27.12.2014 Views

FLIMKIEN - Ghajnsielem.com

FLIMKIEN - Ghajnsielem.com

FLIMKIEN - Ghajnsielem.com

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

FLIMKIEN

Patrijiet Franġiskani, Triq Sant’ Antnin - Għajnsielem

Festa Sant’Antnin 2010 - Nru. 39

Sant’Antnin li jsib il-ħwejjeġ mitlufin

L-ewwel ħaġa li tiġiħ f’moħħu meta wieħed jaħseb fuq il-qaddis tagħna

Sant’Antnin, hija li huwa l-qaddis li jsib il-ħwejjeġ mitlufin! Tisma’ ħafna

nies li jgħidu li kif titlob lil Sant’ Antnin huwa mill-ewwel isib l-oġġett li

jkun intilef.

Imma jista’ ikun li dan il-qaddis li jsib l-oġġetti mitlufin, jgħina ukoll insibu

affrijiet oħra fil-ħajja tagħna Jista’ ikun li t-talb tagħna ma jkunx biss

indirizzat għall-affarijiet materjali jew tal-mument, imma fuq affarijiet li

huma ħafna iktar importanti fil-ħajja nisranija tagħna Jista’ ikun li Sant’

Antnin li huwa magħruf ħafna li jsib il-ħwejjeġ mitlufin, jgħina insibu ukoll

affarijiet mitlufa fil-ħajja tagħna, fil-familji tagħna, fis-soċjeta tagħna.

Dan huwa dak li dan il-qaddis jgħina nagħmlu u insibu... Dan huwa dak

li Sant’ Antnin iridna nitolbu li nerġu insibu lil dak Ġesù li huwa tant kien

iħobb, li tant ippritkaħ, li tant ħadem f’ħajtu biex ħafna nies jerġu ssibuħ

fil-ħajja tagħhom. Din il-festa li għal darba oħra qedha tħabbat mal-bieb

ta’ qalbna, qed terġa tfakkarna fil-kwalitajiet sbieħ u t-tagħlim li għaddielna

dan il-qaddis.

Għalhekk f’dan iż-żmien ta’ festa ejjew nerġgħu nitolbu lil dan il-qaddis

biex nerġgħu insibu lil Ġesù: fil-ħajja tagħna permezz tat-talb personali,

fil-familja, bis-smiegħ tal-quddies regolari u bis-sagramenti. Nitolbuh biex

nergħu insibu lil Ġesù fil-familji tagħna permezz tat-talb fil-familji. Nitolbu

biex nerġgħu nsibu lil Ġesù ukoll fis-soċjeta tagħna biex it-tagħlim ta’ Kristu

u tal-Knisja jkomplu jiggwidaw lil poplu ta’ Alla, jgħinuħ, u jiftħu qalbhom

għaliH.

Ejjew ħalli tkun festa fejn nerġgħu niskopru s-sbuħija ta’ dan il-qaddis, ittagħlim

tiegħu u fuq kollox lil Ġesù. Iva, nitolbu ħalli dan il-qaddis ikompli

ikun il-qaddis li jsib il-ħwejjeġ mitlufin!

Il-Festa t-Tajba lil kulħadd!

P. Joseph Magro OFM

Gwardjan

Fraternità Franġiskana

Ħinijiet tal-Quddies

Matul il-Ġimgħa

6.00am, 6.30am, 6.30pm Rużarju u 7.00pm Quddiesa

Is-Sibt: 6.45pm Għasar u 7.00pm Quddiesa

Il-Ħdud u Festi Kmandati: 6.00am, 7.00am, 8.30am, 11.00am

Qrar

Matul il-Ġimgħa u l-Ħdud, qabel il-quddies

Is-Sibt mill-6.00pm sas-7.00pm

Ħidma Pastorali

PPF

Nhar ta’ Erbgħa kull ħmistax fid-9.00am, il-Kunvent

Leġun ta’ Marija

Kull nhar ta’ Tlieta fid-9.00am, il-Kunvent

Band ta’ Animazzjoni

Għaż-żgħażagħ li jafu jdoqqu xi strument, jiżfnu u jirreċtaw, biex

janimaw il-liturġija. Kull nhar ta’ Ħamis fil-5.30am fil-Kunvent.

