin niffurmaw parti żgħira biss

mill-istorja tagħha. Nibdew nifhmu wkoll

kemm hu kbir Dak li ħalaq kollox, mhux biss

id-dinja.

Forsi hekk nirrealizzaw ukoll irresponsabbiltà

tagħna li nieħdu ħsieb din

il-pjaneta li fuqha ngħixu. Se jirnexxilna

neqirduha? Jew se nitgħallmu nibżgħu

għaliha?

Tgħid x’se jiġri meta l-arloġġ jerġa’ jdoqq

nofsillejl?

22 • Awwissu 2019 ŻGĦAŻAGĦ Emmanuel Camilleri

Se ttemm

IT-TELLIEQA?

Il-film ‘Run the Race’ hu dwar żewġt

aħwa, Dave u Zach, li kienu joqogħdu

f’belt żgħira. It-tnejn ikollhom ħolm

differenti dwar x’jagħmlu f’ħajjithom.

Ikunu qed jgħixu għal rashom, minħabba

li l-omm tkun mietet, filwaqt li l-missier

ikun taħt il-kontroll tax-xorb.

Zach ikun l-istilla tat-tim tal-iskola tal-

American Football. Tant ikun promettenti

li kien wasal biex jikser diversi rekords.

Il-ħolma tiegħu kienet li xi ħadd jinnutah

u jagħtih scholarship biex ikun jista’ jitlaq

minn dik il-belt żgħira.

Kollox ikun sejjer ħarir, sakemm Zach

iweġġa’ rkopptu tant li jkun se jitlef ilkumplament

tal-istaġun. Biex tagħqad,

ikun hemm dubji serji kemm seta’ jkompli

dan l-isport minħabba li kien ċarrat

ligament. Il-ħolma tiegħu dehret tisfuma

fix-xejn.

Dave, min-naħa l-oħra, jiddeċiedi li jibda

jtellaq hu, biex jekk jirnexxilu jirbaħ

scholarship u jkun jista’ jieħu lil ħuh Zach

’il barra minn dik il-belt. Dave kien baqa’

jemmen bis-sħiħ, imma Zach kien tilef

il-fidi wara t-telfa ta’ ommu u l-abbandun

minn missierhom.

Dave ikun qed jirnexxilu jirbaħ it-tlielaq

sakemm tiġri xi ħaġa … u minfloku jkollu

jtellaq Zach biex jispiċċa t-tellieqa minfloku.

Imma dan kollu x’għandu x’jaqsam magħna?

Forsi m’aħniex atleti u l-ħolm tagħna mhux

marbut mal-isports. Veru, imma aħna

wkoll għandna tellieqa x’nispiċċaw. Bħal

Dave aħna jkollna diversi ħolm u pjanijiet u

forsi ġralna bħalu għax ġrat xi ħaġa u rajna

l-ħolm tagħna jisfuma fix-xejn.

F’ħajti għandi lil xi ħadd bħal Zach? Ġesù

dejjem qiegħed hemm, preżenti. Hu beda

magħna t-‘tellieqa’ tal-fidi tagħna u jiġriha

magħna u jgħinna nispiċċawha.

Lest tkun dak l-atleta li jitħarreġ, jiġri u

jtemm it-tellieqa? Forsi qed nibża’ li se nerġa’

noħroġ diżappuntat? Tajjeb niftakar li fit-

‘tellieqa’ tal-fidi l-premju mhuwiex għal min

jiġi l-ewwel, imma għal kull min jirnexxilu

jasal sal-aħħar.

Dan lili jfakkarni f’li qal San Pawl lil

Timotju (4:7-8): “Temmejt il-ġirja, ħarist

il-fidi. Mill-bqija hemm merfugħa għalija

l-kuruna tal-ġustizzja, li biha f’dak il-Jum

iħallasni l-Mulej, l-Imħallef ġust, u mhux

lili biss, imma wkoll lil dawk kollha li jkunu

għexu fl-imħabba tad-Dehra tiegħu.”

John Sultana

RIĊETTA

Awwissu 2019 • 23

Ruħi tieħu

vaganza?

Anki jekk fis-sajf ma nistax nieħu

vaganza, xorta nista’ b’xi mod insib

ftit ħin ta’ rilassament għal ġismi

u moħħi. Imma ruħi se tirrilassa wkoll?

