27.12.2014 Views

LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI - Ghajnsielem.com

LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI - Ghajnsielem.com

LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI - Ghajnsielem.com

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

GĦAQDA MUŻIKALI SAN ĠUŻEPP

GĦAJNSIELEM – A.D. 1928

LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI

2009

Il-Ġimgħa, 13 ta’ Frar 2008

Aġenda tal-Laqgħa

- Diskors mill-President -

- Rapport Amministrattiv mis-Segretarju -

- Rapport Finanzjarju -

- Mistoqsijiet lill-Kumitat mill-Membri u Bandist preżenti -

- Emendi fl-Istatut -

- Elezzjoni tal-Kumitat il-ġdid 2009/10 -

INTRODUZZJONI

Mill-President Gino Cauchi

Reġgħet għaddiet sena, oħra, sena li nistgħu ngħidu kienet waħda straordinarja għal Banda tagħna,

għax fiha iċċelebrajna t-tmenin sena tal-għaqda tagħna.

Kif tafu gew organnizzati ħafna attivititajiet, li mhux ser noqgħod nsemmijhom waħda waħda, iżda, ma

nistax ma nsemmix iż-żjara li kellna mill-president tar-Reppubblika, l-Eċċellenza tiegħu Edward Fenech

Adami, li dan mill-ewwel laqa l-istedina tagħna, biex jiġi għall-programm annwali li l-Banda tagħmel kull

sena propjament fit-Tlieta tal-Festa. Dik l-ġimgħa kienet tassew impenjattiva għall-Banda tagħna, u ġew

organnizzati open day fil-każin, ittellagħet wirja ta’ vetturi antiki fil-Pjazza, u kien ta’ sodisfazzjon għax

kellna attendenza tassew sabiħa. L-poplu t’ Għajnsielem reġa qed jirrokori għal dak li qed norganizzaw,

għax erġajna poġġejna lill-Banda tagħna fuq fomm kullħadd, għal dak li hu pożittiv, wara l-apatija li kellna

għal xi żmien. Jien għalija personali dan hu ta’ ferħ u sodisfazzjon kbir, li l-kumitat preżenti reġa qajjem

interess qawwi u kliem ta’ tifħir ta’ kif qed jimxu l-affarijiet fit-tmexxija tal-Banda San Ġuzepp.

Kif tafu t-tmexxija tagħna dejjem kienet tmexxija miftuħa u inklusiva. Ippuvajna ninvolvu lil kull min jixtieq

ġid lill-Banda. Qatt ma mxejna fuq linja ta’ konfrontazzjoni għalkemm kellna t-tentazjonijiet tagħna għal

ċertu rimarki, banali u bla sens li jsiru min individwi li SUPPOST li jafu aħjar, għax dawn it-talinn xi darba

kienu wkoll fit-tmexxija ta’ din l-għaqda. Hu b’ għafsa f'qalbna li flok dawn it-talinn jiġu jgħinuk, jaraw kif

jagħmlulek il-gambetti. Iżda tmexxija għaqlija tfisser ħafna paċenzja u tagħmel l-affarijiet bil-galbu u bilgħaqal.

Qatt ma ftaħarna b'dak li rnexxilna nagħmlu, anzi dejjem faħħarna dak li għamlu ta’ qabilna. Pero

nistenna li jkun hemm ir-rispett u niftakru bħal ma kont għedt fl-ewwel diskors tiegħi li l-affarijiet ma jsirux

B’ KUMBINAZZJONI iżda jsiru għax jkun hemm tmexxija serja. Nerġa ngħid li l-aktar sodisfazzjon li

għandi fit-tmexxija tal-Għaqda tagħna hi r-rispett, l-fiduċja u l-imħabba li n-nies qed turi għal din l-

għaqda. Spiċċa ż-żmien li tmur tiġbor għall-Banda u nies jsaqsuk x'ser tagħmel bihom - jew kif ssemmi l-

għaqda tagħna kulhadd kien jgħedlek “mela l-Banda għanda bżonn xi ħaġa” qisa kienet l-unika għaqda

fir-raħal tagħna li KULLĦADD IRID MINNHA, iżda ħadd ma jrid itiha lura.

