27.12.2014 Views

LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI - Ghajnsielem.com

LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI - Ghajnsielem.com

LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI - Ghajnsielem.com

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

Update dwar il-Kamra tal-Kumitat u l-Arkivju

L-ARKIVJU

1) Ix-xogħol tal-injam fuq il-unit prinċipali tlesta. Dan kien maħdum minn Ġużeppi Tabone. Il-unit

inħadmet bil-kewba.

2) L-iskultura ser tibda fil-jiem li jmiss u ser tinħadem minn Lawrence Grima, espert kbir fil-qasam ta’

l-iskultura fl-injam. L-iskultura ser tkun tal-ġewż sabiex jinħoloq kuntrast.

3) Ġew ordnati 145 box-files sabiex fihom jitpoġġew il-biċċiet tal-mużika li ġabret il-Banda matul

dawn it-tmenin sena. Dawn il-kaxxi ser isiru bl-injam u ser jinħadmu mill-bandist Toni Galea. Ilkaxxi

mbagħad ser jinksew kollha bil-ġild ċelesti u ser ikollhom l-arma tal-Banda u n-numru talkaxxa

fuqhom. L-ispiża ta’ dawn il-box-files ser tkun ta’ madwar €3000 jew €20 kull kaxxa. Kellna

l-għażla li flok niksuhom bil-ġild, nagħmluhom bil-pannu iżda naħseb li kulħadd jaqbel li l-Arkivju

Mużikali tal-Banda jixraqlu l-aħjar kwalita’.

4) Sabiex inkopru l-spiża tal-box-files ser noħorġu skema fejn nagħtu l-opportunita’ lill-bandisti,

membri kif ukoll lil poplu t’Għajnsielem sabiex kull min iħallas waħda minn dawn il-kaxxi, ser

jinkiteb ismu fuqhom. Dan ifisser li kull kaxxa ser tissemma għal min jisponsorja. Fil-jiem li jmiss

ser nikkuntattjaw lill-bandisti u membri sabiex inħeġġuhom jieħdu sehem f’din l-iskema.

5) Fil-jiem tal-Għid, ser nerġgħu nniedu l-iskema Tile4U fejn din id-darba għadna il-ħsieb li bil-flus li

niġbru nisponsorjaw parti mill-iskultura li ser tqum mawdar €9000. Infakkrukom li l-iskema Tile4U

kienet suċċess kbir fl-2008 tant li rnexxielna niġbru €4500 għal l-irħam f’ xahar wieħed biss.

IL-KAMRA TAL-KUMITAT

1) Is-soffitt tal-Kamra tal-Kumitat tlesta f’Awwissu tas-sena l-oħra u qamilna spiża ta’ madwar

€10,000. Is-saqaf inħadem bil-kewba, xogħol Chris Mifsud.

2) L-irħam ġie ordnat mingħand Ġanni Attard u ġie importat mill-Italja. L-ispiża ta’ l-irħam tħallset

mill-poplu Għajnselmiż grazzi għall-iskema Tile4U.

3) Inxtraw 2 linef u 5 brazzi tad-dwal minn għand ‘Farrugia Ligħtining’ ta’ Ħal Lija. L-ispiża kienet ta’

madwar €1000.

4) Fil-ġimgħat li jmiss ser jibda x-xogħol fuq il-ħitan li ser jinkesa bl-injam. Ix-xogħol jinkludi wkoll

showcase unit.

5) Ser jiġu ordnati wkoll diversi pitturi minn talenti lokali sabiex jikkumplimentaw il-Kamra. L-ewwel

pittura tlestiet f’Awwissu tal-2008 mill-pittur Vince Caruana fejn għoġbu jirregalalna x-xbieha tal-

Madonna ta’ Loretu li għamilha mingħajr ħlas. Din il-puttura ġiet mikxufa mill-President ta’ Malta

nhar it-Tlieta tal-Festa waqt programm mużikali li sar fil-Pjazza.

Kif qed taraw l-ispejjeż huma kbar iżda m’ għandniex għalfejn naqtgħu qalbna. L-ewwel fażi tal-proġett

tlestiet. Infaqna €19,000 iżda bi pjaċir nħabbar li dawn il-flus diġa’ tħallsu kollha. Issa rridu nistinkaw biex

nlestu t-tieni fażi tal-proġett sabiex aktar tard din is-sena ninawguraw l-Arkivju Mużikali f’ kamra li

tagħmel ġieħ lil Għajnsielem.

Il-Kumitat diġa’ nieda pjan ta’ fundraising sabiex niġbru l-€20,000 li għandna bżonn. Dawn jinkludu skemi

bħat-Tile4U, ġabra mar-raħal kif wkoll inizjattivi oħra.

Il-fundraising immexxi mill-Kumitat tan-nisa wkoll jagħmlilna kuraġġ sabiex inkomplu nħarsu ‘il quddiem.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!