Kif nista’ dan is-sajf insaħħaħ il-‘muskoli’

spiritwali tiegħi?

1. Talba qasira: Nagħżel xi talba jew xi

sentenza mill-Vanġelu, u ngħidha spiss

kuljum, bħal: ‘Mulej tiegħi u Alla tiegħi’ jew

‘Għin in-nuqqas ta’ fidi tiegħi’ jew ‘Mulej,

għand min tridna mmorru?’ jew ‘Ġesù, inti

taf kollox. Inti taf li nħobbok.’ Dan jgħinni

nżomm il-PREŻENZA ta’ Alla matul ilġurnata.

2. Żjara f’xi kappella. Ħames minuti nista’

naffordjahom żgur. Ma hemmx bżonn

ħafna kliem mal-Mulej. Biżżejjed noqgħod

fil-kwiet, nieħu gost fil-preżenza tiegħu,

NADURAH, konxju tan-nifs li qed nieħu

li huwa l-ħajja tiegħu ġo fija li ma tintemm

qatt.

3. Grazzi. Is-sajf huwa wkoll żmien biex

nuri gratitudni lejn Alla. Inħares madwari:

għasfur jaqbeż fuq siġra; sħab sabiħ fissema;

riħa tfuħ tal-ħaxix u l-frott. U f’qalbi

ngħidlu, “GRAZZI, Mulej! Kemm tħobbni!”

Din il-gratitudni nista’ nesprimiha wkoll

permezz ta’ salm ta’ tifħir (Salmi 8, 103, 121).

Wrap sajfija u ħafifa

Jekk ma tixtrix il-pancakes lesti,

agħmilhom hekk: ħawwad nofs kuċċarina

ħall ma’ 150ml ħalib u żid bajda mattaħlita.

Ibqa’ ħawwad u bil-mod żid

150ml ħalib ieħor sakemm it-taħlita tiġi

qisha krema lixxa. Ħalli kollox joqgħod

għal nofs siegħa. Saħħan sewwa taġen

b’dijametru ta’ 15-il ċm wara li tkun

dliktu bi ftit żejt. Ferra’ daqs magħrfa

u nofs mit-taħlita fit-taġen u kif tibda

tagħqad aqlibha bil-mod u sajjar għal

nofs minuta oħra.

4 pancakes

Ikollok bżonn: 8 slices bacon taddundjan;

tadama kbira; avocado;

4 pancakes; 4 weraq ħassa kbar; 4

kuċċarini mayonnaise.

Metodu: Idlek taġen b’naqra żejt u aqli

l-bacon fih. Kif ikun lest, nixxef il-bacon

fuq karti apposta biex ix-xaħam żejjed

jitlaq. Iftaħ il-pancakes ċatti u qassam

il-weraq tal-ħass, it-tadama, l-avocado

mqattgħin u żewġ slices bacon fuq kull

waħda. Żid il-mayonnaise u rrombla

l-pancake xifer ma’ xifer ... u rringrazzja

lil Alla tal-ikel!

24 • Awwissu 2019

SAĦĦITNA

Michela Mifsud

Stimolazzjoni

Manjetika

Transkranika (TMS)

Terapija għad-dipressjoni u ħsieb ta’ suwiċidju

Ilkoll, xi darba jew oħra, inħossuna

mdejqin. Id-dwejjaq hu reazzjoni

normali għal sitwazzjonijiet jew

esperjenzi diffiċli. Iżda ġieli jiġri li d-dwejjaq

joktor, ma jgħaddix, u minħabba fih tħossok

ma tafx x’se taqbad tagħmel u mingħajr

tama.

Dawn il-ħsus ixekklulek il-ħajja ta’ kuljum

u ma jħallukx tiffunzjona jew tgawdi dak

li s-soltu tagħmel. Tibda tħoss għeja l-ħin

kollu u tibda ssibha iebsa tiffoka u tieħu

d-deċiżjonijiet. Għandu mnejn tibda torqod

matul il-biċċa l-kbira tal-ġurnata jew ma

torqod xejn. Dawn huma sintomi komuni

ta’ dipressjoni klinika, li hija kundizzjoni

komuni li tolqot sa 25% tal-popolazzjoni u

li f’ċerti każi tista’ twassal anki għal ħsieb

dwar suwiċidju. Fortunatament jeżistu bosta

mezzi biex tittrattaha.

