03.10.2018 Views

TM_OCTOBER_2018(Issuu)

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Isem u Kunjom:

TFAL MISSJUNARJI

NEWSPAPER POST No. 65

Ottubru 2018

Il‐Ġurnata Missjunarja Il‐Ħadd 21 ta’ Ottubru 2018

Intom it‐tfal tistgħu tagħmlu

differenza fil‐ħajja tan‐nies fl‐Uganda.

Bid‐donazzjoni ċkejkna tagħkom tkunu qed tgħinu

lil tfal bħalkom flimkien mal‐ġenituri tagħhom

ikollhom kura u mediċini fl‐isptarijiet.

Grazzi ħafna u narakom l‐iskola!

Matul is‐sena skolastika 2018/2019

dan il‐magażin ser jitqassam b’xejn.

Indirizz:

Skola: Klassi:

Imejl: Mowbajl:

Agħti l‐invilopp lill‐għalliem/a tiegħek

tfal@missio.org.mt | www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il‐Merkanti, Valletta | 7 Triq l‐Imgħallem, Ir‐Rabat Għawdex

2 Editorjal | 2 Messaġġ Mill‐Koordinatriċi | 4 It‐Tfal Tax‐Xmara | 6 L‐Iskola | 8 Il‐Ġurnata Missjunarja

RIVISTA GĦAT‐TFAL LI TOĦROĠ

BEJN OTTUBRU U MEJJU

Għeżież tfal,

Missio (Uffiċċju Missjunarju):

Nru. 7, Triq il‐Merkanti, Valletta VLT 1171.

Tel: 21236962

Imejl: tfal@missio.org.mt

Ħinijiet: Mit‐Tnejn sal‐Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm,

Is‐Sibt: 9:00am – 12:00pm

Missio (Uffiċċju Missjunarju):

Nru. 7, Triq l‐Imgħallem, Rabat Għawdex.

Tel: 21550267

Imejl: gozo@missio.org.mt

Ħinijiet: Mit‐Tnejn sal‐Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm

Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt

Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com

Qari tal‐Provi: John Caruana

Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)]

2

EDITORJAL

Kif intom? Kif għaddejtuh is‐sajf? Min jaf kemm

iddevertejtu! Erġajna bdejna sena skolastika

ġdida u kull wieħed u waħda minnkom tlajtu

fi klassi ġdida u xi wħud marru fi skola ġdida

wkoll!

Kif qed tindunaw, din is‐sena l‐magażin tagħna

ħa forma ġdida, xi ftit differenti minn dik ta’

qabel. Nittama li ssibuh ta’ interess u taqrawh

għaliex ser titgħallmu xi ħaġa żgur.

Ma nistax ma nfakkarkomx biex ma tinsew qatt

lil ħutkom tfal fil‐missjoni. Ftakru fihom fit‐talb

tagħkom u warrbu xi ħaġa żgħira għalihom, għax

dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu,

la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la

skola fejn jitgħallmu u ħafna minnhom lanqas

ġenituri! U kontu tafu li ħafna minnhom lanqas

biss qatt semgħu dwar Ġesù?!

Insellmilkom u niltaqgħu x‐xahar id‐dieħel,

Claudia

© Copyright: L‐ebda parti minn dan il‐magażin ma tista’ tiġi

ppubblikata mingħajr il‐permess tal‐pubblikaturi.

Prezz 50ċ l‐ħarġa. Għal din is‐sena biss

ser inkunu qed inqassmu dan il‐magażin

b’xejn lit‐tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li

jattendu fl‐iskejjel primarji u dawk medji.

DONAZZJONIJIET

50617374 – €2.33 | 50618820 – €6.99

(Tfal taħt is‐16‐il sena huma mitluba jiksbu permess mingħand il‐ġenituri/

legal guardians tagħhom).

