03.10.2018 Views

TM_OCTOBER_2018(Issuu)

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

L‐ISTEJJER TA’ JIMMY

Vikki

L‐ISKOLA

Kienet waslet l‐aħħar

ġimgħa ta’ Settembru

u Jimmy xejn ma kien

ħerqan li kienet ser terġa’ tibda

l‐iskola. Kien wasal fis‐sitt sena u

s‐sajf kien iħobbu wisq. Jimmy

kien qiegħed fil‐kċina jieħu

l‐kolazzjon, filwaqt li l‐mamà

kienet qiegħda tipprepara

l‐ħobż għall‐iskola.

“Uff, illum erġajna lura

għall‐iskola. Nerġgħu nibdew

bil‐‘homework’ u bl‐istudju, aħjar

ma tiġi xejn ix‐xitwa,” gerger

Jimmy. Il‐mamà waqfet minn

6

dak li kienet qiegħda tagħmel

u poġġiet bilqiegħda ħdejn

binha. “Għalfejn tiddejjaq tmur

l‐iskola?” staqsietu. “Uuu ... għax

l‐iskola ġġib magħha ħafna

xogħol u trid toqgħod tħabbel

moħħok biex taħdem is‐somom

u tikteb il‐komponimenti

tal‐Ingliż u tal‐Malti. U bilħaqq

insejt kemm kelli nitgħallem

dati bl‐amment minħabba

l‐Istudji Soċjali?” wieġeb

Jimmy. “Għandek għalfejn

tħossok ixxurtjat li tista’ tmur

l‐iskola. It‐tfal li jgħixu f’pajjiżi

foqra lanqas biss jafu x’inhi

skola,” qaltlu l‐mamà. “Mela

aħjar kont fqir tafx,” kien pront

irrisponda Jimmy. Xħin semgħet

hekk il‐mamà inħasdet. “Min ma

jmurx skola jrid jaħdem, ħadd

ma jista’ joqgħod id‐dar b’idejh

fuq żaqqu ma jagħmel xejn. Inti

ċert minn dak li qiegħed tgħid?”

staqsietu l‐mamà. “Dażgur

li ċert,” kien pront weġibha

Jimmy.

“Tajjeb wisq,” qaltu l‐mamà.

“Din is‐sena tmurx skola u

minflok midd idek għax‐xogħol.

Ibda qum kmieni u xammar

il‐kmiem. Ibda l‐ġurnata billi

tiżbarazza ftit, farfar u wara

aħsel l‐art. Imbagħad la tkun

lest ibda aħseb x’ser issajjar, mur

ixtri l‐ingredjenti u la tasal lura

d‐dar poġġi l‐borma fuq in‐nar.

Tinsiex li trid toqgħod attent li ma

jmurx jinħaraqlek l‐ikel waqt li

tkun qiegħed tkompli tnaddaf.

U bilħaqq, trid taħsel, tonxor u

tgħaddi l‐ħwejjeġ. Wara kollox

it‐tfal li jgħixu fil‐faqar hekk

jagħmlu. Skola ma jmorrux, iżda

jaħdmu bla nifs minn filgħodu sa

filgħaxija. Tkun għadha lanqas

telgħet ix‐xemx u jkunu diġà

bdew ifittxu b’reqqa fit‐tankijiet

taż‐żibel għal xi biċċa ħobż

niexfa jew għal xi biċċa ċarruta

mqattgħa biex juzawha bħala

lbies. Ma jiqfux iħufu mat‐toroq

ifittxu x‐xogħol biex jaqilgħu xi

ħaġa żgħira tal‐flus. Trid tara

tfal ċkejknin lanqas għadhom

għalqu l‐għaxar snin, min

jillostra ż‐żarbun ta’ xi sinjur,

min iġorr bramel tqal bl‐ilma

u kannestri mimlija frott għal xi

bidwi u oħrajn iseftru lis‐sinjuri.

Jagħmlu dan ix‐xogħol kollu

għal ammont żgħir ta’ flus jew

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!