03.10.2018 Views

TM_OCTOBER_2018(Issuu)

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Hawn taħt issib modi ta’ kif

tista’ tgħin fl‐Uganda u f’pajjiżi

oħra tal‐missjoni matul dan

ix‐xahar missjunarju.

‘SOCK

IT TO

POVERTY’

ĊENTRU TAS‐SAĦĦA

SAN LUQA, UGANDA

Iċ‐Ċentru tas‐Saħħa San Luqa jinsab f’Bujuni,

fil‐Punent tal‐Uganda. Immexxi minn Sor Mary Goretti

tal‐Kongregazzjoni Ulied Marija, flimkien mal‐istaff

professjonali mediku tagħha, iċ‐ċentru joffri kura

tas‐saħħa u servizzi mediċi lin‐nies tal‐lokal fil‐parroċċa

ta’ Holma.

Peress li huwa l‐uniku ċentru tas‐saħħa affordabbli,

iċ‐Ċentru San Luqa huwa popolari mal‐familji meta

dawn ikunu ma jifilħux. Madanakollu hemm ħafna familji

li jgħixu ’l bogħod wisq mir‐raħal ta’ Bujuni, u jkollhom

jivvjaġġaw għal sigħat twal fuq il‐mutur jew saħansitra

bil‐mixi saċ‐ċentru meta jinqalgħalhom il‐mard.

Fil‐preżent iċ‐ċentru għandu bżonn manutenzjoni u

rinovazzjonijiet kbar għaliex qed jaħdem b’soqfa jqattru u

m’hemmx spazju biżżejjed biex jakkomoda l‐ħafna pazjenti

tiegħu. Hemm ukoll bżonn ta’ servizz ta’ ambulanza ġdida

biex tilħaq lill‐familji fi djarhom fi żmien ta’ bżonn.

Bħalissa s‐sala tat‐tfal qed tiffunzjona bi ftit sodod u hija

ffullata wisq. Sor Mary u t‐tim kollu ta’ San Luqa qed

jippjanaw li jestendu din is‐sala billi jibnu żona separata

biex ilaħħqu mad‐domanda ta’ ħafna tfal.

Sabiex it‐tim ta’ San Luqa jkompli bix‐xogħol fil‐komunità

ta’ Bujuni, kif ukoll sabiex isiru r‐rinovazzjonijiet meħtieġa

liċ‐ċentru, Sor Mary għandha bżonn l‐għajnuna tiegħek.

Ara fuq il‐vidjow tagħna

‘Life to the Full‐School Video’ u

għaddih lill‐familjari u lill‐ħbieb

tiegħek billi tuża din il‐ħolqa:

www.missio.org.mt/children

Oħloq fuq l‐internet attività

ta’ ġbir ta’ fondi ‘Socktober’,

flimkien ma’ sħabek l‐istudenti

u għalliema, u itlobhom jistaqsu

lill‐familjari u lill‐ħbieb biex

jisponsorjawhom. Din l‐attività

tista’ issir kemm individwalment

kif ukoll bħala klassi. Biex tibda

mur fuq il‐ħolqa:

www.missio.org.mt/children

Organizza attività jew

avveniment fl‐iskola ta’

ġbir ta’ fondi ‘Socktober’ u

itlob lill‐familjari u lill‐ħbieb

jisponsorjawk (dejjem tkellem

mal‐għalliema tiegħek).

Iġbor donazzjonijiet ta’ flus

mingħand il‐familjari u l‐ħbieb,

u għaddihom lill‐għalliema

tiegħek.

Ħajjar lill‐familjari u lill‐ħbieb

jagħtu donazzjoni lill‐kampanja

tal‐Ġurnata Missjunarja billi

jużaw il‐ħolqa:

www.missio.org.mt/children

8

Jekk jogħġbok ikkuntattja

lir‐rappreżentant/a ta’ Missio

Tfal fl‐iskola tiegħek dwar

l‐ideat tiegħek ta’ ‘Socktober’

relatati ma’ attivitajiet ta’ ġbir

ta’ fondi. Grazzi.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!