MESSAĠĠ

MILL‐KOORDINATRIĊI

TA’ MISSIO TFAL

Nancy Camilleri

Il‐Festa tat‐Tfal

fil‐Parroċċa tal‐Qrendi

Bħal kull sena il‐Konfraternità

ta’ Lourdes tal‐Qrendi,

flimkien mal‐kappillan,

jistiednu lilna ta’ Missio

Tfal biex nipparteċipaw

u nieħdu sehem f’parti

miċ‐ċelebrazzjonijiet tal‐Festa

tal‐Madonna ta’ Lourdes.

Aħna nipparteċipaw fil‐festa

tat‐tfal li ssir it‐Tnejn ta’ qabel

il‐festa. Din is‐sena ħabat

it‐Tnejn 25 ta’ Ġunju.

Din kienet ċelebrazzjoni

tassew sabiħa, fejn qabel

il‐quddiesa ppreparajna

Rużarju Missjunarju. Din

id‐darba kien ‘walkthrough’ u

t‐tfal, minflok jgħidu r‐rużarju

fuq iż‐żibeġ tal‐kuruna,

ma’ kull Sliema u Qaddisa

mxew fuq forom tondi

tal‐kartun, li kienu jiffurmaw

kuruna bil‐kuluri tal‐kuruna

missjunarja. It‐tfal, kemm

membri ta’ Missio Klabb kif

ukoll tfal mill‐Qrendi, qraw

ftit informazzjoni fuq kull

kontinent tad‐dinja, filwaqt

li kull min kien preżenti

fil‐knisja seta’ jara l‐kontinent

Din is‐sena, bħas‐snin ta’

qabel, Rafiki u jiena ser

nerġgħu niltaqgħu magħkom

fl‐iskejjel, kemm primarji kif

ukoll f’xi skejjel sekondarji.

Ser ikollna Missio Klabb anki

fl‐iskejjel u ser nagħmlu xi

laqgħat ta’ formazzjoni u

attivitajiet. Dan sabiex intom

tkunu tistgħu tingħaqdu

magħna.

muri fuq mappa tad‐dinja

kbira fuq l‐iskrin. F’kull posta

tlabna għall‐bżonnijiet

tat‐tfal u għall‐missjunarji

ta’ kull kontinent. F’kull

posta ftakarna f’kontinent, u

ma’ kull posta t‐tfal xegħlu

xemgħa li tqiegħdet quddiem

il‐Madonna. Intwera wkoll

‘feature’ dwar il‐missjoni

u kien hemm messaġġ ta’

ringrazzjament minn Mons.

Valent Borg, id‐direttur il‐ġdid

ta’ Missio Malta.

Nixtieq nirringrazzja lilkom

tfal membri ta’ Missio

Klabb li pparteċipajtu għal

din iċ‐ċelebrazzjoni. Din

is‐sena kienet l‐aktar darba

li attendew tfal. Nixtieq

nirringrazzja lil min qara,

tella’ l‐offerti ta’ Missio u

għen b’xi mod jew ieħor.

Grazzi kbira wkoll tmur

għall‐ġenituri tagħkom li ġew

magħkom għal din il‐festa

kbira. Nixtieq nirringrazzja

wkoll lill‐kappillan Dun Glen

Buhagiar, lill‐Konfraternità

tal‐Madonna ta’ Lourdes u

lis‐soċji tal‐Mużew u l‐katekisti

li għenu ħafna. Grazzi wkoll

tal‐ġabra li kienet ta’ €195.

Din dejjem tkun okkażjoni li lilna

timliena b’ħafna entużjażmu

u ħeġġa li jibqgħu magħna

s‐sena kollha. Nirringrazzjaw

ukoll lil Ommna Marija biex

tibqa’ dejjem tħarisna u timxi

magħna ħalli flimkien inwasslu

lil Ġesù lil tant nies oħra

fid‐dinja li għadhom ma jafuhx.

Dan is‐sajf bqajna niltaqgħu

fl‐uffiċċju tal‐Mosta, fejn

flimkien ħejjejna ħafna

affarijiet ta’ krafts. Iffurmajna

wkoll kor żgħir tat‐tfal, u

ser inkunu qed inkantaw

f’okkażjonijiet speċjali ta’

Missio, fosthom ‘Notte

Bianca’, ‘Star Singing’ u waqt

l‐animazzjonijiet fil‐parroċċi.

