27.12.2014 Views

FLIMKIEN - Ghajnsielem.com

FLIMKIEN - Ghajnsielem.com

FLIMKIEN - Ghajnsielem.com

SHOW MORE
SHOW LESS

Create successful ePaper yourself

Turn your PDF publications into a flip-book with our unique Google optimized e-Paper software.

Sant’Antnin li jsib il-ħwejjeġ mitlufin

L-ewwel ħaġa li tiġiħ f’moħħu meta wieħed jaħseb fuq il-qaddis tagħna

Sant’Antnin, hija li huwa l-qaddis li jsib il-ħwejjeġ mitlufin! Tisma’ ħafna

nies li jgħidu li kif titlob lil Sant’ Antnin huwa mill-ewwel isib l-oġġett li

jkun intilef.

Imma jista’ ikun li dan il-qaddis li jsib l-oġġetti mitlufin, jgħina ukoll insibu

affrijiet oħra fil-ħajja tagħna Jista’ ikun li t-talb tagħna ma jkunx biss

indirizzat għall-affarijiet materjali jew tal-mument, imma fuq affarijiet li

huma ħafna iktar importanti fil-ħajja nisranija tagħna Jista’ ikun li Sant’

Antnin li huwa magħruf ħafna li jsib il-ħwejjeġ mitlufin, jgħina insibu ukoll

affarijiet mitlufa fil-ħajja tagħna, fil-familji tagħna, fis-soċjeta tagħna.

Dan huwa dak li dan il-qaddis jgħina nagħmlu u insibu... Dan huwa dak

li Sant’ Antnin iridna nitolbu li nerġu insibu lil dak Ġesù li huwa tant kien

iħobb, li tant ippritkaħ, li tant ħadem f’ħajtu biex ħafna nies jerġu ssibuħ

fil-ħajja tagħhom. Din il-festa li għal darba oħra qedha tħabbat mal-bieb

ta’ qalbna, qed terġa tfakkarna fil-kwalitajiet sbieħ u t-tagħlim li għaddielna

dan il-qaddis.

Għalhekk f’dan iż-żmien ta’ festa ejjew nerġgħu nitolbu lil dan il-qaddis

biex nerġgħu insibu lil Ġesù: fil-ħajja tagħna permezz tat-talb personali,

fil-familja, bis-smiegħ tal-quddies regolari u bis-sagramenti. Nitolbuh biex

nergħu insibu lil Ġesù fil-familji tagħna permezz tat-talb fil-familji. Nitolbu

biex nerġgħu nsibu lil Ġesù ukoll fis-soċjeta tagħna biex it-tagħlim ta’ Kristu

u tal-Knisja jkomplu jiggwidaw lil poplu ta’ Alla, jgħinuħ, u jiftħu qalbhom

għaliH.

Ejjew ħalli tkun festa fejn nerġgħu niskopru s-sbuħija ta’ dan il-qaddis, ittagħlim

tiegħu u fuq kollox lil Ġesù. Iva, nitolbu ħalli dan il-qaddis ikompli

ikun il-qaddis li jsib il-ħwejjeġ mitlufin!

Il-Festa t-Tajba lil kulħadd!

P. Joseph Magro OFM

Gwardjan

Fraternità Franġiskana

Ħinijiet tal-Quddies

Matul il-Ġimgħa

6.00am, 6.30am, 6.30pm Rużarju u 7.00pm Quddiesa

Is-Sibt: 6.45pm Għasar u 7.00pm Quddiesa

Il-Ħdud u Festi Kmandati: 6.00am, 7.00am, 8.30am, 11.00am

Qrar

Matul il-Ġimgħa u l-Ħdud, qabel il-quddies

Is-Sibt mill-6.00pm sas-7.00pm

Ħidma Pastorali

PPF

Nhar ta’ Erbgħa kull ħmistax fid-9.00am, il-Kunvent

Leġun ta’ Marija

Kull nhar ta’ Tlieta fid-9.00am, il-Kunvent

Band ta’ Animazzjoni

Għaż-żgħażagħ li jafu jdoqqu xi strument, jiżfnu u jirreċtaw, biex

janimaw il-liturġija. Kull nhar ta’ Ħamis fil-5.30am fil-Kunvent.

Abbatini

Għat-tfal subien minn 7snin il-fuq - Laqgħa kull nhar ta’ Sibt

fl-10.00am fiċ-Ċentru. Wara ikun hemm il-logħob.

Letturi

Laqgħa s-Sibt fil-5.00pm. Il-Kunvent (meta avżat fil-quddies)

OFS

L-aħħar Sibt tax-xahar fil-5.00pm, il-Kunvent

Kor

Għat-tfajliet minn 7snin il-fuq - Provi tal-kant kull nhar ta’ Ħadd

wil-quddiesa tat-8.30am, fil-Knisja.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!