06.08.2019 Views

Flimkien Lulju 2019

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Newspaper Post

LULJU 2019

Numru 176

08 – Tqarbina fuq il-qamar

10 – Kif tqawwi l-fjamma

11 – Il-ġgant Jean Vanier

12 – 936 ġimgħa

13 – Il-lupu li titma’

20 – I have no time

BSL

Britannia Tours

… il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

Qatta’

weekend

ġewwa

Lourdes

Tlet ijiem sħaħ...

Tluq il-Ġimgħa fil-għaxija

u lura t-Tnejn fil-għaxija

Prezz minn €399*

5-8 ta’ Lulju

26-29 ta’ Lulju

9-12 ta’ Awwissu

16-19 ta’ Awwissu

30 ta’ Awwissu – 2 ta’ Settembru

6-9 ta’ Settembru

jew Erba’ ijiem sħaħ

mit-Tnejn fil-għaxija

sal-Ġimgħa filgħaxija

Prezz minn €459*

8-12 ta’ Lulju

29 ta’ Lulju – 2 ta’ Awwissu

12-16 ta’ Awwissu

26-30 ta’ Awwissu

16-20 ta’ Settembru

* Prezzijiet huma bbażati f’bed and breakfast f’lukandi 3 star u jinkludu t-titjiriet, return transfers u taxxi

Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930

Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt

Dun Joseph Mizzi

EDITORJAL

Marzu Lulju 2019 • 3

SIB TLIET ŻMIEN PUNTI

SEMPLIĊI

Papa Franġisku jibqa’ dejjem jisfidana blomeliji

sbieħ u diretti tiegħu. Dan l-aħħar,

f’omelija li għamel lill-għaqda internazzjonali

tal-Caritas, fakkarna fi tliet punti sempliċi iżda

tassew profondi.

Waqt li timxi fuq l-Evanġelju, għax dan hu

l-programm ta’ ħajjitha, il-Knisja trid:

1. tkun Knisja li jkollha kuraġġ tirrinunzja,

jiġifieri tħalli warajha, affarijiet tal-imgħoddi.

Mhux faċli, għax aħna malajr nintrabtu ma’

ħafna affarijiet u nibdew ngħidu ‘għax dejjem

hekk sar’. Il-fidi vera ssaffina mir-rabtiet żejda.

Biex nimxu wara l-Mulej jeħtieġ li nimxu b’pass

ħafif, u dan nagħmluh jekk ninħelsu minn

ċerti piżijiet żejda, anki jekk inħallsu prezz

għalihom;

2. tkun Knisja li jkollha l-umiltà li tisma’ billi ma

tibqax iċ-ċentru tal-attenzjoni, u hekk joktor

l-interess ġenwin fl-oħrajn; billi ma timponix

ruħha; ma twebbisx rasha fl-ideat tagħha iżda

tfittex il-kunsens b’kull mod;

3. tkun Knisja li jkollha l-kariżma tal-għaqda.

F’dinja fejn jiddomina l-individwaliżmu u

l-egoiżmu, il-Knisja trid tkompli tkun strument

ta’ għaqda fost il-bnedmin kif ukoll tal-għaqda

tal-bnedmin ma’ Alla.

Jidhru tliet suġġerimenti żgħar u ħfief, iżda jalla

kull wieħed u waħda minna jagħmilhom tiegħu!

Il-Mulej iberikkom.

Magazin ta’ kull xahar maħruġ

mill-Kulleġġ tal-Kappillani

li jitqassam b’xejn lill-familji

Maltin.

Biex tirreklama u għal kull

korrispondenza

ċempel fuq 2182 8931 jew

7946 1470 jew bil-posta.

INDIRIZZ

Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani

Kurja, il-Furjana

EMAIL

flimkien@maltadiocese.org

Editur Carmel Conti

Grafika Outlook Coop

Stampar Velprint Ltd

Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

l-Editorjal mhux neċessarjament

tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali.

RAĠĠ DAWL

The moon taught me: it’s ok to go

through phases. The sun taught me:

no matter how many times you go

down, keep rising.

Il-qamar għallimni: ma jimpurtax jekk

ikollok tgħaddi minn fażijiet. Ix-xemx

għallmitni: taqa’ kemm-il darba taqa’,

erġa’ u erġa’ qum.

ĠORĠ TAD‐DOUGHNUTS

missio jippreżenta

(V0/1178)

BARBEQUE TAS‐SAJF

20 ta’ Lulju 2019

Ħin: 7:30pm

Post: Ġnien ta’ Hastings,

il‐Belt Valletta

Bil‐parteċipazzjoni

tat‐tim ta’ u:

Kbar €20

Laħam / Tiġieġ / Ħut

Ikel Veġetarjan

Tfal €10

bejn 6 u 12 il-sena

FRANKIE KUKKU

JOE DEMICOLI

KARAOKE COMPETITION

BILJETTI: Faith Hope & Charity, il-Belt Valletta

IMEJL: info@missio.org.mt | ĊEMPEL: 2033 0015

www.showshappening.com

bil-kollaborazzjoni

Mgħammdin

u mibgħuta

tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF

Lulju 2019 • 5

NISIMGĦU

U NILQGĦU

F’dan iż-żmien nixtieq nistedinkom biex inkunu:

Knisja li tisma’. Ejjew bħala komunità

li temmen nisimgħu lill-imnikket, lillimweġġa’,

lill-irrabjat. Dan hu l-leħen ta’

Ġesù fostna. Jekk ma nisimgħuhomx ma

nkunux qed nisimgħu l-leħen ta’ Ġesù.

Knisja li tilqa’. Bħala ġemgħa Nisranija

nħeġġiġkom biex nilqgħu lil kulħadd u ma

neskludu lil ħadd minn fostna. Għandna

responsabbiltà kbira bħala Nsara li blimġiba

u l-kliem tagħna ma nwarrbu u ma

niskartaw lil ħadd. Ġesù laqa’ u kiel ma’

kulħadd.

Knisja li takkumpanja. Bħala familja

ta’ Alla, ejjew nimxu mal-poplu tagħna,

nakkumpanjawhom tul ħajjithom kollha,

naqsmu magħhom il-ferħ u n-niket

tagħhom, hekk li jsiru jafu li aħna

magħhom, fiż-żarbun tagħhom, fis-sabiħ

u l-ikrah tagħhom.

Knisja li toħroġ. Bħala poplu ta’

Alla aħna postna fid-dinja. Ejjew ma

ningħalqux fis-sagristija u fin-niċeċ

tagħna. Aħna msejħin biex inkunu l-melħ

tal-art, id-dawl tad-dinja u l-ħmira li

tibdel l-għaġna kollha. Ejjew ma nibżgħux

‘naqdfu fil-fond’ u nilħqu lil dawk filperiferija,

lil dawk li ilna ma niltaqgħu

magħhom, li ilna ma nkellmuhom u

nuruhom li Alla jħobbhom u li l-Knisja

tħobbhom ukoll.

+ Charles J. Scicluna

Arċisqof ta’ Malta

KELMA TA’ FRANĠISKU

Aħna lkoll imsejħin: tajbin u ħżiena. Il-Knisja mhix

qiegħda biss għat-tajbin jew għal dawk li jidhru

tajbin jew dawk li jaħsbu li huma tajbin; il-Knisja

hi għal kulħadd, anzi l-aktar għall-ħżiena, għax

il-Knisja hi ħniena … Lil min hu f’qiegħ ta’ sodda

l-isptar, lil min jgħix magħluq fil-ħabs, lil dawk

li nqabdu fil-gwerra, ngħidilkom: Ħarsu lejn il-

Kurċifiss. Alla huwa magħkom, u jibqa’ magħkom

fuq is-salib u jkompli joffri lilu nnifsu bħala Salvatur

għalina lkoll. (28 ta’ Settembru 2016)

Inti għandek għażla,

huma m’għandhomx.