Abbatini

Għat-tfal subien minn 7snin il-fuq - Laqgħa kull nhar ta’ Sibt

fl-10.00am fiċ-Ċentru. Wara ikun hemm il-logħob.

Letturi

Laqgħa s-Sibt fil-5.00pm. Il-Kunvent (meta avżat fil-quddies)

OFS

L-aħħar Sibt tax-xahar fil-5.00pm, il-Kunvent

Kor

Għat-tfajliet minn 7snin il-fuq - Provi tal-kant kull nhar ta’ Ħadd

wil-quddiesa tat-8.30am, fil-Knisja.

mill-Maħżen

Storja ritratti

Reġgħet waslet festa oħra u din

is-sena niċċelebrawha b’mod aktar

speċjali peress li se taħbat fil-ġurnata

tal-festa liturġika ta’ Sant’Antnin,

nhar it-13 ta’ Ġunju, 2010. Għallmaħżen

ta’ l-armar, din is-sena ma

kienetx waħda faċli. Iltqajna ma

diversi sfidi iżda bl-għajnuna t’Alla,

u bil-koperazzjoni ta’ persuni li

għandhom għal qalbhom il-festa,

irnexxilna naslu fejn qegħdin illum.

Għal darba oħra, l-għaqda ħadet

sehem fil-proġett ta’ Bethlehem

f’Għajnsielem fejn bil-ħidma ta’ diversi persuni setgħu jinġabru fondi biex inkunu

nistgħu nlaħħqu ma’ l-ispejjeż li ġġib magħha l-festa, f’dak li għandu x’jaqsam

ma’ xogħol u armar. Grazzi lil dawk kollha li taw sehemhom u b’mod partikolari

nirringrazzjaw lil L&R Car Hire ta’ l-għajnuna siewja tagħhom. Kienet esperjenza

li, għalkemm iltqajna ma diversi ostakli, uriet biċ-ċar li meta naħdmu flimkien u bissehem

ta’ kulħadd jirnexxilna nkomplu għaddejjin biex nilħqu l-għan tagħna; dik li

Sant’Antnin jgħaddi minn toroq imżejna kif jixraq.

Riżultat tas-suċċess tal-ħidma tagħna f’Bethlehem f’Għajnsielem, se naraw

l-ewwel fażi mill-iskultura għall-pedistall ta’ Sant’Antnin, b’disinn tas-Sur James

Azzopardi, żewġ pedistalli ġodda li jintramaw ħdejn il-pedistall ta’ Sant’Antnin

b’gastri ġodda u ġilji restawrati, diversi liedna ġodda għal Triq Sant’Antnin u restawr

tas-sitt trofej ta’ Triq il-Ħamri. Grazzi kbira lis-Sur Vince Farrugia ta’ l-irħamar tattrofej

u ż-żewġ pedistalli ġodda, kif ukoll nirringrazzjaw lis-Sur Vince Caruana taddisinn

u dekorazzjoni ta’ l-armi tat-trofej.

Ma ninsewx ukoll lil dawk il-persuni li b’xi mod jew ieħor taw l-għajnuna

tagħhom fosthom f’xogħol ta’ ħjata, għajnuna fil-preparazzjonijiet kemm fil-knisja

kif ukoll barra, finanzjarjament, bit-talb u anke b’kelma ta’ kuraġġ. Nirringrazzjaw

ukoll lil Għaqda ta’ l-Armar t’Għajnsielem ta’ l-għajnuna li dejjem sibna minn

għandha.