Jien nixtieq nirringrazzja

lil dawn it‐tfal li baqgħu

jattendu fil‐klabb mhux biss

biex stajna nagħmlu dawn

il‐krafts, iżda wkoll għax stajna

ngħaqqdu kor.

Għandna sena mimlija ħafna

affarijiet sbieħ għalikom

it‐tfal. Jien u Rafiki nixtiequ

ħafna li tibda l‐iskola biex

inkunu nistgħu niltaqgħu

magħkom u nagħmlu ħafna

attivitajiet flimkien.

Narawkom ħbieb,

Nancy u Rafiki

3

IT‐TFAL TAX‐XMARA

Storja bbażata fuq ir‐realtà addattata minn Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella.

Thi, Chi u Mai huma tlett itfal Vjetnamiżi li jgħixu fuq xmara f’Hanoi flimkien ma’ ħafna tfal oħra u

l‐ġenituri tagħhom. Dawn it‐tfal qatt ma marru skola u lanqas qatt ħarġilhom ċertifikat tat‐twelid.

Id‐dar tagħhom hija sempliċi kamra tal‐injam tgħum f’wiċċ l‐ilma jew inkella mgħaddsa fit‐tajn.

Il‐familji huma foqra ħafna u ħajjithom ma tantx hi mżewqa b’affarijiet sbieħ u differenti.

Jiena Thi.

Jiena Chi.

U jiena

Mai.

Ħafna mill‐ġenituri jaqilgħu l‐għajxien tagħhom billi jaqbdu l‐ħut mix‐xmara u ibigħuh, filwaqt

li xi wħud ibigħu l‐mustarda li tikber max‐xatt tax‐xmara. Iżda mhumiex biss il‐kbar li jaħdmu,

imma t‐tfal ukoll iridu jgħinu biex jaqilgħu l‐għajxien tagħhom. Xi tfal jgħinu fil‐qbid tal‐ħut u l‐ġbir

tal‐mustarda, filwaqt li oħrajn ibigħu l‐biljetti tal‐lotterija lil dawk li jiġu jixtru l‐ħut qrib ix‐xmara.

Jiena mmur

m’ommi naqbdu

l‐ħut mit‐tajn

tax‐xmara.

U jiena nqum kmieni

biex niġbor il‐mustarda

biex la jaslu l‐barranin

nbigħuhielhom.

Jiena mmur

inbigħ il‐biljetti

tal‐lotterija lil

dawk li jiġu qrib

ix‐xmara.

4

Ix‐xmara sservi għal kollox għal dawn in‐nies. Fiha huma jinħaslu, jaħslu l‐ħwejjeġ, il‐platti u

l‐borom, jgħumu, jilagħbu u saħansitra jieklu u jixorbu minnha wkoll. B’xorti ħażina x‐xmara ma

tantx hija nadifa u b’hekk tikkawża ħafna mard, speċjalment fost it‐tfal. Tista’ tgħid li t‐tfal kollha

għandhom xewqat differenti għall‐futur, iżda xewqa komuni fosthom hi dik li jkunu jgħixu fuq l‐art.

Nixtieq li jkollna dar

fuq l‐art, li jkollha fuq

u isfel, tkun soda u

nkun nista’ nrabbi xi

kelb jew qattus.

Jekk inkunu ngħixu

fuq l‐art inkun nista’

mmur l‐iskola.

Nixtieq ngħixu fuq

l‐art għaliex hemm ikel

tajjeb, supermarkits u

ħwienet kbar.

Meta jidlam, fid‐dawl ta’ xi fanal jew xemgħa tnemnem, l‐ommijiet jgħallmu lil uliedhom jiktbu u jaqraw

mill‐ftit li jafu huma. Dan sabiex forsi jkunu jistgħu jsibu mpjieg tajjeb u jgħixu ħajja aħjar minn dik tal‐ġenituri

tagħhom. Iżda minkejja kollox it‐tfal tax‐xmara dejjem issibhom ferħanin u bi tbissima sabiħa fuq fommhom.

