14.12.2012 Views

Eleanor Vella - Choral and Orchestral Society

Eleanor Vella - Choral and Orchestral Society

Eleanor Vella - Choral and Orchestral Society

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Quddiem (mix-xellug)

Gaetano Sultana, Saviour DeBono, Joseph DeBono, Annaliza Borg, John DeBono

Wara (mix-xellug):

Eleanor Vella, Edward DeBono, Susanne Bonello, Michael Bonanno

sa hawn. Nirringrazzjaw ukoll lil numru ta persuni

u Għaqdiet lokali li tawna donazzjonijiet għallkawża

tagħna. Aħna napprezzaw ħafna kull tip t’

għajnuna u nagħmlu appell lil kull min jista’ jgħinna

biex jagħmel dan. Żgur li kulħadd jaf bil-ġid tattixrid

tal-mużika u kultura li l-Għaqda tagħna tant

hi magħrufa ghalih. Għalhekk ngħidulkom grazzi

bil-quddiem tad-donazzjoni u s-sapport tagħkom.

Punt ieħor li bħala kumitat nixtiequ nsemmu

f’dan l-artiklu hu dwar il-mentalita’ li ilha tinħass

xi ftit u naħsbu li wasal iż-żmien li nwasslu dan

il-messaġġ. Noqogħdu attenti biex f’ċertu

attivitajiet l-importanza lejn l-arti tibqa’ tingħata

l-priorita’ assoluta u mhux ninqdew bl-arti għal

skopijiet ulterjuri fosthom dak kummerċjali. Jekk se

jkollna ġenerazzjoni ta’ nies li jġibu l-interess tal-flus,

qabel il-ġid komuni u tal-Għaqda ta’ fejn ikunu,

allura għandna għalxiex ninkwetaw bis-serjeta`.

Min-naħa l-oħra jekk ikollna ġenerazzjoni ta’ nies

li kapaċi jaħdmu fi grupp, fejn l-interess personali

ma jirbaħx fuq dak tal-Għaqda, allura jkollna

soċjeta’ b’saħħitha u dixxiplinata fejn l-egoiżmu li

sar ir-regola tal-ġurnata, ma jibqax jgħolli rasu kif

sfortunatament qed jiġri bħalissa. Wara kollox fejn

hemm l-għaqda hemm is-saħħa.

Aħna ċerti li kif ilna mill-1947 b’ħidma kontinwa fil-

Mellieħa, nibqgħu sejrin f’din it-triq biex naslu għallmiri

li għandna b’determinazzjoni. Wasal iż-żmien li

bħala komunita’ inġenerali nerġgħu nsibu l-għeruq

tagħna u l-amor propju għall-għan li nkunu dħalna

għalih. Bħala Għaqda wkoll qed joqrob iż-żmien li

nibdew naqtgħu l-frott tal-ħidma u d-dedikazzjoni

ta’ membri voluntiera taħt it-tmexxija tal-President

is-Sur Joseph DeBono, biex jitgawda mhux biss millmembri

tagħna, imma mill-komunita’ Melleħija u

minn dawk kollha li jixtiequ jagħmlu użu mid-dar

tagħna.

Mela għalhekk ejjew nirringrazzjaw lil Maria

Bambina tal-għajnuna li tatna fil-ħidma matul

din is-sena u nitolbuha tgħinna matul is-sena li

għandna quddiemna u niċċelebraw flimkien festa

reliġjuża li tagħmel unur lilna li nkunu qegħdin

niċċelebrawha.

F’isem il-kumitat ta’ l-Għaqda Korali u Orkestrali

'Maria Bambina’ nixtiequ nawguraw il-festa t-tajba

lil Melleħin kollha.

Viva Maria Bambina!

Page 5

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!