27.12.2014 Views

LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI - Ghajnsielem.com

LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI - Ghajnsielem.com

LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI - Ghajnsielem.com

SHOW MORE
SHOW LESS

You also want an ePaper? Increase the reach of your titles

YUMPU automatically turns print PDFs into web optimized ePapers that Google loves.

INTRODUZZJONI

Mill-President Gino Cauchi

Reġgħet għaddiet sena, oħra, sena li nistgħu ngħidu kienet waħda straordinarja għal Banda tagħna,

għax fiha iċċelebrajna t-tmenin sena tal-għaqda tagħna.

Kif tafu gew organnizzati ħafna attivititajiet, li mhux ser noqgħod nsemmijhom waħda waħda, iżda, ma

nistax ma nsemmix iż-żjara li kellna mill-president tar-Reppubblika, l-Eċċellenza tiegħu Edward Fenech

Adami, li dan mill-ewwel laqa l-istedina tagħna, biex jiġi għall-programm annwali li l-Banda tagħmel kull

sena propjament fit-Tlieta tal-Festa. Dik l-ġimgħa kienet tassew impenjattiva għall-Banda tagħna, u ġew

organnizzati open day fil-każin, ittellagħet wirja ta’ vetturi antiki fil-Pjazza, u kien ta’ sodisfazzjon għax

kellna attendenza tassew sabiħa. L-poplu t’ Għajnsielem reġa qed jirrokori għal dak li qed norganizzaw,

għax erġajna poġġejna lill-Banda tagħna fuq fomm kullħadd, għal dak li hu pożittiv, wara l-apatija li kellna

għal xi żmien. Jien għalija personali dan hu ta’ ferħ u sodisfazzjon kbir, li l-kumitat preżenti reġa qajjem

interess qawwi u kliem ta’ tifħir ta’ kif qed jimxu l-affarijiet fit-tmexxija tal-Banda San Ġuzepp.

Kif tafu t-tmexxija tagħna dejjem kienet tmexxija miftuħa u inklusiva. Ippuvajna ninvolvu lil kull min jixtieq

ġid lill-Banda. Qatt ma mxejna fuq linja ta’ konfrontazzjoni għalkemm kellna t-tentazjonijiet tagħna għal

ċertu rimarki, banali u bla sens li jsiru min individwi li SUPPOST li jafu aħjar, għax dawn it-talinn xi darba

kienu wkoll fit-tmexxija ta’ din l-għaqda. Hu b’ għafsa f'qalbna li flok dawn it-talinn jiġu jgħinuk, jaraw kif

jagħmlulek il-gambetti. Iżda tmexxija għaqlija tfisser ħafna paċenzja u tagħmel l-affarijiet bil-galbu u bilgħaqal.

Qatt ma ftaħarna b'dak li rnexxilna nagħmlu, anzi dejjem faħħarna dak li għamlu ta’ qabilna. Pero

nistenna li jkun hemm ir-rispett u niftakru bħal ma kont għedt fl-ewwel diskors tiegħi li l-affarijiet ma jsirux

B’ KUMBINAZZJONI iżda jsiru għax jkun hemm tmexxija serja. Nerġa ngħid li l-aktar sodisfazzjon li

għandi fit-tmexxija tal-Għaqda tagħna hi r-rispett, l-fiduċja u l-imħabba li n-nies qed turi għal din l-

għaqda. Spiċċa ż-żmien li tmur tiġbor għall-Banda u nies jsaqsuk x'ser tagħmel bihom - jew kif ssemmi l-

għaqda tagħna kulhadd kien jgħedlek “mela l-Banda għanda bżonn xi ħaġa” qisa kienet l-unika għaqda

fir-raħal tagħna li KULLĦADD IRID MINNHA, iżda ħadd ma jrid itiha lura.

Waqt li kienu għaddejjin l-proġetti – ĦOLMA nistgħu ngħejdulhom – tal-Kamra tal-Kumitat u l-Arkivju, ma

ħallejniex lura l-bżonnijiet li tinħtieġ l-Banda tagħna għaliex kull ma kien hemm bżonn dejjem ġie mogħti.

Illum il-Banda tagħna tinsab b'saħħitha, u spiċċa iż-żmien meta kellna l-biża li ser niefqu f'xi nofs

programm. Naħseb ħafna minkom jafu aktar minni x'qed ngħid. Dan is-suċċess ntlaħaq għax kullħadd ta

sehemu fil-Banda tagħna. Nirringrazzjakom tal-kapaċita li dejjem urejtu u s-sagrifiċju li dejjem kontu lesti

tagħmlu għall-Banda tagħna. Grazzi u prosit kbira lis-surmast tagħna Sunny Galea li b'tant paċenzja u

dedikazzjoni qed imexxi l-Banda tagħna, lill-assistent surmast Frankie Debono u lill-membri tal-

Kummissjoni Banda speċjalment lil Loreto Galea.

Irrid insemmi l-skola tal-mużika tagħna. Tiltaqa ma’ ġenituri ta’ ħafna mill-istudenti u jiġu jirringrazjawk ta’

dak li qed tagħmel l-Banda tagħna għat-tfal tagħhom. Żgur li mhux facli żżomm il-livell li qed inżommu

aħna fl-iskola tagħna. Aħna żgur li la qatt bqajna lura u lanqas sejrin nibqgħu lura fil-futur biex nkomplu

ngħinu kemm nistgħu lill-aljievi tagħna biex jirnexxilhom jilħqu l-għan tagħhom u hawn nirringrazja lil

Ġużeppi, Toni u Frankie tax-xogħol impekkabbli li qed jagħmlu.

Fid-diskors tiegħi nista’ nelenka aktar fit-tul ta x'sar u x'beħsiebu jsir. Irrid infakkar lil kullħadd, biex

dejjem niftakru li dan li qed nagħmlu hu għal ġid tal-għaqda tagħna u xejn aktar. Saru ħafna proġetti... u

hawn nixtieq nsemmi kemm ilna nitħabtu biex il-fanali ta’ quddiem l-każin jinxtegħu mad-dawl pubbliku,

kemm telefonati u ġiri, iżda fl-aħħar dawn inxtegħu wkoll wara xi tnax il-sena ta’ taħbit. Hawn irrid nieħu

l-opportunita nirringrazja b'mod speċjali lis-Sindku is-Sur Frans Cauchi. Qiegħed issir wkoll il-proġett ta’

taħt l-każin li kien jinsab tassew fi stat t'abbandun, mimli mbarazz u rwejjah. Dan ukoll qed issir - u nerġa

nfakkarkom li dan qed issir mhux b'kumbinazzjoni, iżda bil-ħidma tagħna. Hawn irrid nirringrazzja b'mod

speċjali lill-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono u lir-raġel tagħha Toni li ħa interess personali f'dan

il-progett.

Hooray! Your file is uploaded and ready to be published.

Saved successfully!

Ooh no, something went wrong!