Għadd ta’ tfal f’Malta

qegħdin jistennew li jiġu

fostered.

Iftaħ qalbek u dahrek...

...agħżel il-fostering

22959000 | www.fsws.gov.mt

www.facebook.com/fosteringmalta

Paul Pace SJ

IL-MISSIERNA

Lulju 2019 • 7

Faċli ssejjaħlu Missier?

Minn dan ix-xahar se nibdew sensiela ġdida dwar il-Missierna,

miktuba minn P. Paul Pace SJ u maqluba għall-Malti minn Joe Huber.

“Il-bidu tat-talba tal-Missierna jagħtina

faraġ kbir għax jippermettilna ngħidu

‘Missierna’.” Dal-kliem sempliċi imma qawwi

tal-Papa Benedittu jdaħħalna fil-qalba ta’

din it-talba.

Verament, dan hu l-qofol tal-Aħbar it-Tajba

li ġabilna Ġesù. Aħna ma aħniex ilsiera

imma wlied Alla. Hu mhux il-‘Ħallieq

mbiegħed’, lanqas xi ħadd li jimponi l-liġi

bil-forza. Għall-kuntrarju, hu l-Missier

maħbub tagħna.

Madankollu, mhux dejjem faċli lil Alla

ssejjaħlu ‘Missier’. Ħaġa naturali li l-idea li

jkollok ta’ Alla tinbena fuq dik tal-missier

tagħna tal-art – li forsi mhux dejjem uriena

mħabba. Ġesù biss jgħinna nifhmu xi jfisser

kliem il-Missier għax Hu l-Iben sa milleternità;

aħna sirna ħutu, ulied addottivi

tal-Missier, permezz tiegħu.

Meta lil Alla nsejħulu Missier, qisna qed

nistqarru xi ħaġa dwar l-identità tagħna

nfusna, dwar min aħna: aħna wlied Alla,

membri tal-familja tiegħu, aħwa ta’ Ġesù.

Nistgħu nsejħulu Missier qabel kollox

għaliex Hu jagħmilna wliedu. Dan hu

l-akbar rigal li tana: “Intom … irċevejtu

l-Ispirtu li jagħmel minnkom ulied adottivi

u li bih aħna nistgħu ngħajtu: ‘Abbà!

Missier!’” (Rum. 8:15)

Għal Ġesù, il-Missier hu l-għajn ta’ kull ġid.

Ġesù jistedinna nkunu nixbhu lil Missierna

tas-smewwiet l-aktar fil-ħniena kbira

tiegħu: “Itella’ x-xemx sew fuq il-ħżiena u

sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq

min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex” (Mt

5:45).

Ġesù jagħtina s-setgħa li nkunu veri wlied

bħalu, bil-ħila li ngħidu: “Missier, jekk inti

trid, warrab minni dan il-kalċi! Iżda tkun

magħmula r-rieda tiegħek u mhux tiegħi”

(Lq 22:42), u ningħaqdu miegħu fl-aħħar

kelmiet: “Missier, f’idejk jien nerħi ruħi”

(Lq 23:46).

Talba: O Alla Missierna, aħna nafuk biss

għax Ibnek Ġesù għarrafna l-isem tiegħek

ta’ Missier. Ma nistgħux nispjegaw it-tifsira

profonda ta’ dan, b’danakollu inti ttina

li nġarrbuha kuljum. Agħtina, jekk inhi

r-rieda tiegħek, li ngħixuha b’moħħna u

mhux biss b’qalbna, sabiex inkunu nistgħu

nidħlu fil-moħħ u fil-qalb ta’ Ibnek Ġesù

Kristu. (Kardinal Carlo Maria Martini)

8 • Lulju 2019 ANNIVERSARJU

Tqarbina fuq il-qamar

Ħamsin sena ilu, fl-20 ta’ Lulju

1969, inkitbet paġna kbira flistorja

tad-dinja meta żewġt irġiel

imxew fuq wiċċ il-qamar. Imma

dak li ġara qabel ma Buzz Aldrin

u Neil Armstrong għamlu dawk

l-ewwel passi huwa aktar talgħaġeb.

Ftit nies jafu dwaru.

Buzz Aldrin kien jaf li bħall-esploraturi kbar,

bħal Cristoforo Colombo, kien se jagħmel xi

ħaġa li qatt ma kienet ġrat fl-istorja qabel.

X’seta’ jagħmel biex ifakkar l-okkażjoni? Ftit

jiem biss qabel telaq fuq Apollo 11, Aldrin

staqsa lill-pastor tal-Knisja Presbiterjana.

Dan ikkonsagra l-ostja u vażett żgħir blinbid

u tahom lil Buzz Aldrin biex jeħodhom

miegħu fl-ispazju.

Aldrin u Armstrong kienu ilhom biss ftit

minuti fuq wiċċ il-qamar. Aldrin qabad ilmikrofnu

u għamel din l-istqarrija pubblika:

“Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nitlob

lil kull min qed jisma’, hu min hu u qiegħed

fejn qiegħed, biex jieqaf għal mument biex

jirrifletti ftit dwar il-ġrajjiet li seħħew f’dawn

l-aħħar sigħat u jirringrazzja bil-mod kif jaf

hu.”

Il-karta biż-żewġ sentenzi li Aldrin

qara mill-ispazju.

Wara dan, Aldrin temm it-trażmissjoni

bir-radju. 400,000 kilometru bogħod minn

daru, matul dak ir-radio blackout, Aldrin

fetaħ pakkett tal-plastik li kien fih il-ħobż

u l-inbid, u ferra’ l-inbid fil-kalċi. Imbagħad

qara waħdu sentenza mill-vanġelu ta’ San

Ġwann: “Jiena d-dielja, intom il-friegħi. Min

jibqa’ fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott;

għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn” (Ġw

15:5).

ANNIVERSARJU

Lulju 2019 • 9

Aldrin kien xtaq li din is-silta tinqara minn

hemm fuq biex tinstema’ mad-dinja, imma

fl-aħħar minuta n-NASA ma ħallewhx.

In-NASA diġà kienet fi ġlieda legali ma’

Madelyn Murray O’Hare, oppożitriċi kbira

tar-reliġjon, wara li l-ekwipaġġ ta’ Apollo 8

kienu qraw silta mill-Ġenesi dwar il-ħolqien

tad-dinja. O’Hare sostniet li dan kien imur

kontra l-Kostituzzjoni tal-Amerika għax imur

kontra l-prinċipju ta’ separazzjoni bejn knisja

u stat. Għalkemm aktar tard fil-qorti O’Hare

tilfet il-kawża, in-NASA kienet inkwetata u

ma xtaqitx li jkun hemm aktar ‘attivitajiet

reliġjużi’ fl-ispazju.

“Kontra qalbi kelli naċċetta,” qal Aldrin.

“F’dak il-kwiet kilt l-Ostja żgħira u

xrobt l-inbid. Irringrazzjajt lil Alla għallintelliġenza

u l-ispirtu li kienu wasslu

żewġ piloti żgħażagħ bħalna fuq il-Baħar

tat-Trankwillità. Għalija kien interessanti

l-ħsieb li l-ewwel likwidu mferra’ fuq ilqamar,

u l-ewwel ikel mikul, kienu l-ispeċi

tat-tqarbin.” Interessanti wkoll il-ħsieb li fost

l-ewwel kliem li ntqalu fuq il-qamar kienu

l-kliem ta’ Ġesù.