Waqt li kienu għaddejjin l-proġetti – ĦOLMA nistgħu ngħejdulhom – tal-Kamra tal-Kumitat u l-Arkivju, ma

ħallejniex lura l-bżonnijiet li tinħtieġ l-Banda tagħna għaliex kull ma kien hemm bżonn dejjem ġie mogħti.

Illum il-Banda tagħna tinsab b'saħħitha, u spiċċa iż-żmien meta kellna l-biża li ser niefqu f'xi nofs

programm. Naħseb ħafna minkom jafu aktar minni x'qed ngħid. Dan is-suċċess ntlaħaq għax kullħadd ta

sehemu fil-Banda tagħna. Nirringrazzjakom tal-kapaċita li dejjem urejtu u s-sagrifiċju li dejjem kontu lesti

tagħmlu għall-Banda tagħna. Grazzi u prosit kbira lis-surmast tagħna Sunny Galea li b'tant paċenzja u

dedikazzjoni qed imexxi l-Banda tagħna, lill-assistent surmast Frankie Debono u lill-membri tal-

Kummissjoni Banda speċjalment lil Loreto Galea.

Irrid insemmi l-skola tal-mużika tagħna. Tiltaqa ma’ ġenituri ta’ ħafna mill-istudenti u jiġu jirringrazjawk ta’

dak li qed tagħmel l-Banda tagħna għat-tfal tagħhom. Żgur li mhux facli żżomm il-livell li qed inżommu

aħna fl-iskola tagħna. Aħna żgur li la qatt bqajna lura u lanqas sejrin nibqgħu lura fil-futur biex nkomplu

ngħinu kemm nistgħu lill-aljievi tagħna biex jirnexxilhom jilħqu l-għan tagħhom u hawn nirringrazja lil

Ġużeppi, Toni u Frankie tax-xogħol impekkabbli li qed jagħmlu.

Fid-diskors tiegħi nista’ nelenka aktar fit-tul ta x'sar u x'beħsiebu jsir. Irrid infakkar lil kullħadd, biex

dejjem niftakru li dan li qed nagħmlu hu għal ġid tal-għaqda tagħna u xejn aktar. Saru ħafna proġetti... u

hawn nixtieq nsemmi kemm ilna nitħabtu biex il-fanali ta’ quddiem l-każin jinxtegħu mad-dawl pubbliku,

kemm telefonati u ġiri, iżda fl-aħħar dawn inxtegħu wkoll wara xi tnax il-sena ta’ taħbit. Hawn irrid nieħu

l-opportunita nirringrazja b'mod speċjali lis-Sindku is-Sur Frans Cauchi. Qiegħed issir wkoll il-proġett ta’

taħt l-każin li kien jinsab tassew fi stat t'abbandun, mimli mbarazz u rwejjah. Dan ukoll qed issir - u nerġa

nfakkarkom li dan qed issir mhux b'kumbinazzjoni, iżda bil-ħidma tagħna. Hawn irrid nirringrazzja b'mod

speċjali lill-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono u lir-raġel tagħha Toni li ħa interess personali f'dan

il-progett.

Qabel nagħlaq, irrid nirringrazzja b'mod speċjali lis-segretarju Kevin Cauchi li tant jaħdem mhux biss fil-

Banda tagħna iżda għar-raħal in ġenerali, kif jagħmel ukoll il-kaxxier tagħna Elvin Tabone. Naħseb li

aħna tassew ixxurtjati li għandna nies bħas-segretarju u l-kaxxier fit-tmexxija tagħna. Nirringrazja wkoll lil

Pawlu Azzopardi li għalkemm kellu problemi ta’ saħħa, xorta baqa għaddej bil-ħidma tiegħu b’imħabba u

dedikazzjoni li għandha tkun t'eżempju għal kulhadd. Grazzi speċjali jmur għal Sunta u Eżmelia li tant

jaħdmu biex niġbru l-finanzi li tant għandna bzonn. Grazzi lill-membri l-oħra tal-kumitat, lill-kumplament

tal-kumitat tan-nisa, lill-kummissjoni Banda, lil bandisti KOLLHA u membri ta’ din l-għaqda. Fl-aħħar

nixtieq nirringrazja lill-familja tiegħi li dejjem tawni s-support li tant neħtieġ.