La nikber nixtieq insir

kantanta u bil‐flus li

naqla’ nħallas id‐dejn

tal‐ġenituri tiegħi.

La nikber nixtieq insir tabib

biex inkun nista’ nfejjaq lin‐nies

morda li jgħixu fuq ix‐xmara.

La nikber

nixtieq

niżżewweġ

u jkolli dar

fuq l‐art u

familja.

5

L‐ISTEJJER TA’ JIMMY

Vikki

L‐ISKOLA

Kienet waslet l‐aħħar

ġimgħa ta’ Settembru

u Jimmy xejn ma kien

ħerqan li kienet ser terġa’ tibda

l‐iskola. Kien wasal fis‐sitt sena u

s‐sajf kien iħobbu wisq. Jimmy

kien qiegħed fil‐kċina jieħu

l‐kolazzjon, filwaqt li l‐mamà

kienet qiegħda tipprepara

l‐ħobż għall‐iskola.

“Uff, illum erġajna lura

għall‐iskola. Nerġgħu nibdew

bil‐‘homework’ u bl‐istudju, aħjar

ma tiġi xejn ix‐xitwa,” gerger

Jimmy. Il‐mamà waqfet minn

6

dak li kienet qiegħda tagħmel

u poġġiet bilqiegħda ħdejn

binha. “Għalfejn tiddejjaq tmur

l‐iskola?” staqsietu. “Uuu ... għax

l‐iskola ġġib magħha ħafna

xogħol u trid toqgħod tħabbel

moħħok biex taħdem is‐somom

u tikteb il‐komponimenti

tal‐Ingliż u tal‐Malti. U bilħaqq

insejt kemm kelli nitgħallem

dati bl‐amment minħabba

l‐Istudji Soċjali?” wieġeb

Jimmy. “Għandek għalfejn

tħossok ixxurtjat li tista’ tmur

l‐iskola. It‐tfal li jgħixu f’pajjiżi

foqra lanqas biss jafu x’inhi

skola,” qaltlu l‐mamà. “Mela

aħjar kont fqir tafx,” kien pront

irrisponda Jimmy. Xħin semgħet

hekk il‐mamà inħasdet. “Min ma

jmurx skola jrid jaħdem, ħadd

ma jista’ joqgħod id‐dar b’idejh

fuq żaqqu ma jagħmel xejn. Inti

ċert minn dak li qiegħed tgħid?”

staqsietu l‐mamà. “Dażgur

li ċert,” kien pront weġibha

Jimmy.

“Tajjeb wisq,” qaltu l‐mamà.

“Din is‐sena tmurx skola u

minflok midd idek għax‐xogħol.

Ibda qum kmieni u xammar

il‐kmiem. Ibda l‐ġurnata billi

tiżbarazza ftit, farfar u wara

aħsel l‐art. Imbagħad la tkun

lest ibda aħseb x’ser issajjar, mur

ixtri l‐ingredjenti u la tasal lura

d‐dar poġġi l‐borma fuq in‐nar.

Tinsiex li trid toqgħod attent li ma

jmurx jinħaraqlek l‐ikel waqt li

tkun qiegħed tkompli tnaddaf.

U bilħaqq, trid taħsel, tonxor u

tgħaddi l‐ħwejjeġ. Wara kollox

it‐tfal li jgħixu fil‐faqar hekk

jagħmlu. Skola ma jmorrux, iżda

jaħdmu bla nifs minn filgħodu sa

filgħaxija. Tkun għadha lanqas

telgħet ix‐xemx u jkunu diġà

bdew ifittxu b’reqqa fit‐tankijiet

taż‐żibel għal xi biċċa ħobż

niexfa jew għal xi biċċa ċarruta

mqattgħa biex juzawha bħala

lbies. Ma jiqfux iħufu mat‐toroq

ifittxu x‐xogħol biex jaqilgħu xi

ħaġa żgħira tal‐flus. Trid tara

tfal ċkejknin lanqas għadhom

għalqu l‐għaxar snin, min

jillostra ż‐żarbun ta’ xi sinjur,

min iġorr bramel tqal bl‐ilma

u kannestri mimlija frott għal xi

bidwi u oħrajn iseftru lis‐sinjuri.