“Sieħbi, Neil Armstrong,” kompla jgħid

Buzz Aldrin, “baqa’ josserva kollox minn

ħdejja, b’rispett, imma ma għadda l-ebda

kumment. Imma kieku kelli nerġa’ mmur

illum, ma kontx nagħżel li nitqarben.

Għalkemm għalija dak kien ġest li fisser

ħafna, dak li għamilt kien sagrament tal-

Il-kontenituri li fihom Aldrin ġarr l-Ostja u

l-Inbid fuq il-Qamar.

Insara, imma aħna konna ġejna fuq il-qamar

f’isem l-umanità kollha – sew jekk Insara,

Lhud, Musulmani kif ukoll anjostiċi u atei.

Imma dak iż-żmien ma sibtx mezz aħjar

mit-Tqarbin Nisrani biex b’ġest spiritwali

nirringrazzja lil Alla tal-avventura kbira tal-

Apollo 11.”

Aldrin kien ħejja biċċa kartuna żgħira li

fuqha kien kiteb żewġ sentenzi. L-ewwel

waħda kienet dik minn San Ġwann, li qraha

fis-skiet. It-tieni waħda Aldrin qraha ftit

qabel ma niżlu lura fil-baħar. Din is-sentenza

l-oħra, silta minn Salm 8, kienet din: Inħares

lejn is-smewwiet, għemil subgħajk, il-qamar

u l-kwiekeb li int qegħedt fihom! X’inhu

l-bniedem biex tiftakar fih, bin il-bniedem,

biex taħseb fih?”

10 • Lulju 2019

KOPPJI

Kif tqawwi l-fjamma

1. Faħħar u inkuraġġixxi lill-ieħor

kuljum … u kkritikah inqas.

Xejn ma jtappan l-atmosfera ta’ intimità

bejn il-koppja mit-tgergir u t-tmaqdir. Aħjar

nibnu u nsaħħu milli nfarrku u nwaqqgħu lil

xulxin, speċjalment quddiem l-oħrajn. Ftakar

li meta wieħed minnkom iħossu mgħattan

dan ifisser li r-relazzjoni tagħkom it-tnejn

tkun mgħattna. Anthony J. Garcia, fil-ktieb

Rekindle the Passion While Raising Your

Kids, jgħid li kull kritika jew tingiża li tagħti

lill-ieħor trid ‘titpatta’ b’ħames kummenti

jew azzjonijiet pożittivi fl-istess ġurnata.

2. Siru l-aqwa ħbieb ta’ xulxin. Ħbieb

intimi jsibu ħin flimkien u jissapportjaw

lil xulxin. Imma anki l-aqwa ħbieb xi drabi

jkollhom xi jgħidu u jieħdu lil xulxin for

granted. Kull relazzjoni jkollha bżonn naqra

tiswija kultant. Ibda billi turi lill-ieħor li

qed tieħu interess fih, kif qed iħossu u minn

xiex għaddej: biżżejjed telefonata, mixja

flimkien, ftit ‘fsied’, ikla. Ftakar li f’dawn

il-mumenti trid turi li qed tagħti attenzjoni

u tieħu interess fl-ieħor, mhux mumenti fejn

tiżbroffa u taqla’ minn fuq l-istonku kulma

jkun inġema’. Imma sibu wkoll mumenti

adatti oħra meta jkollkom ċans taqsmu ma’

xulxin dak li qed idejjaqkom jew itaqqalkom.

3. Ħu ħsieb saħħtek u d-dehra tiegħek.

Li tagħti kas saħħtek u d-dehra tiegħek

jaffettwa ħafna l-intimità ta’ bejnietkom.

Tistgħu tibdew dieta jew tagħmlu eżerċizzji

flimkien biex tagħmlu kuraġġ lil xulxin

(kulħadd għandu bżonn dieta u eżerċizzji,

anki min hu rqiq!). Agħti kas tad-dehra

tiegħek, mhux il-ħin kollu mħabbel u

mitluq. Min jiġi lura mix-xogħol filgħaxija

żgur li jieħu gost jara wiċċ imbissem. Minnaħa

l-oħra, meta tmur lura d-dar mixxogħol

filgħaxija, ipprova ġġorrx miegħek

id-dar il-problemi u n-nervi li tkun ġemmajt

fuq ix-xogħol. U għalkemm min ikun id-dar

ma għandux jintelaq iżżejjed, hekk ukoll int

m’għandekx tippretendi li l-ieħor ikun jidher

qisu sejjer għal xi tieġ, speċjalment b’xi

żewġt itfal imqarqċin iduru ma’ saqajh/a.

Fr Martin Micallef

JEAN VANIER

Lulju 2019 • 11

ĠGANT

ĠENTILI

Jean Vanier, ta’ 13-il sena, flimkien malfamilja

tiegħu kellu jitlaq lejn il-Kanada

hekk kif Franza waqgħet f’idejn in-

Nażisti. Fil-vjaġġ ħass is-sejħa għal

karriera fin-Navy Kanadiża – u hekk beda

karriera fl-arti tal-gwerra.

Imma fi tmiem il-gwerra mar lura Franza,

u hemm ra xena li mmarkatlu ħajtu.

Fl-istazzjon tal-ferrovija ra ħafna nies

litteralment qishom skeletri ġejjin lura

mill-kampijiet ta’ konċentrament. Ma setax

jemmen kif il-bniedem jista’ jasal li jrabbi fih

tant mibegħda lejn min hu differenti minnu.

Kien hemm li ħass sejħa oħra: li minn

bniedem tal-gwerra jsir bniedem ta’ paċi.

Jean Vanier irriżenja min-Navy u għamel

esperjenza f’monasteru Trappista fi Franza,

għex sena f’Fatima, studja u mar jgħallem

il-filosofija fl-Università ta’ Toronto.

Meta mar lura Franza huwa ltaqa’ ma’ Patri

Thomas Philippe, Dumnikan, li stiednu

jmur miegħu f’istituzzjoni fejn jgħixu rġiel

b’diżabilità intellettwali. Hemmhekk Jean

induna kemm dawn in-nies kienu fost

l-aktar persuni mwarrbin mis-soċjetà. Laqtu

l-fatt li filwaqt li l-istudenti tiegħu kienu

jfittxuh biss biex jaraw x’jistgħu jakkwistaw

mingħandu biex jirnexxu akkademikament,

għall-kuntrarju dawn kienu jfittxuh biss

biex jaqsmu miegħu l-ħbiberija sinċiera

tagħhom.

Fl-1964, Vanier xtara dar ċkejkna u beda

jgħix ma’ żewġ persuni b’diżabilità

intellettwali: Raphael u Philippe. Id-dar

semmieha L’Arche (Arka). Din l-esperjenza

ttrasformatu. Dawn il-persuni saru

l-għalliema tiegħu tal-valuri vera: ta’ kif

iħobb, kif jittratta lill-oħrajn, kif jirrispetta.

Hekk twieldu l-komunitajiet li waqqaf,

magħrufa bħala L’Arche. Diversi nies

ingħaqdu miegħu u bil-mod il-mod fetaħ

diversi djar fejn persuni jagħżlu li jgħixu

ma’ persuni b’diżabilità intellettwali fi djar

żgħar f’ambjent ta’ familja. Illum insibu 152

komunità mxerrda f’37 pajjiż.