Ejjew inkomplu naħdmu biex ngħollu dejjem ‘l fuq l-isem tal-għaqda tagħna, il-BANDA SAN ĠUŻEPP.

Grazzi.

RAPPORT AMMINISTRATTIV 2009

Mis-Segretarju Kevin Cauchi

Proġetti li saru matul l-aħħar tnax-il xahar

- Publikazzjoni tal-ktieb tal-festa b’ aktar minn mitt artiklu interessanti

- Ktejjeb dwar l-istorja tal-Banda għal l-okkażjoni tat-80 Anniversarju

- CD ta’ marċi brijużi taħt id-direzzjoni tas-surmast Sunny Galea fl-okkażjoni tat-80 Anniversarju.

- Tibdil tas-sistema tad-dwal minn single-phase għal three-phase

- Konnessjoni tad-dawl tal-faċċata mal-elettriku tal-gvern. Ringrazzjament imur għall-Kunsill Lokali

Għajnsielem li ħadem u għamel pressjoni minn wara l-kwinti sabiex dan iseħħ.

- Twaqqaf is-sotto-kumitat tal-isnooker

- Bandiera ġdida bl-arma tal-Banda San Ġużepp. Din saret fuq inizzjattiva ta’ Pawlu Azzopardi li ħa

wkoll ħsieb il-fundraising sabiex jitħallsu l-ispejjeż.

- Sistema tad-drenaġġ u pavimentar quddiem il-garaxxijiet ta’ taħt il-Każin. Ringrazzjament imur

għal Wenzu Ciangura u l-Ministeru għal Għawdex tal-għajnuna.

- Refurbishment tal-bieb prinċipali tal-Każin

- Refurbishment taż-żewġ arbli kif ukoll ġiet indurata l-labarda (arma ta’ fuq l-arblu)

- Reproduzzjoni tac-CDs kollha li rrekordjat il-Banda matul dawn l-aħħar għaxar snin

Xogħol li sar fil-Kamra tal-Kumitat

- Tqegħid tal-irħam

- Twaħħil ta’ soffitt tal-kewba mas-saqaf

- Xiri ta’ 2 linef u 5 brazzi tad-dawl

- Upgrading tas-sistema tad-dawl

- Tlestija tal-Unit prinċipali tal-Arkivju

- Pittura tal-Madonna ta’ Loretu

Attivitajiet organizzati mill-Kumitat Eżekuttiv matul l-2008

Il-Ġimgħa, 22 ta’ Frar Laqgħa Ġenerali 2008

Il-Ħamis, 1 ta’ Mejju Quddiesa ċ-Ċimiterju għall-Bandisti mejtin

Il-Ħadd, 18 ta’ Mejju Preżentazzjoni ta’ trofej lir-rebbieħa tal-league tal-isnooker

Is-Sibt, 31 ta’ Mejju Maratona tad-Demm fil-Każin tal-Banda

Il-Ħadd, 22 ta’ Ġunju Tibda l-iskema Tile4U

Il-Ħadd, 6 ta Lulju Fiera Kbira quddiem il-Każin tal-Banda

Il-Ġimgħa, 8 ta’ Awwissu Disco organizzat miż-żgħażagħ tal-Banda taħt il-Każin.

