03.10.2018 Views

TM_OCTOBER_2018(Issuu)

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Din is‐sena, bħas‐snin ta’

qabel, Rafiki u jiena ser

nerġgħu niltaqgħu magħkom

fl‐iskejjel, kemm primarji kif

ukoll f’xi skejjel sekondarji.

Ser ikollna Missio Klabb anki

fl‐iskejjel u ser nagħmlu xi

laqgħat ta’ formazzjoni u

attivitajiet. Dan sabiex intom

tkunu tistgħu tingħaqdu

magħna.

muri fuq mappa tad‐dinja

kbira fuq l‐iskrin. F’kull posta

tlabna għall‐bżonnijiet

tat‐tfal u għall‐missjunarji

ta’ kull kontinent. F’kull

posta ftakarna f’kontinent, u

ma’ kull posta t‐tfal xegħlu

xemgħa li tqiegħdet quddiem

il‐Madonna. Intwera wkoll

‘feature’ dwar il‐missjoni

u kien hemm messaġġ ta’

ringrazzjament minn Mons.

Valent Borg, id‐direttur il‐ġdid

ta’ Missio Malta.

Nixtieq nirringrazzja lilkom

tfal membri ta’ Missio

Klabb li pparteċipajtu għal

din iċ‐ċelebrazzjoni. Din

is‐sena kienet l‐aktar darba

li attendew tfal. Nixtieq

nirringrazzja lil min qara,

tella’ l‐offerti ta’ Missio u

għen b’xi mod jew ieħor.

Grazzi kbira wkoll tmur

għall‐ġenituri tagħkom li ġew

magħkom għal din il‐festa

kbira. Nixtieq nirringrazzja

wkoll lill‐kappillan Dun Glen

Buhagiar, lill‐Konfraternità

tal‐Madonna ta’ Lourdes u

lis‐soċji tal‐Mużew u l‐katekisti

li għenu ħafna. Grazzi wkoll

tal‐ġabra li kienet ta’ €195.

Din dejjem tkun okkażjoni li lilna

timliena b’ħafna entużjażmu

u ħeġġa li jibqgħu magħna

s‐sena kollha. Nirringrazzjaw

ukoll lil Ommna Marija biex

tibqa’ dejjem tħarisna u timxi

magħna ħalli flimkien inwasslu

lil Ġesù lil tant nies oħra

fid‐dinja li għadhom ma jafuhx.

Dan is‐sajf bqajna niltaqgħu

fl‐uffiċċju tal‐Mosta, fejn

flimkien ħejjejna ħafna

affarijiet ta’ krafts. Iffurmajna

wkoll kor żgħir tat‐tfal, u

ser inkunu qed inkantaw

f’okkażjonijiet speċjali ta’

Missio, fosthom ‘Notte

Bianca’, ‘Star Singing’ u waqt

l‐animazzjonijiet fil‐parroċċi.

Jien nixtieq nirringrazzja

lil dawn it‐tfal li baqgħu

jattendu fil‐klabb mhux biss

biex stajna nagħmlu dawn

il‐krafts, iżda wkoll għax stajna

ngħaqqdu kor.

Għandna sena mimlija ħafna

affarijiet sbieħ għalikom

it‐tfal. Jien u Rafiki nixtiequ

ħafna li tibda l‐iskola biex

inkunu nistgħu niltaqgħu

magħkom u nagħmlu ħafna

attivitajiet flimkien.

Narawkom ħbieb,

Nancy u Rafiki

3

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!