Din is-sena sibna wkoll għajnuna mill-adoloxxenti li jiffrekwentaw iċ-Ċentru

tagħna li wrew interess fix-xogħol li jkun għaddej il-maħżen u taw is-sehem

tagħhom. Nittamaw li dan jawgura futur sabiħ għall-maħżen!

Ngħalqu billi nitolbu lil Alla permezz ta’ Sant’Antnin biex iżomm idejh fuqna u

jtina festa kif tixtieq qalbu.

Viva Sant’Antnin!

Għaqda ta’ l-Armar 13 ta’ Ġunju

Festa Sant’Antnin 2009:

Jum l-Abbatini u tfal

Festa Sant’Antnin 2009:

Jibda l-grupp ġdid tal-Kitarri

25 ta’ April 2010:

Tajna bidu għall-ewwel

quddiesa għaż-żgħażagħ

Festa Sant’Antnin 2009:

It-Triq armata

29 ta’ Ottubru 2009:

Il-Ministru Ġeneral ta’ l-Ordni

Franġiskan fostna

1 ta’ Mejju 2010:

Tberik tas-Salib il-Ġdid

għall-Knisja

Festa Sant’Antnin 2009:

Skeda Speċjali ta’ Radju

Lauretana għal-Festa

19 ta’ Diċembru 2009:

Fra. Stephen Magro

ordnat Djaknu

20 ta’ Mejju 2010:

Jitlesta x-xogħol ta’ restawr

fuq il-kwadru tal-Kunċizzjoni

Programm Festa Sant’Antnin ta’ Padova 2010

fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani, Sant’Antnin - Għajnsielem

5 ta’ Ġunju sat-13 ta’ Ġunju

Is-Sibt 5 ta’ Ġunju – ĦRUĠ TAL-VARA u JUM IL-BENEFATTURI

6.30p.m. Rużarju u Kurunella.

6.45p.m. Ħruġ tal-Vara, bil-kant ta’ l-Innu Popolari.

7.00p.m. Quddiesa għall-Benefatturi Ħajjin u Mejtin, immexxija mill-Gwardjan

P. Joseph Magro OFM.

Wara riċeviment fil-Kunvent. Kulħadd huwa mistieden.

Il-Ħadd 6 ta’ Ġunju – CORPUS u JUM IL-MORDA

6.00a.m. Quddiesa; 7.00a.m. Quddiesa; 11.00a.m. Quddiesa.

8.30a.m. Quddiesa u wara Vjatku Solenni u Tqarbin tal-Morda fid-djar mid-

Djaknu Stephen Magro OFM

It-Tnejn 7 ta’ Ġunju – JUM IS-SAĊERDOT u DAWK LI JISIMHOM GĦALL-QADDIS

6.30p.m. Rużarju u Kurunella.

7.00p.m. Quddiesa mill-E.T. Mons. Nikol Cauchi, Isqof Emeritus.

It-Tlieta 8 ta’ Ġunju – JUM IT-TFAL

6.45p.m. Purċissjoni mill-parking tal-Kunvent b’Sant’Antnin akkumpanjat middaqq

ta’ l-Innu Popolari.

7.00p.m. Quddiesa mill-Arċipriet il-Ġdid tal-Parroċċa tan-Nadur Mons. Jimmy

Xerri u wara ssir it-Tberik u l-Preżentazzjoni tat-tfal lil Sant’Antnin.

Wara l-Quddiesa jsir party fiċ-Ċentru Sant’Antnin għat-tfal.

L-Erbgħa 9 ta’ Ġunju – TRIDU

6.30p.m. Kurunella u Għasar.

7.00p.m. Quddiesa konċelebrata minn Dun Tonio Galea, Kappillan tal-Munxar.

Innu, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Il-Ħamis 10 ta’ Ġunju – TRIDU

6.30p.m. Kurunella u Għasar.

7.00p.m. Quddiesa konċelebrata minn Dun Tonio Galea, Kappillan tal-Munxar.