Jean Vanier miet f’Pariġi fis-7 ta’ Mejju li

għadda; kellu 90 sena. Kiteb diversi kotba

u dar id-dinja jippromovi kultura favur ilħajja,

ir-rispett u d-drittijiet indaqs għallpersuni

b’diżabilità. Kien jgħid li jeħtieġ

niskopru li d-differenza hi teżor u mhux

theddida.

Minn fuq l-ajruplan, fi triqtu lura mill-

Bulgarija, il-Papa Franġisku ċempillu biex

jirringrazzjah tax-xhieda tiegħu. Vanier

qagħad jisimgħu imma ma setax jitkellem.

Il-Papa qal li Vanier kellu ħarsa Nisranija fuq

il-misterju tal-mewt, tas-salib u tat-tbatija, u

fuq il-misterju ta’ dawk mormijin mid-dinja.

Qal ukoll li Vanier ħadem mhux biss għallimwarrbin

imma wkoll għal min jirriskja

li jiġi kkundannat għall-mewt anki qabel

jitwieled.

12 • Lulju 2019 ULIEDNA

936

ĠIMGĦA

Daqshekk għandna ġimgħat

biex nibnu rabta ma’ wliedna:

936 ġimgħa. Forsi anki inqas.

Daqshekk hemm ġimgħat minn meta

jitwieldu sakemm jagħlqu tmintax.

Qabel ma jikbru u jtiru, irridu nqattgħu

ħafna ħin magħhom. Lil uliedna rridu

ngawduhom issa. Naturalment, dan

jgħodd ukoll għall-missirijiet. Ftakar li

ż-żmien li nitilfu ma nġibuh lura qatt.

1. L-affarijiet ta’ kuljum

Ma hemmx għalfejn tippjana affarijiet kbar.

Xi vaganza sabiħa tagħmel tajjeb ħafna,

veru, imma agħti kas l-aktar tal-affarijiet

żgħar ta’ kuljum fid-dar: ħin l-ikel, l-użu

tal-kamra tal-banju, fil-karozza sakemm

twassalhom, intom u taraw it-tv, għawm

fis-sajf.

2. Ħallihom jgħinuk

Involvihom f’affarijiet li s-soltu tagħmlu

intom il-kbar: jaħslu l-karozza miegħek,

jgħinukom tiżbgħu xi bieb, tnaddfu l-box

room, ‘jgħinukom’ issewwu xi kanna talilma,

iqattgħu l-ħaxix. Dan jagħtihom gost

sempliċement għax ikunu magħkom …

imma oqgħod attent li ma jweġġgħux.

3. Storja qabel jorqdu

It-tfal l-għaxqa tagħhom jisimgħu l-istejjer,

speċjalment qabel jorqdu, u speċjalment

mill-ġenituri. Dawn aqwa mill-isbaħ film

fuq it-tv – forsi għax il-preżenza tal-ġenituri

twennishom kontra l-lupu tal-istorja.

Żgur li dan hu wieħed mill-aqwa mumenti

flimkien.

4. Logħob flimkien

Logħob ta’ fuq il-mejda bħal Ludo, Snakes

& Ladders, eċċ. jagħtuhom ħafna gost

u fl-istess ħin jgħinuhom jiksbu ħiliet

importanti bħal loġika, strateġija, paċenzja,

stennija, onestà. Żgur li jibqgħu jiftakruh

anki wara dawn id-936 ġimgħa.

5. Itolbu magħhom

Kellimhom dwar Alla u itlob magħhom.

Itolbu b’modi differenti, kantaw,

irringrazzjaw lil Alla tax-xemx nieżla, talbaħar,

tal-gost flimkien. Tagħtihomx l-idea

li t-talb hu xi ħaġa li ddejqek u riġida. Is-sajf

u l-għawm ma għandhomx ifixklukom milli

tmorru quddiesa flimkien.

6. Il-maskra tal-arja

Ftakar fil-messaġġ li tisma’ fuq l-ajruplan

qabel jitlaq: qabel tlibbes il-maskra tal-arja

lil uliedek ħu ħsieb ilbisha int l-ewwel.

Ma tistax tgħin lil uliedek jekk għandek

bżonn int stess l-għajnuna. Għalhekk, qabel

kollox ħudu ħsieb tagħkom infuskom u tarrelazzjoni

tagħkom bħala koppja. Hu minn

hemm li l-familja tieħu l-arja li għandha

bżonn.

RIFLESSJONI

Lulju 2019 • 13

Il-lupu li titma’

Lejla waħda, raġel anzjan kien qed

jitħaddet man-neputi tiegħu dwar

battalja li sseħħ fil-bniedem.

“Ibni,” qallu, “il-battalja hija bejn

żewġt ilpup li qegħdin fina lkoll. Lupu

minnhom hu ħażin. Huwa r-rabja,

l-għira, ir-regħba, l-arroganza, li

titħassar lilek innifsek, li żżomm

f’qalbek, il-gideb, is-suppervja, is-sens

ta’ superjorità, u l-egoiżmu. Il-lupu

l-ieħor hu tajjeb. Huwa l-ferħ, il-paċi,

l-imħabba, it-tama, is-serenità, l-umiltà,

il-ħniena, il-qalb tajba, l-empatija, ilġenerożità,

il-verità, il-kompassjoni, u

l-fidi.”

In-neputi qagħad jaħseb għal ftit fuq

dan il-kliem. Imbagħad staqsa lil

nannuh, “U liema lupu jirbaħ?”

The wolf you feed

One evening, an old man told his

grandson about a battle that goes on

inside people.

He said, “My son, the battle is between

two ‘wolves’ inside us all.

One is evil. It is anger, envy, jealousy,

greed, arrogance, self-pity, resentment,

lies, false pride, superiority, and ego.

The other is good. It is joy, peace, love,

hope, serenity, humility, kindness,

benevolence, empathy, generosity, truth,

compassion and faith.”

The grandson thought about it for a

minute and then asked his grandfather,

“Which wolf wins?”

The old man simply replied,

“The one you feed.”

In-nannu anzjan wieġeb sempliċement,

“Il-lupu li titma’.”

Trid tkun taf kemm tiswa l- proprjetà tiegħek?

Kurjuż/a dwar il-valur kurrenti?

Lest/a biex tbiegħ?

Property Line

Iż-żmien ma jistenna lil ħadd!

Taħlix aktar ħin.

Jew forsi qed tittex xi ħaġa ġdida, xi ħaġa iżgħar jew saħansitra tixtieq issib xi

ħaġa ikbar bħalha proprjetà?

Ċempel illum għal appuntament, u nagħtikom stima tal- proprjetà tagħkom B’ XEJN.

Ċemplu jew ibagħtu messaġġ fuq +(356) 9902 3184

Sibni fuq Facebook | Instagram

acPropertyLine

ac_property_line

Ma jaqtax qalbu. Lest li tgħin?

Huancané hija missjoni ġdida fil-Perù.

Patri Giovanni Cefai, MSSP, illum l-Isqof

tal-post, għandu biċċa xogħol diffiċli ħafna

biex jilħaq lil madwar 200,000 persuna li

jinsabu mxerrdin f’dan il-villaġġ kbir qalb ilmuntanji

li huwa 4,500 metru ’l fuq mil-livell

tal-baħar.