Il-Ħadd, 24 ta’ Awwissu Open Day, Wirja talent Għajnsielemiż, drills u varjeta’ kulturali

It-Tlieta, 26 ta’ Awwissu Programm Mużikali fil-Pjazza u żjara mill-President ta’ Malta fil-Każin

Is-Sibt, 3 ta’ Diċembru Maratona tad-Demm fil-Każin tal-Banda

Il-Ġimgħa, 12 ta’ Diċembru Get-Together għall-Bandisti u membri

It-Tlieta, 16 ta’ Diċembru Membri tal-Kumitat jagħmlu żjara lill-morda u anzjani

Il-Ħamis, 18 ta’ Diċmbru Issir l-attivita’ ‘Premju Ġieħ Għajnsielem fil-Każin tal-Banda

Saru wkoll diversi Coffee Mornings, Higħ Teas u Tombla organizzati mill-Kumitat tan-Nisa.

Sotto-Kumitat ta’ l-Snooker

F’ Lulju ta’ l-2008 twaqqaf uffiċċjalment is-sotto kumitat tal-isnooker. Dan twaqqaf bl-għan li jiffoka fuq l-

attivitajiet relatati mal-logħob tal-isnooker u billiard, preżentazzjonijiet ta’ trophies, ħolqien ta’

kompetizzjonijiet kif ukoll xiri u maintainance ta’ affarijiet relatati ma’ dan l-isport.

Is-sotto-kumitat hu responsabbli mill-ġbir tal-flus u parti mill-flus li jinġabru mill-fundraising jingħataw lill-

Banda. Għalhekk, dan il-Kumitat, apparti li qiegħed jiżviluppa dan l-isport fir-raħal tagħna, qiegħed ukoll

jgħin lill-Banda San Ġużepp. Il-kumitat għandu ħames membri. Wieħed minn dawn il-membri jrid jinħatar

mill-Kumitat Eżekuttiv. Is-sotto-kumitat hu mmexxi minn statut li ġie mfassal wara li saru diversi laqgħat

bejn il-membri tal-Kumitat u d-dilettanti tal-isnooker.

Kumitat Preżenti

President

Segretarju

Kaxxier

Membru

Rapreżentant tal-Kumitat

Larry Buttigieg

Anthony Scicluna

Josef Azzopardi

Andre’ Xuereb

Italo Cauchi

Open Day fil-Każin

Għall-ewwel darba saret ‘Open Day’ fil-Każin tal-Banda l-Ħadd ta’ qabel il-Festa tal-Madonna ta’ Loretu.

Din l-attivita’ saret bl-iskop ta’ fundraising kif wkoll sabiex nuru lill-poplu Għajnselmiż ix-xogħol li jkun

għaddej fil-Każin. Dakinhar f’ temp ta’ 12-il siegħa organizzajna wirja ta’ vetturi militari, wirja ta’ talent

Għajnslemiż, wirja ta’ ritratti antiki, varjeta’ ta’ kant u żfin, programm mużikali mill-alljievi, drill mir-Red

Cross kif wkoll ftaħna l-Kamra tal-Kumitat sabiex in-nies jaraw ix-xogħol li hemm għaddej ġo fiha.

Il-ħsieb hu li din l-‘Open Day’ tibda ssir fuq bażi annwali nhar il-Ħadd ta’ qabel il-festa. Din il-ġurnata

tibda tissejjaħ ‘Jum il-Banda’ u għal din is-sena, il-Kumitat diġa’ għandu diversi pjanijiet u attivitajiet.

Bethlehem f’Għajnsielem

Kullħadd jaf bis-suċċess li kiseb il-presepju ħaj li sar ġewwa Ta’ Passi. L-Għaqda Mużikali San Ġużepp

kellha sehem attiv f’ dan il-proġett u sa mill-bidu nett emmnet u tat is-support tagħha sabiex dan ilproġett

isir realta’. Qabel il-ftuħ, saru diversi laqgħat ġol-Każin. Provdejna wkoll is-sala sabiex l-atturi

jkunu jisgħtu jilbsu il-kostumi. Diversi membri taw ukoll l-għajnuna tagħhom fil-bini u f’xogħol ieħor. Lejlet

il-Milied, il-Banda daqqet ukoll ġewwa l-presepju fil-Purċissjoni tal-Bambin. Is-sotto-kumitat tal-isnooker

kellu f’ idejh it-tmexxija tal-forn u rnexxielu jikseb suċċess kbir grazzi għall-organiżżazzjoni tiegħu.