Jagħmlu dan ix‐xogħol kollu

għal ammont żgħir ta’ flus jew

għal xi żewġ frottiet imħassra.

Sakemm ikun wasal il‐ħin biex

tinżel ix‐xemx ikunu għadhom

jissieltu ma’ xi biċċa xogħol iebsa

jew jiġru wara s‐sinjuri jitallbu

l‐flus. Dawk minnhom iffortunati

li għandhom saqaf fuq rashom

imorru lura għand il‐familja

tagħhom tard bil‐lejl, filwaqt li

dawk li m’għandhomx familja

u dar fejn jgħixu jibdew ifittxu

xi biċċa kartuna biex jistrieħu

fuqha matul il‐lejl; min jagħżel li

jorqod fuq xi bankina u min taħt

xi ħajt,” temmet tgħid il‐mamà.

Jimmy ma kienx jaf x’ser jaqbad

jgħid. “Allura l‐ġenituri tagħhom

ma jaħdmux?” staqsa t‐tifel.

“Dażgur li jaħdmu. Jaħdmu

ħafna, iżda flus ftit li xejn

jaqilgħu u allura t‐tfal ikollhom

jaħdmu wkoll. F’pajjiżi foqra flus

għall‐mediċini m’hemmx, allura

ħafna nies jimirdu u jispiċċaw

bla saħħa u l‐familja ssir

dipendenti minn dak li jaqilgħu

t‐tfal. Huwa għalhekk li jiena u

l‐papa’ nibagħtu €150 lil Missio

Malta kull sena. Bil‐flus inkunu

qegħdin ngħinu lil xi ċkejken fqir

sabiex tingħatalu edukazzjoni

għal sena, jinxtrawlu l‐kotba,

il‐pitazzi, xi lapsijiet u materjal

ieħor għat‐tagħlim,” spjegatlu

l‐mamà. Issa Jimmy kien qed

iħossu aktar imħawwad. Ma

kienx jaf x’ser jaqbad jgħid.

Mhux soltu kien jispiċċa bla

kliem. “U bilħaqq,” kienet ser

tkompli l‐mamà. Jimmy qam

jiġri minn fuq is‐siġġu u ġera

lejn kamartu. “Arani tlaqt nilbes

l‐uniformi; jien l‐iskola nħobbha

ħafna,” għajjat b’leħen għoli

Jimmy. Il‐mamà qamet minn

mal‐mejda u xenglet tnejn

rasha. Waqt li kien qiegħed

jilbes l‐uniformi Jimmy ma setax

jieqaf jaħseb f’dawk il‐povri tfal.

“Kemm kont żbaljat! Jien mhux

biss iffortunat li nista’ mmur

l‐iskola, iżda wisq aktar iffortunat

li għandi dar fejn ngħix, ikel u

xorb kemm irrid, ħwejjeġ x’nilbes

u mediċini għal meta nħossni

ma niflaħx,” gedwed Jimmy.

KIF TISTA’ TGĦIN LIT‐TFAL

FIL‐MISSJONI:

€7 – tiġieġa għal familja bit‐tfal

fil‐bżonn

€20 – platt ross u fażola lil 60 tifel u

tifla bil‐ġuħ

Issieħeb fil‐Klabb

billi timla

l‐formola li ssib

imdaħħla fil‐paġni

tal‐magażin.

€30 – operazzjoni lil tifel jew tifla

biex ma jitilfux id‐dawl t’għajnejhom

€50 – xiri ta’ kotba inkluż materjal

reliġjuż lil tfal tal‐iskola

Ibgħat id‐donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7,

Triq il‐Merkanti, Valletta VLT 1171

Jew fuq www.missio.org.mt/children

Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962

fil‐ħinijiet tal‐uffiċċju.

GRAZZI!

EZEMPJI SBIEH

GRAZZI MILL‐QALB LIL:

• Skejjel Primarji A & B

tal‐Mosta

• Mużew tal‐Bniet

f’Marsaskala

Li taw bolol u/jew ‘telecards’ użati.