Kif qalilna hu stess, anki biex imur minn

post għal ieħor huwa diffiċli għax kull

darba li tagħmel ħafna xita t-toroq jimtlew

tajn u ilma. Imma Patri Giovanni mhux ser

jaqta’ qalbu għax jekk kif beda mix-xejn

f’Arequipa, 50 sena ilu, hekk ukoll huwa qed

jittama li jibda jibni kollox mill-ġdid, anki

bl-għajnuna ta’ ħafna benefatturi Maltin li se

jikkontribwixxu waqt il-maratona ta’ xandir

OĦLOQ TBISSIMA.

Min jixtieq jagħmel donazzjoni jista’ anki millum

stess jagħmilha min-numri tat-telefon li

jidhru fil-poster. Grazzi f’isem Patri Giovanni.

Flimkien fuq Radju Marija

Kull l-ewwel Ħamis tax-xahar fl-10am

Programm dwar il-kontenut tal-magazin Flimkien.

Ikun hemm phone-ins mis-semmiegħa.

Il-programm li jmiss: il-Ħamis 4 ta’ Lulju

TBATI BIEX TQUM MIS-SODDA?

Sodda li ddur sakemm int tiġi bil-qegħda u tkompli tgħinek biex tqum

bil-wieqfa. Tista tgħolli d-dahar, is-saqajn u s-saqqu b'kollox sa metru 'l fuq.

Prodott Ġermaniz tal-gћola kwalita', b'20 sena esperjenza.

Gћażla ta’ saqqijiet u soddod gћal kull bżonn anke fitted.

■ Sodda Rotoflex Basic

■ Ta' gћajnuna kbira gћall-carer

■ Saqqu TriOptima - jifrex il-piż gћal aktar kumdita'

■ Rails mal-ġenb

■ Mwassla u armata f’darek

Staqsi ukoll x’gћajnuna hemm mill-Aġenzija Sapport.

Ċempel 21576171 jew ibgħat email fuq info@beacon.com.mt

TBATI B’NUQQAS

TA’ SMIGĦ ?

Ħafna nies idumu biex itejbu s-smigħ tagħhom. Jagħmlu

ħajjithom aktar diffiċli għalxejn. Jekk m'intix moqdi

fis-smiegħ, kellimna.

■ Screening Test b'xejn

■ Noffru l-aqwa teknoloġija, u fuq kollox, servizz eċċezzjonali.

■ Perjodu ta' prova biex tkun ċert li mort għall-aħjar.

■ Nagħmlu viżti fid-djar ukoll.

■ Matul 21 sena, għinna mijiet ta’ nies, nagħmlu ħilitna miegħek ukoll.

■ Isma’ u gawdi d-diskors, telefon, televiżjoni, radju u mobile.

Mudell kompletament

ġewwa l-widna.

L-aktar mudell żgħir u

diskret iżda l-aktar

b’saħħtu fis-suq.

Mudell ta’

wara l-widna.

Ċkejken, pulit, diskret u

b’saħħtu, anke għal min

għandu nuqqas ta’

smiegħ serju.

Għin lilek innifsek u lil ta' madwarek.

Ċempel fuq 21576171

jew ibgħat email fuq info@beacon.com.mt

MARATONA TAL- B’RISQ

VOLLEYBALL ID-DAR TAL-

SABIĦ LI PROVIDENZA

TAGĦTI MILL-5 SAS-7

TA’LULJU

€15

51702012

€25

51702013

SMS €6.99

50618944

BOV MOBILE PAY

79324834

WWW.DARTALPROVIDENZA.ORG

Bus 20+

BAĠIt 2019

GHANDEK

BEJN

14 U 20

SENA

JEW GHANDEK

AKTAR MINN 20 SENA

IŻDA student

full time

GHANDEK

tallinja

Card?

JEW IKSEB WAHDA BILLI ŻŻUR

www.publictransport.com.mt/register now.

Tista’ tivjaġġa b‘tal-linja

B’XEJN!

Fl-ewwel ġimGHa ta’ kull xahar tiEHu lura, fi kreditu, dak li tkun

infaqt fix-xahar ta’ qabel.

ŻUR

news.transport.gov.mt

GHAL IŻJED DETTALJI

MINISTERU GĦAT-TRASPORT,

L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI

ß Investiment minimu ta’ €3,000

ß

ß

Timberland Invest Ltd ġiet maħtura bħala distributriċi tal-bonds

maħruga f’Malta minn Timberland Securities Investment plc.

L-investiment fil-bonds għandu jkun ibbażat

fuq id-dettalji sħaħ tal-Prospett

Timberland Securities Investment plc.

Bond b’rendiment ta’

issa ammessi għall-kummerċ fuq is-Suq Miftuħ tal-Borża

ta’ Frankfurt u fit-Tielet Suq tal-Borża ta’ Vjenna

3.75% 4.6%

għal perjodu ta’ 5 snin

li jimmatura fl-2023

Ħruġ ta’ Bonds

Bond ieħor b’rendiment ta’

għal perjodu ta’ 10 snin

li jimmatura fl-2028

Kun af li għamilt

investiment fis-sod

Ċemplilna fuq

2090 8100

Is-Suq Miftuħ tal-Borża ta’ Frankfurt, flimkien mat-Tielet Suq tal-Borża ta’ Vjenna, huma swieq regolati mill-boroż rispettivi nfushom li ma jeħdux il-forma ta’ swieq regolati u għalhekk mhumiex soġġetti

għar-reġimi tal-prospett u tat-trasparenza applikabbli għal Swieq Regolati.

Timberland Securities Investment plc. (inkorporata f’Malta b’uffiċċju reġistrat f’171, Old Bakery Street, Valletta) hija l-kumpanija li ħarġet il-bonds ai termini tal-Prospett,

datat 23 ta’ Novembru 2018, approvat mill-Awtorità tas-Suq Finanzjarju f’Liechtenstein u ippassportjat f’Malta. Timberland Invest Ltd (b’uffiċċju tan-negozju f’Aragon

Business Centre, Dragonara Road, San Ġiljan, STJ 3140) hija regolata mill-MFSA taħt l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment u ġiet maħtura bħala d-distributriċi ta’ dawn ilbonds

f’Malta.

Jekk tinvesti f’dawn il-bonds, mhux se jkollok aċċess għall-flus tiegħek qabel id-data tal-maturità. Madankollu, tista’ tittrasferixxi jew tbigħ il-bonds tiegħek, dejjem skont

it-termini tal-prospett. Il-valur tal-investiment tiegħek jista’ jitla’ kif ukoll jinżel, u tista’ titlef ftit mill-ammont, jew l-ammont kollu, li inti tkun investejt. Aktar dettalji

jinsabu f’dan il-Prospett, li jista’ jinkiseb mingħajr ħlas, waqt ħinijiet normali tal-ftuħ, mill-uffiċċju tan-negozju ta’ Timberland Invest Ltd f’San Ġiljan, jew mis-sit elettroniku:

https://www.timberland-malta.com.

Fabian Mangion

XHIEDA

Lulju 2019 • 19

Brother Louis

Bniedem ta’ virtujiet kbar u

ta’ dedikazzjoni totali

għall-qadi tal-vokazzjoni tiegħu.

Antonio twieled iż-Żurrieq fil-31 ta’

Awwissu 1923. Bil-ħsieb li jsib xogħol

it-Tarzna, fl-1935 beda jattendi l-Kulleġġ

De La Salle, f’Bormla. Kien f’dan iż-żmien li

nżergħet fih il-vokazzjoni għall-ħajja reliġjuża.