Iżda xorta waħda, l-Kumitat Eżekuttiv jirrikonoxxi li seta’ ħa opportunita’ akbar u kien aktar attiv kemm fittaverna

kif ukoll fl-istands li kienu disponibbli. Pero’ jiena nemmen li bl-iżbalji dejjem titgħallem u l-

Kumitat ser jagħmel minn kollox sabiex din is-sena, Bethlehem f’ Għajnsielem ikun suċċess akbar.

Prosit imur lill-alljievi u bandisti aspiranti li għamlu diversi programmi mużikali taħt it-tinda. Kien hemm

bosta kliem ta’ tifħir għan-numru kbir ta’ tfal u żgħażagħ li kienu qed jieħdu sehem u għalhekk xieraq li

nirringrazzjaw lill-għalliema tagħhom, Toni Galea, Joe Galea u Frankie Debono. Jidher li l-Banda

għandha futur sabiħ quddiemha b’ dawn il-Bandisti ġodda.

Update dwar il-Kamra tal-Kumitat u l-Arkivju

L-ARKIVJU

1) Ix-xogħol tal-injam fuq il-unit prinċipali tlesta. Dan kien maħdum minn Ġużeppi Tabone. Il-unit

inħadmet bil-kewba.

2) L-iskultura ser tibda fil-jiem li jmiss u ser tinħadem minn Lawrence Grima, espert kbir fil-qasam ta’

l-iskultura fl-injam. L-iskultura ser tkun tal-ġewż sabiex jinħoloq kuntrast.

3) Ġew ordnati 145 box-files sabiex fihom jitpoġġew il-biċċiet tal-mużika li ġabret il-Banda matul

dawn it-tmenin sena. Dawn il-kaxxi ser isiru bl-injam u ser jinħadmu mill-bandist Toni Galea. Ilkaxxi

mbagħad ser jinksew kollha bil-ġild ċelesti u ser ikollhom l-arma tal-Banda u n-numru talkaxxa

fuqhom. L-ispiża ta’ dawn il-box-files ser tkun ta’ madwar €3000 jew €20 kull kaxxa. Kellna

l-għażla li flok niksuhom bil-ġild, nagħmluhom bil-pannu iżda naħseb li kulħadd jaqbel li l-Arkivju

Mużikali tal-Banda jixraqlu l-aħjar kwalita’.

4) Sabiex inkopru l-spiża tal-box-files ser noħorġu skema fejn nagħtu l-opportunita’ lill-bandisti,

membri kif ukoll lil poplu t’Għajnsielem sabiex kull min iħallas waħda minn dawn il-kaxxi, ser

jinkiteb ismu fuqhom. Dan ifisser li kull kaxxa ser tissemma għal min jisponsorja. Fil-jiem li jmiss

ser nikkuntattjaw lill-bandisti u membri sabiex inħeġġuhom jieħdu sehem f’din l-iskema.

5) Fil-jiem tal-Għid, ser nerġgħu nniedu l-iskema Tile4U fejn din id-darba għadna il-ħsieb li bil-flus li

niġbru nisponsorjaw parti mill-iskultura li ser tqum mawdar €9000. Infakkrukom li l-iskema Tile4U

kienet suċċess kbir fl-2008 tant li rnexxielna niġbru €4500 għal l-irħam f’ xahar wieħed biss.

IL-KAMRA TAL-KUMITAT

1) Is-soffitt tal-Kamra tal-Kumitat tlesta f’Awwissu tas-sena l-oħra u qamilna spiża ta’ madwar

€10,000. Is-saqaf inħadem bil-kewba, xogħol Chris Mifsud.

2) L-irħam ġie ordnat mingħand Ġanni Attard u ġie importat mill-Italja. L-ispiża ta’ l-irħam tħallset

mill-poplu Għajnselmiż grazzi għall-iskema Tile4U.

3) Inxtraw 2 linef u 5 brazzi tad-dwal minn għand ‘Farrugia Ligħtining’ ta’ Ħal Lija. L-ispiża kienet ta’

madwar €1000.