Innu, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

8.30p.m. Pizza u Tombla b’risq il-festa fiċ-Ċentru Sant’ Antnin.

Il-Ġimgħa 11 ta’ Ġunju – TRIDU u JUM IL-QALB TA’ ĠESÙ

11.00a.m. Quddiesa bis-sehem tat-tfal mill-iskejjel primarji ta’ Għajnsielem,

Nadur u Qala.

6.30p.m.

7.00p.m.

Kurunella u Għasar.

Quddiesa konċelebrata minn Dun Tonio Galea, Kappillan tal-Munxar.

Wara purċissjoni b’Ġesù Ewkaristija fl-Okkażżjoni tal-Festa tal-Qalb

ta’ Ġesù mill-Knisja tagħna għall-Parroċċa. Tgħaddi minn Triq

Sant’Antnin, Ħamri, Pjazza tad-Dehra, Fawwara u Pjazza Madonna ta’

Loretu. Imexxi l-Arċipriet Dun Frankie Bajada. Mal-wasla tingħata

l-Barka Sagramentali.

Is-Sibt 12 ta’ Ġunju – LEJLET IL-FESTA

6.30p.m. Rużarju u Kurunella.

7.00p.m. Translazzjoni bir-Relikwa ta’ Sant’Antnin mill-Provinċjal P. Sandro

Overend OFM.

7.15p.m. Quddiesa Solenni mmexxija mill-Provinċjal. Antifona u Ċelebrazzjoni

Ewkaristika.

9.30p.m. Marċ mill-Banda “San Ġużepp” ta’ Għ’sielem fi Triq Sant’Antnin blistatwa

li wara tittella’ quddiem il-Knisja.

Il-Ħadd 13 ta’ Ġunju – JUM IL-FESTA LITURĠIKA

6.00a.m. Quddiesa.

7.00a.m. Quddiesa mill-Arċipriet tal-Parroċċa Dun Frankie Bajada.

8.30a.m. Quddiesa Pontifikali Solenni, konċelebrata u mmexxija mill-E.T.

Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex.

Isir it-Tberik u Tqassim tal-Ħobż ta’ Sant’Antnin.

11.00a.m. Quddiesa.

6.00p.m. It-II Għasar immexxi mill-Provinċjal P. Sandro Overend OFM.

6.00p.m. Marċ mill-Banda “Ite Ad Joseph” tal-Qala fi Triq Sant’Antnin.

6.30p.m. Quddiesa minn P. Twanny Chircop OFM fl-okkażżjoni tal-25 Sena

Anniversarju Saċerdotali.

7.45p.m. Purċissjoni bl-istatwa Devota ta’ Sant’Antnin. Takkumpanja

l-Purċissjoni l-Banda “San Ġużepp” ta’ Għajnsielem. Mal-ħruġ ta’

l-istatwa jingħata s-salut, jindaqq l-innu ta’ Sant’Antnin u jsir ħruq

tan-nar.

8.00p.m. Waqt il-Purċissjoni, il-Banda “Mnarja” tan-Nadur tesegwixxi

programm mużikali fuq iz-zuntier.

10.00p.m. Mad-dħul tal-Purċissjoni jsir ħruq tan-nar.

Iċ-Ċelebrazzjoni tal-festa tagħlaq bil-Barka Ewkaristika.

Il-jiem tal-festa kollha se jiġu

trasmessi dirett fuq

Radju Lauretana 96.5 FM

u

www.radjulauretana.com

Il-Ħamis 10 ta’ Ġunju

Pizza u Tombla

b’risq il-festa

fiċ-Ċentru Sant’Antnin

Mit-8.30pm il-quddiem.

Il-Knisja tagħna fuq

l-internet

http://www.facebook.com/st.anthony.church

Dar ta’ l-Irtiri

Padova

http://www.facebook.com/dar.padova

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!