Fis-7 ta’ Settembru 1938 ħalla Malta biex ikompli

l-istudji u l-formazzjoni reliġjuża fi Franza. Fleqqel

tat-Tieni Gwerra Dinjija, f’Novembru 1942,

fi Franza seħħet l-okkupazzjoni tar-Régime de

Vichy min-Nazisti. Minkejja dan, Theodulphe

Louis, kif issa kien sar jismu bħala reliġjuż,

ma qatax qalbu. Hu kien determinat li jkompli

bl-istudji tiegħu fl-Istitut Lasalljan, anke meta

l-Gestapo marru f’St Maurice L’Exil jistaqsu dwar

il-Brothers Maltin, fosthom Louis innifsu.

Minħabba dawn iċ-ċirkustanzi, huwa ħarab

lejn in-Nofsinhar ta’ Caluire, f’Lyons. B’karta

ta’ identità falza, rikeb fuq ferrovija mimlija

suldati Ġermaniżi. Fortunatament, ħadd millpassiġġieri

fil-vjaġġ ma ntalab jippreżenta xi

dokumentazzjoni.

Meta temm l-istudji, ġie lura Malta bil-ħsieb

li jagħmel ġimagħtejn mal-familja tiegħu u

qrabatu, iżda kkonvinċewh jibqa’ Malta minflok

imur għall-missjoni fit-Tuneżija.

Fl-1945 beda jgħallem fil-Kulleġġ De La Salle, fil-

Birgu. Dan kien il-bidu ta’ ħidma twila u bnina,

snin ta’ tagħlim, ta’ edukazzjoni, ta’ formazzjoni

Nisranija u akkademika għal tant snin fost eluf

ta’ tfal u żgħażagħ Maltin u barranin fl-iskejjel

immexxija mill-Frères.

L-ikbar kontribut tiegħu bħala għalliem kien filkorsijiet

tal-apprentistat tad-Dockyard. Kienu eluf

l-istudenti li matul is-snin kellhom ix-xorti jkunu

mgħallma u jiġu megħjuna b’kull mezz minn

Brother Louis u li ħafna minnhom wara għamlu

suċċess fil-karriera tagħhom.

Fl-1981 waqqaf il-Fraternità Lasalljana Signum

Fidei, li għadha attiva sal-lum. Sadattant, beda

jikteb it-talb u r-riflessjonijiet spiritwali tiegħu, li

minnhom naraw l-identità Nisranija tiegħu.

F’Malta okkupa diversi karigi, fosthom dik ta’

Provinċjal tal-Brothers. Miet fid-29 ta’ Mejju 2011.

Fil-31 ta’ Marzu, 2019 Mons. Arċisqof formalment

waqqaf tribunal biex jisma’ l-Kawża għall-

Beatifikazzjoni u l-Kanonizzazzjoni ta’ Brother

Louis. Għalhekk nitolbu biex il-virtujiet u

l-erojċità tiegħu jkunu magħrufa. Nistiednu

lil dawk li kienu jafuh mill-qrib u kellhom xi

esperjenza partikolari ta’ Brother Louis biex

javviċinawni biex jirrakkontaw lit-Tribunal dan

it-tagħrif biex b’hekk il-kawża tiegħu timxi ’l

quddiem.

The Fruits of the Mind – ktieb dwar Bro Louis Camilleri

FSC, bl-Ingliż, miktub minn Charles Briffa. €35 qoxra

ħoxna, €30 qoxra ratba.

20 • Lulju Ġunju 2019

HSIEB

Michel Quoist

I have no time!

I

went out, Lord.

Men were coming and going, walking and running.

Everything was rushing: cars, trucks, the street, the whole town.

Men were rushing not to waste time,

to catch up with time, to gain time.

Goodbye, excuse me, I haven’t time.

I’ll come back, I can’t wait, I haven’t time.

I’d love to help you, but I haven’t time.

I can’t think, I can’t read, I’m swamped, I haven’t time.

I’d like to pray, but I haven’t time.

You understand, Lord?

They simply haven’t the time.

The child is playing, he hasn’t time right now … later on ...

The schoolboy has his homework to do, he hasn’t time … later on …

The student has his courses, and so much work ... later on ...

The young man is at his sports, he hasn’t time ... later on ...

HSIEB

Lulju 2019 • 21

The young married man has his new house to fix up, he hasn’t time … later on ...

The grandparents have their grandchildren, they haven’t time ... later on ...

They are dying, they have no ...

Too late!... They have no more time!

And so all men run after time, Lord.

They pass through life running:

hurried, jostled, overburdened, frantic,

and they never get there. They haven’t time.

In spite of all their efforts they’re still short of time.

Lord, you must have made a mistake in your calculations!

The hours are too short; the days are too short.

Our lives are too short.

You who are beyond time, Lord,

you smile to see us fighting it.

And you know what you are doing.

You make no mistakes in your distribution of time to men.

You give each one time to do what you want him to do.

But we must not lose time, waste time, kill time,

For time is a gift that you give us,

but a perishable gift, a gift that does not keep.

Lord, I have time,

I have plenty of time,

All the time that you give me:

the years of my life, the days of my years, the hours of my days.

They are all mine.

Mine to fill, quietly, calmly,

but to fill completely, up to the brim.

To offer them to you,

so that, of their insipid water,

You may make a rich wine as you made once in Galilee.

I am not asking you tonight, Lord,

for time to do this and then that,

but your grace to do conscientiously,

in the time that you give me,

what you want me to do.

22 • Lulju 2019 ŻGĦAŻAGĦ

Emmanuel Camilleri

Hu biss jaf

Tfajla f’tarf ta’ sodda … tikteb nota …

ħbieb f’kafeterija … issuq karozza …

pont diżabitat … tħares ’l isfel … tieħu

deċiżjoni. Hekk jibda l-video tad-diska ‘God

Only Knows’. Il-video fuq youtube jgħidilna

x’deċiżjoni ttieħdet.

Din il-kanzunetta tal-band ‘For King &

Country’, magħmula minn żewġt aħwa,

Joel u Luke Smallbone, hi dwar ġudizzji

li ħaddieħor jgħaddi fuqna avolja qajla

jafna. Xi drabi bil-kontra, inkunu aħna li

niġġudikaw lill-oħrajn jew, agħar minn

hekk, nassumu li persuna qrib tagħna tinsab

tajba u ma nindunawx teħtieġx xi ħaġa.

For King & Country jgħidulna li hemm

xi ħadd li jaf sew minn xiex għaddejja, jaf

tassew min inti, u lest li jagħtik l-imħabba li

teħtieġ. Dan lili jfakkarni fi kliem il-Profeta

Isaija meta qal li l-Mulej magħna dejjem,

anki jekk ngħaddu mill-ilma, naqsmu

x-xmajjar jew ngħaddu min-nar.

Jekk tħoss li ħadd ma jagħti kasek, ftakar

li Alla mhux se jitilqek… Ftakar ukoll

li jista’ jkun hemm ħaddieħor ħdejk li

għandu bżonn ikun jaf li mhux waħdu, li hu

mifhum, li ħaddieħor qed jagħti kasu.

Forsi inti stess tħoss li ħbiebek mhux qed

jagħtu kasek. Jew għadek qed tipprova

tistejqer wara xi esperjenza qarsa (Every day

you try to pick up all the pieces). Jew terġa’

tqum wara xi diżappunt (all the memories,

somehow they never leave you). Forsi,

bħat-tfajla tal-video, int imdawwar b’ħafna

‘ħbieb’ imma ħadd ma jaf x’int tħoss u minn

xiex għaddejja.