4) Fil-ġimgħat li jmiss ser jibda x-xogħol fuq il-ħitan li ser jinkesa bl-injam. Ix-xogħol jinkludi wkoll

showcase unit.

5) Ser jiġu ordnati wkoll diversi pitturi minn talenti lokali sabiex jikkumplimentaw il-Kamra. L-ewwel

pittura tlestiet f’Awwissu tal-2008 mill-pittur Vince Caruana fejn għoġbu jirregalalna x-xbieha tal-

Madonna ta’ Loretu li għamilha mingħajr ħlas. Din il-puttura ġiet mikxufa mill-President ta’ Malta

nhar it-Tlieta tal-Festa waqt programm mużikali li sar fil-Pjazza.

Kif qed taraw l-ispejjeż huma kbar iżda m’ għandniex għalfejn naqtgħu qalbna. L-ewwel fażi tal-proġett

tlestiet. Infaqna €19,000 iżda bi pjaċir nħabbar li dawn il-flus diġa’ tħallsu kollha. Issa rridu nistinkaw biex

nlestu t-tieni fażi tal-proġett sabiex aktar tard din is-sena ninawguraw l-Arkivju Mużikali f’ kamra li

tagħmel ġieħ lil Għajnsielem.

Il-Kumitat diġa’ nieda pjan ta’ fundraising sabiex niġbru l-€20,000 li għandna bżonn. Dawn jinkludu skemi

bħat-Tile4U, ġabra mar-raħal kif wkoll inizjattivi oħra.

Il-fundraising immexxi mill-Kumitat tan-nisa wkoll jagħmlilna kuraġġ sabiex inkomplu nħarsu ‘il quddiem.

Servizzi

Matul l-2008 saru, il-Banda San Ġużeppp ħadet sehem f’ 28 servizz. Dawn huma:

27 ta’ Jannar Marċ - Programm ‘Il-Ħadd mill-Pjazza Għajnsielem

14 ta’ Marzu Purċissjoni tad-Duluri Għajnsielem

19 ta’ Marzu Kunċert ta’ Mużika Sagra Għajnsielem

21 ta’ Marzu Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira Nadur

11 t’April Recording ta’ marċi ġodda 2008 Għajnsielem

11 ta’ Mejju Purċissjoni – Festa San Ġużepp Għajnsielem

31 ta’ Mejju Marċ - Festa Sant’Antnin Għajnsielem

01 ta’ Ġunju Purċissjoni – Festa Sant’ Antnin Għajnsielem

21 ta’ Ġunju Marċ - Festa San Ġwann il-Battista Xewkija

27 ta’ Ġunju Marċ u Programm Strumentali – Festa tal-Imnarja Nadur

18 ta’ Lulju Marċ - Festa ta’ San Ġorġ Rabat

26 ta’ Lulju Marċ - Festa Santa Margerita Ta’ Sannat

02 ta’ Awwissu Marċ – Festa San Ġużepp Qala

09 ta’ Awwissu Purċissjoni u Marċ – Festa San Lawrenz San Lawrenz

15 ta’ Awwissu Marċ u Programm Strumentali – Festa Santa Marija Rabat

25 ta’ Awwissu Marċ - Ħruġ tal-Istatwa tal-Madonna ta’ Loretu Għajnsielem

26 ta’ Awwissu Marċ u Programm Strumentali – Festa Madonna ta’ Loretu Għajnsielem