L-aktar mezzi ta’ trattament komuni għaddipressjoni

u disturbi psikoloġiċi huma

t-terapija (ma’ psikologu jew psikoterapista)

u l-mediċini. It-tnejn li huma għandhom

utilità fit-trattament tad-dipressjoni.

B’danakollu, hawn min ma jkunx jista’ jieħu

l-mediċini minħabba f’xi kundizzjoni fiżika

oħra, jew minħabba effetti kollaterali. Għal

xi wħud, il-mediċini jistgħu ma jaħdmux.

F’dan il-każ tissejjaħ dipressjoni reżistenti

għat-trattament. Hemm ukoll min jippreferi

ma jiħux mediċini.

Huwa hawnhekk fejn l-Istimolazzjoni

Manjetika Transkranika (TMS) tista’ tkun

utli. It-TMS hija terapija li taħdem mingħajr

uġigħ, mhijiex invażiva u bla effetti

kollaterali kbar. Ma hemmx loppju involut

u l-ebda telfien tal-memorja, kif jiġri f’xi

terapiji oħra. It-TMS hi approvata mill-

Amministrazzjoni tal-Ikel u l-Mediċini tal-

Istati Uniti (FDA) u mill-Istitut Nazzjonali

għas-Saħħa u l-Eċċellenza fil-Kura tar-Renju

Unit (NICE), fost l-oħrajn.

It-TMS tuża pulsazzjonijiet manjetiċi

ffukati li jistimolaw dik il-parti tal-moħħ li

għandha x’taqsam mal-kontroll tal-burdati.

It-TMS iżżid il-funzjoni tal-moħħ kif ukoll

tikkonnettja mill-ġdid il-kuntatti dgħajfin

fil-moħħ, tgħin fit-tnaqqis tas-sintomi

dipressivi u ttejjeb il-burdata. Tnaqqas

l-għeja u l-ħedla, u żżid l-enerġija.

Fuq kollox, tnaqqas il-ħsieb ta’ suwiċidju fi

żmien qasir wara l-ewwel sessjoni. Dan jista’

jagħmel id-differenza kollha bejn tinżammx

l-isptar (bl-inkonvenjent li jġib miegħu) u

tintbagħatx lura d-dar taħt superviżjoni biex

tiġi kkurat bħala outpatient.

Nutar Dott. Ryan Caligari

IN-NUTAR

Awwissu 2019 • 25

Taxxa meta tixtri

proprjetà

Bħala regola prinċipali, ir-rata ta’ taxxa

(boll) dovuta minn min jixtri hija 5%

tal-prezz tal-proprjetà. Jekk se tixtri

r-residenza ordinarja u unika tiegħek, ittaxxa

tonqas għal 3.5% fuq l-ewwel €150,000

tal-prezz u 5% fuq il-bqija. Jiġifieri jekk

il-proprjetà tiswa €200,000, trid tħallas 3.5%

fuq €150,000 u 5% fuq 50,000 = total €7,750.

Imma permezz ta’ skemi riċenti, tista’

tibbenefika minn roħs fit-taxxa, skont ilkaż.

L-erba’ skemi prinċipali huma:

• Skema tal-First-Time Buyers

• Skema tas-Second-Time Buyers

• Proprjetà f’żona ta’ ‘konservazzjoni

urbana’

• Proprjetà f’Għawdex.

First-Time Buyers

B’din l-iskema, jekk qed tixtru l-ewwel

proprjetà tagħkom, u din qed tixtruha biex

tistabbilixxu r-residenza unika u ordinarja

tagħkom, allura ma tħallsu taxxa xejn fuq

l-ewwel €150,000 tal-prezz, filwaqt li fuq

il-bilanċ, tħallsu bil-5%. Tiffrankaw €5,250

taxxa.

Second-Time Buyers

Meta tittrasferixxi l-ewwel residenza tiegħek

u tixtri residenza oħra fi żmien sena middata

tat-trasferiment tal-ewwel waħda, tieħu

refund tat-taxxa (sa €3,010). Ir-refund mhux

awtomatiku, jiġifieri n-nutar irid japplika

mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni fiż-żmien

stipulat fil-liġi.