ŻGĦAŻAGĦ

Lulju 2019 • 23

God Only Knows

Wide awake while the world is sound asleepin’

Too afraid of what might show up while you’re dreamin’

Nobody, nobody, nobody sees you

Nobody, nobody, nobody would believe you

Every day you try to pick up all the pieces

All the memories, they somehow never leave you

Nobody, nobody, nobody sees you

Nobody, nobody, nobody would believe you

God only knows what you’ve been through

God only knows what they say about you

God only knows how it’s killing you

But there’s a kind of love that God only knows

God only knows what you’ve been through

God only knows what they say about you

God only knows the real you

There’s a kind of love that God only knows

There’s a kind of love that

There’s a kind of love

You keep a cover over every single secret

So afraid if someone saw them they would leave

But somebody, somebody, somebody sees you

Somebody, somebody will never leave you

God only knows what you’ve been through

God only knows what they say about you

God only knows how it’s killing you

But there’s a kind of love that God only knows

God only knows what you’ve been through

God only knows what they say about you

God only knows the real you

There’s a kind of love that God only knows

There’s a kind of love that

There’s a kind of love

There’s a kind of love that

There’s a kind of love

For the lonely, for the ashamed

the misunderstood, and the ones to blame

What if we could start over

We could start over

We could start over

Oh for the lonely, for the ashamed

the misunderstood, and the ones to blame

What if we could start over

We could start over

We could start over

’Cause there’s a kind of love that God only knows

God only knows what you’ve been through

God only knows what they say about you

God only knows the real you

But there’s a kind of love that God only knows

God only knows what you’ve been through

God only knows what they say about you

God only knows the real you

There’s a kind of love that God only knows

There’s a kind of love that

There’s a kind of love

There’s a kind of love that

There’s a kind of love

God only knows where to find you

God only knows how to break through

God only knows the real you

There’s a kind of love that God only knows.

Il-kanzunetta nkitbet minn Joel David Smallbone,

Jordan Reynolds, Josh Kerr u Luke Smallbone

24 • Lulju 2019 RIĊETTA

John Sultana

X’kien

jagħmel

fis-sajf?

Is-sajf hu l-uniku staġun li jissemma’

minn Ġesù fil-vanġelu: ‘Ħarsu lejn

is-siġra tat-tin u s-siġar l-oħra. Malli

tarawhom jarmu, intom stess tintebħu li

s-sajf diġà fil-qrib.’

Imma kif kien jgħaddih is-sajf Ġesù? Kien

joħroġ għal xi dawra bid-dgħajsa malappostli,

mhux biex jistadu imma għall-gost?

Tgħid kien jieħu għawma tajba ma’ Pietru u

jagħti majnata lil Indrì? Kien imur jiġġoggja

filgħodu kmieni u jtellaq ma’ Ġwanni? Kien

ifaqqa’ xi ċajta ma’ Tumas? Kien jorganizza

xi bbq, kif għamel darba meta l-appostli ma

qabdux ħut wara lejl sħiħ jistadu? Jista’ jkun.

Żgur li għal Ġesù s-sajf kien żmien irrakkonti

u l-parabboli, għax anki fis-sajf

kien jiġbor il-folol madwaru u jgħallimhom.

U naħseb li ma kienx ikun sajf għalih jekk

ma jsibx ħin għall-morda u r-romol, u jiġbor

it-tfal madwaru, jilgħab magħhom, jinkihom

xi ftit u jħaddanhom miegħu!

Żgur li Ġesù kien jieħu gost ukoll joqgħod

waħdu, fil-kumpanija tal-Missier, jgħaddi

ljieli sħaħ jitlob. Tgħid kien joqgħod wiċċu

’l fuq, iħares lejn il-kwiekeb, sakemm jieħdu

n-ngħas?

Tgħid fis-sajf kien jitla’ fuq xi għolja biex

jara x-xemx nieżla wara l-għoljiet, l-għasafar

ġejjin lura, u n-nagħaġ jinġabru ... u

jirringrazzja lill-Missier għall-ħolqien.

Jista’ jkun. Wara kollox, anki hu kellu

bżonn mumenti ta’ mistrieħ biex jiċċarġja

l-batterija. Mumenti oħra, aktar ibsin, kienu

ġejjin fuqu dalwaqt, la jibda Settembru.

Għalissa, ħdejn il-baħar u fil-kumpanija

tiegħu, beħsiebni niggosta din l-insalata …

Taverna Tuna

Ingredjenti: landa tonn taż-żejt kbira;

250gr fażola twila mqattgħa f’biċċiet ta’

2.5 ċm; nofs ħassa kkabuċċjata, werqa

werqa; 2 bajdiet ibsin imqattgħin f’erbgħa;

3 tadamiet imqaxxrin u mqattgħin flieli;

basla żgħira mqattgħa roti; 8 żebbuġiet

suwed u 8 ħodor. (Għal erbgħa)

Biex tħawwar l-insalata: 4 mgħaref żejt

taż-żebbuġa; 2 mgħaref meraq tal-lumi;

ponta ta’ kuċċarina mustarda Franċiża;

nofs kuċċarina zokkor; tewma mgħaffġa,

melħ u bżar kemm tiggosta. Poġġi

l-ingredjenti tat-taħlita ġo kontenitur u

ħawwad sewwa. Żid il-bżar u l-melħ.

Poġġi t-tonn taż-żejt u l-fażola fi skutella

u itfa’ nofs it-taħlita fuqu. Ħawwad

sakemm jitħallat kollox. Poġġi l-weraq talħassa

f’dixx ċatt u itfa’ t-tonn u l-fażola.

Irranġa t-tadam, ir-roti tal-basla, iżżebbuġ

u l-bajd fuq kollox u roxx il-bqija

tat-taħlita.

Dott. Godfrey Agius

SAĦĦITNA

Lulju 2019 • 25

Is-sajf ikiddek

Is-sajf jeżawrik. Ix-xemx qawwija u

s-sħana żejda jistgħu jikkaġunaw nuqqas

ta’ ilma fil-ġisem (dehydration) u ħafas

fil-ġilda. F’ċirkostanzi eċċessivi jistgħu

jwasslu wkoll għal heat stroke.

Heat stroke: Tirriżulta meta l-ġisem

jassorbi ammont eċċessiv ta’ sħana. Meta

t-temperatura tal-ġisem togħla, tħossok

imdardar, tirrimetti u tħoss uġigħ ta’

ras. Jekk tibda tbati minn heat stroke

ara li minnufih tittieħed f’post frisk,

jitneħħew il-ħwejjeġ żejda minn fuqek,

u min ikun qed jgħinek jibda jiffriskak

billi jitfa’ spray ta’ ilma kiesaħ jew

ipoġġik f’banju ta’ ilma kiesaħ.

Kif tevita heat stroke: Ilbes ħwejjeġ ħfief

u mhux issikkati, b’mod li l-arja tkun

tista’ tiċċirkola. Importanti li tixrob ħafna

likwidi matul ix-xhur sħan biex il-ġisem

ma jixxuttax u jitħalla jżomm temperatura

normali. Jekk xogħlok fuq barra, ħu ħsieb

ixrob likwidi ta’ spiss, u kull tant żmien

strieħ fid-dell għal ftit ħin.

Dehydration: Din tfisser nuqqas ta’ ilma

fil-ġisem, u hi l-iktar problema komuni

fis-sajf għax mingħajr ma nindunaw

nitilfu ħafna ilma minn ġisimna

minħabba li joħorġilna ħafna għaraq.

L-iktar sintomu huwa l-għatx. Jekk iddehydration

tkun akuta, tista’ tikkaġuna

wġigħ ta’ ras, rimettar, għeja persistenti

u, f’ċerti każi, aċċessjoni u dijarea.