7

Hawn taħt issib modi ta’ kif

tista’ tgħin fl‐Uganda u f’pajjiżi

oħra tal‐missjoni matul dan

ix‐xahar missjunarju.

‘SOCK

IT TO

POVERTY’

ĊENTRU TAS‐SAĦĦA

SAN LUQA, UGANDA

Iċ‐Ċentru tas‐Saħħa San Luqa jinsab f’Bujuni,

fil‐Punent tal‐Uganda. Immexxi minn Sor Mary Goretti

tal‐Kongregazzjoni Ulied Marija, flimkien mal‐istaff

professjonali mediku tagħha, iċ‐ċentru joffri kura

tas‐saħħa u servizzi mediċi lin‐nies tal‐lokal fil‐parroċċa

ta’ Holma.

Peress li huwa l‐uniku ċentru tas‐saħħa affordabbli,

iċ‐Ċentru San Luqa huwa popolari mal‐familji meta

dawn ikunu ma jifilħux. Madanakollu hemm ħafna familji

li jgħixu ’l bogħod wisq mir‐raħal ta’ Bujuni, u jkollhom

jivvjaġġaw għal sigħat twal fuq il‐mutur jew saħansitra

bil‐mixi saċ‐ċentru meta jinqalgħalhom il‐mard.

Fil‐preżent iċ‐ċentru għandu bżonn manutenzjoni u

rinovazzjonijiet kbar għaliex qed jaħdem b’soqfa jqattru u

m’hemmx spazju biżżejjed biex jakkomoda l‐ħafna pazjenti

tiegħu. Hemm ukoll bżonn ta’ servizz ta’ ambulanza ġdida

biex tilħaq lill‐familji fi djarhom fi żmien ta’ bżonn.

Bħalissa s‐sala tat‐tfal qed tiffunzjona bi ftit sodod u hija

ffullata wisq. Sor Mary u t‐tim kollu ta’ San Luqa qed

jippjanaw li jestendu din is‐sala billi jibnu żona separata

biex ilaħħqu mad‐domanda ta’ ħafna tfal.

Sabiex it‐tim ta’ San Luqa jkompli bix‐xogħol fil‐komunità

ta’ Bujuni, kif ukoll sabiex isiru r‐rinovazzjonijiet meħtieġa

liċ‐ċentru, Sor Mary għandha bżonn l‐għajnuna tiegħek.

Ara fuq il‐vidjow tagħna

‘Life to the Full‐School Video’ u

għaddih lill‐familjari u lill‐ħbieb

tiegħek billi tuża din il‐ħolqa:

www.missio.org.mt/children

Oħloq fuq l‐internet attività

ta’ ġbir ta’ fondi ‘Socktober’,

flimkien ma’ sħabek l‐istudenti

u għalliema, u itlobhom jistaqsu

lill‐familjari u lill‐ħbieb biex

jisponsorjawhom. Din l‐attività

tista’ issir kemm individwalment

kif ukoll bħala klassi. Biex tibda

mur fuq il‐ħolqa:

www.missio.org.mt/children

Organizza attività jew

avveniment fl‐iskola ta’

ġbir ta’ fondi ‘Socktober’ u

itlob lill‐familjari u lill‐ħbieb

jisponsorjawk (dejjem tkellem

mal‐għalliema tiegħek).

Iġbor donazzjonijiet ta’ flus

mingħand il‐familjari u l‐ħbieb,

u għaddihom lill‐għalliema

tiegħek.

Ħajjar lill‐familjari u lill‐ħbieb

jagħtu donazzjoni lill‐kampanja

tal‐Ġurnata Missjunarja billi

jużaw il‐ħolqa:

www.missio.org.mt/children

8

Jekk jogħġbok ikkuntattja

lir‐rappreżentant/a ta’ Missio

Tfal fl‐iskola tiegħek dwar

l‐ideat tiegħek ta’ ‘Socktober’

relatati ma’ attivitajiet ta’ ġbir

ta’ fondi. Grazzi.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!