Proprjetà f’żona ta’

‘konservazzjoni urbana’

F’dan il-każ, tista’ tibbenefika minn roħs

ta’ taxxa jekk tipprovdi ċertifikat mill-

MEPA li juri li l-proprjetà tinstab f’din

iż-żona. Għalhekk importanti li tiċċekkja

u tieħu parir mingħand il-perit tal-għażla

tiegħek biex tivverifika jekk il-proprjetà li

se tixtri tinsabx f’din iż-żona. F’dan il-każ

it-taxxa tkun 2.5% tal-prezz tal-proprjetà.

Barra minn hekk, f’każ li se tixtri l-ewwel

proprjetà tiegħek u din tinsab f’żona

ta’ konservazzjoni urbana, allura tista’

tibbenefika minn żewġ skemi f’daqqa.

Jiġifieri ma tħallasx taxxa fuq l-ewwel

€150,000 tal-prezz, u mbagħad fuq il-bilanċ

tħallas bit-2.5% (minflok 5%). Pereżempju,

jekk il-proprjetà tiswa €200,000, it-taxxa talboll

tkun biss €1,250.

Proprjetà f’Għawdex

Jekk tixtri r-residenza tiegħek f’Għawdex,

tħallas taxxa ridotta ta’ 2% fuq il-prezz

kollu tal-proprjetà. Ma hemmx għalfejn li

l-proprjetà tkun l-ewwel residenza tiegħek.

Jiġifieri persuni li diġà huma sidien ta’

proprjetà xorta jistgħu jibbenefikaw minn

din l-iskema.

26 • Awwissu 2019 LOGĦOB

Claudia Cini

Mimdudin

1. Ġgant mitoloġiku Grieg (5)

3. Minnu jagħmlu l-ġobon u l-irkotta (5)

6. Bil-moħbi; segretament (11)

8. Resident; jgħix fil-lokal (7)

12. Ġenituri u wlied jgħixu flimkien (7)

15. Approvati; mogħtija l-permess (11)

16. Tajjeb għalfejn hu (5)

17. Qanfud il-baħar (5)

Tisliba

1 2 3 4 5

6 7

8 9 10

Weqfin

1. Ħaġra prezzjuża ta’ lewn isfar (5)

2. Logħba tradizzjonali fuq karta b’disa’

kaxxi forma ta’ gradilja (5)

4. Tgergira għax mhux kollox hu

kif mixtieq (5)

5. Fetħa bla saqaf bejn erba’ ħitan (5)

7. Makakkeriji; diplomaziji (7)

9. Mingħajr (3)

10. Għadu mhux misjur (3)

11. Ġesù daħal Ġerusalemm riekeb fuqha (5)

12. Xaqq; apertura (5)

13. Progress; miljorament (5)

14. Frak li jinqala’ minn mal-qorriegħa (5)

Rebbieħ/a

tax-xahar l-ieħor: D. Mallia, Cospicua

11 12 13 14

15

16 17

Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

Irbaħ pizza għal tnejn

mingħand Saracino’s Café

(Triq il-Kbira, Ħ’Attard, 21422995)

billi twieġeb tajjeb sal-15 tax-xahar.

Ibgħatha hekk: Flimkien, Tisliba,

P.O. Box 1, il-Furjana.

Rebbieħ/a tax-xahar l-ieħor:

C. Saliba, Ħal Qormi

Soluzzjoni Tisliba tax-tax-xahar l-ieħor

Mimduda: 1. ĦANIN, 3. ĦABBA, 6. TESSERAMENT, 8. SAN MARK, 12. STUNATA,

15. SAN FRANĠISK, 16. AWTUR, 17. PRUNA.

Weqfin: 1. ĦATAB, 2. NASES, 4. BREJK, 5. ATTUR, 7. ROMANZA, 9. ATT, 10. RAT, 11. BASLA,

12. SENAT, 13. AĊIDU, 14. TIKKA.

Sudoku

Imla l-vojt kollu b’mod li l-kolonni, il-linji u kull

kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin-numri 1 sa 9.

Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar hekk:

Flimkien, Sudoku, P.O. Box 1, il-Furjana.

Premju: żewġ kotba ġentilment mogħtija

minn Merlin Publishers (Blata l-Bajda).