Ħruq mix-xemx (sunburn): Evitah

għax huwa fattur serju għall-kanċer

tal-ġilda. Meta jkun sever, ikun hemm

sintomi ta’ deni, dardir u rimettar.

Kif tevita l-ħruq mix-xemx: Uża

sunblocks biex tevita li l-ġisem ikun

espost għar-raġġi ultra vjola (UV)

tax-xemx, li huma perikolużi. Applika

s-sunblock bejn kwarta u nofs siegħa

qabel tkun se toqgħod fix-xemx.

Prickly heat rash: Jiżviluppa meta

tegħreq ħafna u l-glandoli tal-għaraq

jistaddu. Jikkaġuna ħakk qawwi u

wġigħ. Komuni fost min jegħreq

ħafna u fit-tfal, li l-glandoli talgħaraq

tagħhom ikunu għadhom ma

żviluppawx sew.

Kif tevita r-rash: Ipprova tegħreqx

iżżejjed. Evita ambjenti sħan u umdi, kif

ukoll eżerċizzju fiżiku qawwi. Inħasel

spiss taħt doċċa u uża t-terra biex

iżżomm il-ġilda niexfa. Ilbes ħwejjeġ ħfief

magħmula mill-qoton.

Kif tevita d-dehydration: Ixrob ħafna ilma

u likwidi. L-adulti għandhom jixorbu żewġ

litri ilma kuljum.

26 • Lulju 2019 LOGĦOB

Mimdudin

1. Qalbu tajba; jaf jagħder (5)

3. Pupilla; l-iċken munita li ma għadhiex tintuża (5)

6. Reġistrazzjoni ta’ sħubija (11)

8. Wieħed mill-erba’ Evanġelisti (3,4)

12. Imżarżra, skurdata, mhux intunata (7)

15. Qaddis minn Assisi (3,8)

16. Kittieb; kompożitur (5)

17. Għanbaqar (5)

Tisliba

1 2 3 4 5

6 7

8 9 10

Weqfin

1. Injam niexef tajjeb għall-ħruq (5)

2. Fihom jinqabdu l-ġrieden u l-ħut (5)

4. Pedala li twaqqaf karozza;

pawsa mix-xogħol (5)

5. Jaħdem fuq palk jew f’film (5)

7. Kanzunetta sentimentali (7)

9. Azzjoni; għemil (3)

10. Lemħet; indunat (3)

11. Tidħolx bejnha u qoxritha għax

tibqa’ b’riħitha! (5)

12. L-aktar famuż kien dak Ruman;

waħda minn żewġ kmamar tal-parlament (5)

13. Spirtu tal-melħ (5)

14. Ponta rqiqa; traba (5)

11 12 13 14

15

16 17

Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

Irbaħ pizza għal tnejn

mingħand Saracino’s Café

(Triq il-Kbira, Ħ’Attard, 21422995)

billi twieġeb tajjeb sal-15 tax-xahar.

Ibgħatha hekk: Flimkien, Tisliba,

P.O. Box 1, il-Furjana.

Rebbieħ/a tax-xahar l-ieħor:

C. Aquilina, Ħad-Dingli

Soluzzjoni Tisliba tax-tax-xahar l-ieħor

Mimduda: 1. TABIB, 3. ĦASSA, 6. PROBABBILTA, 8. UMANITA, 12. KANARIN, 15. PRINĊIPESSI,

16. APPIK, 17. SKADA.

Weqfin: 1. TOPPU, 2. BRODU, 4. SALVA, 5. AVANZ, 7. BANDANI, 9. MĦA, 10. TRI, 11. SOPPA,

12. KLIPP, 13. NASSA, 14. KĊINA.

Sudoku

Imla l-vojt kollu b’mod li l-kolonni, il-linji u kull

kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin-numri 1 sa 9.

Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar hekk:

Flimkien, Sudoku, P.O. Box 1, il-Furjana.

Premju: żewġ kotba ġentilment mogħtija

minn Merlin Publishers (Blata l-Bajda).

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

2 7 1 3 8 5 9 6 4

3 5 9 4 7 6 8 2 1

8 6 4 1 2 9 7 5 3

1 4 2 5 6 7 3 8 9

5 3 8 2 9 4 6 1 7

7 9 6 8 1 3 2 4 5

6 1 7 9 4 8 5 3 2

9 2 5 6 3 1 4 7 8

4 8 3 7 5 2 1 9 6

4 5 6 8

8 9 1 6

5 7 6 9

9 1 6

3 2 7 1

Rebbieħ/a

tax-xahar l-ieħor: A.M.Vella, Ħaż-Żabbar

1

9 7 1

6 2 5 4

9 1 3 4

Id-dar egħi, mal-familja, indipenden

Ċemplilna għal kwotazzjoni bla

obligazzjoni illum fuq 21 524 888

Tista' kkwalifika għas-sussidju mill-Gvern

133, Mdina Road, Zebbug, ZBG 9015, Malta

Mobile: (+356) 99 242 320

Email: info@stairsindependent.com

Web: www.stairsindependent.com

28 • Lulju 2019 GĦALINA T-TFAL

ĦDEJN IL-BAĦAR

1

Toqgħodx

fix-xemx jekk

ma tagħmilx

sunblock

apposta.

2

Tagħmilx

storbju

b’mod li

ddejjaq

in-nies.

ŻEWĠ

KOTBA

SIB IS-7 DIFFERENZI

BEJN IŻ-ŻEWĠ STAMPI

3

Tużax

straws

jew

tazzi

tal-plastik.

Ibgħat it-tweġiba flimkien mad-dettalji tiegħek hekk:

Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, P.O. Box 1, Floriana.

L-ewwel żewġ tweġibiet tajba li jinfetħu jirbħu ktieb tat-tfal

kull wieħed ġentilment mogħti minn Horizons.

Rebbieħa tax-xahar l-ieħor: M. Xuereb, il-Manikata

K.Calleja, il-Qrendi

IS-SAMARITAN IT-TAJJEB

Nhar il-Ħadd 14 ta’ Lulju

fil-knisja se nisimgħu

l-istorja tas-Samaritan

it-Tajjeb. Oqgħod attent

biex tismagħha imma

wkoll biex tagħmel bħalu.

Ilek ma tmur tara linnanna?

X’tista’ tagħmel

dan is-sajf biex tgħin lil

xi ħadd li għandu bżonn

l-għajnuna?

4

5

Tarmix

żibel

barra

jew

fil-baħar.

Għid

grazzi lil

Alla

tal-baħar

u x-xemx.

30 30

Lulju 2019

• Lulju 2019

POSTER

La l-għoli u lanqas il-fond, u

ebda ħliqa oħra ma jistgħu qatt

jifirduna mill-imħabba ta’ Alla li

dehret fi Kristu Ġesù Sidna.

Rumani 8:39

Ibgħat sentenza mill-Bibbja li tfisser ħafna għalik. Tibgħatx stampi. Ibgħat hekk: Flimkien,

Poster, Kurja tal-Arċisqof, Floriana jew bl-email: flimkien@maltadiocese.org

Flimkien Lulju 2019

FEELING FREE AT HOME

invest in comfort and safety for yourself or your parents

Exclusive local distributors of

Stair Lifts, Recliners & Scooters

Tel: +356 21 252206

Email: info@liftservices.com.mt

Up to €5000

in government grants

Website: www.liftservices.com.mt

*subject to eligibility, terms and conditions

Lifts Services Ltd , Factory A25F

Marsa Industrial Park, Marsa, Malta

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!