03.10.2018 Views

TM_OCTOBER_2018(Issuu)

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

IT‐TFAL TAX‐XMARA

Storja bbażata fuq ir‐realtà addattata minn Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella.

Thi, Chi u Mai huma tlett itfal Vjetnamiżi li jgħixu fuq xmara f’Hanoi flimkien ma’ ħafna tfal oħra u

l‐ġenituri tagħhom. Dawn it‐tfal qatt ma marru skola u lanqas qatt ħarġilhom ċertifikat tat‐twelid.

Id‐dar tagħhom hija sempliċi kamra tal‐injam tgħum f’wiċċ l‐ilma jew inkella mgħaddsa fit‐tajn.

Il‐familji huma foqra ħafna u ħajjithom ma tantx hi mżewqa b’affarijiet sbieħ u differenti.

Jiena Thi.

Jiena Chi.

U jiena

Mai.

Ħafna mill‐ġenituri jaqilgħu l‐għajxien tagħhom billi jaqbdu l‐ħut mix‐xmara u ibigħuh, filwaqt

li xi wħud ibigħu l‐mustarda li tikber max‐xatt tax‐xmara. Iżda mhumiex biss il‐kbar li jaħdmu,

imma t‐tfal ukoll iridu jgħinu biex jaqilgħu l‐għajxien tagħhom. Xi tfal jgħinu fil‐qbid tal‐ħut u l‐ġbir

tal‐mustarda, filwaqt li oħrajn ibigħu l‐biljetti tal‐lotterija lil dawk li jiġu jixtru l‐ħut qrib ix‐xmara.

Jiena mmur

m’ommi naqbdu

l‐ħut mit‐tajn

tax‐xmara.

U jiena nqum kmieni

biex niġbor il‐mustarda

biex la jaslu l‐barranin

nbigħuhielhom.

Jiena mmur

inbigħ il‐biljetti

tal‐lotterija lil

dawk li jiġu qrib

ix‐xmara.

4

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!