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

7 1 4 2 3 5 9 6 8

6 5 3 8 4 9 7 2 1

2 8 9 1 7 6 4 3 5

5 7 6 4 9 2 8 1 3

4 3 2 5 1 8 6 7 9

1 9 8 3 6 7 2 5 4

8 6 7 9 5 1 3 4 2

9 4 1 6 2 3 5 8 7

3 2 5 7 8 4 1 9 6

4 5 2 6

1 4

6 8 3 5

3 7 2

9 2 8

7 1 3 4

4 9

2 9 5 4 8 1

5 1 8

Id-dar egħi, mal-familja, indipenden

Ċemplilna għal kwotazzjoni bla

obligazzjoni illum fuq 21 524 888

Tista' kkwalifika għas-sussidju mill-Gvern

133, Mdina Road, Zebbug, ZBG 9015, Malta

Mobile: (+356) 99 242 320

Email: info@stairsindependent.com

Web: www.stairsindependent.com

28 • Awwissu 2019 GĦALINA T-TFAL

ĦOBŻ

U ĦUT

K

S

S S

K

K K K

K K

K K K

K K

K

K K K K

K

K

K

K S S K

S

K

K K K

K

K K S

K

K S

K K

K

S S

K

K

K K

S

S

S

K

S

S

S S

S

K

S

Tafha l-istorja ta’ dak

it-tifel li offra lil Ġesù

l-ħobż u l-ħut li kellu?

Bihom Ġesù ta jieklu

lil aktar minn 5,000

ruħ. Kemm kellu ħut

u ħobż? Imla l-ispazji

kollha fl-istampa li

huma mmarkati ‘K’

b’kulur kannella, u

dawk immarkati ‘S’

agħmilhom sofor. Meta

tlesti tkun taf kemm

kien hemm ħut u ħobż.

Ibgħat it-tpinġija u

għidilna wkoll kemm

kien hemm ħut u kemm

kien hemm ħobż filbasket

tat-tifel.

Ibgħat it-tweġiba hekk:

Flimkien, Kompetizzjoni

Tfal, P.O. Box 1, Floriana.

L-ewwel tweġiba tajba li

tinfetaħ tirbaħ ktieb

tat-tfal ġentilment

mogħti minn Horizons.

Rebbieħa tax-xahar l-ieħor: E. Gatt, San Pawl il-Baħar,

L. Camilleri, il-Gudja

1

3

2

5

4

6

7

SOLUZZJONI:

7 DIFFERENZI

1. qlugħ, 2. ġewnaħ

tal-farfett, 3. is-sitt

linja tax-xugaman,

4. umbrella, 5. aerial

tar-radju, 6. gawwija,

7. dgħajsa.

BAĦAR

Awwissu 2019 • 29

IL-ĦABIB

ANTIK

TAGĦNA

Fatti dwar il-baħar, li dejjem żaqqu ratba kemm trid, imma rasu iebsa.

• Il-baħar ikopri aktar minn 70 fil-mija

tal-wiċċ tad-dinja.

• Aktar hemm ħlejjaq fil-baħar milli

ħlejjaq fuq l-art. Fil-fatt, 94 fil-mija

tal-ħlejjaq fid-dinja jinsabu taħt wiċċ

il-baħar!

• L-Oċean Paċifiku huwa l-akbar oċean.

Jiksi 30 fil-mija tal-wiċċ tad-dinja u

fih 25,000 gżira. Warajh jiġi l-Oċean

Atlantiku, li jiksi 21% tal-wiċċ tad-dinja.

• Fl-Oċean Paċifiku, eżattament fil-

Mariana Trench, il-baħar hu fond

(11,000 metru) aktar mill-għoli tal-

Muntanja Everest (8,848 metru).

• L-akbar annimal fid-dinja jinsab filbaħar:

il-balena l-kaħla.

• Il-ħajja fl-oċean tiddependi millfitoplankton

(organiżmi mikroskopiċi

li jitbandlu u jimxu mal-kurrenti f’wiċċ

il-baħar) u l-fotosintesi. Flimkien dawn

jipprovdu 50% tal-ossiġnu tad-dinja.

• Ir-raġġi tax-xemx ma jippenetrawx

f’baħar fond aktar minn 3,300 metru.

• Aktar minn 80 fil-mija tal-baħar għadu

mhux skopert. Min jaf kemm-il speċi

hemm fih li għadna ma nafux li jeżistu!

• Il-bram ilhom jeżistu fid-dinja aktar

minn 500 miljun sena.