28 ta’ Awwissu Marċ - Festa Madonna ta’ Loretu Għajnsielem

29 ta’ Awwissu Marċ tad-Dimostrazzjoni – Festa Madonna ta’ Loretu Għajnsielem

30 ta’ Awwissu Marċ tat-Translazzjoni – Festa Madonna ta’ Loretu Għajnsielem

30 ta’ Awwissu Marċ ta’ lejlet il-festa – Festa Madonna ta’ Loretu Għajnsielem

31 ta’ Awwissu Marċ - Jum il-Festa tal-Madonna ta’ Loretu Għajnsielem

31 ta’ Awwissu Purċissjoni – Festa tal-Madonna ta’ Loretu Għajnsielem

31 ta’ Awwissu Marċ ta’ Għeluq il-Festa tal-Madonna ta’ Loretu Għajnsielem

07 ta’ Settembru Marċ ta’ lejlet il-festa – Marija Bambina Xagħra

09 ta’ Novembru Fanfarra – Jum it-Tifkira – Monument tal-Gwerra Għajnsielem

10 ta’ Diċembru Marċ - Festa Liturġika tal-Madonna ta’ Loretu Għajnsielem

24 ta’ Diċembru Purċissjoni - Manifestazzjoni bil-Bambin tal-Milied Għajnsielem

Kunċerti

Saru 40 kunċert. Din il-lista turi l-attendenza tal-aktar 12-il-bandist li attendew għall-kunċerti. Prosit!

Nru. Isem Numru ta’ kunċerti li attendew

1. Loretu Galea 40

2. Joseph Xuereb 39

3. Alfred Scicluna 38

4. Charlene Portelli 37

5. Lawrence Ciangura 36

6. Mario Vella 33

6. Tony Galea 33

6. Brandon Vella 33

7. Mro. Frank Debono 32

8. Joseph Debono 31

8. Robert Cawley 31

9. Emanuel Saliba 30

Għalkemm nifhmu li diffiċli li l-Bandisti dejjem jattendu għall-kunċerti, pero’ importanti li kulħadd jagħmel

l-almu tiegħu. Niftakru li t-tagħlim hu ċ-ċavetta tas-suċċess.

GRAZZI MILL-QALB

Lil Peppi Grima u Kelinu Azzopardi li għamlu diversi xogħolijiet fil-Kamra tal-Kumitat mingħajr ħlas.

Lil Pawlu Azzopardi u Fredu Xuereb li jagħmlu ħafna xogħol ta’ manutenzjoni mingħajr ħlas.

Grazzi wkoll lil Loretu Mifsud u Ġużeppi Sultana li dejjem lesti biex jgħinu f’ xogħol ta’ żebgħa.

Loreto Vassallo għamel xogħol ta’ dawl fil-kamra tal-kumitat mingħajr ħlas.

Lill-Kumitat tan-Nisa speċjalment lil Esmelia Sciberras, Sunta Grech u Lucy Grima għall-attivitajiet ta’

fundraising li ta’ kull gimgħa jorganizzaw kif ukoll lil Mabbli Xuereb u Pawlu Xuereb li kull

nhar ta’ Sibt ikunu preżenti għall-Higħ Teas u Tombla.

Lil Loretu Galea tal-paċenzja li jieħu sabiex javża lill-Bandisti kollha bil-kunċerti u servizzi.

Lin-Nutara Josepha Xuereb li tagħtina servizz legali mingħajr ħlas

Lil Toni Galea, Joe Galea u Frankie Debono li jiddedikaw il-ħin liberu tagħhom jgħallmu lill-alljievi

kif ukoll lis-Surmast Sunny Galea tal-ġieħ li qed jagħmel lill-Banda tagħna

Lil għajnsielem.com li toffrielna servizz ta’ website, servizz ta’ email u updates mingħajr ebda ħlas.

Lil Dun Karm Cassar li bħas-snin l-imgħoddija kien il-magna sabiex il-pubblikazzjoni tal-ktieb

tal-festa tkun suċċess.

Lill-Bandist Ġużeppi Cauchi li jagħmel il-proof-reading tal-pubblikazzjonijet tagħna

Lill-Kunsill Lokali Għajnsielem tas-support u l-għajnuna waqt diversi okkażjonijiet

Lill-membri kollha tal-Kumitat Eżekuttiv tas-servizz li jagħtu lil din is-Soċjeta’.

Lill-Bandisti kollha għad-dedikazzjoni li jagħtu lil din is-Soċjeta’ u lil Għajnsielem

Lil dawk kollha li taw kontribut sabiex l-Għaqda Mużikali San Ġużepp tkompli miexja ’il quddiem.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!