• Ħafna speċi marini huma fil-periklu

li jispiċċaw għalkollox minħabba

t-tinġis, is-sedimentazzjoni u

l-global warming.

• Theddida kbira għall-baħar huwa

l-plastik li qed iħalli impatt fuq

l-ekosistemi kollha … u qed jispiċċa

fl-ikel tagħna stess, avolja ma

narawhx b’għajnejna.

• Il-‘bidla fil-klima’ hu t-terminu li

jintuża mix-xjenzati biex jiddeskrivu

l-global warming u xejriet oħra li

bħalissa qed iħallu impatt fuq ilpjaneta

kollha minħabba ‘gassijiet

serra’ u emissjonijiet bħad-duħħan

minn ċerti industriji.

• Is-sena li għaddiet (2018) kienet

l-aktar sena sħuna skont ir-rekords.

• Baħar aktar sħun jgħolli l-livell

tal-baħar u jikkawża maltempati

aktar qawwija. Barra minn hekk,

l-influss ta’ ilma ħelu mill-glaċieri

li qed idubu qed jibdel il-kurrenti

tal-baħar li minnhom jiddependu

l-klima u t-temp.

30 30

Awwissu 2019

• Awwissu 2019

POSTER

Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi,

xejn ma jonqosni;

f’mergħat kollha ħdura jqegħedni.

Ħdejn l-ilma, fejn nistrieħ,

jeħodni; hemm hu jrejjaqni.

Salm 23:1-3

C

M

Y

CM

MY

CY

CMY

K

Mibgħuta minn Caroline Cassar u Marvic Attard. Ibgħat sentenzi simili. Tibgħatx stampi.

Ibgħat hekk: Flimkien, Poster, Kurja tal-Arċisqof, Floriana jew

bl-email: flimkien@maltadiocese.org

Flimkien Awwissu 2019

TBATI BIEX TQUM MIS-SODDA?

Sodda li ddur sakemm int tiġi bil-qegħda u tkompli tgħinek biex tqum

bil-wieqfa. Tista tgħolli d-dahar, is-saqajn u s-saqqu b'kollox sa metru 'l fuq.

Prodott Ġermaniz tal-gћola kwalita', b'20 sena esperjenza.

Gћażla ta’ saqqijiet u soddod gћal kull bżonn anke fitted.

■ Sodda Rotoflex Basic

■ Ta' gћajnuna kbira gћall-carer

■ Saqqu TriOptima - jifrex il-piż gћal aktar kumdita'

■ Rails mal-ġenb

■ Mwassla u armata f’darek

Hemm ukoll xi sussidju li jista jingħata. Staqsina.

Ċempel 21576171 jew ibgħat email fuq info@beacon.com.mt

TBATI B’NUQQAS

TA’ SMIGĦ ?

Ħafna nies idumu biex itejbu s-smigħ tagħhom. Jagħmlu

ħajjithom aktar diffiċli għalxejn. Jekk m'intix moqdi

fis-smiegħ, kellimna.

■ Screening Test b'xejn

■ Noffru l-aqwa teknoloġija, u fuq kollox, servizz eċċezzjonali.

■ Perjodu ta' prova biex tkun ċert li mort għall-aħjar.

■ Nagħmlu viżti fid-djar ukoll.

■ Matul 21 sena, għinna mijiet ta’ nies, nagħmlu ħilitna miegħek ukoll.

■ Isma’ u gawdi d-diskors, telefon, televiżjoni, radju u mobile.

Mudell kompletament

ġewwa l-widna.

L-aktar mudell żgħir u

diskret iżda l-aktar

b’saħħtu fis-suq.

Mudell ta’

wara l-widna.

Ċkejken, pulit, diskret u

b’saħħtu, anke għal min

għandu nuqqas ta’

smiegħ serju.

Għin lilek innifsek u lil ta' madwarek.

Ċempel fuq 21576171

jew ibgħat email fuq info@beacon.com.mt

FEELING FREE AT HOME

invest in comfort and safety for yourself or your parents

Exclusive local distributors of

Stair Lifts, Recliners & Scooters

Tel: +356 21 252206

Email: info@liftservices.com.mt

Up to €5000

in government grants

Website: www.liftservices.com.mt

*subject to eligibility, terms and conditions

Lifts Services Ltd , Factory A25F

Marsa Industrial Park, Marsa, Malta

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!